Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tal-4 ta ’ Settembru 2014 —

Il‑Kummissjoni Ewropea vs Il-Greċja

(Kawża C‑351/13) 1 ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/74/KE — Artikoli 3 u 5(2) — Trobbija tat-tiġieġ li jbid — Gaġeġ mhux żviluppati — Projbizzjoni — Trobbija tat-tiġieġ li jbid f’gaġeġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva”

1. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Natura imperattiva tat-termini ta’ implementazzjoni (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punt 17)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 20)

3. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Natura oġġettiva — Raġuni għan-nuqqas — Assenza ta’ effett (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 23)

4. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni — Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 24)

5. 

Stati Membri — Obbligi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq nuqqas eventwali ta’ Stat Membru ieħor — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 25)

Dispożittiv

1) 

Billi naqset milli tiżgura li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, it-tiġieġ li jbid ma jitrabbiex iktar f’gaġeġ mhux żviluppati, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid.

2) 

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 260, 7.9.2013.