02006R1907 — MT — 01.05.2022 — 054.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1907/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396 30.12.2006, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 1907/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Diċembru 2006
dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
WERREJ |
|
TITOLU 1 |
KWISTJONIJIET ĠENERALI |
Kapitolu 1 |
Għan, kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni |
Kapitolu 2 |
Definizzjonijiet u dispożizzjoni ġenerali |
TITOLU II |
REĠISTRAZZJONI TA' SUSTANZI |
Kapitolu 1 |
Obbligu ġenerali tar-reġistrazzjoni u rekwiżiti ta' l-informazzjoni |
Kapitolu 2 |
Sustanzi meqjusa bħala reġistrati |
Kapitolu 3 |
L-obbligu tar-reġistrazzjoni, u r-rekwiżiti ta' l-informazzjoni għal ċerti tipi ta' sustanzi intermedji |
Kapitolu 4 |
Dispożizzjonijiet komuni għar-reġistrazzjonijiet kollha |
Kapitolu 5 |
Dispożizzjonijiet transizzjonali applikabbli għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali u għal sustanzi notifikati |
TITOLU III |
Il-KONDIVIŻJONI TA' DATA U L-EVITAR TA' TTESTJAR BLA BŻONN |
Kapitolu 1 |
Objettivi u regoli ġenerali |
Kapitolu 2 |
Regoli għal sustanzi li ma jkunux ta' introduzzjoni gradwali u għal reġistranti ta' sustanzi ta' introduzzjoni gradwali li ma rreġistrawx minn qabel |
Kapitolu 3 |
Regoli għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali |
TITOLU IV |
INFORMAZZJONI FIL-KATINA TAL-PROVVISTA |
TITOLU V |
UTENTI DOWNSTREAM |
TITOLU VI |
VALUTAZZJONI |
Kapitolu 1 |
Valutazzjoni tad-dossier |
Kapitolu 2 |
Valutazzjoni tas-sustanza |
Kapitolu 3 |
Valutazzjoni ta' sustanzi intermedji |
Kapitolu 4 |
Dispożizzjonijiet komuni |
TITOLU VII |
AWTORIZZAZZJONI |
Kapitolu 1 |
Ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni |
Kapitolu 2 |
L-għoti ta' awtorizzazzjonijiet |
Kapitolu 3 |
Awtorizzazzjonijiet fil-katina tal-provvista |
TITOLU VIII |
RESTRIZZJONIJIET TAL-MANIFATTURA, TAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TA' L-UŻU TA' ĊERTI SUSTANZI U ►M3 TAĦLITIET ◄ PERIKOLUŻI |
Kapitolu 1 |
Kwistjonijiet ġenerali |
Kapitolu 2 |
Il-proċess tar-restrizzjonijiet |
TITOLI IX |
ĦLASIJIET U SPEJJEŻ |
TITOLU X |
L-Aġenzija |
TITOLU XII |
INFORMAZZJONI |
TITOLU XIII |
AWTORITAJIET KOMPETENTI |
TITOLU XIV |
INFURZAR |
TITOLU XV |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI |
ANNESS I |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-VALUTAZZJONI TA' SUSTANZI U GĦALL-PREPARAZZJONI TA' RAPPORTI DWAR IS-SIGURTÀ KIMIKA |
ANNESS II |
REKWIŻITI GĦAT-TFASSIL TAL-ISKEDI TAD-DEJTA DWAR IS-SIKUREZZA |
ANNESS III |
KRITERJI GĦAL SUSTANZI REĠISTRATI FI KWANTITAJIET BEJN 1 U 10 TUNNELLATI METRIĊI |
ANNESS IV |
EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(a) |
ANNESS V |
EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(b) |
ANNESS VI |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 |
ANNESS VII |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR |
ANNESS VIII |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD ADDIZZJONALI GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' 10 TUNNELLATI METRIĊI JEW AKTAR |
ANNESS IX |
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' 100 TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR |
ANNESS X |
REKWIŻITI ADDIZZJONALI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' 1 000 TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR |
ANNESS XI |
REGOLI ĠENERALI GĦALL-ADATTAMENT TAR-REĠIM TA' TTESTJAR STANDARD PREVIST FL-ANNESSI VII SA X |
ANNESS XII |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAL UTENTI “DOWNSTREAM” GĦALL-VALUTAZZJONI TA' SUSTANZI U GĦALL-PREPARAZZJONI TA' RAPPORTI TA' SIGURTÀ KIMIKA |
ANNESS XIII |
KRITERJI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' SUSTANZI PERSISTENTI, BIJOAKKUMULATTIVI U TOSSIĊI, U SUSTANZI PERSISTENTI ĦAFNA U BIJOAKKUMULATTIVI ĦAFNA |
ANNESS XIV |
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL AWTORIZZAZZJONI |
ANNESS XV |
DOSSIERS |
ANNESS XVI |
ANALIŻI SOĊJO-EKONOMIKA |
ANNESS XVII |
RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-MANIFATTURA, IT-TQEGĦID FIS-SUQ U L-UŻU TA’ ĊERTI SUSTANZI, TAĦLITIET U OĠĠETTI PERIKOLUŻI |
TITOLU I
KWISTJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU 1
Għan, kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni
Artikolu 1
Għan u Kamp ta' Applikazzjoni
Artikolu 2
Applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
sustanzi radjuattivi taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti ( 1 );
sustanzi waħedhom, f' ►M3 taħlita ◄ jew f'oġġett, li jkunu suġġetti għal sorveljanza doganali, sakemm ma jkunu sottoposti għal ebda trattament jew proċessar, u li jkunu f'ħażna temporanja, jew f'żona ħielsa jew maħżen ħieles bl-iskop ta' l-esportazzjoni mill-ġdid, jew fi transitu;
sustanzi intermedji mhux iżolati;
it-trasport ta' sustanzi perikolużi u sustanzi perikolużi f' ►M3 taħlitiet ◄ perikolużi permezz tal-ferrovija, fit-triq, f'passaġġi fuq l-ima interni, bil-baħar jew bl-ajru.
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dawn li ġejjin:
il-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-post tax-xogħol u l-ambjent, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 3 ), id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis ( 4 ), id-Direttiva 98/24/KE, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma ( 5 ) u d-Direttiva 2004/37/KE
id-Direttiva 76/768/KEE fir-rigward ta' l-ittestjar li jinvolvi annimali vertebrati fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.
Id-dispożizzjonijiet tat-Titoli II, V, VI u VII ma għandhomx japplikaw meta s-sustanza tintuża:
fi prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem jew għall-użu veterinarju fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunita' rigward il-prodotti mediċinali veterinarji ( 6 ) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ( 7 );
f'ikel jew f'għalf skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 inkluż l-użu:
bħala addittiv fi prodotti ta' l-ikel fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma' l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 8 );
bħala sustanza li tagħti t-togħma fi prodotti ta' l-ikel fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom ( 9 ) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE tat-23 ta' Frar 1999 li taddotta reġistru ta' sustanzi tat-taħwir wżati ġewwa jew fuq oġġetti ta' l-ikel imfassal f'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
bħala addittiv f'għalf fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta' l-annimali ( 11 );
fin-nutrizzjoni ta' l-annimali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti wżati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali ( 12 ).
Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ma għandhomx japplikaw għal ►M3 taħlitiet ◄ li ġejjin fl-istat lest, maħsub għall-utent finali:
prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem jew għall-użu veterinarju, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u tad-Direttiva 2001/82/KE u kif definit fid-Direttiva 2001/83/KE;
prodotti kosmetiċi kif definiti fid-Direttiva 76/768/KEE;
apparati mediċi li huma invażivi jew użati f'kuntatt fiżiku dirett mal-ġisem tal-bniedem sa fejn miżuri Komunitarji jkunu jistabbilixxu dispożizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi u ►M3 taħlitiet ◄ perikolużi li jiżguraw l-istess livell ta' għoti u protezzjoni ta' informazzjoni bħad-Direttiva 1999/45/KE;
ikel jew prodotti ta' l-għalf konformi mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 inkluż l-użu:
bħala addittiv fi prodotti ta' l-ikel fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 89/107/KEE;
bħala sustanza li tagħti t-togħma fi prodotti ta' l-ikel fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 88/388/KEE u d-Deċiżjoni 1999/217/KE;
bħala addittiv f'għalf fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003;
fin-nutrizzjoni ta' l-annimali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 82/471/KEE.
Li ġejjin għandhom jiġu eżentati mit-Titoli II, V u VI:
sustanzi inklużi fl-Anness IV, billi hemm magħrufa informazzjoni suffiċjenti dwar dawn is-sustanzi sabiex ikunu kunsidrati bħala sustanzi li jikkawżaw riskju minimu minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom;
sustanzi koperti mill-Anness V, billi r-reġistrazzjoni hija meqjusa bħala mhux adegwata jew mhux meħtieġa għal dawn is-sustanzi u l-eżenzjoni tagħhom minn dawn it-Titoli ma tippreġudikax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;
sustanzi waħedhom jew f' ►M3 taħlitiet ◄ , reġistrati skond it-Titolu II, esportati mill-Komunità minn attur fil-katina tal-provvista u importati mill-ġdid fil-Komunità mill-istess attur jew attur ieħor fl-istess katina tal-provvista li juri li:
is-sustanza li qiegħda tiġi importata mill-ġdid tkun l-istess bħas-sustanza esportata;
huwa ġie provdut bl-informazzjoni skond l-Artikoli 31 jew 32 dwar is-sustanza esportata.
sustanzi, waħedhom, f' ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti, li ġew reġistrati skond it-Titolu II u li huma rkuprati fil-Komunità jekk:
is-sustanza li tirriżulta mill-proċess ta' rkupru tkun l-istess bħas-sustanza li ġiet reġistrata skond it-Titolu II; u
l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikoli 31 jew 32 relatata mas-sustanza li ġiet reġistrata skond it-Titolu II tkun disponibbli lill-istabbiliment li jwettaq l-irkupru.
Is-sustanzi intermedji iżolati fuq il-post u s-sustanzi intermedji iżolati trasportati għandhom jiġu eżentati:
mill-Kapitolu 1 tat-Titolu II, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 8 u 9; u
mit-Titolu VII.
