EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1244
Commission Regulation (EU) No 1244/2010 of 9 December 2010 amending Regulation (EC) No 883/2004 of the European Parliament and of the Council on the coordination of social security systems and Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council laying down the procedure for implementing Regulation (EC) No 883/2004 Text with relevance for the EEA and for Switzerland
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad- 9 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad- 9 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera
ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0883 | Emenda | anness 8 | 11/01/2011 | |
Modifies | 32004R0883 | Emenda | anness 9 P1 | 11/01/2011 | |
Modifies | 32009R0987 | Emenda | anness 1 | 11/01/2011 | |
Modifies | 32009R0987 | Emenda | anness 2 | 11/01/2011 |
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1244/2010
tad-9 ta’ Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali (1).
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,
Billi:
(1) |
Żewġ Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
(2) |
Xi Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
(3) |
L-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jeħtieġ li jiġu adattati ħalli jitqiesu l-iżviluppi riċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex tiġi garantita t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati. |
(4) |
Il-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-Koordinament tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet mal-emendi. |
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Anness IX, Parti I, it-taqsima “IL-PAJJIŻI L-BAXXI” hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-Anness 2, it-titolu, “Artikoli 31 u 41” jiġi sostitwit minn “Artikoli 32 (2) u 41 (1)”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.