Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 —

Photo USA Electronic Graphic vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑394/13)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”

1. 

Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Investigazzjoni — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni — Determinazzjoni tal-prodott simili fid-dawl tad-definizzjoni ġenerali tal-prodott ikkonċernat — Neċessità ta’ identiċità u ta’ interkambjabbiltà bejn il-prodotti suġġetti għall-investigazzjoni — Assenza — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 1(4) u Nru 412/2013) (ara l-punti 28‑32, 34, 37, 39, 41, 45, 48)

2. 

Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Stabbiliment tar-rabta kawżali — Obbligi tal-istituzzjonijiet — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping — Aġir tal-produtturi tal-Unjoni stess — Investigazzjoni pendenti ta’ awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali fir-rigward tal-aġir ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni f’suq nazzjonali — Effett — Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 1(4)u Nru 412/2013) (ara l-punti 65‑69, 73, 74, 77, 78, 80, 81)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Photo USA Electronic Graphic, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Ancàp SpA, Cerame-Unie AISBL, Confindustria Ceramica u Verband der Keramischen Industrie eV.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.