KAPITOLU 2
Definizzjonijiet u dispożizzjoni ġenerali
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
sustanza: tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess ta' manifattura, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ sabiex jippriżerva l-istabbiltà tiegħu u kwalunkwe impurità li tiġi mill-proċess użat, iżda eskluż kwalunkwe solvent li jista' jiġi separat mingħajr ma tkun milquta l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha;
►M3 taħlita ◄ : tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;
oġġett: tfisser prodott li waqt il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tiegħu sa grad akbar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tiegħu;
produttur ta' oġġett: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi jew timmonta oġġett fi ħdan il-Komunità;
polimeru: tfisser sustanza li tikkonsisti minn molekuli karatterizzati minn sekwenza ta' tip wieħed jew aktar ta' unitajiet monomeriċi. Tali molekuli għandhom ikollhom firxa ta' piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari jkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fin-numru ta' unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej:
maġġoranza ta' piż sempliċi ta' molekuli li jkun fih ta' l-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b'mod kovalenti ma' ta' l-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra;
anqas minn maġġoranza sempliċi ta' piż ta' molekuli ta' l-istess piż molekulari.
Fil-kuntest ta' din id-definizzjoni 'unità monomerika' tfisser il-forma li ġiet suġġetta għal reazzjoni ta' sustanza monomerika f'polimeru;
monomeru: tfisser sustanza li kapaċi tifforma rabtiet kovalenti ma' sekwenza ta' molekuli simili jew dissimili taħt il-kondizzjonijiet tar-reazzjoni relevanti tal-formazzjoni tal-polimeri użati għall-proċess partikolari;
reġistrant: tfisser il-manifattur jew l-importatur ta' sustanza jew il-produttur jew l-importatur ta' oġġett li jippreżenta reġistrazzjoni għal sustanza;
manifattura: tfisser il-produzzjoni jew l-estrazzjoni ta' sustanzi fl-istat naturali;
manifattur: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li timmanifattura xi sustanza fil-Komunità;
importazzjoni: tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Komunità;
importatur: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun responabbli għall-importazzjoni;
tqegħid fis-suq: tfisser li tipprovdi jew li tagħmel disponibbli lil terzi, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas. L-importazzjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq;
utent “downstream”: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li juża sustanza, kemm waħidha jew f' ►M3 taħlita ◄ , fl-attivitajiet industrijali jew professjonali tiegħu. Id-distributur jew il-konsumatur mhumiex utenti downstream. Re-importatur eżentat skond l-Artikolu 2(7)(ċ) għandu jitqies bħala utent downstream;
distributur: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, inkluż bejjiegħ bl-imnut, li jaħżen u jqiegħed fis-suq sustanza, waħidha jew f' ►M3 taħlita ◄ , għal terzi biss;
sustanza intermedja: tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ sintesi):
sustanza intermedja mhux iżolata tfisser sustanza intermedja li matul sintesi ma titneħħiex intenzjonalment (ħlief għall-kampjunament) mill-apparat li fih issir is-sintesi. Dan l-apparat jinkludi r-reċipjent tar-reazzjoni, l-apparat anċillari tiegħu, u kwalunkwe apparat li minnu jgħaddu s-sustanza jew sustanzi matul proċess ta' fluss kontinwu jew ta' lottijiet kif ukoll is-sistema tal-pajpijiet għat-trasferiment minn reċipjent għal ieħor għall-iskop ta' l-istadju li jmiss tar-reazzjoni, iżda jeskludi t-tankijiet jew ir-reċipjenti l-oħrajn li fihom jinħażnu s-sustanzi wara l-manifattura;
sustanza intermedja iżolata fuq il-post tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta' sustanza intermedja mhux iżolata u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u s-sintesi ta' sustanza jew sustanzi oħra minn dik is-sustanza intermedja ssir fl-istess post, operata minn entità ġuridika waħda jew aktar;
sustanza intermedja iżolata trasportata tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta' sustanza intermedja mhux iżolata u trasportata bejn jew provduta lil postijiet oħra;
post: tfisser lok uniku fejn, jekk ikun hemm aktar minn manifattur wieħed ta' sustanza jew sustanzi, ikunu kondiviżi ċerti infrastruttura u faċilitajiet;
atturi: fil-katina tal-provvista tfisser il-manifatturi u/jew l-importaturi u/jew l-utenti “downstream” kollha f'katina ta' provvista;
aġenzija: tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kif stabbilita minn dan ir-Regolament;
awtorità: kompetenti tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet jew il-korpi stabbiliti mill-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament;
sustanza ta' introduzzjoni gradwali: tfisser sustanza li tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
tkun elenkata fl-Inventarju Ewropew ta' sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS);
ienet manifatturata fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-1 ta’ Jannar 2007 jew fl-1 ta' Lulju 2013, iżda mhux imqiegħda fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, mill-inqas darba fil-15-il sena qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova ddokumentata ta' dan;
qiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004, fl-1 ta' Jannar 2007 jew fl-1 ta' Lulju 2013, mill-manifattur jew mill-importatur qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kienet meqjusa bħala nnotifikata skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni tal-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda effettwata mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif stipulata f’dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova ddokumentata ta' dan, inkluża prova li s-sustanza tqiegħdet fis-suq minn kwalunkwe manifattur jew importatur bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inkluż;
sustanza notifikata: tfisser sustanza li għaliha tkun ġiet preżentata notifika u li tkun tista' titqiegħed fis-suq skond id-Direttiva 67/548/KEE;
riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi: tfisser kwalunkwe żvilupp xjentifiku relatat l-iżvilupp ta' prodott, ma' l-iżvilupp ulterjuri ta' sustanza, waħidha, f' ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti li fil-kors tiegħu jintużaw provi pilota ta' l-impjant jew tal-produzzjoni sabiex jiġi żviluppat il-proċess tal-produzzjoni u/jew sabiex jiġu ttestjati l-oqsma ta' l-applikazzjoni tas-sustanza;
riċerka u żvilupp xjentifiċi: tfisser kwalunkwe sperimentazzjoni xjentifika, analiżi jew riċerka kimika li ssir taħt kondizzjonijiet kontrollati f'volum ta' anqas minn tunnellata metrika fis-sena;
użu: tfisser kwalunkwe proċessar, formulazzjoni, konsum, ħażna, żamma, trattament, mili f'kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, produzzjoni ta' oġġett jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra;
użu tar-reġistrant stess: tfisser użu industrijali jew professjonali mir-reġistrant;
rapport sħiħ ta' studju: tfisser deskrizzjoni sħiħa u komprensiva ta' l-attività mwettqa sabiex tiġi ġġenerata l-informazzjoni. Dan ikopri d-dokument xjentifiku sħiħ kif pubblikat fil-letteratura li tiddeskrivi l-istudju li sar jew ir-rapport sħiħ, preparat mill-entità ta' l-ittestjar, li jiddeskrivi l-istudju li sar;
sommarju robust ta' l-istudju: tfisser sommarju dettaljat ta' l-objettivi, tal-metodi, tar-riżultati u tal-konklużjonijiet ta' rapport sħiħ ta' studju li jagħti informazzjoni suffiċjenti sabiex issir valutazzjoni indipendenti ta' l-istudju li jimminimizza l-bżonn ta' konsultazzjoni tar-rapport sħiħ ta' l-istudju;
sommarju ta' l-istudju: tfisser sommarju ta' l-objettivi, tal-metodi, tar-riżultati u tal-konklużjonijiet ta' rapport sħiħ ta' l-istudju, li jipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex issir valutazzjoni tar-relevanza ta' l-istudju;
fis-sena: tfisser f'kull sena kalendarja, ħlief jekk jiġi indikat mod ieħor. Għal sustanzi introdotti gradwalment li jkunu ġew importati jew manifatturati għal mhux inqas minn tliet snin konsekuttivi, il-kwantitajiet fis-sena għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-produzzjoni medja jew tal-volum ta' importazzjonijiet għat-tliet snin kalendarji preċedenti;
restrizzjoni: tfisser kwalunkwe kondizzjoni għal jew projbizzjoni tal-manifattura, l-użu jew it-tqegħid fis-suq;
fornitur ta' oġġett: tfisser kwalunkwe produttur jew importatur ta' oġġett, distributur jew attur ieħor fil-katina ta' forniment li jqiegħdu oġġett fis-suq;
riċevitur ta' oġġett: tfisser utent industrijali jew professjonali jew distributur li jiġi fornut b'oġġett iżda ma jinkludix il-konsumaturi;
SME: tfisser intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ( 13 );
xenarju ta' espożizzjoni: tfisser il-grupp ta' kondizzjonijiet, inklużi kondizzjonijiet operattivi u miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji, li jiddeskrivu kif is-sustanza tiġi manifatturata jew użata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha u kif il-manifattur jew l-importatur jikkontrolla, jew jirrakkomanda lill-utenti “downstream” sabiex jikkontrollaw, l-espożizzjoni għall-bniedem u l-ambjent. Dawn ix-xenarji ta' espożizzjoni jistgħu jkopru proċess jew użu speċifiku wieħed jew diversi proċessi jew użi kif meħtieġ;
kategorija ta' użu u ta' espożizzjoni: tfisser xenarju ta' espożizzjoni li jkopri firxa wiesgħa ta' proċessi jew użi, fejn il-proċessi jew użi jkunu komunikati, bħala minimu, f'termini ta' deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu;
sustanzi li jinsabu fin-natura: tfisser sustanza li teżisti bħala tali b'mod naturali, mhux proċessata jew proċessata biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bit-taħlil fl-ilma, bil-flotazzjoni, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni bil-fwar jew billi tissaħħan biss sabiex jitneħħa l-ilma, jew li tiġi estratta mill-arja bi kwalunkwe mezz;
sustanza mhux modifikata b'mod kimiku: tfisser sustanza li l-istruttura kimika tagħha tibqa' mhux mibdula, anke jekk tkun għaddiet minn proċess jew trattament kimiku, jew trasformazzjoni mineraloġika fiżika, per eżempju sabiex jitneħħew l-impuritajiet;
liga: tfisser materjal metalliku, omoġenju fuq skala makroskopika, li jikkonsisti f'żewġ elementi jew aktar magħqudin b'tali mod li ma jistgħux jiġu sseparati malajr b'mezzi mekkaniċi.
