SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
18 ta’ Novembru 2008 ( *1 )
“Moviment liberu tal-persuni — Student ċittadin ta’ Stat Membru li jmur fi Stat Membru ieħor biex isegwi taħriġ — Għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 12 KE — Ċertezza legali”
Fil-Kawża C-158/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep (l-Olanda), permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-, fil-proċedura
Jacqueline Förster
vs
Hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C. W. A. Timmermans, A. Rosas, K. Lenaerts u T. von Danwitz, Presidenti tal-Awla, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues (Relatur), R. Silva de Lapuerta, K. Schiemann, A. Arabadjiev, C. Toader u J.-J. Kasel, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Mazák,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-23 ta’ April 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Förster, minn A. Noordhuis, avocat, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. de Mol, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Daniż, minn B. Weis Fogh, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Möller, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Finlandiż, minn J. Himmanen, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Żvediż, minn A. Falk u S. Johannesson, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn T. Harris, bħala aġent, assistita minn S. Lee, barrister, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn G. Rozet u M. van Beek, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-10 ta’ Lulju 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE, 18 KE, 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70, tad-29 ta’ Ġunju 1970, dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta’ Stat Membru wara li kienu impjegati f’dak l-Istat (ĠU L 142, p. 24), kif ukoll 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/96/KEE, tad-, dwar id-dritt ta’ residenza għall-istudenti (ĠU L 317, p. 59). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Förster u l-hoofddirectie van de Informatie Beheer Groep (iktar ’il quddiem, l-“IB-Groep”) rigward l-annullament parzjali ta’ għoti ta’ manteniment li hija kienet irċeviet skont il-liġi tal-2000 rigward il-finanzjament ta’ studji (Wet studiefinanciering 2000, iktar ’il quddiem il-“WSF 2000”). |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
3 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p. 2), kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2434/92, tas- (ĠU L 245, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1612/68”), jipprovdi li l-ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru jgawdi fit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn “l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru”. |
4 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1251/70 jipprovdi b’mod partikolari: “1. Dawn li ġejjin għandhom id-dritt li jibqgħu b’mod permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru:
[…]” |
5 |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1251/70: “Id-dritt għal trattament ugwali, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, għandu japplika ukoll għal persuni li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.” |
6 |
Id-Direttiva 93/96 tipprovdi fl-ewwel artikolu tagħha: “Sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċitar tad-dritt tar-residenza u bil-ħsieb li jigi ggarantit l-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali b’mod mhux diskriminatorju għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jkun ġie aċċettat sabiex jattendi kors ta’ taħriġ vokazzjonali fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu d-dritt tar-residenza għal kull student li jkun ċittadin ta’ Stat Membru u li ma jgawdix dak id-dritt taħt dispożizzjonijiet l-oħra tal-liġi Komunitarja, u għall-konjugi ta’ l-istudent u t-tfal dipendenti tagħhom, meta l-istudent jassigura lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew bil-mezzi alternattivi li l-istudent jagħżel li jkunu mill-anqas ekwivalenti, li jkollu biżżejjed risorsi sabiex jevita li jsir piż fuq is-sistema ta’ l-assistenza soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom, dment li l-istudent ikun irreġistrat fi stabbiliment edukattiv rikonoxxut għall-fini prinċipali li jsegwi kors ta’ taħriġ vokazzjonali hemmekk u li jkun kopert minn assigurazzjoni fuq il-mard fir-rigward tar-riskji kollha fl-Istat Membru ospitanti.” |
