EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0645(01)

Voorstel voor een besluit van de Raad betreffende de ondertekening van de Overeenkomst tussen de Europese Gemeenschap en de Zwitserse Bondsstaat op het gebied van statistiek

/* COM/2004/0645 def. */

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

52004PC0645(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika /* KUMM/2004/0645 finali */


Brussel 5.10.2004

KUMM(2004) 645 finali

2004/0227 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-relazzjonijiet mill-eqreb bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera fil-kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi kollha, jagħmlu hekk li tkun mixtieqa kooperazzjoni aktar intensa fl-istatistika. . Fil-fatt, l-Eurostat ilu jikkoopera ma’ l-Uffiċċju Federali Svizzeru ta’ l-Istatistika għal ħafna snin. Din il-kooperazzjoni kellha tiġi implimentata permezz tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). L-Isvizzera kienet parti firmatarja għal dan il-ftehim iżda, wara referendum negattiv fl-1992 ma setgħetx tirratifikah. Barra minn hekk, it-talba ta’ l-Isvizzera għas-sħubija ta’ l-20 ta’ Mejju 1992 twaqqfet temporanjament.

Wara li l-Isvizzera ma rratifikatx iż-ŻEE, kien hemm arranġamenti informali li permezz tagħhom l-Isvizzera ġiet mistiedna tattendi diversi laqgħat bi profil baxx (prinċipalment tekniċi) bħala osservatur; dawn jeskludu laqgħat ta’ livell għoli bħalma hu l-Kumitat għall-Programm ta’ l-Istatistika li jieħdu sehem fih il-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA jieħdu sehem bħala membri sħaħ għall-kwistjonijiet relevanti taż-ŻEE.

Wara r-referendum negattiv taż-ŻEE, l-Isvizzera ssuġġeriet li r-relazzjonijet ma’ l-Unjoni Ewropea jiġu żviluppati fuq bażi ta’ ftehim bilaterali settorjali. Dan inkluda ftehim dwar il-kooperazzjoni fuq l-istatistika. Fl-okkażjoni ta’ l-iffirmar ta’ seba’ ftehimiet bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999, iż-żewġ naħat iddikjaraw flimkien l-intenzjoni tagħhom li jibdew in-negozjati sabiex jikkonkludu ftehim dwar il-parteċipazzjoni Svizzera f’uħud mill-programmi dwar l-istatistika tal-Komunità.

Fis-sena 2000 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tibda n-negozjati ma’ l-Isvizzera. Fil-linji ta’ gwida għan-negozjati ġie speċifikat li l-ftehim għandu jissejjes fuq il-Programm tal-Komunità multiannwali dwar l-Istatistika u li għandu jaħdem għall-armonizzazzjoni tal-ġbir ta' l-informazzjoni, tan-nomenklaturi, tad-definizzjonijiet u tal-metodoloġiji għall-istatistika. Tbassru skambji ta’ ħaddiema. Il-ftehim għandu jkun sorveljat minn kumitat konġunt.

In-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Isvizzera saru fis-snin li segwew u tlestew fil-25 ta’ Ġunju 2004 meta d-Diretturi Ġenerali tal-Eurostat u ta’ l-Uffiċċju Federali Svizzeru għall-Istatistika inizjalaw il-ftehim.

Dan il-ftehim huwa fl-interessi taż-żewġ partijiet. Mill-perspettiva ta’ l-Unjoni Ewropea, jista’ jingħad li l-Isvizzera diġà kienet qed tieħu sehemtieħu sehem fil-Programm tal-Komunità dwar l-Istatistika f’ħafna aspetti (attendenza għal uħud mil-laqgħat tekniċi, il-pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar l-Isvizzera fil-pubblikazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, eċċ.) mingħajr ma tagħti kontribuzzjoni finanzjarja. Taħt dan il-ftehim, ir-relazzjonijiet se jkunu formalizzati. L-Isvizzera tkun tista’ tieħu sehemtieħu sehem fis-Sistema Ewropea għall-Istatistika u tadotta biċċa kbira mill- Acquis Communautaire dwar l-istatistika. L-ispejjeż għall-parteċipazzjoni li qed jiġu proposti jaqbżu l-ispejjeż li l-Isvizzera kien ikollha tħallas taħt iż-ŻEE; il-benefiċċji għall-Isvizzera se jkunu kemmxejn inqas minn dawk tal-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA.

Filwaqt li l-Isvizzera titħalla tieħu sehem fil-Programm tal-Komunità dwar l-Istatistika, l-ebda parteċipant Svizzeru ma jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità. Għalhekk ma kienx meħtieġ li fil-ftehim jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju.

L-ammont ta' l- Acquis Communautaire li l-Isvizzera għandha tadotta jixbah lil dak li hemm fl-Anness XXI tal-Ftehim taż-ŻEE; hemm adattamenti tekniċi u xi derogi temporanji meħtieġa biex jagħtu lill-Isvizzera ż-żmien meħtieġ sabiex tadatta s-sistema statistika tagħha.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Lulju 2000 tinnegozja ftehim f’isem il-Komunità mal-Konfederazzjoni Svizzera għall-qasam ta' l-istatistika.

Ir-riżultat tan-negozjati jirrifletti b’mod tajjeb id-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

Skond il-konklużjoni tiegħu aktar ‘il quddiem, huwa mixtieq li l-Ftehim inizjalat fil-25 ta’ Ġunju 2004 issa jiġi ffirmat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Skond il-konklużjoni tiegħu aktar ‘il quddiem, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jinnomina persuna li se jkollha s-setgħa tiffirma f’isem il-Komunità Ewropea l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika, inkluż l-Att Finali.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2004/0227 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Billi:

Fl-20 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim fil-qasam ta’ l-istatistika mal-Konfederazzjoni Svizzera.

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ..../..../KE tal- ...... 2004, u skond il-konklużjoni tiegħu aktar 'il quddiem, il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea fil- ....2004.

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam ta’ l-istatistika huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Kummissjoni megħjuna mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri taħt l-Artikolu 3 tal-Ftehim.

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità dwar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal kwistjonijet marbuta mal-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Isvizzera u għal derogi sostanzjali dwar l-estensjoni ta’ l-atti tal-leġislazzjoni tal-Komunità għall-Isvizzera. Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha tal-Kumitat Konġunt u għar-rakkomandazzjonijiet, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika msemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea[4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem “il-Komunità”, u

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, minn hawn 'il quddiem “l-Isvizzera”,

minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet Kontraenti”,

BILLI JIXTIEQU jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Isvizzera fil-qasam ta’ l-istatistika u, għal dan il-għan, permezz ta’ dan il-Ftehim jiddefinixxu l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw dik il-kooperazzjoni;

BILLI JIKKUNSIDRAW li għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa sabiex issir armonizzazzjoni gradwali u tiġi żgurata l-evoluzzjoni koerenti tal-qafas legali għall-ġbir ta’ l-informazzjoni, il-klassifikazzjonijiet, id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji fl-istatistika;

BILLI għandhom jitfasslu regoli komuni għall-produzzjoni ta’ l-istatistika fiż-żona koperta mill-Komunità u l-Isvizzera;

BILLI JAQBLU li dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq il-leġislazzjoni li hemm fis-seħħ fil-Komunità;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

1. Dan il-Ftehim japplika għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex tkun żgurata l-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika koerenti u kumparabbli għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ ta’ kull-politika ekonomika, soċjali u ambjentali li hija relevanti għall-kooperazzjoni bilaterali.

2. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżviluppaw u jużaw metodi, definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet armonizzati kif ukoll programmi u proċeduri komuni li jorganizzaw xogħol ta’ statistika f’livelli amministrattivi xierqa u skond id-dispożizzjonijiet imniżżla f’dan il-Ftehim.

3. Il-produzzjoni ta’ statistiċi għall-Partijiet Kontraenti għandha tirrispetta l-imparzjalità, l-affidabilità, l-oġġettività, l-indipendenza xjentifika, l-effettività tan-nefqa u l-kunfidenzjalità statistika; din m'għandhiex titfa’ piżijiet żejda fuq l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 2

Atti legali fil-qasam ta’ l-istatistika

L-Atti li għalihom hemm referenza fl-Anness A, kif adattat minn dan il-Ftehim, se jorbtu lill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1. Kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti, li għandu jkun magħruf bħala “il-Kumitat tal-Komunità/l-Isvizzera għall-Istatistika” (minn hawn ‘il quddiem il-Kumitat Konġunt), huwa hawnhekk stabbilit.

Dan għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandu jiżgura li jiġi implimentat b’mod xieraq. Għal dan il-għan għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f’dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jaġixxi bi ftehim maż-żewġ naħat. Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha torbot lill-Partijiet Kontraenti.

2. Il-Kumitat Konġunt u l-Kumitat għall-Programm ta’ l-Istatistika (SPC) imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382 (KEE/Euratom) tad-19 ta’ Ġunju 1989 għandhom jorganizzaw l-impenji tagħhom għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dan il-Ftehim f’laqgħat flimkien.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta, b’Deċiżjoni, ir-regoli tal-proċedura tiegħu li għandhom jinkludu, fost dispożizzjonijiet oħra, il-proċeduri sabiex jiġu organizzati l-laqgħat, il-ħatra ta’ Chair u t-tfassil tat-termini ta’ riferenza għaċ- Chair.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta meħtieġ. Kemm Parti Kontraenti kif ukoll l-oħra tista’ titlob li ssir laqgħa. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jwaqqaf liema sotto-kumitati jew gruppi ta’ ħidma jrid sabiex jgħinuh iwettaq l-impenji tiegħu.

5. Parti Kontraenti tista’ tressaq kwistjoni fil-livell tal-Kumitat Konġunt meta trid.

6. Kull deċiżjoni għandha tgħid id-data ta' l-implimentazzjoni tagħha. Fejn meħtieġ, id-deċiżjonijiet għandhom jingħataw lill-Partijiet Kontraenti għar-ratifikazzjoni jew għall-approvazzjoni bi qbil mal-proċeduri tagħhom u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Partijiet Kontraenti bi qbil mar-regoli tagħhom stess.

Artikolu 4

Leġislazzjoni ġdida

1. Il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta’ kull Parti Kontraenti, soġġetta għal qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li temenda b'mod unilaterali l-leġislazzjoni tagħha dwar xi punt regolat minn dan il-Ftehim.

2. Fil-perjodu ta’ qabel l-adozzjoni formali ta’ leġislazzjoni ġdida, il-Partijet Kontraenti għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw ma’ xulxin mill-aktar qrib possibbli. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti, jista’ jsir skambju preliminari ta’ fehmiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

3. Malli Parti Kontraenti tadotta emenda għal-leġislazzjoni tagħha, din għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu:

- jew jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness A u/jew l-Anness B jew, jekk meħtieġ, jipproponi reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, sabiex jiġu inklużi, jekk meħtieġ fuq bażi ta’ reċiproċità, l-emendi li saru lil-leġislazzjoni msemmija;

- jew jadotta deċiżjoni sabiex l-emendi għal-leġislazzjoni msemmija jkunu jaqblu mat-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim;

- jew jiddeċiedi dwar xi miżura oħra biex jiżgura t-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Kooperazzjoni dwar l-istatistika

1. Il-Programm tal-Komunità dwar l-Istatistika li għalih hemm referenza f’Kapitolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità, kif adottati kull tant żmien mill-Parlament Ewropew u mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, għandu jkun il-qafas għall-azzjonijiet statistiċi li għandha tieħu l-Isvizzera għall-perjodi ta’ żmien relevanti koperti minn kull programm. It-temi ta’ l-istatistika u l-oqsma ewlenin kollha tal-programm tal-Komunità dwar l-istatistika għandhom jitqiesu bħala relevanti għall-kooperazzjoni dwar l-istatistika tal-Komunità/l-Isvizzera u għandhom ikunu miftuħa għas-sehem sħiħ ta’ l-Isvizzera.

2. Programm speċifiku dwar l-istatistika annwali tal-Komunità/l-Isvizzera għandu jiġi żviluppat kull sena bħala parti minn, u b’mod li jimxi id f’id mal-programm ta’ xogħol annwali elaborat mill-Kummissjoni skond id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku relevanti ta’ l-istatistika tal-Komunità. Kull programm annwali dwar l-istatistika tal-Komunità/l-Isvizzera għandu jingħata għall-eżaminar u l-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt. Partikolarment, għandu jindika dawk l-azzjonijet fit-temi tal-programm li huma relevanti u għandhom priorità għall-kooperazzjoni dwar l-istatistika tal-Komunità/l-Isvizzera waqt il-perjodu tal-programm.

3. Informazzjoni statistika mill-Isvizzera għandha tingħata lill-Eurostat għall-ħażna, għall-ipproċessar u biex titqassam. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju Federali Svizzeru għall-Istatistika għandu jaħdem f'kollaborazzjoni stretta ma' l-Eurostat sabiex jiżgura li l-informazzjoni mill-Isvizzera titwassal sew u titqassam lill-gruppi varji li jagħmlu użu minnha permezz tal-mezzi normali għat-tqassim bħala parti mill-istatistiċi tal-Komunità/l-Isvizzera.

L-operat ta’ l-istatistika mill-Isvizzera se jkun regolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina il-progress li jsir fil-qafas għall-azzjonijiet dwar l-istatistika tal-Komunità/l-Isvizzera. Partikolarment, għandu jiġġudika jekk l-għanijiet, il-prioritajiet u l-azzjonijiet ippjanati waqt l-ewwel tliet snin ta’ l-applikazzjoni tal-ftehim intlaħqux jew le. Għandu jiġġudika wkoll jekk il-kontenuti ta’ l-Anness A jirriflettux b’mod adegwat il-kunċett ta’ rilevanza kif imsemmi fl-Artikolu 1.1.

Artikolu 6

Il-Parteċipazzjoni

1. Entitajiet stabbiliti fl-Isvizzera għandhom ikunu iintitolati jieħdu sehem fi programmi speċifiċi tal-Komunità mmexxija mill-Eurostat, bl-istess drittijiet u obbligi kuntrattwali bħal dawk l-entitajiet stabbiliti fil-Komunità. Minkejja dan, l-entitajiet stabbiliti fl-Isvizzera mhumiex se jkunu iintitolati jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Eurostat.

2. Esperti nazzjonali Svizzeri jistgħu jiġu ssekondati lill-Eurostat. L-ispejjeż assoċjati mas-sekondar ta’ esperti nazzjonali Svizzeri lill-Eurostat, inklużi il-pagi, l-ispejjeż għas-sigurtà soċjali, il-proviżjon tal-pensjonijet, flus għall-għixien u għall-ivvjaġġar, għandhom jitħallsu kollha mill-Isvizzera.

3. Entitajiet stabbiliti fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu intitolati jieħdu sehem fi programmi speċifiċi mmexxija mill-Uffiċċju Federali Svizzeru għall-Istatistika, bl-istess drittijiet u obbligi kuntrattwali bħal dawk l-entitajiet stabbiliti fl-Isvizzera.

Artikolu 7

Forom oħra ta’ kooperazzjoni

1. It-trasferiment tat-teknoloġija fil-qasam ta’ l-istatistika bejn l-Uffiċju Federali Svizzeru għall-Istatistika u l-Eurostat jista’ jseħħ bi ftehim reċiproku..

2. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu ipartu kull xorta ta’ informazzjoni bejniethom fil-qasam ta’ l-istatistika.

3. Is-servizzi ta’ l-istatistika tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jibdlu l-uffiċjali bejniethom. Is-servizzi ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri tal-Komunità jistgħu wkoll jibdlu uffiċjali ma’ l-Isvizzera. Il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jsiru dawn l-iskambji għandhom jiġu miftehma bejn is-servizzi ta' l-istatistika involuti.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet Finanzjarji

1. Sabiex tkopri l-ispejjeż kollha tas-sehem tagħha, l-Isvizzera għandha tagħti kontribut finanzjarju lill-Programm tal-Komunità dwar l-Istatistika fuq bażi annwali minn meta l-ftehim jidħol fis-seħħ.

2. Ir-regoli li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Isvizzera huma mniżżla fl-Anness B.

Artikolu 9

Non-diskriminazzjoni

Fil-firxa ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u bla ħsara lil xi dispożizzjonijiet speċjali li jista’ jkun fih, kull diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 10

It-twettiq ta’ l-obbligi

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, kemm ġenerali kif ukoll partikolari, biex jiżguraw it-twettiq ta' l-obbligi li joħorġu minn dan il-Ftehim u m’għandhomx jieħdu miżuri li jistgħu jipperikolaw it-twettiq ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 11

L-Annessi

L-Annessi għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Applikazzjoni territorjali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw, minn naħa, għat-territorji li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u taħt it-termini mfassla f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Isvizzera.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena ta' wara dak il-jum li fih il-Partijiet Kontarenti javżaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan tlestew.

2. Dan il-Ftehim għandu jsir għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Sakemm ma jiġix avżat li l-kuntratt għandu jispiċċa sa sitt xhur qabel jiskadi dan il-perjodu, se jiġi kkunsidrat li dan il-Ftehim huwa mġedded indefinittivament.

3. Kull Parti Kontraenti tista’ twaqqaf dan il-Ftehim permezz ta’ avviż bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ sitt xhur wara d-data ta’ dan l-avviż.

Artikolu 14

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim qed isir ukoll biċ-Ċek, bid-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.

Magħmul fi (...) fil- (...)

Għall-Komunità Ewropea G ħall-Konfederazzjoni Svizzera

L-ANNESS A

ATTI LEGALI FIL-QASAM TA' L-ISTATISTIKA

Adattament settorali

1. It-terminu “Stat(i) Membru(i)” li jinsab fl-atti li għalihom hemm referenza f’dan l-Anness għandu jinftiehem bħala li jinkludi l-Isvizzera, flimkien mat-tifsira tiegħu fl-atti relevanti tal-Komunità Ewropea.

2. Id-dispożizzjonijiet li jiddeskrivu min għandu jħallas l-ispejjeż biex isir stħarriġ varju ma jgħoddux għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

Atti li ssir referenza għalihom

Statistiċi tal-kummerċ

- 397 R 0058: Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-Istatistiċi dwar il-Kummerċ Strutturali (ĠU L 14, 17.1.1997, pġ. 1), kif emendat bi:

- 398 R 0410: Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 tas-16 ta’ Frar 1998 (ĠU L 52, 21.2.1998, pġ. 1),

- 32002 R 2056: Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, pġ. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) L-ewwel snin ta' referenza li għalihom l-Isvizzera għandha tiġbor l-istatistiċi huma dawn li ġejjin:

- Għall-Anness 1 Sezzjoni 5 (L-ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 11 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena 2002,

- Għall-Anness 2 Sezzjoni 5 (L-ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 10 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena kalendarja 2002 għall-istatistiċi kollha li jsiru kull sena, is-sena kalendarja 2003 għall-karatteristiċi 20210 sa 20310 li jsiru kull sentejn, is-sena kalendarja 2002 għall-karatteristika ta' 23110 li ssir kull 3 snin, is-sena kalendarja 2004 għall-karatteristika 16135 li ssir kull 4 snin, is-sena kalendarja 2003 għall-karatteristiċi ta’ 15420, 15441 u 15442 li jsiru kull 4 snin,

- Għall-Anness 3 Sezzjoni 5 (L-Ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 10 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena kalendarja 2002 għall-istatistiċi li jsiru kull sena, is-sena kalendarja 2002 għall-karatteristiċi li jsiru kull 5 snin dwar id-diviżjoni 52, is-sena kalendarja 2003 għall-karatteristiċi li jsiru kull 5 snin dwar id-diviżjoni 51, is-sena kalendarja 2005 għall-karatteristiċi li jsiru kull 5 snin dwar id-diviżjoni 50,

- Għall-Anness 4 Sezzjoni 5 (L-ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 10 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena kalendarja 2002 għall-istatistiċi kollha li jsiru kull sena, is-sena kalendarja 2003 għall-karatteristiċi 20210 sa 20310 li jsiru kull sentejn, sena kalendarja 2002 għall-karatteristiċi 16131 u 16132 li jsiru kull 4 snin, is-sena kalendarja 2003 għall-karatteristiċi 23110, 23120, 15420, 15441 u 15442 li jsiru kull 3 snin,

- Għall-Anness 5 Sezzjoni 5 (L-ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 9 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena 2002,

- Għall-Anness 6 Sezzjoni 5 (L-ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 10 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena 2004,

- Għall-Anness 7 Sezzjoni 5 (L-ewwel sena ta’ referenza) u sezzjoni 10 (Perjodu ta’ Tranżizzjoni), hija s-sena kalendarja 2003;

(b) Għall-iskopijiet ta’ l-annessi 1 sa 7 il-perjodu ta' tranżizzjoni mhux se jittawwal aktar minn erba’ snin wara l-ewwel snin ta’ referenza għall-ġbir ta’ l-istatistiċi ndikati f’Sezzjoni 5 tal-ħames annessi, u kif emendati f’(a);

(c) Għall-annessi 1, 2, 3 u 4 l-Isvizzera hija eżentata milli tipprovdi l-informazzjoni hekk kif emendata f’(a) għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005;

(d) Għall-anness 5 l-Isvizzera hija eżentata milli tipprovdi l-informazzjoni hekk kif emendata f’(a) għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005;

(e) Għall-annessi 6 u 7 l-Isvizzera hija eżentata milli tipprovdi l-informazzjoni hekk kif emendata f’(a) għas-snin 2003, 2004, 2005 u 2006;

(f) L-Isvizzera mhux se tkun marbuta li taqsam l-informazzjoni skond ir-reġjuni kif mitlub f’dan ir-Regolament;

(g) L-Isvizzera hija eżentata milli tipprovdi informazzjoni fil-livell ta’ erba’ ċifri tan-NACE REV 1;

(h) L-Isvizzera hija eżentata milli tipprovdi informazzjoni mitluba mir-Regolament għal tip ta’ unitajiet ta’ attività.

- 398 R 2700: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjoni tal-karatteristiċi għall-istatistiċi tal-kummerċ sttrutturali (ĠU L 344, 18.12.1998, pġ. 49), kif emendat bi:

- 32002 R 2056: Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, pġ. 1).

- 398 R 2701: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjoni tal-karatteristiċi għall-istatistiċi tal-kummerċ strutturali (ĠU L 344, 18.12.1998, pġ. 81), kif emendat bi:

- 32002 R 2056: Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, pġ. 1).

- 398 R 2702: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2702/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar il-format tekniku għat-trasmissjoni ta’ l-istatistiċi tal-kummerċ strutturali (ĠU L 344, 18.12.1998, pġ. 102), kif emendat bi:

- 32002 R 2056: Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, pġ. 1).

- 399 R 1618: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1618/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 dwar il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistiċi tal-kummerċ strutturali (ĠU L 192, 24.7.1999, pġ. 11), kif emendat bi:

- 399 R 1225: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/99 tas-27 ta’ Mejju 1999 dwar id-definizzjoni tal-karatteristiċi għall-istatistiċi dwar is-servizzi ta’ l-assikurazzjoni (ĠU L 154, 19.6.1999, pġ. 1).

- 399 R 1227: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/99 tas-28 ta’ Mejju 1999 dwar il-format tekniku għat-trasmissjoni ta’ l-istatistiċi dwar is-servizzi ta’ l-assikurazzjoni (ĠU L 154, 19.6.1999, pġ. 75).

- 399 R 1228: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/99 tas-28 ta’ Mejju 1999 dwar is-serje ta’ informazzjoni li għandha ssir għall-istatistiċi dwar is-servizzi ta’ l-assikurazzjoni (ĠU L 154, 19.6.1999, pġ. 91).

- 398 R 1165: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar l-istatistiċi ta’ terminu qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, pġ. 1), kif emendat bi:

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin

(a) L-Isvizzera għandi tipprovdi informazzjoni sa mill-ewwel erba’ xhur tas-sena 2007;

(b) L-Isvizzera hija eżentata milli tipprovdi informazzjoni fil-livell ta’ erba’ ċifri tan-NACE REV 1.

- 32001 R 0586: Regolament tal-Kummissjoni (EK) No 586/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar l-istatistiċi ta' terminu qasir tal-Gruppi Industrijali Prinċipali (MIGS) (ĠU L 086, 27.3.2001, pġ. 0011)

- 32001 R 0588: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 86, 27.3.2001, p. 18)

- 393 R 2186: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinazzjoni tal-Komunità fit-tfassil ta’ reġistri tal-kummerċ għal skopijiet ta' statistika (ĠU L 196, 5.8.1993, p.1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-gaħnijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) L-Isvizzera għandha ddaħħal fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex tkun konformi ma’ dan ir-Regolament sa l-1 ta’ Jannar 2006;

(b) Għall-Isvizzera, l-informazzjoni I (k) ta’ l-anness II tar-Regolament m’għandhiex tapplika.

Statistiċi tat-trasport u t-turiżmu

- 398 R 1172: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar l-istatistiċi tat-trasport tal-merkanzija bit-toroq (ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1), kif emendat bi:

- 399 R 0588: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/99 tas-17 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 326, 18.12.1999, p. 39)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-Regolament minn mhux aktar tard mill-bidu tas-sena 2006 ‘il quddiem.

- 32001 R 2163: Regolament tal-Kummissjoni (E) No 2163/2001 tas-7 ta’ Novembru 2001 dwar l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni għall-istatistiċi dwar it-trasport tal-merkanzija bit-toroq (ĠU L 291, 8.11.2001, p. 13).

- 32003 R 6: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2003 tat-30 ta’ Diċembru 2002 dwar it-tqassim ta’ l-istatistiċi dwar it-trasport tal-merkanzija bit-toroq (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 45).

- 32003 R 0091: Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistiċi dwar it-trasport bil-ferroviji (ĠU L 14, 21.1.2003, p.1-15), kif emendat bi:

- 32003 R 0588: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 tat-3 ta’ Lulju (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 13)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-Regolament minn mhux aktar tard mill-bidu tas-sena 2006 ‘il quddiem.

- 380 L 1119: Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE tas-17 ta’ Novembru 1980 dwar l-istatistiċi dwar it-trasport tal-merkanzija permezz ta' mogħdijiet fl-ilma (ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30).

- 395 R 95: Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, Euratom tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar l-istatistiċi tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri tal-baħar (ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25), kif emendat bi:

- 398 D 0385: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE tat-13 ta’ Mejju 1998 (ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1),

- 32000 D 0385: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 363/2000/KE tat-28 ta’ April 2000 (ĠU L 132, 5.6.2000, p.1).

- 32001 D 0423: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew it-tixrid ta' fatti statistiċi miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar l-istatistiċi dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (ĠU L, 7.6.2001, p. 41).

- 32003 R 0437: Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 February 2003 dwar l-istatistiċi tat-trasport tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (ĠU L 066, 11.03.2003, p. 1), kif emendat bi:

- 32003 R 0588: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju (ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-Regolament minn mhux aktar tard mill-bidu tas-sena 2006 ‘il quddiem.

- 393 D 0704: Deċiżjoni tal-Kunsill 93/704/KE tat-30 ta’ Novembru l993 dwar il-ħolqien ta’ bażi ta’ informazzjoni tal-Komunità dwar l-inċidenti tat-toroq (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 63).