Artikolu 4
Dispożizzjoni ġenerali
Kwalunkwe manifattur, importatur, jew fejn relevanti utent downstream, jista', waqt li jżomm responsabbiltà sħiħa għall-konformità ma' l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament, jaħtar terz bħala rappreżentant tiegħu għall-proċedimenti kollha taħt l-Artikolu 11, l-Artikolu 19, it-Titolu III u l-Artikolu 51 li jinvolvu diskussjonijiet ma' manifatturi, importaturi, jew fejn relevanti utenti downstream. F'dawn il-każijiet, l-identità ta' manifattur jew importatur jew utent “downstream” li jkun ħatar rappreżentant ma għandhiex normalment tiġi żvelata mill-Aġenzija lil manifatturi, importaturi, jew fejn relevanti utenti “downstream” oħrajn.
TITOLU II
REĠISTRAZZJONI TA' SUSTANZI
KAPITOLU 1
Obbligu ġenerali ta' reġistrazzjoni u rekwiżiti ta' l-informazzjoni
Artikolu 5
Ebda data, ebda suq
Suġġett għall-Artikoli 6, 7, 21 u 23, is-sustanzi waħedhom, fi ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti ma għandhomx jiġu manifatturati fil-Komunità jew imqegħdin fis-suq sakemm ma jkunux ġew reġistrati skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan it-Titolu fejn dan ikun meħtieġ.
Artikolu 6
Obbligu ġenerali sabiex ikunu reġistrati sustanzi waħedhom jew f' ►M3 taħlitiet ◄
Kull manifattur jew importatur ta' polimeru għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija għas-sustanza jew sustanzi monomeriċi jew kwalunkwe sustanza oħra, li ma jkunux diġà ġew reġistrati minn attur 'il fuq fil-katina tal-provvista, jekk ikunu sodisfatti iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-polimeru fih 2 % piż b'piż (w/w) jew aktar ta' tali sustanza jew sustanzi monomeriċi jew sustanzi oħra fil-forma ta' unitajiet monomeriċi u sustanza jew sustanzi kimikament marbuta;
il-kwantità totali ta' tali sustanza jew sustanzi monomeriċi jew sustanzi oħra tikkostitwixxi tunnellata metrika jew aktar kull sena.
Artikolu 7
Reġistrazzjoni u notifika ta' sustanzi f'oġġetti
Kull produttur jew importatur ta' oġġetti għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija għal kull sustanza li jkun hemm f'dawk l-oġġetti, jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
is-sustanza tkun preżenti f'dawk l-oġġetti fi kwantitajiet li jikkostitwixxu total ta' aktar minn tunnellata metrika kull produttur jew importatur kull sena;
is-sustanza tkun intiża li tiġi rilaxxata taħt kondizzjonijiet ta' l-użu li jkunu normalment jew raġonevolment prevedibbli.
Il-preżentazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.
Kull produttur jew importatur ta' oġġetti għandu jinnotifika lill-Aġenzija, skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, jekk sustanza tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 57 u tkun identifikata skond l-Artikolu 59(1), jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
is-sustanza tkun preżenti f'dawk l-oġġetti fi kwantitajiet li jikkostitwixxu total ta' aktar minn tunnellata metrika kull produttur jew importatur kull sena;
is-sustanza tkun preżenti f'dawk l-oġġetti f'konċentrazzjoni ta' aktar minn 0,1 % piż b'piż (w/w).
L-informazzjoni li trid tiġi notifikata għandha tinkludi dan li ġej:
l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-produttur jew l-importatur kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI, bl-eċċezzjoni tas-siti tagħhom stess ta' l-użu;
in-numru jew numri ta' reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1), jekk disponibbli;
l-identità tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
il-klassifikazzjoni tas-sustanza jew sustanzi kif speċifikat fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2 ta' l-Anness VI;
deskrizzjoni fil-qosor ta' l-użu/i tas-sustanza jew sustanzi fl-oġġett kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI u ta' l-użi ta' l-oġġett jew oġġetti;
il-limiti tat-tunnellaġġ tas-sustanza jew sustanzi, bħal tunnellata metrika waħda sa għaxar tunnellati metriċi, għaxar tunnellati metriċi sa mitt tunnellata metrika, et cetera.
L-Aġenzija tista' tieħu deċiżjonijiet li jesiġu li l-produtturi jew l-importaturi ta' oġġetti jippreżentaw reġistrazzjoni, skond dan it-Titolu, għal kwalunkwe sustanza f'dawk l-oġġetti, jekk ikunu sodisfatti il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
is-sustanza tkun preżenti f'dawk l-oġġetti fi kwantitajiet li jikkostitwixxu total ta' aktar minn tunnellata metrika kull produttur jew importatur kull sena;
l-Aġenzija ikollha raġuni sabiex tissuspetta li:
is-sustanza tkun rilaxxata mill-oġġetti, u
ir-rilaxx tas-sustanza mill-oġġetti jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;
is-sustanza ma tkunx suġġetta għall-paragrafu 1.
Il-preżentazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.
Artikolu 8
Rappreżentant uniku ta' manifattur mhux Komunitarju
Artikolu 9
Eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta' reġistrazzjoni għar-riċerka u żvilup orjentati lejn prodotti u proċessi (PPORD)
Għall-fini tal-paragrafu 1, il-manifattur jew l-importatur jew il-produttur ta' oġġetti għandu javża lill-Aġenzija bl-informazzjoni li ġejja:
l-identità tal-manifattur jew ta' l-importatur jew tal-produttur ta' oġġetti kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI;
l-identità tas-sustanza, kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
il-klassifikazzjoni tas-sustanza, kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta' l-Anness VI, jekk hemm;
il-kwantità stmata kif speċifikat fit-Taqsima 3.1 ta' l-Anness VI;
il-lista ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.
In-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.
Il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jibda mal-wasla tan-notifika għand l-Aġenzija.
F'tali każijiet, l-Aġenzija tista' titlob lin-notifikatur jipprovdi informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa.
Meta tieħu d-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafi 4 u 7, l-Aġenzija għandha tieħu kont ta' kwalunkwe kumment li jkun sar minn tali awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 10
Informazzjoni li għandha tiġi preżentata għall-finijiet ġenerali ta' reġistrazzjoni
Reġistrazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 6 jew mill-Artikolu 7(1) jew (5) għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:
dossier tekniku li jinkludi:
l-identità tal-manifattur(i) jew importatur(i) kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness IV;
l-identità tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness IV;
informazzjoni dwar il-manifattura u l-użu(i) tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 3 ta' l-Anness VI; din l-informazzjoni għandha tirrapreżenta l-użu jew użi identifikati kollha mir-reġistrant. Din l-informazzjoni tista' tinkludi, jekk ir-reġistrant iqis dan ikun xieraq, il-kategoriji relevanti ta' użu u espożizzjoni;
il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta' l-Anness VI;
gwida dwar l-użu sikur tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 5 ta' l-Anness VI;
sommarji ta' studju ta' l-informazzjoni derivata mill-applikazzjoni ta' l-Annessi V sa XI;
sommarji robusti ta' studju ta' l-informazzjoni derivata mill-applikazzjoni ta' l-Annessi V sa XI, jekk meħtieġa taħt l-Anness I;
indikazzjoni ta' liema informazzjoni preżentata taħt (iii), (iv), (vi), (vii) jew taħt is-subparagrafu (b) ġiet riveduta minn assessur magħżul mill-manifattur jew l-importatur u li jkollu l-esperjenza adegwata;
proposti għall-ittestjar fejn elenkati fl-Annessi IX u X;
għal sustanzi fi kwantitajiet ta' minn 1 sa 10 tunnellati metriċi, informazzjoni dwar l-espożizzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 ta' l-Anness IV;
talba dwar liema informazzjoni fl-Artikolu 119(2) il-manifattur jew l-importatur iqis li ma għandhiex tkun disponibbli fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e), inkluża ġustifikazzjoni dwar ir-raġuni għaliex il-pubblikazzjoni tista' tkun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tiegħu jew ta' kwalunkwe parti oħra konċernata.
Ħlief fil-każijiet koperti mill-Artikolu 25(3), mill-Artikolu 27(6) jew mill-Artikolu 30(3), ir-reġistrant għandu jkollu pussess leġittimu ta' jew ikollu permess sabiex jirriferi għar-rappori sħiħ ta' l-istudju, imqassar taħt (vi) u (vii) għall-iskop ta' reġistrazzjoni.
rapport ta' sigurtà kimika meta meħtieġ taħt l-Artikolu 14, fil-format speċifikat fl-Anness I. It-Taqsimiet relevanti ta' dan ir-rapport jistgħu jinkludu, jekk meqjus xieraq mir-reġistrant, il-kategoriji relevanti ta' użu u espożizzjoni.
Artikolu 11
Preżentazzjoni konġunta ta' data minn reġistranti multipli
Suġġett għall-paragrafu 3, l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix), u kwalunkwe indikazzjoni relevanti taħt l-Artikolu 10(a)(viii) għandha l-ewwel tiġi preżentata mir-reġistrant wieħed li jaġixxi bil-ftehim tar-reġistrant(i) l-ieħor/l-oħrajn li jagħtu l-kunsens tagħhom (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-reġistrant prinċipali”).
Kull reġistrant għandu sussegwentement jippreżenta separatament l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a)(i), (ii), (iii) u (x), u kull dikjarazzjoni relevanti taħt l-Artikolu 10(a)(viii).
Ir-reġistranti jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk jippreżentawx l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a)(v) u (b) u kwalunkwe indikazzjoni relevanti taħt l-Artikolu 10(a)(viii) separatament jew jekk għandux ikun manifattur jew importatur wieħed li jippreżenta din l-informazzjoni għan-nom ta' l-oħrajn.