7 |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/96 jipprovdi: “Din id-Direttiva ma tistabbilixxi l-ebda intitolament għall-ħlas ta’ għotjiet ta’ manteniment mill-Istati Membri lill-istudenti li jibbenefikaw mid-dritt ta’ residenza.” |
8 |
Id-Direttiva 93/96 ġiet abrogata, bis-seħħ mit-30 ta’ April 2006, permezz tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-, (ĠU L 158, p. 77, u rettifika ĠU 2004, L 229, p. 35), li kellha, bis-saħħa tal-Artikolu 40 tagħha, tiġi trasposta mill-Istati Membri qabel it-. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
9 |
Mill-1 ta’ Settembru 2000 sal-, l-Artikolu 2.2 tal-WSF kien jipprovdi kif ġej:
|
10 |
Mill-21 ta’ Novembru 2003, ġie miżjud it-tieni paragrafu mal-Artikolu 2.2 tal-WSF 2000. Huwa fformulat b’dan il-mod: “B’deroga mill-Artikolu 2.2(1)(b), ir-rekwiżit li student ikun residenti fl-Olanda ma għandux japplika għal student li ma jistax jiġi suġġett għal dan ir-rekwiżit skont it-Trattat jew skont deċiżjoni ta’ organizzazzjoni ta’ dritt pubbliku internazzjonali. Jistgħu jiġu adottati regoli permezz jew skont ordni amministrattiva għall-eżekuzzjoni korretta ta’ dan il-paragrafu.” |
11 |
Fl-4 ta’ Marzu 2005, l-IB-Groep adotta l-linja gwida dwar il-politika ta’ kontroll tal-ħaddiema migranti (Beleidsregel controlebeleid migrerend werknemerschap, AG/OCW/MT 05.11). Din il-linja gwida daħlet fis-seħħ fit- u tikkonċerna l-kontroll tal-perijodi li għalihom ingħata finanzjament tal-istudju b’effett mis-sena kalendarja 2003. Din tipprovdi li kwalunkwe student li ħadem għal medja ta’ 32 siegħa jew għal iktar fix-xahar fil-perijodu suġġett għall-kontroll jikseb awtomatikament l-istatus ta’ ħaddiem Komunitarju. Jekk student ma jissodisfax l-imsemmi kriterju tat-32 siegħa ta’ xogħol, l-IB-Groep iwettaq investigazzjoni iktar dettaljata fuq is-sitwazzjoni personali ta’ dan l-istudent. |
12 |
Wara s-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2005, Bidar (C-209/03, Ġabra p. I-2119), l-IB-Groep adotta, fid-, il-linja gwida dwar l-adattament tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-istudju għall-istudenti tal-Unjoni Ewropea, taż-Żona Ekonomika Ewropea u tal-Iżvizzera (Beleidsregel aanpassing aanvraag studiefinanciering voor studenten uit EU, EER en Zwitserland, iktar ’il quddiem il-“linja gwida tad-”), li ġiet ippubblikata fit-. |
13 |
L-Artikolu 2(1) ta’ din il-linja gwida jipprovdi: “Student li jkun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea […] jista’, fuq talba tiegħu, ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-istudju skont il-WSF 2000 […] jekk, qabel l-applikazzjoni tiegħu, ikun ilu residenti legalment fl-Olanda għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin. Id-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-WSF 2000 […] għandhom japplikaw fis-sħiħ.” |
14 |
L-Artikolu 5 tal-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005 jipprovdi li ġej: “Din il-linja gwida tidħol fis-seħħ mill-pubblikazzjoni tagħha u topera b’mod retroattiv mill-15 ta’ Marzu 2005.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
Fil-5 ta’ Marzu 2000, ta’ għoxrin sena, J. Förster, ċittadina Ġermaniża, stabbilit ruħha fl-Olanda, fejn irreġistrat immedjatament għal taħriġ bħala għalliema tal-primarja u, mill-, f’kors fit-teorija tal-edukazzjoni li jwassal għal lawrja ta’ baċellerat fil-Kulleġġ ta’ Amsterdam (Hogeschool van Amsterdam). |
16 |
Matul l-istudji tagħha, J. Förster eżerċitat diversi attivitajiet bħala persuna impjegata. |
17 |
Minn Ottubru 2002 sa Ġunju 2003, J. Förster għamlet taħriġ prattiku li kien imħallas fi iskola Olandiża li tipprovdi edukazzjoni sekondarja speċjali għal studenti bi problemi fl-imġiba u/jew b’disturbi psikjatriċi. |
18 |
Wara dan it-taħriġ prattiku, J. Förster waqqfet kull attività bħala persuna impjegata. |
19 |
