Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 –
Fondul Proprietatea

(Kawżi magħquda C‑556/15 u C‑22/16) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Parteċipazzjoni ta’ kumpannija b’sehem prinċipalment pubbliku fiż-żieda ta’ kapital ta’ kumpannija li l-uniku azzjonist tagħha huwa l-Istat jew fil-formazzjoni ta’ kapital azzjonarju ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata miżmuma mill-Istat – Domandi ta’ natura ipotetika – Assenza ta’ dettalji suffiċjenti għal dak li jirrigwarda l-kuntest fattwali – Inammissibbiltà manifesta”

1. 

Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Domandi ġenerali jew ipotetiċi–Verifika mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ġurisdizzjoni tagħha–Domanda preliminari ta’ natura ipotetika–Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE)

(ara l-punti 20, 21, 28, 29)

2. 

Domandi preliminari–Ammissibbiltà–Domandi magħmula mingħajr dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv–Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

(ara l-punti 34-37, 39, 40)

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (qorti tal-appell ta’ Craiova, ir‑Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2015, u mit-Tribunalul București (qorti tal-prim’istanza ta’ Bukarest, ir‑Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2015, huma manifestament inammissibbli.


( 1 ) ĠU C 38, 1.2.2016.