Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C-481/16) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ informazzjoni – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Eċċezzjonijiet tad-difiża – Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni”

1. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Irkupru ta’ għajnuna illegali-Obbligu-Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

(Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3))

(ara l-punti 23, 24)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Irkupru ta’ għajnuna illegali-Obbligu-Benefiċjarji f’diffikultà jew fi stralċ-Assenza ta’ effett

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punt 25)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati-Irkupru ta’ għajnuna illegali-Impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna li jinsabu fi stralċ-Iskrizzjoni tal-għajnuna fil-lista ta’ kredituri sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 26, 27)

4. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu-Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali-Eċċezzjonijiet tad-difiża-Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni-Kriterji ta’ evalwazzjoni-Diffikultajiet fl-eżekuzzjoni-Obbligu għall-Istat Membru li jieħu passi effettivi fil-konfront tal-impriżi inkwistjoni u jipproponi lill-Kummissjoni soluzzjonijiet alternattivi li jistgħu jegħlbu tali diffikultajiet

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 28, 29, 40)

Dispożittiv

1) 

Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. u, billi ma informatx lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri adottati skont din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 sa 5 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tat-Trattat FUE.

2) 

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016.