EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Is-suq intern tal-Unjoni Ewropea (UE) huwa suq uniku fejn jiġi żgurat il-moviment ħieles ta' prodotti, servizzi, kapital u persuni u fejn iċ-ċittadini huma liberi li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw u jinnegozjaw.
Minn meta nħoloq fl-1993, is-suq uniku kompla jinfetaħ aktar għall-kompetizzjoni, ħoloq impjiegi ġodda u naqqas ħafna ostakoli għall-kummerċ. L-Att dwar is-Suq Uniku ġie ppreżentat f'żewġ partijiet, fl-2011 u fl-2012, li jinkludu proposti għall-isfruttar ulterjuri tal-opportunitajiet mogħtija mis-suq uniku, bil-għan li jiżdiedu l-impjiegi u tittejjeb il-fiduċja fin-negozju Ewropew.
"