garroencjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-20 ta ’ Settembru 2016 –

PAN Europe vs Il-Kummissjoni(Kawża T‑51/15)

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Dokumenti dwar l-interferenti endokrinali — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001”

1. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Kundizzjonijiet — Preġudizzju konkret, effettiv u serju għall-imsemmi proċess — Rifjut ibbażat fuq il-bżonn ta’ protezzjoni tal-proċess kontra pressjonijiet esterni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Teħid inkunsiderazzjoni tal-libertà ta’ espressjoni tas-servizzi tal-istituzzjoni kkonċernata — Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punt 34)

2. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Kundizzjonijiet — Preġudizzju konkret, effettiv u serju għall-imsemmi proċess — Portata — Natura sensittiva tal-informazzjoni mitluba — Ċirkustanza li ma tistax, waħedha, tiġġustifika l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punt 36)

3. 

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Kundizzjonijiet — Preġudizzju konkret, effettiv u serju għall-imsemmi proċess — Portata — Rifjut ibbażat fuq il-preġudizzju għall-marġni ta’ manuvra tal-istituzzjoni kkonċernata u tal-kapaċità tagħha li tikseb kompromess intern — Inammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punt 41)

4. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Possibbiltà li jintalbu dokumenti interni li fihom analiżijiet preliminari (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punt 41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2014, bir-referenza Ares(2014) 3900631, sa fejn tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti dwar l-interferenti endokrinali.

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2014, bir-referenza (2014) 3900631, hija annullata sa fejn irrifjutat l-aċċess għad-dokumenti msemmijin taħt in-numri 9, 13, 14, 15, 16, 17, 17a, 20, 22, 24, 25, 29, 30, 31, 37, 38, 39, 41, 42 u 43, abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Pesticide Action Network Europe (PAN Europe).

4) 

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.