Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 — León Medialdea

(Kawża C‑86/14) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — Klawżola 3(1) — Kunċett ta’ ‘ħaddiem għal terminu fiss’ — Klawżola 5(1) — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv tal-kuntratti jew tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Sanzjonijiet — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti — Dritt għal kumpens”

1. 

Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Talba li ma tidentifikax preċiżament id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni — Possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja li tidentifika dawn id-dispożizzjonijiet (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 31, 32)

2. 

Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali (ara l-punti 33-35)

3. 

Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Kamp ta’ applikazzjoni — Ħaddiem marbut mal-persuna li timpjegah permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat — Inklużjoni — Klassifikazzjoni mill-ġdid f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti — Assenza ta’ effett (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżoli 2 u 3(1)) (ara l-punti 39-42)

4. 

Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Miżura nazzjonali li tikkonsisti fis-sempliċi klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat, fis-settur pubbliku, f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti — Ordinament ġuridiku nazzjonali li ma jinkludix, fis-settur ikkonċernat, miżura effettiva oħra sabiex jiġi evitat u ssanzjonat tali użu abbużiv — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 5(1)) (ara l-punti 46-51)

5. 

Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Dritt għal kumpens — Kumpens li għandu jikkostitwixxi sanzjoni suffiċjentement effettiva — Obbligu għall-qorti nazzjonali li tinterpreta d-dritt intern konformement mad-dritt tal-Unjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 5(1)) (ara l-punti 56-58 u d-dispożittivi 1‑3)

Dispożittiv

1) 

Il-klawżoli 2 u 3(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa inkluż fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas sa fejn dan il-ħaddiem kien marbut mal-persuna li timpjegah permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-sens ta’ dawn il-klawżoli.

2) 

Il-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkludi ebda miżura effettiva sabiex tissanzjona l-abbużi, fis-sens tal-klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim qafas, li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku, peress li ma teżisti ebda miżura effettiva fl-ordinament ġuridiku nazzjonali sabex tissanzjona tali abbuż.

3) 

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, skont il-leġiżlazzjoni, il-ftehimiet kollettivi u/jew il-prassi nazzjonali, in-natura tal-kumpens mogħti lil ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali sabiex dan il-kumpens jikkostitwixxi miżura suffiċjentement effettiva sabiex tissanzjona l-abbużi, fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat.

Hija wkoll il-qorti tar-rinviju, jekk ikun il-każ, li għandha tagħti lid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, daqs kemm ikun possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni.

( 1 ) ĠU C 142, 12.05.2014.