Reġistrant jista' jippreżenta separatament l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) jew (ix) jekk:
tkun spiża sproporzjonata għalih li jippreżenta din l-informazzjoni b'mod konġunt; jew
il-preżentazzjoni konġunta ta' l-informazzjoni twassal għal żvelar ta' informazzjoni li huwa jikkonsidra kummerċjalment sensittiva u li aktarx tikkawżalu ħsara kummerċjali sostanzjali; jew
huwa ma jaqbilx mar-reġistrant prinċipali dwar l-għażla ta' din l-informazzjoni.
Jekk ikunu japplikaw il-punti (a), (b) jew (ċ), ir-reġistrant għandu jippreżenta flimkien mad-dossier, spjegazzjoni għaliex l-ispejjeż ikunu sproporzjonati, għaliex l-iżvelar ta' l-informazzjoni aktarx kien se jwassal għal ħsara kummerċjali sostanzjali jew in-natura tan-nuqqas ta' ftehim, skond il-każ.
Artikolu 12
Informazzjoni li għandha tiġi preżentata skond it-tunnellaġġ
Id-dossier tekniku msemmi fl-Artikolu 10(a) għandu jinkludi taħt il-punti (vi) u (vii) ta' dik id-dispożizzjoni l-informazzjoni kollha fiżikokimika, tossikoloġika u ekotossikoloġika li tkun relevanti u disponibbli għar-reġistrant u bħala minimu dan li ġej:
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VII għal sustanzi li m'humiex ta' introduzzjoni gradwali, u għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali li jissodisfaw wieħed mill-kriterji jew it-tnejn speċifikati fl-Anness III, manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika waħda jew aktar fis-sena għal kull manifattur jew importatur;
l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi speċifikati fl-Anness VII, Taqsima 7 għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar fis-sena għal kull manifattur jew importatur li ma jissodisfaw l-ebda kriterju speċifikat fl-Anness III;
l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi VII u VIII għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 10 tunnellati metriċi jew aktar kull sena għal kull manifattur jew importatur;
l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi VII u VIII u l-proposti dwar ittestjar għall-għoti ta' l-informazzjoni speċifikata fl-Anness X għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 100 tunnellata metrika jew aktar kull sena kull manifattur jew importatur;
l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi VII u VIII u l-proposti dwar ittestjar għall-għoti ta' l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi IX u X għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 1 000 tunnellata metrika jew aktar kull sena għal kull manifattur jew importatur.
Artikolu 13
Rekwiżiti ġenerali għall-ġenerazzjoni ta' informazzjon dwar il-proprjetajiet intrinsiċi ta' sustanzi
L-informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista' tiġi ġenerata skond il-metodi tat-testijiet oħrajn sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet disposti fl-Anness XI.
Reġistrant ġdid ma għandux jagħmel referenza għal tali studji sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI.
Artikolu 14
Ir-rapport ta' sigurtà kimika u l-obbligi ta' l-applikazzjoni u r-rakkomandazjoni ta' miżuri tat-tnaqqis tar-riskji
Ir-rapport ta' sigurtà kimika għandu jiġbor il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika li għandha ssir skond il-paragrafi 2 sa 7 u ma' l-Anness 1 għal kull sustanza waħidha jew f' ►M3 taħlita ◄ jew f'oġġett jew grupp ta' sustanzi.
Valutazzjoni tas-sigurtà kimika skond il-paragrafu 1 m'hemmx għalfejn titwettaq għal sustanza li hija preżenti fi tħejjija jekk il-konċentrazzjoni tas-sustanza fittħejjija hija inqas minn
il-valur ta' limitu msemmi fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008,
0,1 % piż b'piż (w/w), jekk is-sustanza tilħaq il-kriterji fl-Anness XIII għal dan ir-Regolament.
Il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika ta' sustanza għandha tinkludi dawn l-istadji li ġejjin:
stima tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem;
stima tal-periklu fiżikokimiku;
stima tal-periklu għall-ambjent;
stima tal-persistenza, bijo-akkumulazzjoni u tossiċità (PBT) u tal-persistenza għolja u bijo-akkumulazzjoni għolja (vPvB).
Jekk, b'riżultat tat-twettiq tal-passi (a) sa (d) tal-paragrafu 3, ir-reġistrant jikkonkludi li s-sustanza tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu li ġejjin imniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
klassi ta' periklu 4.1;
klassi ta' periklu 5.1,
jew hija valutata li hija PBT jew vPvB, il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika għandha tinkludi l-passi addizzjonali li ġejjin:
stima ta' l-espożizzjoni li tinkludi l-ġenerazzjoni ta' xenarju jew xenarji ta' espożizzjoni (jew l-identifikazzjoni ta' kategoriji relevanti ta' użu u espożizzjoni jekk ikun il-każ) u stima ta' l-espożizzjoni;
karatterizzazzjoni tar-riskji.
Ix-xenarji ta' espożizzjoni (fejn ikun il-każ, il-kategoriji ta' l-użu u ta' espożizzjoni), l-istima ta' espożizzjoni u l-karatterizzazzjoni tar-riskji għandhom jindirizzaw l-użi kollha identifikati mir-reġistrant.
Ir-rapport ta' sigurtà kimika ma għandux bżonn jikkonsidra r-riskji għas-saħħa tal-bniedem minn dawn it-tipi ta' użu finali li ġejjin:
użu f'materjali f'kuntatt ma' l-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1935/2004 tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' l-ikel ( 14 );
fi prodotti kosmetiċi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 76/768/KEE ( 15 ).
KAPITOLU 2
Sustanzi meqjusa bħala reġistrati
Artikolu 15
Sustanzi fi protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali
Artikolu 16
Dmirijiet tal-Kummissjoni, ta' l-Aġenzija u tar-reġistranti ta' sustanz meqjusa bħala reġistrati
KAPITOLU 3
L-obbligu ta' reġistrazzjoni, u r-rekwiżiti ta' l-informazzjoni għal ċerti tipi ta' sustanzi intermedji
Artikolu 17
Reġistrazzjoni ta' sustanzi intermedji iżolati fuq il-post
Ir-reġistrazzjoni għal sustanza intermedja iżolata fuq il-post għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, sal-punt li l-manifattur ikun jista jippreżentaha mingħajr ebda ttestjar ieħor:
l-identità tal-manifattur kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI;
l-identità tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
il-klassifikazzjoni tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta' l-Anness VI;
kwalunkwe informazzjoni eżistenti disponibbli dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi, relatati mas-saħħa tal-bniedem jew ambjentali tas-sustanza intermedja. Fejn ikun disponibbli rappori sħiħ ta' l-istudju, għandu jiġi preżentat sommarju ta' l-istudju;
deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI;
dettalji tal-miżuri applikati ta' l-immaniġġar tar-riskji.
Ħlief fil-każijiet koperti mill-Artikolu 25(3), mill-Artikolu 27(6) jew mill-Artikolu 30(3), ir-reġistrant għandu jkollu pussess leġittimu ta' jew ikollu permess sabiex jirriferi għar-rapport sħiħ ta' l-istudju imqassar taħt (d) għall-iskop ta' reġistrazzjoni.
Ir-reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu XI.
Jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux sodisfatti, ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10.
Artikolu 18
Reġistrazzjoni ta' sustanzi intermedji iżolati trasportati
Ir-reġistrazzjoni għal sustanza intermedja iżolata trasportata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:
l-identità tal-manifattur jew l-importatur kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI;
l-identità tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
il-klassifikazzjoni tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta' l-Anness VI;
kwalunkwe informazzjoni eżistenti disponibbli dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi, relatati mas-saħħa tal-bniedem jew ambjentali tas-sustanza kimika. Fejn ikun disponibbli rapport sħiħ ta' l-istudju, għandu jiġi preżentat sommarju ta' l-istudju;
deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI;
informazzjoni dwar il-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji applikati u rakkomandati lill-utent skond il-paragrafu 4.
Ħlief fil-każijiet koperti mill-Artikolu 25(3), mill-Artikolu 27(6) jew mill-Artikolu 30(3), ir-reġistrant għandu jkollu pussess leġittimu ta' jew ikollu permess sabiex jirriferi għar-rapport sħiħ ta' l-istudju imqassar taħt (d) għall-iskop ta' reġistrazzjoni.
Ir-reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu XI.
Għall-ġenerazzjoni ta' din l-informazzjoni, għandu japplika l-Artikolu 13.
Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss għal sustanzi intermedji iżolati trasportati jekk il-manifattur jew l-importatur jikkonferma huwa stess jew jiddikjara li jkun irċieva konferma mill-utent li s-sintesi ta' sustanza oħra jew sustanzi oħrajn minn dik intermedja sseħħ f'siti oħrajn taħt il-kondizzjonijiet strettament kontrollati li ġejjin:
is-sustanza tinżamm rigorożament kontenuta b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha inklużi l-manifattura, il-purifikazzjoni, it-tindif u l-manutenzjoni ta' tagħmir, il-kampjunament, l-analiżi, it-tagħbija u l-ħatt ta' apparat jew bastimenti, ir-rimi ta' skart jew il-purifikazzjoni u l-ħażna;
għandhom jintużaw teknoloġiji proċedurali u ta' kontroll sabiex jiġu minimizzati l-emissjoni u kwalunkwe espożizzjoni li tirriżulta;
ikun biss persunal imħarreġ sew u awtorizzat li jimmaniġġa s-sustanza;
fil-każ ta' xogħlijiet ta' tindif u ta' manutenzjoni, jiġu applikati proċeduri speċjali bħal tindif u ħasil qabel il-ftuħ u d-dħul fis-sistema;
f'każ ta' xi inċident u fejn jinħoloq l-iskart, jintużaw teknoloġiji proċedurali u/jew ta' kontroll sabiex jiġu minimizzati l-emissjonijiet u l-espożizzjoni li tirriżulta matul proċeduri ta' purifikazzjoni jew tindif u manutenzjoni;
il-proċeduri ta' maniġġar ta' sustanzi huma dokumentati tajjeb u sorveljati b'mod strett mill-operatur tas-sit.
Jekk il-kondizzjonijiet disposti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux sodisfatti, ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10.