Wara li, f’nofs l-2004, hija għaddiet l-eżami finali fil-kors dwar it-teorija tal-edukazzjoni li jwassal għal lawrja ta’ baċellerat, J. Förster aċċettat, fil-15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, impjieg bħala ħaddiema soċjali f’istituzzjoni li tilqa’ persuni b’disturbi psikjatriċi. |
20 |
Minn Settembru 2000, l-IB-Groep ta lil Förster finanzjament tal-istudju. Dan il-finanzjament ġie estiż perijodikament mill-IB-Groep. Dan kien iqis li Förster kellha tiġi kkunsidrata bħala “ħaddiema” fis-sens tal-Artikolu 39 KE u għaldaqstant li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, kellha tiġi ttrattata bħala studenta b’ċittadinanza Olandiża fir-rigward tal-għotjiet ta’ manteniment. |
21 |
Waqt kontroll, l-IB-Groep ikkonstata li, bejn Lulju 2003 u Diċembru tal-istess sena, J. Förster ma kellhiex xogħol remunerat. Għaldaqstant, b’deċizjoni tat-3 ta’ Marzu 2005, huwa kkunsidra li hija ma setgħetx titqies iktar bħala ħaddiema. Konsegwentement, id-deċiżjoni rigward il-finanzjament tal-istudju mogħti għall-perijodu bejn Lulju 2003 u Diċembru 2003 ġiet annullata u J. Förster ġiet ordnata tħallas lura s-somom indebiti. |
22 |
Permezz ta’ sentenza tat-12 ta’ Settembru 2005, ir-rikors ippreżentat minn Förster quddiem ir-Rechtbank Alkmaar ġie ddikjarat bħala infondat għal żewġ raġunijiet. Minn naħa, din il-qorti qieset li peress li fit-tieni nofs tal-2003, Förster ma kellha l-ebda mpjieg reali jew effettiv, hija ma setgħetx titqies bħala ħaddiema Komunitarja matul dan il-perijdou. Min-naħa l-oħra, din l-istess qorti qieset li J. Förster ma setgħetx tinvoka s-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, sabiex tgawdi mill-finanzjament tal-istudju peress li, qabel l-istudji tagħha dwar it-teorija tal-edukazzjoni li jwasslu għal lawrja ta’ baċellerat, hija ma kienet bl-ebda mod integrata fis-soċjetà Olandiża. |
23 |
J. Förster appellat minn din is-sentenza quddiem is-Centrale Raad van Beroep filwaqt li sostniet, prinċipalment, li fil-perijodu inkwistjoni, hija diġà kienet suffiċjentement integrata fis-soċjetà Olandiża sabiex, skont id-dritt Komunitarju, tkun intitolata għal finanzjament tal-istudju għat-tieni nofs tal-2003 u, sussidjarjament, li hija kellha titqies bħala ħaddiema Komunitarja matul l-2003 kollha. |
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi s-Centrale Raad van Berop iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
25 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk student li jinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali jistax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1251/70 sabiex jikseb għoti ta’ manteniment. |
26 |
Ir-Regolament Nru 1251/70 jiżgura lill-ħaddiem li temm l-attività tiegħu, li jkun ħadem bħala impjegat fl-imsemmi Stat Membru, id-dritt li jibqa’ b’mod permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll id-dritt għal trattament ugwali, meta mqabbel maċ-ċittadini tal-Istat Membru, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68. Dawn id-drittijiet huma intiżi għall-membri tal-familja tal-ħaddiem li jirrisjedu miegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. |
27 |
Il-kundizzjonijiet għall-ksib tad-dritt għall-ħaddiem li jibqa’ fl-Istat Membru ospitanti huma msemmija b’mod limitat fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1251/70 (ara s-sentenza tad-9 ta’ Jannar 2003, Givane et, C-257/00, Ġabra p. I-345, punt 29). |
28 |
Minbarra l-osservanza ta’ kundizzjonijiet marbutin mat-tul ta’ żmien kemm tal-attività ta’ impjieg eżerċitata kif ukoll tar-residenza, il-ħaddiem li kellu mpjieg fi Stat Membru ospitanti għandu d-dritt li joqgħod hemm fi tliet każijiet. L-ewwel nett, jekk dan il-ħaddiem, fiż-żmien tat-tmiem tal-attività tiegħu, ikun wasal fl-età msemmija fil-liġi ta’ dak l-Istat Membru għal intitolament ta’ pensjoni tal-età avvanzata. It-tieni nett, jekk it-tmiem tal-impjieg huwa dovut għal inkapaċità permanenti għax-xogħol. It-tielet nett, jekk dan il-ħaddiem għandu mpjieg remunerat fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jżomm ir-residenza tiegħu fit-territorju tal-ewwel Stat fejn huwa jirritorna, fil-prinċipju, kull jum jew mill-inqas darba fil-ġimgħa. |
