2       


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 – ecoblue vs UASI

(Kawża C‑23/09 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark preċedenti BLUE – Sinjal verbali ‘Ecoblue’ – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali”

1.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l‑punt 51)

2.                     Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali- Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal‑Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 41, 42)

3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l‑punt 39)

4.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 47)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Novembru 2008, ecoblue AG vs UASI (T-281/07) - li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “Ecoblue”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38, kontra d-Deċiżjoni R 844/2006‑1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ April 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal‑oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “BLUE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38, kif ukoll trade marks verbali Komunitarji oħra li fihom il-kelma “BLUE”.

 Dispożittiv

1)         L-appell huwa miċħud.

2)         ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż.