Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-389/11 P)
“Appell — Għajnuna mill-Istat — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Deċiżjonijiet li jiddikjaraw għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tagħha”
Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta1-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))(ara l-punti 25, 26)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni (fil-Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08), li tiċħad ir-rikorsi li kellhom bħala suġġett, inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, u sussegwentement talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail Sa — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Ir-Région Nord-Pas-de-Calais huwa kkundannat għall-ispejjeż. |