- 395 L 0057: Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta’ Novembru 1995 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal din id-Direttiva minn mhux aktar tard mis-sena 2007 ‘il quddiem.

- 399 D 0035 : Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/35/KEC tad-9 ta’ Diċembru 1998 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu (ĠU L 9, 15.1.1999, P. 23).

Statistiċi dwar il-kummerċ ma’ barra

- 395 R 1172: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta' Mejju 1995 dwar l-istatistiċi dwar il-kummerċ tal-merkanzija mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri (ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10), kif emendat bi:

- 397 R 0476: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 476/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 75, 15.3.1997, p. 1)

- 398 R 0374: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/98 tat-12 ta’ Frar 1998 (ĠU L 48, 19.2.1998, p. 6)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Għall-Isvizzera t-territorju għall-istatistika se jinkludi t-territorju tad-dwana;

(b) L-Isvizzera mhux se jkollha tiġbor l-istatistika tal-kummerċ tagħha mal-Liechtenstein;

(c) Il-klassifikazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 8(2) għandha ssir mill-inqas sa l-ewwel sitt numri;

(d) L-Artikolu 10(1)(h), (j) m'għandux japplika;

(e) L-Artikolu 10(1)(i): In-nazzjonalità tal-mezzi ta’ trasport li jaqsmu l-fruntiera hija applikabbli biss għat-trasport tat-toroq;

- 32000 R 1917: Regolament tal-Kummissjoni Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jfassal ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 dwar l-istatistiċi tal-kummerċ ma’ barra (ĠU L229, 9.9.2000, p. 14), kif emendat bi:

- 32001 R 1669: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2001 ta’ l-20 ta’ Awwissu (ĠU L 224, 21.8.2001, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 2454/96 fl-Artikolu 6(1) mhijiex applikabbli;

(b) Is-sotto-paragrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 7(1)(a):

“Għall-Isvizzera “il-pajjiż minn fejn ġejjin l-oġġetti” għandha tittieħed li tfisser il-pajjiż li minnu tkun ġejja l-merkanzija fit-tifsira tar-regoli nazzjonali tal-pajjiż minn fejn ġejjin.”;

(c) Is-sotto-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 9(2):

“Għall-Isvizzera “il-valur tad-dwana” għandu jkun definit skond ir-regoli nazzjonali rispettivi.”;

(d) L-Artikolu 11(2) ma japplikax;

(e) Sezzjoni 2 (l-Artikoli 16-19) ma tapplikax.

- 32002 R 1779: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002 ta’ l-4 ta’ Ottubru 2002 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ ma’ barra tal-Komunità u statistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 6).

Prinċipji statistiċi u kunfidenzjalità

- 390 R 1588: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni soġġetta għall-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika lill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Il-paragrafu l-ġdid li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 2:

"11. L-istaff ta’ l-Uffiċċju ta' dak li jagħti l-pariri dwar l-Istatistika fl-EFTA: l-istaff tas-Segretarjat ta' l-EFTA li qed jaħdem fil-bini ta' l-SOEC.”;

(b) Fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 5(1), it-terminu “SOEC” jinbidel bi “SOEC u ta’ l-Uffiċċju ta’ dak li jagħti l-pariri dwar l-Istatistika fl-EFTA”;

(c) Is-sotto-paragrafu l-ġdid li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 5(2):

“Informazzjoni statistika kunfidenzjali li tiġi trasmessa lill-SOEC permezz ta’ l-Uffiċċju ta’ dak li jagħti l-pariri dwar l-Istatistika fl-EFTA għandha tkun aċċessibbli wkoll għall-istaff ta’ dan l-Uffiċċju”;

(d) Fl-Artikolu 6, it-terminu “SOEC” għandu, għal dawn l-għanijiet, jinqara li jinkludi l-Uffiċċju ta’ dak li jagħti l-pariri dwar l-Istatistika fl-EFTA.

- 397 R 0322: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità (ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1)

- 32002 R 0831 : Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità dwar l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7).

Statistiċi demografiċi u soċjali

- 376 R 0311: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 tad-9 ta’ Frar 1976 dwar il-ġbir ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 39, 14.2.1976, p. 1)

- 398 R 0577: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ fil-Komunità permezz ta’ kampjun tal-grupp ta’ nies li jaħdmu (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3), kif emendat bi:

- 32002 R 1991: Regolament (KE) Nru 1991/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 308, 9.11.2002, p. 1).

- 32002 R 2104: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, l-Isvizzera tista’ tagħmel stħarriġ annwali sa l-2007;

(b) Għall-Isvizzera, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(4), l-unità tal-kampjun huwa l-individwu u l-informazzjoni dwar in-nies l-oħra li jgħixu fid-dar jistgħu jinkludu mill-inqas il-karatteristiċi mniżżla taħt l-Artikolu 4(1).

- 32000 R 1575: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 tad-19 ta' Lulju 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ permezz ta’ kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni li trid tiġi wżata għat-trasmissjoni ta' informazzjoni mis-sena 2001 'il quddiem (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 16).

- 32000 R 1897: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1897/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ permezz ta’ kampjun fuq il-forza tax-xogħol fil-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni użata tal-qgħad (ĠU L 228, 8.9.2000, p. 18)

- 32002 R 2104: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta' Novembru 2002 li jadatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 577/98 safejn għandu x’jaqsam mal-lista tal-varjabbli ta' l-edukazjoni u tat-taħriġ u l-kodifika tagħhom sabiex jintużaw għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni mis-sena 2003 'il quddiem (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14).

- 32003 R 0246: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003 ta’ l-10 ta’ Frar 2003 li jadotta l-programm tal-moduli ad hoc, li jkopru s-snin 2004 sa l-2006, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun tal-forza tax-xogħol ipprovdut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 34, 11.2.2003, p. 3).

- 399 R 0530: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar il-qliegħ u n-nefqa għax-xogħol (ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament għall-ewwel darba fl-2008 għall-istatistiċi dwar il-livell u l-għamla tan-nefqa għax-xogħol u fl-2006 għall-istatistiċi dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qliegħ;

(b) Għas-snin 2006 u 2008, l-Isvizzera se titħalla tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa minn Artikolu 6(1)(a), 2(a) ibbażata fuq l-intrapriżi.

- 32000 R 0452: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 452/2000 tat-28 ta’ Frar 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar il-qliegħ u n-nefqa għax-xogħol għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-evalwazzjoni ta’ kwalità ta’ l-istatistiċi tan-nefqa għax-xogħol (ĠU L 55, 29.2.2000, p. 53).

- 32000 R 1916: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta' Settembru 2000 dwar l-implimetazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar il-qliegħ u dwar in-nefqiet għax-xogħol rigward id-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qliegħ (ĠU L 229, 9.9.2000, p.3).

