This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0607
Commission Implementing Regulation (EU) No 607/2012 of 6 July 2012 on the detailed rules concerning the due diligence system and the frequency and nature of the checks on monitoring organisations as provided for in Regulation (EU) No 995/2010 of the European Parliament and of the Council laying down the obligations of operators who place timber and timber products on the market Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012 tas- 6 ta’ Lulju 2012 dwar regoli dettaljati li jikkonċernaw is-sistema ta' diliġenza dovuta u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012 tas- 6 ta’ Lulju 2012 dwar regoli dettaljati li jikkonċernaw is-sistema ta' diliġenza dovuta u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 177, 7.7.2012, pp. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 607/2012
tas-6 ta’ Lulju 2012
dwar regoli dettaljati li jikkonċernaw is-sistema ta' diliġenza dovuta u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1), u b 'mod partikolari l-Artikoli 6(2) u 8(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jobbliga lill-operaturi biex jużaw qafas ta’ proċeduri u miżuri (minn issa ’l quddiem imsejjaħ sistema ta' diliġenza dovuta) biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju tat-tqegħid fis-suq intern ta’ njam maħsud b'mod illegali jew prodotti derivati minn injam maħsud b'mod illegali. |
|
(2) |
Jeħtieġ li jiġu ċċarati l-każijiet li fihom informazzjoni dwar l-isem xjentifiku sħiħ tal-ispeċi tas-siġar, fir-reġjun subnazzjonali fejn ġie maħsud l-injam u li tkun provduta l-konċessjoni tal-ħsad. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jkunu speċifikati l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ. |
|
(4) |
Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali miksuba fil-kuntest tal-kontrolli hi soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3). |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ fis-settur Forestali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ.
Artikolu 2
L-applikazzjoni tas-sistema ta’ diliġenza dovuta
1. L-operaturi għandhom japplikaw is-sistema tad-diliġenza dovuta biex kull tip speċifiku ta’ njam jew prodotti tal-injam fornuti minn fornitur partikolari fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, sakemm l-ispeċi tas-siġar, il-pajjiż jew il-pajjiżi tal-ħsad jew, fejn applikabbli, ir-reġjun(i) subnazzjonali u l-konċessjoni(jiet) tal-ħsad ma jinbidlux.
2. L-ewwel paragrafu huwa bla ħsara għall l-obbligu tal-operatur li jżomm miżuri u proċeduri li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 dwar kull kunsinna tal-injam u ta’ prodotti tal-injam mqiegħda fis-suq mill-operatur.
Artikolu 3
Informazzjoni dwar il-forniment tal-operatur
1. L-informazzjoni dwar il-forniment ta’ operatur ta’ njam jew prodotti tal-injam msemmija fl-Artikolu (6)(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandha tingħata skont il-paragrafi 2, 3 u 4.
2. L-isem xjentifiku sħiħ tal-ispeċi tas-siġar riferiti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandu jingħata fejn teżisti ambigwità fl-użu tal-isem komuni.
3. Informazzjoni dwar ir-reġjun subnazzjonali msemmi fit-tieni inċiż tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandha tingħata fejn ir-riskju ta' ħsad illegali jvarja bejn reġjun subnazzjonali u ieħor.
4. Informazzjoni dwar il-konċessjoni tal-ħsad msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandha tingħata fejn ir-riskju ta' ħsad illegali jvarja bejn konċessjoni tal-ħsad u oħra f’pajjiż jew f’reġjun subnazzjonali partikolari.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu kwalunkwe arranġament li jikkonferixxi d-dritt biex jinħasad l-injam f'żona definita, għandu jitqies bħala konċessjoni tal-ħsad.