29 |
Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, is-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1251/70. |
30 |
Għandu jingħad ukoll li J. Förster waqqfet kull attività professjonali waqt il-perijodu inkwistjoni sabiex tkompli l-istudji tagħha, mingħajr madankollu ma waqqfet il-proġett tagħha ta’ ħajja professjonali fl-Olanda, fejn hija żammet ir-residenza tagħha. |
31 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, J. Förster ma tistax titqies bħala “ċittadin[a] ta’ Stat Membru li [kienet taħdem] bħala impjegat[a] fit-territorju ta’ Stat Membru” ieħor fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1251/70. |
32 |
Għaldaqstant, ir-Regolament Nru 1251/70 mhuwiex applikabbli f’din il-kawża. |
33 |
Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li student li jinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jistax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1251/70 sabiex jikseb għoti ta’ manteniment. |
Fuq it-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda
34 |
Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, student ċittadin ta’ Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor sabiex jistudja hemmhekk, jistax jinvoka l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE sabiex jikseb għoti ta’ manteniment. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk l-applikazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn ta’ kundizzjoni ta’ residenza minn qabel ta’ ħames snin tistax titqies bħala kompatibbli mal-imsemmi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE, u, jekk dan huwa l-każ, jekk hemmx lok, f’każijiet partikolari, li jiġu adottati kriterji oħrajn li juru l-eżistenza ta’ livell sostanzjali ta’ integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti. |
35 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE jipprojbixxi, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KE u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari li huwa jipprovdi, kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza. |
36 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi legalment fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jista’ jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 12 KE fis-sitwazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dritt Komunitarju (is-sentenzi tat-12 ta’ Mejju 1998, Martínez Sala, C-85/96, Ġabra p. I-2691, punt 63, u Grzelczyk, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32). |
37 |
Dawn is-sitwazzjonijiet jinkludu, b’mod partikolari, dawk li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-libertaijet fundamentali garantiti mit-Trattat u dawk li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri kif mogħtija mill-Artikolu 18 KE (ara s-sentenzi tat-2 ta’ Ottubru 2003, Garcia Avello, C-148/02, Ġabra p. I-11613, punt 24, u tat-, Schempp, C-403/03, Ġabra p. I-6421, punt 18). |
38 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ċittadin ta’ Stat Membru li jmur fi Stat Membru ieħor fejn huwa jsegwi studji sekondarji jagħmel użu mil-libertà ta’ moviment garantita mill-Artikolu 18 KE (ara s-sentenzi tal-11 ta’ Lulju 2002, D’Hoop, C-224/98, Ġabra p. I-6191, punti 29 sa 34, u Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35). |
39 |
Fir-rigward tal-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċittadin tal-Unjoni li mhuwiex ekonomikament attiv jista’ jinvoka l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE ladarba huwa jkun irrisjeda legalment fl-Istat Membru ospitanti għal ċertu perijodu (is-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37). |
40 |
Student li jmur fi Stat Membru ieħor sabiex jibda jew ikompli l-istudji tiegħu hemmhekk jista’ jibbenefika minn dritt ta’ residenza abbażi tal-Artikolu 18 KE u tad-Direttiva 93/96 meta huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva rigward id-disponibbiltà ta’ riżorsi suffiċjenti u ta’ assigurazzjoni fuq il-mard u rigward ir-reġistrazzjoni fi stabbiliment edukattiv rikonoxxut sabiex isegwi hemmhekk, b’mod prinċipali, taħriġ professjonali. |
41 |