- 399 R 1726: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar il-qliegħ u dwar in-nefqiet għax-xogħol f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar l-l-informazzjoni tan-nefqa għax-xogħol (ĠU L 203, 3.8.1999, p.28).

- 32002 R 0072 : Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 72/2002 tas-16 ta’ Jannar 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistiċi strutturali dwar il-qliegħ (ĠU L 15, 17.1.2002, p. 7.).

- 32003 R 0450: Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tan-nefqa tax-xogħol (ĠU L 069, 13.3.2003, p. 1) kif emendat bi:

- 32003 R 1216: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 (ĠU L 169, 8.7.2003, p. 37).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-Regolament għall-ewwel darba fil-bidu ta' l-2007, u minn hemm ‘il quddiem, kull erba’ xhur.

- 32003 R 1177: Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ l-għixien (EU-SILC) (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal din id-Direttiva minn mhux aktar tard mis-sena 2007 ‘il quddiem.

Statistiċi ta’ l-ekonomija

- 32003 R 1287: Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

- 395 R 2494: Regolament tal-Kunsill (EK) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).

Għall-Isvizzera r-Regolament japplika għall-armonizzazzjoni ta’ l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur biex jitqabblu internazzjonalment. Mhuwiex relevanti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għanijiet espliċiti għall-kalkolu ta’ l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur (CPI) armonizzat fil-kuntest ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) L-Artikolu 2c, kif ukoll referenzi għall-MUICP fl-Artikoli 8(1) u 11, ma japplikawx;

(b) L-Artikolu 5(1)(a) ma japplikax;

(c) L-Artikolu 5(2) ma japplikax;

(d) Il-konsultazzjoni ma’ l-EMI kif speċifikat fl-Artikolu 5(3) ma japplikax;

(e) L-Isvizzera għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament, flimkien ma' l-indiċi għal Jannar ta’ l-2007 'il quddiem.

- 396 R 1749: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar miżuri tal-bidu li jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur armonizzati (ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3), kif emendat bi:

- 398 R 1687: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1687/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU L 214, 31.7.1998, p. 12).

- 398 R 1688: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1688/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU L 214, 31.7.1998, p. 23).

- 396 R 2214: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 ta’ l-20 ta' Novembru 1996 dwar l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur armonizzat: it-trasmissjoni u t-tixrid ta’ sotto-indiċi ta’ l-HICP (ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8), kif emendat bi:

- 399 R 1749: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 (ĠU L 241, 13.8.1999, p. 1), kif irranġat mill-ĠU L 267, 15.10.1999, p. 59.

- 399 R 1617: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9).

- 32001 R 1920: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 46), kif irranġat mill-ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34.

- 396 R 2223: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1), kif emendat bi:

- 398 R 0448: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 tas-16 ta’ Frar 1998 (ĠU L 58, 27.2.1998, p. 1).

- 32000 R 1500: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2000 ta’ l-10 ta’ Lulju 2000 (ĠU L 172, 12.7.2000, p. 3).

- 32000 R 2516: Regolament (KE) Nru 2516/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 290, 21.11.2002, pġ. 1).

- 32001 R 0995: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 995/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 (ĠU L 139, 23.05.2001, p. 3).

- 32001 R 2558: Regolament (KE) Nru 2558/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 344, 28.12.2001, pġ. 1-4).

- 32002 R 0113: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2002 tat-23 ta’ Jannar 2002 (ĠU L 21, 21.1.2002, p. 3).

- 32002 R 1889: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1889/2002 tat-23 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 286, 24.10.2002, p. 1).

- 32003 R 1267: Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) L-Isvizzera għandha titħalla tiġbor informazzjoni minn unitajiet istituzzjonali meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jirreferu għall-industrija;

(b) L-Isvizzera mhux se tkun marbuta li taqsam l-informazzjoni skond ir-reġjuni kif mitlub f’dan ir-Regolament;

(c) L-Isvizzera mhux se tkun marbuta li taqsam l-informazzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-servizzi skond l-UE/pajjiżi terzi kif mitlub minn dan ir-Regolament.

(d) L-Isvizzera se ddaħħal il-miżuri meħtieġa biex talloka l-FISIM, sa mhux aktar tard mill-2006 ‘il quddiem;

(e) Fl-Anness B, id-Derogi dwar it-tabelli li għandhom jiġu pprovduti fil-qafas tal-kwestjonarju “ESA-95” skond il-pajjiż, dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 15 (Iżlanda):

“16. L-ISVIZZERA

16.1 Derogi għat-tabelli

+++++ TABLE +++++

- 398 R 0715: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/715/KE tat-30 ta’ Novembru 1998 li tiċċara l-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità dwar dak li għandu x’jaqsam mal-prinċipji għall-kejl tal-prezzijiet u l-volumi (ĠU L 340, 16.12.1998, p. 33).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Artikolu 3 (klassifikazzjoni tal-metodi skond il-prodott) m’għandhomx japplikaw għall-Isvizzera.

- 397 D 0178: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/178/KE, Euratom ta’ l-10 ta’ Frar 1997 dwar id-definizzjoni tal-metodoloġija għat-trasmissjoni bejn is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali fil-Komunità (ESA 95) u s-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet Ekonomiċi Integrati (it-tieni edizzjoni ta’ l-ESA) (ĠU L 75, 15.3.1997, p. 44).

- 397 R 2454: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 ta’ l-10 ta' Diċembru 1997 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għall-kwalità taż-żidiet ta’ l-HICP (ĠU L 340, 11.12.1997, p. 24).

- 398 R 2646: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98 tad-9 ta’ Diċembru 1998 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards minimi għat-trattament tat-tariffi fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (ĠU L 335, 10.12.1998, p. 30).

- 399 R 1617: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards minimi għat-trattament ta’ l-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur u jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9).

- 399 R 2166: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 tat-8 ta’ Ottubru 1999 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards minimi għat-trattament ta’ prodotti fl-oqsma tal-ħarsien tas-saħħa, ta’ l-edukazzjoni u soċjali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (ĠU L 266, 14.10.1999, p. 1).

- 399 D 0622: Deċiżjoni 1999/622/KE, Euratom tat-8 ta’ Settembru 1999 dwar it-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil unitajiet li mhumiex taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati, bil-għan li tiġi implimentata d-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kalkolu tal-prodott gross domestiku skond il-prezzijiet tas-suq (ĠU L 245, 17.9.1999, p. 51).

- 32000 R 2601: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi reġoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar iż-żmien biex jiddaħħlu l-prezzijiet tax-xiri fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzjiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 16).

- 32000 R 2602: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 tas-17 ta’ Novembru 2000 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards minimi għat-trattament tat-tnaqqis fil-prezzijiet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 16), kif emendat bi:

- 32001 R 1921: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49), kif irranġat mill-ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34.

- 32001 R 1920 : Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma' l-istandards minimi għat-trattament ta’ l-ispejjeż għas-servizz fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 46), kif irranġat minn ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34.

