Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-ambjent huma theddida eżistenzjali għall-Ewropa u għad-dinja. Biex negħlbu dawn l-isfidi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ser jittrasforma l-Unjoni Ewropea (UE) f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva billi jassigura:
Huwa jimmira wkoll li jipproteġi, jikkonserva u jtejjeb il-kapital naturali tal-UE u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji relatati mal-ambjent u l-impatti.
Is-saħħa tagħna, l-ekonomija tagħna kif ukoll il-benesseri tagħna jiddependu fuq l-istat tal-ambjent li qed jiffaċċja diversi sfidi serji, mhux tal-inqas dawk tat-tibdil fil-klima, tal-konsum u tal-produzzjoni insostenibbli kif ukoll tad-diversi forom ta’ tniġġis.
L-istrateġiji ambjentali tal-UE, bħall-pjan ta’ azzjoni ġdid tal-ekonomija ċirkolari, l-istrateġija tal-biodiversità għall-2030, l-fistrateġija mill-, il-pjan ta’ azzjoni tat-tniġġis zero u leġiżlazzjoni tipproteġi l-habitits naturali, jżommu l-arja u l-ilma nadif, jassiguraw rimi tal-iskart kif suppost, itejbu l-għarfien dwar il-kimiċi tossiċi u jgħinu n-negozji jimxu lejn ekonomija sostenibbli fejn in-nies jgħixu tajjeb fil-limiti tal-pjaneta.
L-UE qed tiġġieled it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-ambjent permezz ta’ politiki ambizzjużi d-dar u kooperazzjoni mill-qrib ma’ imsieħba internazzjonali. L-UE tifformola u timplimenta politiki u strateġiji dwar il-klima, u tieħu rwol ewlieni fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima. Hija impenjata biex tiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess tal- Ftehim ta’ Pariġi u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet.
Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tikteb l-għan stabbilit fil-Patt Ekoloġiku Ewropew f’liġi għal ekonomija u soċjetà Ewropea biex issir iktar newtrali għall-klima sal-2050. Il-liġi tistabbilixxi wkoll il-mira intermedjarja għat-tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal mill-inqas 55% sal-2030 meta mqabbel ma’ livelli tal-1990. L-UE tfittex li tiżgura li t-tħassib dwar il-klima jiġi inkluż f’oqsma ta’ politika oħrajn (eż. it-trasport u l-enerġija) u tippromwovi wkoll it-teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u miżuri ta’ adattament.
L-iżvilupp sostenibbli huwa prinċipju ewlieni tat- Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u huwa oġġettiv prijoritarju għall-politiki interniu esterni tal-UE. L-aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-miri tal-iżvilupp sostenibbli huma impenn universali biex tinqered il-povertà u tinkiseb dinja sostenibbli sal-2030 u iktar, bil-benesseri uman u pjaneta f’saħħitha fil-qalba tagħha.