Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-29 ta ’ Ottubru 2015 –

Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit b’liver wieħed)

(Kawża T‑334/14)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta vit b’liver wieħed — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Karattru individwali — Utent avżat — Grad ta’ libertà tal-kreatur — Saturazzjoni tat-teknika — Impressjoni globali differenti — Artikoli 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

1. 

Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Evalwazzjoni globali tal-elementi kollha ppreżentati mid-disinn preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 16, 17, 58)

2. 

Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Utent avżat — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 18, 23‑26)

3. 

Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Libertà tal-kreatur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2) u 25(1)(b)) (ara l-punti 35, 36)

4. 

Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Saturazzjoni tat-teknika — Rilevanza (ara l-punt 83)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2014 (Każ R 812/2012‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Villeroy & Boch AG u Roca Sanitario, SA.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Roca Sanitario, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.