EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Ġustizzja, libertà u sigurtà

Il-ħolqien ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tiġi mit-Titlu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikoli 67–89). Iż-żona nħalqet biex tassikura n-nuqqas ta’ kontroll fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni filwaqt li toffri livell għoli ta’ protezzjoni liċ-ċittadini.

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistipula l-oġġettivi tal-Unjoni Ewropea (UE), l-UE toffri liċ-ċittadini żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni . 

In-nuqqas ta’ kontroll fuq il-fruntiera huwa assigurat flimkien ma’ miżuri xierqa li jirrispettaw il-kontroll fuq il-fruntieri esterni, l-ażil, l-immigrazzjoni u jipprevjeni u jiġġieled il-kriminalità filwaqt li jinkludi wkoll kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali kif ukoll kooperazzjoni tal-pulizija.