EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Glossarju tat-taqsiriet

Glossarju tat-taqsiriet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea, li ġiet stabbilita fl-1957, issa għandha 28 Kummissarju, inkluż il-President tagħha. Hija taġixxi fl-interess ġenerali tal-UE b’indipendenza sħiħa mill-gvernijiet nazzjonali u hija responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

Hija għandha d-dritt ta’ inizjattiva sabiex tipproponi liġijiet f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. Fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, hija għandha dritt ta’ inizjattiva mal-pajjiżi tal-UE. Bħall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jitolbu wkoll lill-Kummissjoni sabiex tipproponi liġijiet permezz tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha d-dritt li tadotta atti mhux leġiżlattivi, b’mod partikolari atti delegati u ta’ implimentazzjoni, u għandha setgħat importanti sabiex tkun tista’ tiżgura kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni bejn in-negozji tal-UE.

Il-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE. Hija tesegwixxi l-baġit tal-UE u tiġġestixxi l-programmi ta’ finanzjament. Hija teżerċita wkoll funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuttivi u maniġerjali, kif stipulat fit-Trattati. Hija tirrappreżenta lill-UE madwar id-dinja f’oqsma li mhumiex koperti mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni, pereżempju fil-politika tal-kummerċ u l-għajnuna umanitarja.

Il-Kummissjoni hija magħmula minn Direttorati Ġenerali (dipartimenti) u Servizzi, li primarjament jinsabu fi Brussell u fil-Lussemburgu.

ARA WKOLL