Artikolu 19
Il-preżentazzjoni konġunta ta' data dwar sustanzi intermedji iżolati minn reġistranti multipli
Suġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 17(2) (ċ) u (d) u fl-Artikolu 18(2) (ċ) u (d) għandha l-ewwel tiġi preżentata minn manifattur wieħed jew importatur li jaġixxi bil-ftehim ta' manifatturi jew importaturi oħrajn li jagħtu l-kunsens tagħhom (“ir-reġistrant prinċipali”).
Kull reġistrant għandu sussegwentement jippreżenta separatament l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 17(2)(a) (b) (e) u (f) u l-Artikolu 18(2)(a) (b), (e) u (f).
Manifattur jew importatur jista' jippreżenta separatament l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2)(ċ) or (d) and 18(2)(ċ) jew (d) jekk:
tkun tinvolvi spiża sproporzjonata għalih jekk jippreżentaha konġuntament; jew
il-preżentazzjoni konġunta ta' l-informazzjoni twassal għal żvelar ta' informazzjoni li huwa jikkonsidra sensittiva kummerċjalment u li aktarx tikkawżalu ħsara kummerċjali sostanzjali; jew
huwa ma jaqbilx mar-reġistrant prinċipali dwar l-għażla ta' din l-informazzjoni.
Jekk il-paragrafi (a), (b) jew (ċ) japplikaw, il-manifattur jew l-importatur għandu jippreżenta flimkien mad-dossier, spjegazzjoni għaliex l-ispejjeż ikunu sproporzjonati, għaliex l-iżvelar ta' l-informazzjoni aktarx kienet se jwassal għal ħsara kummerċjali sostanzjali, jew in-natura tan-nuqqas ta' ftehim, skond il-każ.
KAPITOLU 4
Dispożizzjonijiet komuni għar-reġistrazzjonijiet kollha
Artikolu 20
Dmirijiet ta' l-Aġenzija
L-Aġenzija għandha twettaq il-kontroll tal-kompletezza fi żmien 3 gimgħat mid-data tal-preżentazzjoni, jew fi żmien 3 xhur mill-iskadenza tat-terminu perentorju relevanti ta' l-Artikolu 23, fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet ta' sustanzi ta' introduzzjoni gradwali u preżentati matul il-perjodu ta' xahrejn immedjatament qabel dik l-iskadenza.
Jekk ir-reġistrazzjoni ma tkunx kompleta, l-Aġenzija għandha tavża lir-reġistrant, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' 3 ġimgħat jew ta' 3 xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu, rigward liema informazzjoni oħra tkun meħtieġa sabiex ir-reġistrazzjoni titlesta, filwaqt li tistabbilixxi terminu perentorju raġonevoli għal dan. Ir-reġistrant għandu jlesti r-reġistrazzjoni tiegħu u jibgħatha lill-Aġenzija fit-terminu perentorju stabbilit. L-Aġenzija għandha tikkonferma d-data tal-preżentazzjoni ulterjuri ta' l-informazzjoni lir-reġistrant. L-Aġenzija għandha twettaq kontroll tal-kompletezza ulterjuri, filwaqt li tikkonsidra l-informazzjoni ulterjuri li tkun ingħatat.
L-Aġenzija għandha tiċħad ir-reġistrazzjoni jekk ir-reġistrant jonqos li jlesti r-reġistrazzjoni fit-terminu perentorju stabbilit. Il-ħlas għar-reġistrazzjoni ma jiġix rimburżat f'dawn il-każijiet.
L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru relevanti fi żmien 30 jum mid-data tal-preżentazzjoni, li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli fid-database ta' l-Aġenzija:
id-dossier tar-reġistrazzjoni flimkien man-numru tal-preżentazzjoni jew tar-reġistrazzjoni,
id-data tal-preżentazzjoni jew tar-reġistrazzjoni,
ir-riżultat tal-kontroll ta' kompletezza u
kwalunkwe talba għal aktar informazzjoni u t-terminu perentorju stabbilit skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.
L-Istat Membru relevanti għandu jkun l-Istat Membru li fih issir il-manifattura jew fejn ikun stabbilit l-importatur.
Jekk il-manifattur ikollu siti ta' produzzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru relevanti għandu jkun dak li fih ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tal-manifattur. Għandhom ukoll jiġu notifikati l-Istati Membri l-oħrajn fejn ikunu stabbiliti s-siti ta' produzzjoni.
L-Aġenzija għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat jew Stati Membri relevanti meta kwalunwke informazzjoni ulterjuri preżentata mir-reġistrant tkun disponibbli fid-database ta' l-Aġenzija.
Artikolu 21
Il-manifattura u l-importazzjoni ta' sustanzi
Fil-każ ta' reġistrazzjonijiet ta' sustanzi ta' introduzzjoni gradwali, tali reġistrant jista' jkompli bil-manifattura jew l-importazzjoni tas-sustanza, jew bil-produzzjoni jew l-importazzjoni ta' oġġett, jekk ma jkun hemm ebda indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fit-tliet ġimgħat wara d-data tal-preżentazzjoni jew jekk preżentata fil-perjodu ta' xahrejn qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju relevanti ta' l-Artikolu 23, jekk ma jkun hemm ebda indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fit-tliet xhur minn dik l-iskadenza, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(8).
Fil-każ ta' aġġornament ta' reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 reġistrant jista' jkompli l-manifattura jew l-importazzjoni tas-sustanza, jew il-produzzjoni jew importazzjoni ta' l-oġġett jekk ma jkunx hemm indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fit-3 ġimgħat wara d-data ta' l-aġġornament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(8).
Artikolu 22
Obbligi ulterjuri tar-reġistranti
Wara r-reġistrazzjoni, reġistrant għandu jkun responsabbli, bl-inizjattiva tiegħu stess, mill-aġġornament tar-reġistrazzjoni tiegħu mingħajr dewmien żejjed bl-informazzjoni relevanti ġdida u mill-preżentazzjoni tagħha lill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:
kwalunkwe bidla fl-istat tiegħu, bħala manifattur, importatur jew produttur ta' oġġetti, jew fl-identità tiegħu, bħall-isem jew l-indirizz tiegħu;
kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza kif mogħtija fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
bidliet fil-kwantitajiet annwali jew totali manifatturati jew importati minnu jew fil-kwantitajiet ta' sustanzi preżenti f'oġġetti prodotti jew importati minnu jekk dawn jirriżultaw f'bidla fil-limiti tat-tunnellaġġ, inkluż il-waqfien tal-manifattura jew l-importazzjoni;
użi ġodda identifikati u użi ġodda li ngħata parir kontrihom kif imsemmi fit-Taqsima 3.7 ta' l-Anness IV li għalihom tiġi manifatturata jew importata s-sustanza;
informazzjoni ġdida dwar ir-riskji tas-sustanza għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent li huwa jista' raġonevolment ikun sar jaf dwarhom li twassal għal bidliet fl-iskeda ta' data ta' sigurtà jew fir-rapport ta' sigurtà kimika;
kwalunkwe bidla fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;
kwalunkwe aġġornament jew emenda tar-rapport ta' sigurtà kimika jew tat-Taqsima 5 ta' l-Anness VI;
fejn ir-reġistrant jidentifika l-ħtieġa li jwettaq test elenkat fl-Anness IX jew fl-Anness X, fejn f'dan il-każ ikollha tiġi żviluppata proposta ta' ttestjar;
kwalunkwe bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fir-reġistrazzjoni.
L-Aġenzija għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru relevanti.
KAPITOLU 5
Dispożizzjonijiet transizzjonali applikabbli għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali u għal sustanzi notifikati
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali
L-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Diċembru 2010 għas-sustanzi li ġejjin:
sustanzi ta' introduzzjoni gradwali klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-Kategorija 1 jew 2, skond id-Direttiva 67/548/KEE u manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007;
sustanzi ta' introduzzjoni gradwali klassifikati bħala tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi li jistgħu jikkaġunaw effetti ħżiena għal perjodu twil fl-ambjent akkwatiku (R50/53) skond id-Direttiva 67/548/KEE, u manifatturati fil-Komunità jew importati fi kwantitajiet li jilħqu l-100 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007;
sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu 1 000 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-1 ta' Ġunju 2007.
Artikolu 24
Sustanzi notifikati
TITOLU III
IL-KONDIVIŻJONI TA' DATA U L-EVITAR TA' TTESTJAR BLA BŻONN
KAPITOLU 1
Objettivi u regoli ġenerali
Artikolu 25
Objettivi u regoli ġenerali
KAPITOLU 2
Regoli għal sustanzi li ma jkunux ta' introduzzjoni gradwali u għal reġistranti ta' sustanzi ta' introduzzjoni gradwali li ma rreġistrawx minn qabel
Artikolu 26
Obbligu ta' riċerka qabel ir-reġistrazzjoni
Kull reġistrant potenzjali ta' sustanza li ma tkunx ta' introduzzjoni gradwali, jew kull reġistrant potenzjali ta' sustanza ta' introduzzjoni gradwali li ma għamilx pre-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 28 għandu jsaqsi l-Aġenzija jekk diġà ġietx preżentata reġistrazzjoni għall-istess sustanza. Huwa għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja kollha lill-Aġenzija ma' din id-domanda:
l-identità tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI, bl-eċċezzjoni tas-siti ta' użu;
l-identità tas-sustanza, kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
liema rekwiżiti ta' informazzjoni jitolbu studji ġodda li jinvolvu annimali vertebrati li jkollhom jitwettqu minnu;
liema rekwiżiti ta' informazzjoni jitolbu studji ġodda oħrajn li jkollhom jitwettqu minnu.
L-istudji li jinvolvu annimali vertebrati ma għandhomx jiġu ripetuti.
Fl-istess waqt l-Aġenzija għandha tavża lir-reġistranti preċedenti bl-isem u l-indirizz tar-reġistrant potenzjali. L-istudji disponibbli għandhom jiġu kondiviżi mar-reġistrant potenzjali skond l-Artikolu 27.
