Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – Pardue

(Kawża C‑321/16) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Preambolu u Artikoli 6, 20, 41, 47 u 48 – Setgħat tal-awtorità nazzjonali responsabbli għat-tressiq ta’ proċeduri kriminali – Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

 

Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni–Sitwazzjoni legali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni–Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 6(1) TUE; Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2))

(ara l-punti 14‑21 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mid-Dublin District Court (qorti distrettwali ta’ Dublin, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2016.


( 1 ) ĠU C 279, 1.8.2016.