Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il‑Kummissjoni vs L‑Italja

(Kawża C-243/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardegna — Irkupru”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Obbligu — Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 35, 36)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali — Eċċezzjonijiet tad-difiża — Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru, fil-każ ta’ diffikultajiet fl-eżekuzzjoni, li jikkollaboraw fit-tiftix ta’ soluzzjoni li tosserva t-Trattat — Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni li ma tistax tirriżulta minn sospensjoni tal-eżekuzzjoni ordnata mill-qorti nazzjonali (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 40-41, 45, 55)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna illegali — Eċċezzjonijiet tad-difiża — Aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji tagħha — Esklużjoni (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 47)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Adozzjoni mill-qorti nazzjonali ta’ miżuri provviżorji ta’ sospensjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ effett sospensiv ta’ rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 48-50)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi Reġjonali Nru 9 tal-1998 — Applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C1/2004 (eks NN 158/2003 u CP 15/2003) [innotifikata taħt id‑dokument numru C(2008)2997] (ĠU L 302, p. 9)

Dispożittiv

1)

Billi ma ttiħdux, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi reġjonali Nru 9 tal-1998 — Applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.