This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà ambjentali
Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà ambjentali
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Hija tistabbilixxi regoli bbażati fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Dan ifisser li kumpanija li tikkawża danni ambjentali hija responsabbli għal dan id-dannu u għandha tieħu l-azzjoni preventiva jew ta’ rimedju neċessarja u ġġarrab l-ispejjeż relatati kollha.
PUNTI EWLENIN
Id-direttiva tiddefinixxi dannu ambjentali bħala:
Id-definizzjoni tinkludi r-rilaxx ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja (minħabba li dan jaffettwa l-kundizzjonijiet tal-art jew tal-ilma), l-ilma intern tal-wiċċ u l-ilma li jinsab taħt l-art, u kwalunkwe rilaxx apposta fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati, kif definit mid-Direttiva 2001/18/KE.
Ambitu
Hemm żewġ xenarji fejn isseħħ responsabbiltà:
Danni ambjentali kkawżati minn kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva, bħal:
Danni ambjentali lil speċi protetti u ħabitats naturali (jew it-theddida imminenti tagħhom) ikkawżati minn attivitajiet okkupazzjonali għajr dawk elenkati fl-Anness III, u jekk il-kumpanija tkun naqset jew hija negliġenti.
Eċċezzjonijiet
L-eċċezzjonijiet jinkludu l-kunflitt armat, diżastru naturali, responsabbiltà għal tipi ta’ danni ambjentali koperti minn ċerti konvenzjonijiet internazzjonali (eż. tniġġis tal-baħar), u riskji nukleari, li huma koperti mit-Trattat Euratom.
Azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju
Il-kumpanija għandha tħallas għal azzjonijiet preventivi u ta’ rimedju, għajr f’ċerti sitwazzjonijiet, eż. jekk id-dannu jkun seħħħ minn parti terza minkejja l-miżuri ta’ sigurtà adegwati, jew li jirriżultaw minn konformità ma’ struzzjoni uffiċjali.
Implimentazzjoni
Regolament ta’ Emenda (UE) 2019/1010
Id-direttiva ġiet emendata fl-2019 bir-Regolament (UE) 2019/1010 li jallinja u jirrazzjonalizza l-obbligi ta’ rappurtar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni ambjentali. Ir-regoli l-ġodda introdotti, li ilhom japplikaw mis-26 ta’ Ġunju 2019, huma kif ġej.
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Ilha tapplika mit-30 ta’ April 2004 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-30 ta’ April 2007.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56-75)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2004/35/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija għal raġunijiet ta’ informazzjoni biss
DOKUMENTI RELATATI
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar ta’ dannu ambjentali (COM(2016) 204 final, 14.4.2016)
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: REFIT Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali li Takkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar ta’ dannu ambjentali (SWD(2016) 121 final, 14.4.2016)
l-aħħar aġġornament 17.06.2020