- 32001 R 1921 : Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma' l-istandards minimi għar-reviżjonijiet ta’ l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2602/2000 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49), kif irranġat minn ĠU L 295, 13.11. 2001, p. 34.

Nomenklaturi

- 390 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1), kif emendat bi:

- 393 R 0761: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 761/93 ta’ l-24 ta’ Marzu 1993 (ĠU L 83, 3.4.1993, p. 1).

- 32002 R 0029: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 6, 10.1.2002, p. 3).

- 393 R 0696: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet statistiċi għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema tal-produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1).

- 393 R 3696: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3696/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1), kif emendat bi:

- 398 R 1232: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/98 tas-17 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 177, 22.6.1998, p. 1).

- 32002 R 0204: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 36, 6.2.2002, p. 1).

- 32003 R 1059: Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-twaqqif ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ l-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

Statistiċi ta' l-agrikoltura

- 396 L 0016: Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta' Marzu 1996 dwar stħarriġ statistiku fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera mhux se tkun marbuta li taqsam l-informazzjoni skond ir-reġjuni kif mitlub f’din id-Direttiva.

- 397 D 0080: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 li tqiegħed id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar l-istħarriġ fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 24, 25.1.1997, p. 26), kif emendat bi:

- 398 D 0582: Deċiżjoni tal-Kunsill 98/582/KE tas-6 ta’ Ottubru 1998 (ĠU L 281, 17.10.1998, p. 36).

- 388 R 0571: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta' Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-Komunità dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli bejn l-1988 u l-1997 (ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1), kif emendat bi:

- 396 R 2467: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 (ĠU L 335, 24.12.1996, p. 3).

- 32002 R 143: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 ta’ l-24 ta’ Jannar 2002 (ĠU L 024 , 26.1.2002, p.16).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Fl-Artikolu 4, it-test li jibda bi “u safejn huma importanti lokalment ...” sa “... il-linji ta’ gwida tekniċi ekonomiċi partikolari fit-tifsira ta’ l-istess Deċiżjoni” ma japplikax;

(b) Fl-Artikolu 6(2), it-test “il-marġini gross standard (SGM), fit-tifsira tad-Deċiżjoni 85/377/KEE” jinbidel bi:

“il-marġini gross standard (SGM), fit-tifsira tad-Deċiżjoni 85/377/KEE, jew għall-valur tal-produzzjoni agrikola totali”;

(c) L-Artikoli 10, 12, u 13, u l-Anness II ma japplikawx;

(d) L-Isvizzera mhux se tkun marbuta bit-tipoloġija li għaliha hemm referenza fl-Artikoli 6, 7, 8, 9 u l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Minkejja dan, l-Isvizzera għandha titrasmetti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u tippermetti r-riklassifikazzjoni skond it-tipoloġija;

(e) Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament, l-Isvizzera għandha titħalla twettaq l-istħarriġ f’Mejju u tipprovdi l-informazzjoni, sa mhux aktar tard minn 18-il xhar wara.

- 390 R 0837: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta’ Marzu 1990 dwar l-informazzjoni statistika li għandhom jipprovdu l-Istati Membri dwar il-produzzjoni taċ-ċereali (ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1).

- 393 R 0959: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 959/93 tal-5 ta’ April 1993 dwar l-informazzjoni statistika li għandhom jipprovdu l-Istati Membri dwar il-prodotti ta’ wiċċ ir-raba’ li mhumiex ċereali (ĠU L 98, 24.4.1993, p. 1).

- 32003 R 0296: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/2003 tas-17 ta’ Frar 2003 (ĠU L 043, 18.2.2003, p. 18).

Statistiċi tas-sajd

- 391 R 1382: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar il-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd li jitniżżlu fuq l-art ta’ l-Istati Membri (ĠU L 133, 28.5.1991, p. 1), kif emendat bi:

- 388 R 2104: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2104/93 tat-22 ta' Lulju 1993 (ĠU L 191, 31.7.1993, p. 1).

- 391 R 3880: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistiċi dwar il-qabdiet nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral ta’ l-Atlantiku (ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1), kif emendat bi:

- 32001 R 1637: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1637/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 222, 17.8.2001, p. 20).

- 393 R 2018: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistiċi dwar il-qabdiet u l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri li jistadu fil-Grigal ta’ l-Atlantiku (ĠU L 186, 28.7.1993, p. 1), kif emendat bi:

- 32001 R 1636: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 222, 17.8.2001, p. 1).

- 395 R 2597: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar il-preżentazzjoni ta’ l-istatistiċi dwar il-qabdiet nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti naħiet li mhumiex dawk ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1), kif emendat bi:

- 32001 R 1638: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/2001 ta’ l-24 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 222, 17.8.2001, p. 29).

- 396 R 0788: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 tat-22 ta’ April 1996 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-istatistiċi dwar il-produzzjoni ta’ l-akwakultura (ĠU L 108, 1.5.1996, p. 1).

Statistiċi dwar l-enerġija

- 390 L 0377: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar il-proċedura tal-Komunità sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet tal-gass u l-elettriku li jkollhom iħallsu l-konsumaturi industrijali finali (ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Isvizzera għandha ddaħħal fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex tkun konformi ma’ din id-Direttiva sa mill-1 ta’ Jannar 2006.

L-ANNESS B

REGOLI FINANZJARJI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUZZJONI TA’ L-ISVIZZERA LI GĦALIHOM HEMM REFERENZA FL-ARTIKOLU 8 TA’ DAN IL-FTEHIM

1. Id-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja

1.1. L-Isvizzera għandha tagħti kontribut finanzjarju, fuq bażi annwali, lill-Programm tal-Komunità dwar l-Istatistika.

1.2. Din il-kontribuzzjoni se tissejjes fuq tliet elementi:

- In-nefqa totali ta’ l-Eurostat [Nefqa]

- In-numru ta’ Stati Membri fl-Unjoni Ewropea [# Membri]

- Il-proporzjon tal-programm ta’ l-istatistika li fih l-Isvizzera għandha tieħu sehem [prop]

1.3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun:

[Nefqa] * [prop] / [# Membri]

1.4. Dawn għandhom jiġu definiti kif ġej:

1.4.1. In-nefqa totali ta’ l-Eurostat għandha tiġi ddefinita bħala l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ l-impenn fil-parti għall-Politika ta' l-Istatistika (Titolu 29) tal-Baġit tal-Komunità, skond in-nomenklatura tal-Baġit ibbażata fuq l-Attività. Dan għandu jinkludi l-ispiża għat-tmexxija u l-appoġġ ta’ l-Istatistiċi taż-Żona tal-Politika (Nefqa relatata ma’ l-istaff li qed jaħdem diġà, Staff minn barra u spejjeż oħra għat-tmexxija, il-bini u spejjeż relatati u spejjeż għall-appoġġ għall-operazzjonijiet) u l-Intervenzjonijiet Finanzjarji f’dak li għandu x’jaqsam mal-Produzzjoni ta’ Informazzjoni Statistika. [Nefqa]