Artikolu 4
Valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju
Iċ-ċertifikazzjoni jew skemi oħra ta’ verifika minn parti terza msemmija fl-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(1)(b) u fl-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju u fil-proċeduri ta' mitigazzjoni tar-riskju meta jkunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
tkun stabbilita u disponibbli għall-użu minn partijiet terzi, sistema ta’ rekwiżiti li hija pubblikament disponibbli u li għandha tal-anqas tinkludi r-rekwiżiti rilevanti kollha tal-leġiżlazzjoni applikabbli; |
|
(b) |
huma jispeċifikaw li kontrolli xierqa, inklużi żjarat fuq il-post, isiru minn parti terza f'intervalli regolari li ma jdumux aktar minn 12-il xahar sabiex ikun ivverifikat li hemm konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli; |
|
(c) |
huma jinkludu mezzi, ivverifikati minn parti terza, li jippermettu t-traċċabbiltà tal-injam li jkun ġie maħsud f'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli, u prodotti tal-injam ġejjin minn dan l-injam, fi kwalunkwe punt fil-katina tal-provvista qabel tali njam jew prodotti tal-injam jitqiegħdu fis-suq; |
|
(d) |
huma jinkludu kontrolli, vverifikati minn parti terza, li jiżguraw li l-injam jew prodotti tal-injam ta’ oriġini mhux magħrufa, jew injam jew prodotti tal-injam li ma jkunux ġew maħsuda skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, ma jidħlux fil-katina tal-provvista. |
Artikolu 5
Iż-żamma tar-reġistri mill-operaturi
1. Informazzjoni dwar forniment tal-operatur kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom ikunu ddokumentati permezz rekords adegwati, li għandhom jinħażnu għal 5 snin u jinżammu disponibbli għal kontrolli mill-awtorità kompetenti.
2. Bl-applikazzjoni tas-sistema tagħhom ta’ diliġenza dovuta l-operaturi għandhom ikunu kapaċi juru kif l-informazzjoni miġbura ġiet ivverifikata mal-kriterji tar-riskju stipulati fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, kif ittieħdet deċiżjoni dwar miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u kif l-operatur iddetermina l-grad tar-riskju.
Artikolu 6
Il-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kontrolli f'intervalli regolari msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 jitwettqu tal-anqas darba kull sentejn.
2. Il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandhom jitwettqu b’mod partikolari fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn awtorità kompetenti, waqt li twettaq kontrolli fuq l-operaturi, tkun sabet nuqqasijiet fl-effikaċja jew fl-implimentazzjoni min-naħa tal-operaturi tas-sistema ta’ diliġenza dovuta stabbilita minn organizzazzjoni ta' monitoraġġ; |
|
(b) |
fejn il-Kummissjoni tkun għarrfet lill-awtoritajiet kompetenti li organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tkun għaddiet minn tibdil sussegwenti kif previst fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali fir-rigward tar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ kif ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq (4). |
3. Il-kontrolli għandhom isiru mingħajr twissija minn qabel, ħlief fejn hija meħtieġa notifika minn qabel tal-organizzazzjoni ta' monitoraġġ sabiex tkun żgurata l-effikaċja tal-kontrolli.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli skont il-proċeduri dokumentati.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li għandhom jinkludu, b'mod partikolari u skont kif xieraq, l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
kontrolli fuq il-post; inklużi awditjar fuq il-post; |
|
(b) |
eżami ta’ dokumentazzjoni u ta’ rekords tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ; |
|
(c) |
intervisti mal-amministrazzjoni u l-persunal tal-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ; |
|
(d) |
intervisti mal-operaturi u mal-kummerċjanti jew kwalunkwe persuna rilevanti oħra; |
|
(e) |
eżami ta’ dokumentazzjoni u rekords tal-operaturi; |
|
(f) |
eżami tal-kampjuni tal-provvista tal-operaturi li jużaw is-sistema ta' diliġenza dovuta tal-organizzazzjoni ta' monitoraġġ konċernata. |
Artikolu 7
Rapporti tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu rapporti dwar il-kontrolli individwali li jkunu wettqu, li għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-proċess u tat-tekniki applikati u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħhom.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-abbozz tar-rapport lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ li ġiet soġġetta għal kontroll. L-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tista’ tagħti l-kummenti tagħha lill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu taż-żmien speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu r-rapporti msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 fuq il-bażi tar-rapporti dwar kontrolli individwali.
Article 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.