Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta ’ Jannar 2016 – Doux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑434/13)

“Agrikoltura — Rifużjoni tal-esportazzjoni — Laħam tat-tjur — Regolament ta’ implementazzjoni li jistabbilixxi r-rifużjoni għal EUR 0 — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 164(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Aspettattivi leġittimi”

1. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi — Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur — Inklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 32-34)

2. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti regolatorji — Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrenti direttament — Kunċett ta’ interess dirett — Kriterji — Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur — Rikors ta’ kumpannija attiva fl-esportazzjoni tat-tiġieġ iffriżat — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 36-39)

3. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti regolatorji — Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrenti direttament — Kunċett ta’ miżuri ta’ implementazzjoni — Azzjonijiet ġudizzjarji disponibbli kontra dawn l-atti (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 40-42)

4. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti regolatorji — Atti li ma jinkludux miżuri ta’ implementazzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrenti direttament — Kunċett ta’ miżuri ta’ implementazzjoni — Kriterji — Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi għal EUR 0 l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur — Att li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikoli 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 44-46, 54, 55, 59, 63-66)

5. 

Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Rabta mal-iskop tal-kawża (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u 53; Regolament tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punti 73, 74)

6. 

Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Motivi differenti minn dawk tal-parti li qed tiġi sostnuta — Motivi li ma jistgħux jintrabtu ma’ dawk tal-parti prinċipali li qed tiġi sostnuta — Inammissibbiltà — Motivi ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ pargrafu tal-Artikolu 40 u Artikolu 53; Regolament tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punti 77-80)

7. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Eżerċizzju tal-kompetenzi — Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implementazzjoni — Skrutinju minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri — Proċedura ta’ konsultazzjoni — Terminu għas-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att ta’ implementazzjoni — Possibbiltà ta’ deroga — Preżentazzjoni ta’ abbozz matul laqgħa tal-imsemmi kumitat — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 195) (ara l-punti 91, 92, 96, 97)

8. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Eżerċizzju tal-kompetenzi — Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implementazzjoni — Skrutinju minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri — Proċedura ta’ konsultazzjoni — Terminu għas-sejħa — Urġenza — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 195) (ara l-punt 117)

9. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Eżerċizzju tal-kompetenzi — Setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implementazzjoni — Skrutinju minn kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri — Proċedura ta’ konsultazzjoni — Terminu għas-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ rikonoxximent — Konsegwenzi (Regolament Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 3(3)) (ara l-punti 129, 130)

10. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li ssegwi d-direzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja — Deċiżjoni li tistabbilixxi l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni (Artikolu 296(2) TFUE) (ara l-punti 156, 157, 161, 163, 228, 230)

11. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbiliment tal-ammonti — Stabbiliment tal-ammont għal EUR 0 għall-ewwel darba għall-prodotti kkonċernati — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 178, 179)

12. 

Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 195, 340)

13. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbilimenti tal-ammonti — Obbligu tal-Kummissjoni li tadotta regolament ġdid f’każ ta’ żamma tal-ammont stabbiliti preċedentement — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(2)) (ara l-punti 199, 204)

14. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Limiti — Emenda tal-leġiżlazzjoni dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq — Nuqqas ta’ żamma tal-iskema tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal livell li jippermetti l-kompetittività tal-esportazzjonijiet — Assenza ta’ aspettattiva leġittima f’idejn l-operaturi attivi fis-setturi kkonċernati (Artikolu 39 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)) (ara l-punti 240, 246, 247, 265)

15. 

Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-aspettattivi leġittimi — Invokazzjoni, mill-operaturi ekonomiċi, ta’ aspettattiv leġittimu fiż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti — Ċaħda (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 251-253, 255, 257)

16. 

Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Portata — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 40 TFUE sa 43 TFUE) (ara l-punt 269)

17. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Skop (Artikolu 39 TFUE) (ara l-punt 284)

18. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbiliment tal-ammonti — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq — Kalkolu teoretiku bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji — Obbligu li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari tal-impriżi li jesportaw — Assenza [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(a)] (ara l-punti 289, 317, 328)

19. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbiliment tal-ammonti — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq — Kalkolu teoretiku bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji — Obbligu ta’ ugwaljanza bejn l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u r-riżultat tal-kalkolu teoretiku — Assenza [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(a)] (ara l-punti 294-296)

20. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbiliment tal-ammonti — Obbligu tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji kollha previsti fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament Nru 1234/2007 — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)) (ara l-punt 354)

21. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Laħam tat-tjur — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbiliment tal-ammonti — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq — Possibbiltà tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-ikel tat-tjur fl-Unjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(a) u (b)] (ara l-punti 361, 362, 365)

22. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Dħul fis-seħħ immedjat — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 297 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 689/2013) (ara l-punti 378-380)

23. 

Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett — Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi għal EUR 0 l-ammont tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni sabiex jiġi żgurat l-ekwilibriju fis-suq tal-Unjoni — Assenza ta’ użu ħażin ta’ poter(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)) (ara l-punti 387, 390)

24. 

Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Rifużjonijiet tal-esportazzjoni — Stabbiliment tal-ammonti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop li jiġi żgurat l-ekwilibirju fis-suq — Possibbiltà li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni n-numru mnaqqas tal-benefiċjarji potenzjali tar-rifużjonijiet [Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(3)(b)] (ara l-punt 393)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 196, p. 13).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Doux SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3) 

Tilly-Sabco għandha tbati l-ispejjeż tagħha.