Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑200/11 P)

“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Għajnuna mill-Istat — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikolu 1(ċ) — Modifika ta’ għajnuna eżistenti — Regolament (KE) Nru 794/2004 — Artikolu 4(1) — Mekkaniżmu temporanju difensiv favur it-tarznariˮ

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali mal-Artikolu 87(1) KE — Determinazzjoni tal-portata tad-deċiżjoni — Teħid inkunsiderazzjoni mhux biss tat-test tad-deċiżjoni, iżda wkoll tal-kontenut tan-notifika (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punt 27)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Miżura li tirrigwarda modifika ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti — Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004, Artikolu 4(1)) (ara l-punti 30, 31)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Implementazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali sostantivi fis-seħħ fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1177/2002, Artikolu 5) (ara l-punti 37-39, 43)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Notifika lill-Kummissjoni — Portata tal-obbligu — Notifika li għandha tinkludi stimi tal-ammonti globali ta’ għajnuna ppjanata minħabba l-impatt tagħhom fuq l-ammissibbiltà tagħha (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1177/2002) (ara l-punti 47-49)

5.                     Appell — Formulazzjoni tal-aggravji u tal-argumenti legali fir-rikors — Aggravju insuffiċjentement preċiż — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 52-54)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali mal-Artikolu 87(1)KE — Assenza ta’ aspettattivi leġittimi fil-każ ta’ modifika tal-iskema ta’ għajnuna li tmur lil hinn mill-qafas tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 65-68)

7.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett — Inugwaljanza fit-trattament li tirriżulta mil-limitazzjoni ratione temporis tal-awtorizzazzjoni li tingħata għajnuna mill-Istat f’settur ta’ suq — Ġustifikazzjoni oġġettiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1177/2002, Artikolu 5) (ara l-punti 74-76)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-3/09 (L-Italja vs Il-Kummissjoni), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/2008 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/2004 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.