Is-sitwazzjoni ta’ student li huwa residenti legali fi Stat Membru ieħor taqa’, għaldaqstant, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE sabiex jikseb għoti ta’ manteniment (ara s-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42). |
42 |
Huwa minnu li, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/96, din ma tistabbilixxix intitolament għall-ħlas ta’ għotjiet ta’ manteniment, mill-Istat Membru ospitanti, lill-istudenti li jibbenefikaw mid-dritt ta’ residenza. |
43 |
Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li ċittadin ta’ Stat Membru li, skont l-Artikolu 18 KE u skont id-dispożizzjonijiet adottati għall-implementazzjoni ta’ dan l-artikolu, jirresjedi legalment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fejn huwa beħsiebu jibda jew ikompli l-istudji tiegħu milli jinvoka, matul ir-residenza tiegħu, il-prinċipju fundamentali ta’ trattament ugwali stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46). |
44 |
Għal dan il-għan, il-fatt li Förster ġiet fl-Olanda prinċipalment sabiex tlesti l-istudji tagħha mhuwiex rilevanti. |
45 |
Barra minn hekk, skont il-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005, student li huwa ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni jista’ jibbenefika minn għoti ta’ manteniment jekk, qabel it-talba tiegħu, huwa jkun irrisjeda legalment fl-Olanda għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin. Peress li din il-kundizzjoni rigward it-tul ta’ żmien ta’ residenza mhijiex inforzata fil-konfront tal-istudenti ta’ ċittadinanza Olandiża, tqum id-domanda dwar liema huma l-limiti li jista’ jiġi suġġett għalihom id-dritt tal-istudenti ċittadini tal-Istati Membri l-oħrajn għal għoti ta’ manteniment sabiex it-trattament differenti ta’ dawn l-istudenti tal-aħħar meta mqabbel ma’ dak tal-istudenti ċittadini li jista’ jirriżulta ma jkunx jista’ jitqies bħala diskriminatorju u, għaldaqstant, ipprojbit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE. |
46 |
Din id-domanda ġiet evalwata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq. |
47 |
B’mod differenti minn din il-kawża, il-kawża li tat lok għas-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, kienet tikkonċerna dispożizzjoni nazzjonali li, minbarra l-osservanza ta’ kundizzjoni ta’ residenza, kienet teżiġi li l-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn li jitolbu għajnuna għall-ispejjeż tagħhom ta’ manteniment ikunu stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti. Sa fejn id-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-imsemmija sentenza, kienet teskludi kull possibbiltà għal ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jikseb, inkwantu student, l-istatus ta’ persuna stabbilita, din id-dispożizzjoni kienet tqiegħed lil tali ċittadin, ikun x’ikun il-livell tiegħu ta’ integrazzjoni reali fis-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti, fl-impossibbiltà li jissodisfa l-imsemmija kundizzjoni u, għaldaqstant, li jibbenefika mid-dirtt għall-għajnuna li tkopri l-ispejjeż tagħha ta’ manteniment. |
48 |
Fis-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li, minkejja li l-Istati Membri huma msejħa jagħtu prova, fl-organizzazzjoni u l-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna soċjali tagħhom, ta’ ċerta solidarjetà finanzjarja maċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, kull Stat Membru jista’ jassigura li l-għoti ta’ għajnuna intiża sabiex tkopri l-ispejjeż ta’ manteniment tal-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn ma ssirx piż irraġonevoli li jista’ jkollha konsegwenzi fuq il-livell globali tal-għajnuna li tista’ tingħata minn dan l-Istat (ara s-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56). |
49 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li Stat Membru jista’ jagħti għajnuna li tkopri l-ispejjeż ta’ manteniment tal-istudenti biss lill-istudenti li jkunu wrew ċertu livell ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dan l-Istat (sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57). |
50 |
Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-eżistenza ta’ ċertu livell ta’ integrazzjoni jista’ jitqies bħala stabbilit peremzz tal-konstatazzjoni li l-istudent inkwistjoni, matul ċertu perijodu, irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti (sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59). |
51 |
Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta’ kundizzjoni ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin, kif mitluba mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi eżaminat jekk tali kundizzjoni tistax tiġi ġġustifikata permezz tal-għan, għall-Istat Membru ospitanti, li jiggarantixxi l-eżistenza ta’ ċertu livell ta’ integrazzjoni fit-territorju tal-istudenti ċittadini tal-Istati Membri l-oħrajn. |
52 |
F’dan il-każ, tali kundizzjoni ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin hija xierqa sabiex tiggarantixxi li l-applikant għal għoti ta’ manteniment inkwisjoni jkun integrat fl-Istat Membru ospitanti. |
53 |
Il-ġustifikazzjoni tagħha fir-rigward tad-dritt Komunitarju teżiġi wkoll li hija tkun proporzjonata għall-għan li huwa segwit b’mod leġittimu mid-dritt nazzjonali. Hija ma tistax tmur lil’hemm minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
54 |
Kundizzjoni ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin ma tistax titqies bħala eċċessiva fid-dawl, b’mod partikolari, tal-eżiġenzi invokati fir-rigward tal-livell ta’ integrazzjoni ta’ dawk li mhumiex ċittadini fl-Istat Membru ospitanti. |
55 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, minkejja li d-Direttiva 2004/38 mhijiex applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, hija tipprovdi, fl-Artikolu 24(2) tagħha, fir-rigward tal-persuni li mhumiex ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li jżommu tali status u membri tal-familja tagħhom, li l-Istat Membru ospitanti m’għandux ikun obbligat li jagħti għajnuna ta’ manteniment għall-istudji, inkluż taħriġ professjonali, li jikkonsisti f’konċessjonijiet tal-istudenti jew f’self għal studenti li ma kisbux dritt ta’ residenza permanenti, filwaqt li tipprovdi, fl-Artikolu 16(1) tagħha, li ċ-ċittadini tal-Unjoni li rrisjeda legalment għal perijodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk. |
56 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li, sabiex tkun proporzjonata, kundizzjoni ta’ residenza għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ kriterji ċari u magħrufin minn qabel (ara s-sentenza tat-23 ta’ Marzu 2004, Collins, C-138/02, Ġabra p. I-2703, punt 72). |
57 |
Peress li tippermetti lill-persuni interessati li jkunu jafu mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, il-kundizzjoni ta’ residenza stabbilita permezz tal-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005 hija, permezz tal-eżistenza tagħha nfisha, tali li tiggarantixxi livell għoli ta’ ċertezza legali u ta’ trasparenza fil-kuntest tal-għoti ta’ manteniment lill-istudenti. |
58 |
Għalhekk huwa importanti li jiġi kkonstatat li l-kundizzjoni ta’ residenza ta’ ħames snin, kif prevista mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tmurx lil hemm minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi ggarantit ċertu livell ta’ integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti tal-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn. |
59 |
Din il-konstatazzjoni ma taffettwax is-setgħa tal-Istati Membri li jattribwixxu, jekk huma jixtiequ, għoti ta’ manteniment lill-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza ta’ ħames snin. |
60 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għad-domandi tnejn sa erbgħa għandha tkun li student ċittadin ta’ Stat Membru li mar fi Stat Membru ieħor sabiex ilesti l-istudji tiegħu hemmhekk jista’ jinvoka l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE sabiex jikseb għoti ta’ manteniment meta huwa jkun irrisjeda għal ċertu perijodu fl-Istat Membru. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ residenza minn qabel ta’ ħames snin fir-rigward taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn. |
Fuq il-ħames domanda
61 |
Permezz ta’ din id-domanda, is-Centrale Raad van Beroep tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, jipprekludix l-applikazzjoni retroattiva ta’ kundizzjoni ta’ residenza li, fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma setgħetx tkun magħrufa mill-persuna interessata. |
