Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta ’ April 2016 – Ben Ali vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑200/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi — Bażi legali — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ibbażata fuq motivazzjoni ġdida wara l-annullament tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Żball ta’ fatt — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjara effettiva — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-ħajja — Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Artikolu 29 TUE — Ammissibbiltà (Artikoli 3(5) TUE, 21 TUE, 23 TUE, 24(1) TUE, 25 TUE, 28(1) TUE u 29 TUE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1) (ara l-punti 64, 66-72)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Regolament dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Artikolu 215(2) TFUE u Deċiżjoni 2011/72 — Ammissibbiltà (Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1); Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011, Artikolu 2(1)) (ara l-punti 73, 74)

3. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Natura ta’ dawn il-miżuri — Miżuri purament kawtelatorji — Assenza ta’ natura kriminali (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011, Artikolu 2(1)) (ara l-punti 77-84)

4. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf tal-persuna kkonċernata li tippermettilu jifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tiegħu — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja — Limiti — Motivazzjoni li ma tistax tikkonsisti f’formulazzjoni ġenerali u stereotipika (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK u 2014/49/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011 u Nru 81/2014) (ara l-punti 94-101)

5. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi — Kunċett — Interpretazzjoni awtonoma u uniformi — Interpretazzjoni wiesgħa (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1); Regolament tal-Kunsill Nru 270/2011, Artikolu 2(1)) (ara l-punti 107, 109-116)

6. 

Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011) (ara l-punti 145, 146, 158-160, 165, 276)

7. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41 u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2011/79/PESK u 2014/49/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011 u Nru 81/2014) (ara l-punti 183-188, 199-200, 215)

8. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Drittijiet suġġetti għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, 2011/79/PESK u 2014/49/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011 u Nru 81/2014) (ara l-punt 201)

9. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17 u 52; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK u 2014/49/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 101/2011 u Nru 81/2014) (ara l-punti 232-249, 253-257)

10. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom — Talba għal deroga intiża għar-rilaxx ta’ ċerti fondi — Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti — Limiti — Rispett tad-drittijiet fundamentali (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(4); Regolament tal-Kunsill Nru 101/2011, Artikolu 5) (ara l-punt 266)

11. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 283)

12. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 284, 290, 301)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.