EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-kriterji tal-adeżjoni (kriterji ta’ Kopenħagen)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-kundizzjonijiet (l-Artikolu 49) u l-prinċipji (l-Artikolu 6(1)) li għandu jirrispetta kwalunkwe pajjiż li jkun jixtieq isir membru tal-Unjoni Ewropea (UE).

Għandhom jiġu ssodisfati ċerti kriterji għall-adeżjoni. Dawn il-kriterji (magħrufa bħala l-kriterji ta’ Kopenħagen) ġew stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen fl-1993 u msaħħa mill-Kunsill Ewropew ta’ Madrid fl-1995.

Dawn huma:

  • l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li tiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi;
  • ekonomija tas-suq li tiffunzjona u r-reżistenza għall-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-UE;
  • l-abbiltà li pajjiż jassumi l-obbligi tas-sħubija, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b’mod effettiv ir-regoli, l-istandards u l-politiki li jsawru l-korp tal-liġi tal-UE (l-“ acquis ”), kif ukoll l-aderenza mal-għanijiet tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja.

ARA WKOLL

Top