Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta ’ Marzu 2016 – Naazneen Investments vs EUIPO

(Kawża C‑252/15 P) ( 1 )

“Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewreopa — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti ta’ revoka — Artikolu 51(1)(a) — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SMART WATER — Użu ġenwin — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75”

1. 

Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà [Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja Artikolu 168(1)(d)] (ara l-punti 22, 23)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 29, 34)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1) u 51(1)(a)] (ara l-punti 56, 76)

4. 

Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Raġuni bbażata fuq żnaturament tal-fatti — Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż il-provi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament [Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d)] (ara l-punti 59, 69)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Kunċett ta’ “raġunijiet validi” għan-nuqqas ta’ użu — Interpretazzjoni awtonoma u uniformi — Ostakoli li jippreżentaw relazzjoni diretta mat-trade mark li jagħmlu impossibbli jew mhux raġonevoli l-użu tagħha u li huma indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju tat-trade mark [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1) u 51(1)(a)] (ara l-punt 96)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Naazneen Investments Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 294, 7.9.2015.