Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2014 —

Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑512/11)

“Għajnuna mill-Istat — Settur tal-ajru — Taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru — Eżenzjoni ta’ passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Drittijiet proċedurali tal-persuni interessati”

1. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikors tal-persuni interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE — Identifikazzjoni tas-suġġett tar-rikors — Rikors intiż għas-salvagwardja tad-drittijiet proċedurali tal-persuni kkonċernati — Motivi li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 28, 29, 31, 32)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultà ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Kunċett — Natura oġġettiva (Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4 u 6(1)) (ara l-punti 57-62)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultà ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Kunċett — Natura oġġettiva — Oneru tal-prova — Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet (Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4)) (ara l-punt 63)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Miżuri ta’ għajnuna mhux innotifikati iżda li kienu s-suġġett ta’ ilmenti ta’ terzi persuni interessati — Obbligu għall-Kummissjoni li ttemm il-fażi preliminari ta’ eżami f’terminu raġonevoli — Portata — Ksur — Evalwazzjoni in concreto (Artikolu 108(3) TFUE) (ara l-punt 68-74)

5. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultà ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet — Natura insuffiċjenti ta’ sempliċi skadenza ta’ terminu li jeċċedi t-tul normali ta’ eżami preliminari (Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4)) (ara l-punt 75)

6. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ trattament fiskali vantaġġuż lil ċerti impriżi — Inklużjoni — Vantaġġi li jirriżultaw minn miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha — Esklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 78, 79)

7. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżura fiskali speċifika — Natura selettiva tal-miżura — Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura jew l-istruttura tas-sistema fiskali — Esklużjoni (Artikolu 107 (1) TFUE) (ara l-punti 80, 81)

8. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultà ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-eżami — Indiċi tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji (Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4)) (ara l-punti 88, 89, 94, 98, 102, 103, 105, 106)

9. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ diliġenza — Eżami komplet — Eżami diliġenti u imparzjali tal-ilmenti — Eżami tal-elementi mhux espressament invokati mil-lanjant (Artikolu 108(3) TFUE) (ara l-punt 105)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4932 finali, tat-13 ta’ Lulju 2013, sa fejn tikkonstata li l-assenza tal-applikazzjoni tat-taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza ma tikkostitwixxix għajuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011C ex 2011/NN)].

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4932 finali, tat-13 ta’ Lulju 2013, sa fejn tikkonstata li l-assenza tal-applikazzjoni tat-taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza ma tikkostitwixxix għajuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011C ex 2011/NN)] hija annullata.

2) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair Ltd.

3) 

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.