62 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005 daħlet fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tagħha, b’effett retroattiv mill-, jiġifieri minn data li tiġi wara dik tal-fatti fil-kawża prinċipali. |
63 |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li l-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005 hija rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni fil-kawża prinċipali, peress li hija tirrifletti l-mod kif l-IB-Groep iddeċieda li jimplementa s-sentenza Bidara, iċċitata iktar ’il fuq, u peress li l-effetti ta’ din is-sentenza ma ġewx limitati fiż-żmien. |
64 |
Il-qorti tar-rinviju ssostni li d-dubju tagħha dwar dan il-punt ġej mid-deċiżjoni mogħtija fil-kawża li tat lok għas-sentenza Collins, iċċitata iktar ’il fuq, inkwantu l-Qorti tal-Ġustizzja qieset, f’din is-sentenza, li kundizzjoni ta’ residenza ma tistax tiġi inforzata fil-konfront ta applikant għal għajnuna soċjali ħlief fil-każ li dan tal-aħħar seta’ jkun diġà informat bl-eżistenza ta’ din il-kundizzjoni matul il-perijodu ta’ referenza. |
65 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 56 ta’ din is-sentenza, fis-sentenza Collins, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tkun proporzjonata, kundizzjoni ta’ residenza għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ kriterji ċari u magħrufin minn qabel. |
66 |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda, għandu jiġi mfakkar li peress li l-effetti tas-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, ma ġewx limitati fiż-żmien, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 KE, kif tirriżulta minn din is-sentenza, tista’ u għandha tiġi applikata mill-qrati nazzjonali għal relazzjonijiet legali li qamu u li ġew ikkostitwiti qabel l-imsemmija sentenza jekk, għall-bqija, il-kundizzjonijiet li jippermettu t-tressiq ta’ kawża rigward l-applikazzjoni tal-imsemmiija dispożizzjoni quddiem il-qrati kompetenti jkunu sodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-27 ta’ Marzu 1980, Denkavit italiana, 61/79, Ġabra p. 1205, punt 16, u Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, punt 66). |
67 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li huwa parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, jeżiġi, b’mod partikolari, li r-regoli ta’ dritt ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta huma jista’ jkollhom effetti li mhumiex favorevoli fuq l-individwi u fuq l-impriżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-13 ta’ Frar 1996, Van Es Douane Agenten, C-143/93, Ġabra p. I-431, punt 27, u tas-, ASM Brescia, C-347/06, Ġabra p. I-5641, punt 69). |
68 |
Mill-proċess jirriżulta li l-kundizzjoni ta’ residenza prevista mil-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005 ġiet introdotta sabiex tiggarantixxi t-tranżizzjoni bejn is-sentenza Bidar, iċċitata iktar ’il fuq, u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38. Din l-għażla saret sabiex tissodisfa l-eżiġenzi tal-Artikoli 24(2) u 16 ta’ din id-direttiva. |
69 |
B’dan il-mod jidher li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-issuġġettar tad-dritt tal-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn għal għoti ta’ manteniment, għal kundizzjoni ta’ residenza inkwantu element kostituttiv ta’ dan id-dritt ma jinvolvix konsegwenzi negattivi għall-persuni interessati. |
70 |
Bl-istess mod, fid-dawl tal-fatt li l-linja gwida tad-9 ta’ Mejju 2005 timplika, għall-persuni interessati, drittijiet iktar importanti minn dak li huma kellhom taħt is-sistema nazzjonali preċedenti, ir-rekwiżit stabbilit fis-sentenza Collins, iċċitata iktar ’il fuq, ma jistax jiġi applikat f’dan il-każ. |
71 |
Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ residenza li tissuġġetta d-dritt tal-istudenti li ġejjin minn Stati Membri oħrajn għal għoti ta’ manteniment għall-ikkompletar ta’ perijodi ta’ residenza li jippreċedu l-introduzzjoni ta’ din il-kundizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
72 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.