Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

L-awdjoviżiv u l-midja

audiovisual_and_media

Aktar minn miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea (UE) huma impjegati direttament fis-settur tal-awdjoviżiv u tal-media. Dan ikopri mhux biss il-media iktar tradizzjonali, bħar-radju, ix-xandir pubbliku u kummerċjali, iżda wkoll it-televiżjoni indipendenti u l-produzzjoni tal-films. It-teknoloġiji diġitali ġodda jaffetwaw is-settur b’mod profond, billi jittrasformaw ix-xandir, l-ipprogrammar, il-produzzjoni, il-konsenja u s-sistemi tal-pagament, kif ukoll il-ħolqien ta’ media ġodda, li jvarjaw minn pubblikazzjonijiet diġitali għal servizzi online għal konsum mid-dar jew mill-mowbajl.

Ir-rilevanza tas-settur huwa kbir ħafna minn angolu ekonomiku, soċjali u kulturali: huwa jikkontribwixxi għad-diversità kulturali tal-UE u jenfasizza l-potenzjal kreattiv fil-panorama diġitali ġdid.

L-UE tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni f’dan il-qasam bejn l-Istati Membri tal-UE. Skont l-Artikoli 167 u 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-UE ssostni wkoll l-azzjonijiet tagħhom fl-oqsma kulturali u kreattivi, li huwa wieħed mill-14-il ekosistema industrijali li ġew identifikati mill-istrateġija industrijali tal-Kummissjoni. Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMSD) tistabbilixxi l-bażi għal suq ħieles u ġust tal-UE għal pjattaformi tas-servizzi awdoviżivi u tal-qsim ta’ vidjows, li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali. Il-programm il-ġdid Ewropa kreattiva 2021–2027 jgħin lis-setturi kulturali u kreattivi b’EUR 2.44 biljun sabiex jippromwovi kemm id-diversità kulturali u lingwistika, irawwem il-kompetittività kif ukoll il-potenzjal ekonomiku tas-setturi kulturali u kreattivi.