1.4.2. In-numru ta' Stati Membri għandu jkun definit bħala n-numru ta’ Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar tas-sena in kwistjoni. [# Membri]

1.4.3. Il-proporzjon tal-programm ta’ l-istatistika li fih l-Isvizzera għandha tieħu sehem huwa definit bħala l-proporzjon tal-kalkolu ta' l-Eurostat tat-total ta' kreditu, allokati taħt l-Artikolu 29 02 01 jew l-Artikolu suċċessur tal-Baġit tal-Komunità Ewropea tal-moduli tal-Programm Annwali ta’ l-Istatistika tal-Kummissjoni li fih tieħu sehem l-Isvizzera, imqassam skond it-total tal-krediti kollha allokati lill-Artikolu 29 02 01 jew l-Artikolu suċċessur. [prop]

1.5. Abbozz ta’ kalkolu ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jsir mill-ewwel wara l-adozzjoni ta’ l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena in kwistjoni. Il-kalkolu finali għandu jsir mill-ewwel wara l-adozzjoni tal-Baġit għal dik is-sena.

2. Il-Proċeduri tal-pagamenti

2.1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu u l-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi għall-Isvizzera li taqbel mal-kontribuzzjoni tagħha taħt dan il-Ftehim. Dawn is-sejħiet għall-fondi għandhom jipprovdu għall-pagament rispettivament:

taTa’ sitt partijiet minn tnax tal-kontribuzzjoni ta’ l-Isvizzera sa mhux aktar tard mill-20 ta’ April, u

Ta’ sitt partijiet minn tnax tal-kontribuzzjoni tagħha sa mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju.

2.2. Il-kontribuzzjonijiet ta’ l-Isvizzera għandhom isiru u jitħallsu f’euros.

2.3. L-Isvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha taħt dan il-Ftehim skond l-iskeda f’paragrafu 2.1. Jekk ikun hemm dewmien fil-pagament iridu jitħallsu l-interessi bl-istess rata ta’ l-euro offerta kull xahar mill-banek (EURIBOR) fid-data ta' l-iskadenza ta' paġna 248 tat- Telerate . Din ir-rata għandha tiżdied b’1.5% għal kull xahar ta’ dewmien. Ir-rata miżjuda għandha tiġi applikata fuq il-perjodu kollu tad-dewmien. Minkejja dan, l-interessi jkollhom jitħallsu biss meta l-kontribuzzjoni titħallas aktar minn tletin ġurnata wara d-dati tal-pagamenti skedati f’paragrafu 2.1.

2.4. L-ispejjeż li jkollhom r-rappreżentanti u l-esperti Svizzeri li jkunu qed jieħdu sehem fil-laqgħat imsejħa mill-Kummissjoni taħt dan il-Ftehim mhux se jitħallsu lura mill-Kummissjoni. Kif intqal fl-Artikolu 6.2, l-ispejjeż assoċjati mas-sekondament ta’ uffiċjali nazzjonali Svizzeri lill-Eurostat għandhom jitħallsu kollha kemm huma mill-Isvizzera.

Jiddependi mill-ftehim bejn l-EUROSTAT u l-Uffiċju Federali Svizzeru għall-Istatistika, l-Isvizzera tista’ tnaqqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha l-ispejjeż għall-esperti nazzjonali ssekondati. L-akbar ammont li jista’ jitnaqqas għal kull uffiċjal m’għandux jaqbeż l-akbar ammont li jitnaqqas għal uffiċjali mill-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA li jkunu ssekondati lill-Eurostat taħt il-ftehim taż-ŻEE. Dan it-total se jiġi miftiehem kull sena.

2.5. Il-Pagamenti li tagħmel l-Isvizzera għandhom jiġu kreditati bħala qliegħ għall-baġit li jiġi mmarkat fil-linji tal-baġit li tikkorrispondi fil-prospett tad-dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Komunità Ewropea. Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għat-tmexxija ta’ l-approprjazzjonijiet.

3. Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni

3.1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Isvizzera bi qbil ma’ l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim normalment għandu jibqa’ kif inhu għas-sena finanzjarja in kwistjoni.

3.2. Il-Kummissjoni, fiż-żmien li tagħlaq il-kontijiet ta' kull sena finanzjarja (n), fil-qafas tal-ħruġ tal-kont tad-dħul u l-infiq, għandha tkompli bir-regolarizzazzjoni tal-kontijiet f'dak li għandu x'jaqsam mas-sehem ta' l-Isvizzera, u tieħu in konsiderazzjoni l-bidliet li saru minħabba trasferimenti, kanċellazzjonijiet, ħlasijiet imħollija, jew permezz ta’ baġits supplementari jew li jemendaw waqt is-sena finanzjarja. Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fil-qafas tal-kalkolu tal-baġit għas-sena ta' wara (n+2) u għandha tidher fis-sejħa għall-fondi.

4. Informazzjoni

4.1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta’ kull sena finanzjarja (n+1), il-prospett ta’ l-approprjazzjonijiet li jaqblu ma’ l-obbligi operazzjonali u amministrattivi finanzjarji relatati mas-sena finanzjarja ta' qabel (n), għandu jiġi mħejji u mwassal lill-Isvizzera għall-informazzjoni, skond il-format tal-kont tad-dħul u l-infiq tal-Kummissjoni.

4.2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Isvizzera l-informazzjoni finanzjarja ġenerali l-oħra kollha dwar l-Eurostat li jkun hemm disponibbli għall-Istati taż-ŻEE-EFTA.

Att Finali

Il-Plenipotenzjarji

tal-KOMUNITÀ EWROPEA

u

tal-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA

li ltaqgħu fi (...) fil-(...) għall-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika ħadu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza ta’ l-Isvizzera fil-kumitati li hemm mehmuża ma’ l-Att Finali.

Magħmul fi (...) fil- (...)

Għall-Komunità Ewropea

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Dikjarazzjoni tal-Kunsill

dwar l-attendenza ta’ l-Isvizzera fil-kumitati

Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta’ l-Isvizzera, sa mill-bidu tal-kooperazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-programmi u l-azzjonijiet li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 5 paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, għandu, safejn is-suġġetti jikkonċernawhom, jieħdu sehem b'mod sħiħ mingħajr id-dritt li jivvutaw fil-kumitati u l-korpi l-oħra li jassistu lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fit-tmexxija u l-iżvilupp ta' dawn il-programmi u l-azzjonijiet.

Fil-każ ta’ kumitati oħra li għandhom x'jaqsmu ma' oqsma inklużi f'dan il-Ftehim li fihom l-Isvizzera adottat jew l- acquis communautaire jew miżuri ekwivalenti, il-Kummissjoni se tikkonsulta ma’ l-esperti Svizzeri bil-metodu speċifikat fl-Artikolu 100 tal-Ftehim taż-ŻEE.

[1] ĠU C, , p. .

[2] ĠU C, , p. .

[3] ĠU C, , p. .

[4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Top