Artikolu 27
Il-kondiviżjoni ta' data eżistenti fil-każ ta' sustanzi reġistrati
Fejn sustanza tkun ġiet reġistrata anqas minn 12-il sena qabel kif imsemmi fl-Artikolu 26(3), ir-reġistrant potenzjali:
għandu, f'każ ta' informazzjoni li tinvolvi testijiet fuq annimali vertebrati, u
jista', f'każ ta' informazzjoni li ma tinvolvix testijiet fuq annimali vertebrati,
jitlob mingħand ir-reġistrant jew reġistranti preċedenti l-informazzjoni li jeħtieġ fir-rigward ta' l-Artikolu 10(a)(vi) i (vii) sabiex jirreġistra.
KAPITOLU 3
Regoli għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali
Artikolu 28
L-obbligu ta' pre-reġistrazzjoni għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali
Sabiex igawdi mir-reġim transizzjonali previst fl-Artikolu 23 kull reġistrant potenzjali ta' sustanza ta' introduzzjoni gradwali fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar fis-sena, anke mingħajr intermedji ta' limitazzjoni, għandu jippreżenta l-informazzjoni kollha li ġejja lill-Aġenzija:
l-isem tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI, inklużi in-numri tagħha ta' l-EINECS u tal-CAS jew, jekk mhux disponibbli, kwalunkwe kodiċi ta' identità ieħor;
ismu u l-indirizz tiegħu u l-isem tal-persuna ta' kuntatt u, fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-persuna li tirrappreżentah skond l-Artikolu 4 kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VI;
id-data ta' skadenza tat-terminu perentorju previst għar-reġistrazzjoni u l- medda ta' tunnellaġġ;
l-isem jew ismijiet tas-sustanza jew sustanzi kif speċifikati fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI, inkluż in-numri tagħhom ta' l-EINECS u tal-CAS jew, jekk mhux disponibbli, kwalunkwe kodiċi ieħor ta' identifikazzjoni, li għalihom tkun relevanti l-informazzjoni disponibbli għall-applikazzjoni tat-Taqsimiet 1.3 u 1.5 ta' l-Anness XI.
Artikolu 29
Fora ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar Sustanzi
L-għan ta' kull SIEF għandu jkun li:
jiffaċilita għal skopijiet ta' reġistrazzjoni, l-iskambju ta' l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10(a) (vi) u (vii) bejn reġistranti potenzjali, u b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' studji; u
jintlaħaq ftehim bejn reġistranti potenzjali dwar il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar fejn hemm differenza fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza.
Artikolu 30
Kondiviżjoni ta' data li tinvolvi testijiet
Fi żmien xahar mit-talba, il-proprjetarju ta' l-istudju għandu jagħti prova ta' l-ispiża tiegħu lill-parteċipant jew parteċipanti li jitolbuha. Il-parteċipant jew parteċipanti u l-proprjetarju għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li l-ispejjeż tal-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni jiġu determinati b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dan jista' jiġi faċilitat billi tiġi segwita gwida dwar il-qsim ta' spejjeż ibbażata fuq dawk il-prinċipji u li tiġi adottata mill-Aġenzija skond l-Artikolu 77(2)(g). Jekk ma jistgħux jilħqu tali ftehim, l-ispiża għandha tinqasam b'mod ugwali. Il-proprjetarju għandu jagħti permess sabiex ikun jista' jsir riferiment għar-rapport sħiħ ta' l-istudju għall-iskop tar-reġistrazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi l-ħlas. Ir-reġistranti huma meħtieġa biss li jaqsmu l-ispejjeż ta' l-informazzjoni li huma meħtieġa jippreżentaw sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' reġistrazzjoni.
TITOLU IV
INFORMAZZJONI FIL-KATINA TAL-PROVVISTA
Artikolu 31
Rekwiżiti għal skedi ta' data ta' sigurtà
Il-fornitur ta' sustanza jew ►M3 taħlita ◄ għandu jipprovdi lir-riċevitur ta' sustanza jew ►M3 taħlita ◄ skeda ta' data ta' sigurtà li tkun imfassla skond l-Anness II:
fejn sustanza jew taħlita tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikolużi skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008; jew
fejn sustanza tkun persistenti, bijo-akkumulattiva u tossika jew persistenti ħafna u bijo-akkumulattiva ħafna skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII; jew
fejn sustanza tkun inkluża fil-lista stabbilita skond l-Artikolu 59(1) għal raġunijiet diversi minn dawk imsemmija fil-punti (a) u (b).
Il-fornitur għandu jipprovdi lir-reċipjent fuq talba tiegħu bi skeda ta' data ta sigurtà kkompilata skond l-Anness II, fejn taħlita ma ti'ssodisfax il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikoluża skond it-Titoli I u II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, iżda jkun fiha:
f'konċentrazzjoni individwali ta' ≥ 1 % skond il-piż għal taħlitiet mhux gassużi u ≥ 0,2 % skond il-volum għal taħlitiet gassużi mill-inqas sustanza waħda tikkostitwixxi perikolu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent; jew
f'konċentrazzjoni individwali ta' ≥ 0,1 % skond il-piż għal taħlitiet non gassużi ta' mill-inqas sustanza waħda li hija karċinoġenika kategorija 2 jew tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1A, 1B u2, sensitizzatur tal-ġilda kategorija 1, sensitizzatur respiratorju kategorija 1, jew għandha effetti fuq it-treddiegħ jew minnu jew hija persistenti, bijoakkumulattiva utossika (PBT) skond il-kriterji mniżżla fl-AnnessXIII jew persistenti ħafna jew bijoakkumulattiva ħafna (vPvB) skond il-kriterji mniżżla fl-AnnessXIII jew ġiet inkluża għal raġunijiet minbarra dawk imsemmija fil-punt (a)fil-lista stabbilita skond l-Artikolu59(1); jew
sustanza li għalija hemm limiti Komunitarji ta' esponiment fuq il-post tax-xogħol.
L-iskeda ta' data ta' sigurtà għandha tkun datata u għandha tinkludi l-intestaturi li ġejjin:
l-identifikazzjoni tas-sustanza jew ►M3 taħlita ◄ u l-identifikazzjoni tal-kumpannija jew intrapriża;
l-identifikazzjoni tal-perikoli;
il-kompożizzjoni tagħha jew informazzjoni dwar l-ingredjenti;
miżuri ta' l-ewwel għajnuna;
miżuri tat-tifi tan-nar;
miżuri tar-rilaxx aċċidentali;
il-maniġġ u l-ħażna;
il-kontrolli ta' l-espożizzjoni jew il-protezzjoni personali;
il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi;
l-istabbiltà u r-reattività;
informazzjoni tossikoloġika;
informazzjoni ekoloġika;
konsiderazzjonijiet dwar ir-rimi;
informazzjoni dwar it-trasport;
informazzjoni regolatorja;
informazzjoni oħra.
Kwalunkwe utent “downstream” għandu jinkludi xenarji relevanti ta' espożizzjoni, u juża informazzjoni oħra relevanti, mill-iskeda ta' data ta' sigurtà fornita lilu meta jikkompila l-iskeda ta' data ta' sigurtà tiegħu stess għal użi identifikati.
Kwalunkwe distributur għandu jgħaddi xenarji relevanti ta' espożizzjoni, u juża informazzjoni relevanti oħra, mill-iskeda ta' data ta' sigurtà fornita lilu meta jikkompila l-iskeda ta' data ta' sigurtà tiegħu stess għal użi li dwarhom ikun għadda informazzjoni skond l-Artikolu 37(2).
Il-fornituri għandhom jaġġornaw l-iskeda ta' data ta' sigurtà mingħajr dewmien f'dawn l-okkazzjonijiet:
malli ssir disponibbli informazzjoni ġdida li tista' tolqot il-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji, jew informazzjoni ġdida dwar perikli;
meta tkun ngħatat jew ġiet miċħuda l-awtorizzazzjoni;
meta tiġi imposta restrizzjoni.
Il-verżjoni l-ġdida u datata ta' din l-informazzjoni, identifikata bħala “Reviżjoni: (data)”, għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b'mod elettroniku lir-riċevituri preċedenti kollha li lilhom il-fornituri fornew is-sustanza jew it- ►M3 taħlita ◄ fit-tnax-il xahar preċedenti. Kwalunkwe aġġornament wara r-reġistrazzjoni għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni.
Fejn sustanzi huma klassifikati skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. matul il-perijodu mid-dħul fis-seħħ tiegħu sa l-1 ta' Diċembru 2010, dik il-klassifikazzjoni tista' tiżdied fl-iskeda ta' data ta' sigurtà flimkien mal-klassifikazzjoni skond id-Direttiva 67/548/KEE.
Mill-1 ta' Diċembru 2010 sa l-1 ta' Ġunju 2015, l-iskedi ta' data ta' sigurtà għas-sustanzi għandhom jinkludu l-klassifikazzjoni kemm skond id-Direttiva 67/548/KEE kif ukoll skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Fejn taħlitiet huma klassifikati skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008matul il-perijodu mid-dħul fis-seħħ tagħha sa l-1 ta' Ġunju 2015, dik il-klassifikazzjoni tista' tiġi miżjuda fl-iskeda ta' data ta' sigurtà, flimkien mal-klassifikazzjoni skond id-Direttiva 1999/45/KE. Madankollu, sa l-1 ta' Ġunju 2015, fejn sustanzi jew taħlitiet huma t-tnejn klassifikati u ttikkettati skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008dik il-klassifikazzjoni għandha tkun provduta fl-iskeda ta' data ta' sigurtà, flimkien mal-klassifikazzjoni skond id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE rispettivament, għas-sustanza, it-taħlita jew l-kostitwenti tagħhom.
Artikolu 32
L-obbligu li l-informazzjoni tiġi kkomunikata 'l isfel fil-katina tal-provvista għal sustanzi waħedhom jew f' ►M3 taħlitiet ◄ li għalihom ma' tkunx meħtieġa skeda ta' data ta' sigurtà
Kwalunkwe fornitur ta' sustanza waħidha jew f' ►M3 taħlita ◄ li ma jkunx meħtieġ iforni skeda ta' data ta' sigurtà skond l-Artikolu 31 għandu jipprovdi lir-riċevitur l-informazzjoni li ġejja:
in-numru jew numri tar-reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), jekk disponibbli, għal kwalunkwe sustanza li dwarha tiġi komunikata informazzjoni taħt il-punti (b), (ċ) jew (d) ta' dan il-paragrafu;
jekk is-sustanza hijiex suġġetta għall-awtorizzazzjoni u d-dettalji ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda skond it-Titolu VII f'din il-katina tal-provvista;
dettalji ta' kwalunkwe restrizzjoni imposta taħt it-Titolu VIII;
kwalunkwe informazzjoni oħra li tkun disponibbli u relevanti dwar is-sustanza li tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati u applikati miżuri adegawati ta' l-immaniġġar tar-riskji inklużi kondizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Taqsima 3 ta' l-Anness XI.
