Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tal-15 ta ’ Ottubru 2015 – Naderhirn

(Kawża C‑581/14)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 267 TFUE — Obbligu li jiġu osservati l-istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri”

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Supremazija — Dritt nazzjonali kuntrarju — Konstatazzjoni ta’ din in-natura kuntrarja permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ dispożizzjonijiet proċedurali nazzjonali għat-trattament ta’ kawżi pendenti quddiem il-qrati nazzjonali — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Obbligu li jiġu osservati l-istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri li ma humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 30, 31, 35-37 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sitwazzjoni ġuridika nazzjonali li hija kkaratterizzata, minn naħa, mill-assenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw il-mod li bih qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni dak li jirriżulta minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja meta hija tittratta l-kawżi pendenti quddiemha u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ regoli tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-qorti inkwistjoni hija marbuta mingħajr riżerva mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija minn qorti nazzjonali oħra, sa fejn, minħabba tali regola tad-dritt nazzjonali, l-imsemmija qorti nazzjonali hija prekluża milli tiżgura li s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni tkun iggarantita debitament billi tieħu, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, l-miżuri kollha neċessarji għal dan il-għan.