EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Drittijiet tal-bniedem

L-Unjoni Ewropea (UE) hija msejsa fuq drittijiet fundamentali, demokrazija u l-istat tad-dritt.

Tabilħaqq, skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.”

Dawn il-valuri huma marbuta mill-qrib u jiggwidaw l-azzjoni esterna u interna tal-UE.

L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam hija bbażata fuq it-trattati tal-UE u fuq il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li għandha l-istess valuri bħat-trattati. Il-Karta tinkorpora d-drittijiet fundamentali li n-nies igawdu fl-UE. Hija strument modern u komprensiv li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-libertajiet tan-nies fid-dawl tat-tibdil fis-soċjetà, il-progress soċjali u l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

Il-Karta tapplika flimkien ma’ sistemi ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali nazzjonali u internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.