Il-fornituri għandhom jaġġornaw din l-informazzjoni mingħajr dewmien f'dawn l-okkażjonijiet li ġejjin:
malli ssir disponibbli informazzjoni ġdida li tista' tolqot il-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji, jew informazzjoni ġdida dwar perikli;
meta tkun ingħatat jew ġiet miċħuda l-awtorizzazzjoni;
meta tiġi imposta restrizzjoni.
Barra minn hekk, l-informazzjoni aġġornata għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b'mod elettroniku lir-riċevituri preċedenti kollha li lilhom il-fornituri fornew is-sustanza jew it- ►M3 taħlita ◄ fit-tnax-il xahar preċedenti. Kwalunkwe aġġornament wara r-reġistrazzjoni għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni.
Artikolu 33
L-obbligu ta' komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar sustanzi f'oġġetti
L-informazzjoni relevanti għandha tingħata, mingħajr ħlas, fi żmien 45 ġurnata minn meta tkun ġiet riċevuta t-talba.
Artikolu 34
l-obbligu li l-informazzjoni dwar is-sustanzi u t- ►M3 taħlitiet ◄ tiġi kkomunikata 'l fuq fil-katina tal-provvista
Kwalunkwe attur fil-katina tal-provvista ta' sustanza jew ►M3 taħlita ◄ għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-attur jew lid-distributur li jmiss 'il fuq fil-katina tal-provvista:
informazzjoni ġdida dwar proprjetajiet perikolużi, irrispettivament mill-użi konċernati;
kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' titfa' dubbju dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji identifikati fl-iskeda ta' data ta' sigurtà mogħtija lilu, li għandha tiġi komunikata biss għall-użi identifikati.
Id-distributuri għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-attur jew lid-distributur li jmiss 'il fuq fil-katina tal-provvista.
Artikolu 35
Aċċess għal informazzjoni għall-ħaddiema
Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jingħataw aċċess minn min iħaddimhom għall-informazzjoni provduta skond l-Artikoli 31 u 32 fir-rigward ta' sustanzi jew ►M3 taħlitiet ◄ li huma jużaw jew li għalihom jistgħu jkunu esposti fil-kors tax-xogħol tagħhom.
Artikolu 36
Obbligu li tinżamm l-informazzjoni
TITOLU V
UTENTI DOWNSTREAM
Artikolu 37
Valutazzjonijiet tas-sigurtà kimika ta' l-utent “downstream” u l-obbligu li jidentifika, japplika u jirrakkomanda miżuri tat-tnaqqis tar-riskji
Id-distributuri għandhom jgħaddu tali informazzjoni lill-attur jew lid-distributur li jkun imiss 'il fuq fil-katina tal-provvista. L-utenti “downstream” li jkunu rċevew tali informazzjoni jistgħu jippreparaw xenarju ta' espożizzjoni għall-użu jew użi identifikati, jew jgħaddu l-informazzjoni lill-attur li jkun imiss 'il fuq fil-katina tal-provvista.
Għal sustanzi ta' introduzzjoni gradwali, il-manifattur, l-importatur jew l-utent “downstream” għandhom jikkonformaw ma' din it-talba u ma' l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 14 qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju relevanti fl-Artikolu 23, sakemm l-utent “downstream” jagħmel it-talba tiegħu mill-inqas tnax-il xahar qabel qabel l-iskadenza ta' dan it-terminu perentorju.
Fejn il-manifattur, l-importatur jew l-utent downstream, wara li jivvaluta l-użu skond l-Artikolu 14, ma jkunx jista' jinkludih bħala użu identifikat għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent, huwa għandu jipprovdi lill-Aġenzija u lill-utent “downstream” ir-raġuni jew raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub mingħajr dewmien u ma għandux iforni s-sustanza lill-utent jew utenti “downstream” mingħajr ma jinkludi dawn ir-raġunijiet fl-informazzjoni msemmija taħt l-Artikolu 31 jew l-Artikolu 32. Il-manifattur jew importatur għandu jinkludi dan l-użu fit-Taqsima 3.7 ta' l-Anness VI fl-aġġornament tiegħu tar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22(1)(d).
Utent “downstream” ma għandux bżonn jipprepara tali rapport ta' sigurtà kimika f'ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:
fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa li tiġi komunikata skeda ta' data ta' sigurtà mas-sustanza jew ►M3 taħlita ◄ skond l-Artikolu 31;
fejn ma jkunx hemm il-ħtieġa li jitlesta rapport ta' sigurtà kimika mill-fornitur tiegħu skond l-Artikolu 14;
fejn l-utent “downstream” juża s-sustanza jew it- ►M3 taħlita ◄ fi kwantità totali ta' inqas minn tunnellata metrika fis-sena;
fejn l-utent “downstream” jimplementa jew jirrakkomanda xenarju ta' espożizzjoni li jkun jinkludi bħala minimu l-kondizzjonijiet deskritti fix-xenarju ta' espożizzjoni komunikat lilu fl-iskeda ta' data ta' sigurtà;
fejn is-sustanza tkun preżenti f' ►M3 taħlita ◄ f'konċentrazzjoni aktar baxxa minn kwalunkwe waħda mill-konċentrazzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(2);
fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed juża s-sustanza għall-finijiet ta' riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi, sakemm ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikunu kontrollati adegwatament skond ir-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema u ta' l-ambjent.
Kwalunkwe utent “downstream” għandu jidentifika, japplika u, fejn ikun kunsiljabbli, jirrakkomanda miżuri adatti sabiex jikkontrolla adegwatament ir-riskji identifikati fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
l-iskeda jew skedi ta' data tas-sigurtà mogħtija lilu;
il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika tiegħu stess;
kwalunkwe informazzjoni dwar miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji fornita lilu skond l-Artikolu 32.
Artikolu 38
L-obbligu ta' l-utenti “downstream” li jirrapportaw informazzjoni
Qabel ma jibda jew ikompli bl-użu partikolari ta' sustanza li tkun ġiet reġistrata minn attur 'il fuq fil-katina tal-provvista skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 18, l-utent “downstream” għandu jirrapporta lill-Aġenzija l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin:
fejn l-utent “downstream” ikollu jipprepara rapport ta' sigurtà kimika skond l-Artikolu 37(4); jew
fejn l-utent “downstream” jirrikorri għall-eżenzjonijiet fl-Artikoli 37(4)(ċ) jew (f).
L-informazzjoni rapportata mill-utent “downstream” għandha tinkludi li ġej:
l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima 1.1 ta' l-Anness VI;
in-numru jew numri ta' reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), jekk disponibbli;
l-identità tas-sustanza jew sustanzi kif speċifikat fit-Taqsima 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
l-identità tal-manifattur(i) jew importatur(i) jew ta' fornitur ieħor kif speċifikat fit-Taqsima 1.1 ta' l-Anness VI;
deskrizzjoni ġenerali fil-qosor ta' l-użu jew użi, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI, u tal-kondizzjonijiet ta' l-użu jew użi;
ħlief fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed jiddipendi fuq l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 37(4), proposta għal aktar ittestjar fuq annimali vertebrati, fejn dan jitqies meħtieġ mill-utent “downstream” sabiex ilesti l-valutazzjoni tas-sigurtà kimika tiegħu.
Artikolu 39
L-applikazzjoni ta' l-obbligi ta' l-utent downstream
TITOLU VI
VALUTAZZJONI
KAPITOLU 1
Valutazzjoni tad-dossier
Artikolu 40
Eżami tal-proposti ta' ttestjar
L-Aġenzija għandha teżamina kwalunkwe proposta ta' ttestjar mniżżla f'reġistrazzjoni jew f'rapport ta' utent “downstream” għall-forniment ta' l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi IX u X għal sustanza. Għandha tingħata prijorità lil reġistrazzjonijiet ta' sustanzi li għandhom jew jista' jkollhom proprjetajiet PBT, vPvB, sensitizzanti u/jew karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), jew sustanzi 'l fuq minn 100 tunnellata fis-sena b'użi li jirriżultaw f'esposizzjoni mifruxa ħafna u diffuża, bil-kondizzjoni li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu li ġejjin imniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
klassi ta' periklu 4.1;
klassi ta' periklu 5.1.
Abbażi ta' l-eżami taħt il-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tabbozza waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin u dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 50 u 51:
deċiżjoni li titlob lir-reġistrant(i) jew l-utent(i) “downstream” konċernati sabiex iwettqu t-test propost u tistabbilixxi terminu perentorju għall-preżentazzjoni tas-sommarju ta' studju, jew tas-sommarju robust ta' studju jekk meħtieġ mill-Anness I;
deċiżjoni skond il-punt (a), iżda li timmodifika l-kondizzjonijiet li taħthom it-test għandu jitwettaq;
deċiżjoni skond il-punti (a), (b) jew (d) iżda li teħtieġ li r-reġistrant(i) jew lill-utent(i) “downstream” konċernati sabiex iwettqu test wieħed jew aktar addizzjonali f'każijiet ta' non-konformità tal-proposta ta' ttestjar ma' l-Annessi IX, X u XI;
deċiżjoni li tiċħad il-proposta ta' ttestjar;
deċiżjoni skond il-punti (a), (b) jew (ċ), jekk diversi reġistranti jew utenti “downstream” ta' l-istess sustanza jkunu ppreżentaw proposti għall-istess test, li tagħtihom l-opportunità li jilħqu ftehim dwar min iwettaq it-test għan-nom tagħhom kollha u li jinformaw lill-Aġenzija dwar dan fi żmien 90 jum. Jekk l-Aġenzija ma tiġix infurmata b'tali ftehim fi żmien 90 jum, hija għandha tagħżel wieħed mir-reġistranti jew utenti “downstream”, kif xieraq, sabiex iwettaq it-test għan-nom tar-reġistranti kollha.
