EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Politika kummerċjali UE

Il-politika kummerċjali komuni tal-UE hija wieħed mill-pilastri tar-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja (l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE), kif ukoll kompetenza esklussiva tal-UE (l-Artikolu 3 tat-TFUE). It-Trattat ta’ Lisbona estenda din il-kompetenza sabiex tkopri l-investiment dirett barrani, kif ukoll sabiex il-Parlament Ewropew isir koleġiżlatur flimkien mal-Kunsill fuq materji kummerċjali.

F’isem il-pajjiżi kollha tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tittratta kwistjonijiet kummerċjali, bħal pereżempju tinnegozja ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi. Dawn jiġu konklużi b’maġġoranza kwalifikata, għajr fil-każ ta’ ftehimiet dwar il-kummerċ fis-servizzi, il-proprjetà intellettwali, l-investimenti diretti barranin, is-servizzi kulturali u awdjoviżivi u s-servizzi soċjali, edukattivi u tas-saħħa, meta l-adozzjoni mill-Kunsill għandha tkun unanima.

L-UE hija attiva fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Hija tappoġġja l-abolizzjoni l-ostakoli doganali u tal-kummerċ. Bil-għan li tiddefendi s-suq tagħha, hija għandha bosta għodod, bħal miżuri ta’ antidumping u kompensatorji, ir-Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u miżuri ta’ salvagwardja.

ARA WKOLL

Top