Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat‑18 ta ’ Novembru 2015 –

Liu vs UASI – DSN Marketing (Basktijiet għal kompjuters li jistgħu jinġarru)

(Kawża T‑813/14)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet għal kompjuters li jistgħu jinġarru — Disinni preċedenti identiċi — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ novità fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Żvelar tad-disinni preċedenti qabel id-data ta’ prijorità — Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 6/2002”

1. 

Disinni Komunitarji — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 62) (ara l-punt 15)

2. 

Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Żvelar mill-kreatur jew mill-aventi kawża tiegħu (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 21-23)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tas‑7 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1864/2013‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn DSN Marketing Ltd u Min Liu.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Min Liu huwa kkundannat għall-ispejjeż.