Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta ’ Mejju 2015 — SCMD

(Kawża C‑262/14) 1 ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 2, 3(1) u 6 — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età — Diskriminazzjoni li ssir fuq il-bażi tal-appartenenza għal kategorija soċjoprofessjonali jew tal-post tax-xogħol — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt ċerti limiti, il-kumulu ta’ pensjoni tal-irtirar flimkien mad-dħul ta’ salarju mill-eżerċizzju ta’ attività professjonali fis-settur pubbliku — Terminazzjoni ex officio tar-relazzjoni ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ servizz”

1. 

Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78 — Kamp ta’ applikazzjoni — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kumulu ta’ pensjoni tal-irtirar u tad-dħul ta’ salarju mill-eżerċizzju ta’ attività professjonali fis-settur pubbliku — Esklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikoli 1, 2(2), u 3(1)) (ara l-punti 24, 27-31, 36, 37 u d-dispożittiv)

2. 

Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol — Terminazzjoni ex officio tar-relazzjoni ta’ xogħol jew ta’ servizz — Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikoli 1 u 3(1)(c)) (ara l-punt 32)

Dispożittiv

L-Artikoli 2(2) u 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ma humiex applikabbli għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li timponi t-terminazzjoni tad-dritt sħiħ tar-relazzjoni ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ servizz tal-impjegati tas-settur pubbliku li jibbenefikaw, inter alia, minn pensjoni tal-irtirar li hija ogħla mis-salarju medju gross u li ma għażlux il-kontinwazzjoni ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol jew ta’ din ir-relazzjoni ta’ servizz f’terminu speċifikat.

( 1 )   ĠU C 315, 15.9.2014.