Artikolu 41
Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet
L-Aġenzija tista' teżamina kwalunkwe reġistrazzjoni sabiex tivverifika xi waħda minn dawn li ġejjin:
li l-informazzjoni fid-dossier jew dossiers tekniċi preżentata skond l-Artikolu 10 tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Artikoli 10, 12 u 13 u ma' l-Annessi III u VI sa X;
li l-adattamenti tar-rekwiżiti standard ta' l-informazzjoni u l-ġustifikazzjonijiet relatati preżentati fid-dossier jew dossiers tekniċi jikkonformaw mar-regoli li jirregolaw tali adattamenti previsti fl-Annessi VII sa X u mar-regoli ġenerali disposti fl-Anness XI;
li kwalunkwe valutazzjoni tas-sigurtà kimika meħtieġa u kwalunkwe rapport ta' sigurtà kimika jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness I u li l-miżuri proposti ta' l-immaniġġar tar-riskji jkunu adegwati;
li kwalunkwe spjegazzjoni preżentata skond l-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 19(2) għandha bażi oġġettiva.
►M57 Sabiex tiġi kkontrollata l-konformità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni ma’ dan ir-Regolament, sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Aġenzija għandha tagħżel perċentwali ta’ dawk id-dossiers li ma jkunx inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjoni fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ 100 tunnellata jew aktar fis-sena.
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-Aġenzija għandha tagħżel ukoll perċentwali ta’ mhux inqas minn 20 % tat-total riċevut mill-Aġenzija għar-reġistrazzjonijiet fil-limiti tat-tunnellaġġ ta’ inqas minn 100 tunnellata fis-sena.
Meta jintgħażlu d-dossiers għall-kontroll tal-konformità, l-Aġenzija għandha tagħti prijorità, iżda mhux b’mod esklużiv, lid-dossiers li jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin: ◄
id-dossier ikun fih informazzjoni fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi) u/jew (vii) preżentata separatament skond l-Artikolu 11(3s); jew
id-dossier ikun jirriferi għal sustanza manifatturata jew importata fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika jew aktar kull sena u li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Anness VII li japplikaw taħt l-Artikolu 12(1)(a) jew (b), skond il-każ; jew
id-dossier ikun jirriferi għal sustanza elenkata fil-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti msemmi fl-Artikolu 44(2).
Artikolu 42
Il-verifika ta' l-informazzjoni preżentata u s-segwitu tal-valutazzjoni tad-dossier
Artikolu 43
Proċedura u perjodi ta' żmien għall-eżami tal-proposti ta' ttestjar
Fil-każ ta' sustanzi ta' introduzzjoni gradwali, l-Aġenzija għandha tipprepara l-abbozzi ta' deċiżjonijiet skond l-Artikolu 40(3):
sa l-1 ta' Diċembru 2012 għar-reġistrazzjonijiet kollha li tkun irċeviet sa l-1 ta' Diċembru 2010 li jkun fihom proposti għall-ittestjar sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Annessi IX u X;
sa l-1 ta' Ġunju 2016 għar-reġistrazzjonijiet kollha li tkun irċeviet sa l-1 ta' Ġunju 2013 li jkun fihom proposti għall-ittestjar sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness IX biss;
sa l-1 ta' Ġunju 2022 għal kwalunkwe reġistrazzjoni li jkun fiha proposti ta' ttestjar riċevuti sa l-1 ta' Ġunju 2018.
KAPITOLU 2
Valutazzjoni tas-sustanza
Artikolu 44
Kriterji għall-valutazzjoni tas-sustanza
Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat, l-Aġenzija għandha, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, tiżviluppa kriterji għall-prijoritizzazzjoni tas-sustanzi bl-iskop ta' valutazzjoni ulterjuri. Il-prijoritizzazzjoni għandha ssir permezz ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Il-kriterji għandhom jikkonsidraw:
informazzjoni tal-periklu, pereżempju s-similarità strutturali tas-sustanza ma' sustanzi magħrufa li jkunu ta' tħassib jew ma' sustanzi li jkunu persistenti u li aktarx jagħmlu bijoakkumulazzjoni, li tissuġġerixxu li s-sustanza jew waħda jew aktar mill-prodotti ta' trasformazzjoni tagħha jkollhom proprjetajiet ta' tħassib jew ikunu persistenti u li aktarx jagħmlu bijoakkumulazzjoni;
informazzjoni dwar espożizzjoni;
it-tunnellaġġ, inkluż it-tunnellaġġ aggregat mir-reġistrazzjonijiet preżentati minn diversi reġistranti.
L-Aġenzija għandha tadotta l-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti abbażi ta' opinjoni mill-Kumitat ta' l-Istati Membri stabbilit taħt l-Artikolu 75(1)(e) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat ta' l-Istati Membri”) u għandha tippubblika l-pjan fil-website tagħha, waqt li tidentifika l-Istat Membru li jwettaq il-valutazzjoni tas-sustanzi elenkati fih hekk kif determinat skond l-Artikolu 45.
Artikolu 45
Awtorità kompetenti
L-Aġenzija għandha tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat ta' l-Istati Membri, sabiex jiftiehmu dwar liema awtorità tkun l-awtorità kompetenti, b'kont meħud tal-Istat Membru fejn jinsabu l-manifattur(i) jew l-importatur(i), il-proporzjonijiet rispettivi tal-prodott gross domestiku totali Komunitarju, in-numru ta' sustanzi li diġà jkunu qegħdin jiġu valutati minn Stat Membru u l-kompetenza esperta disponibbli.
Jekk, fi żmien 60 jum mir-referenza, il-Kumitat ta' l-Istati Membri jilħaq ftehim unanimu, l-Istati Membri konċernati għandhom jaddottaw sustanzi għall-valutazzjoni skond dan.
Jekk il-Kumitat ta' l-Istati Membri jonqos milli jilħaq ftehim unanimu, l-Aġenzija għandha tippreżenta l-opinjonijiet konfliġġenti lill-Kummissjoni, li għandha tistabbilixxi liema awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3), u l-Istati Membri konċernati għandhom jadottaw sustanzi għall-valutazzjoni skond dan.
Artikolu 46
Talbiet għal aktar informazzjoni u verifika ta' l-informazzjoni preżentata
Artikolu 47
Koerenza ma' l-attivitajiet l-oħra
Artikolu 48
Segwitu għall-valutazzjoni ta' sustanza
Ladarba l-valutazzjoni ta' sustanza tkun tlestiet, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsidra kif tuża l-informazzjoni miksuba minn din il-valutazzjoni għall-finijiet ta' l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 69(4) u l-Artikolu 115(1). L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Aġenzija bil-konklużjonijiet tagħha dwar jekk, jew kif, tintuża l-informazzjoni miksuba. L-Aġenzija għandha mbagħad tinforma lill-Kummissjoni, lir-reġistrant u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħrajn.
KAPITOLU 3
Valutazzjoni ta' sustanzi intermedji
Artikolu 49
Aktar informazzjoni dwar sustanzi intermedji iżolati fuq il-post
Għal sustanzi intermedji iżolati fuq il-post li jintużaw f'kondizzjonijiet strettament kontrollati, la dossier u lanqas il-valutazzjoni tas-sustanza. Madankollu, fejn l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab is-sit tikkonsidra li jinħoloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent ekwivalenti għal-livell ta' tħassib li jiġi mill-użu ta' sustanzi li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57, mill-użu ta' sustanza intermedja iżolata fuq il-post u li dak ir-riskju ma jkunx kontrollat adegwatament, hija tista':
titlob lir-reġistrant jippreżenta aktar informazzjoni relatata direttament mar-riskju identifikat. Din it-talba għandha jkollha magħha ġustifikazzjoni bil-miktub;
teżamina kwalunkwe informazzjoni mogħtija u, jekk meħtieġ, tirrakkomanda kwalunkwe miżura adatta għat-tnaqqis tar-riskji sabiex tindirizza r-riskji identifikati fir-rigward ta' dan is-sit.
Il-proċedura msemmija fl-ewwel paragrafu tista' ssir biss mill-awtorità kompetenti msemmija hemmhekk. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Aġenzija bir-riżultati ta' tali valutazzjoni, u din imbagħad għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn u tagħmel ir-riżultati disponibbli għalihom.
KAPITOLU 4
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 50
Id-drittijiet tar-reġistranti u ta' l-utenti downstream
Minkejja l-paragrafi 2 u 3, tista' tintalab aktar informazzjoni skond l-Artikolu 46 f'xi wieħed jew fiż-żewġ każijiet li ġejjin:
fejn l-awtorità kompetenti tipprepara dossier skond l-Anness XV u tikkonkludi li jkun hemm riskju potenzjali għal perjodu fit-tul għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jiġġustifika l-bżonn ta' aktar informazzjoni;
fejn l-espożizzjoni għas-sustanza manifatturata jew importata mir-reġistrant jew għas-sustanza fl-oġġett magħmul jew impurtat mir-reġistrant(i), jew għas-sustanza użata mill-utent(i) “downstream” tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal dak ir-riskju.
Il-proċedura fl-Artikoli 69 sa 73 għandha tapplika mutatis mutandis.
Artikolu 51
L-adozzjoni ta' deċiżjonijiet fil-kuntest tal-valutazzjoni ta' dossier
Artikolu 52
L-adozzjoni ta' deċiżjonijiet fil-kuntest tal-valutazzjoni ta' sustanzi
Artikolu 53
Qsim ta' spejjeż għal testijiet mingħajr ftehim bejn ir-reġistranti u/jew l-utenti downstream
Artikolu 54
Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni
Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, l-Aġenzija għandha tippubblika fil-website tagħha rapport dwar il-progress li jkun sar matul is-sena kalendarja preċedenti fir-rigward tal-qadi ta' l-obbligi tagħha dwar il-valutazzjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi, partikolarment, rakkomandazzjonijiet lil reġistranti potenzjali sabiex titjieb il-kwalità tar-reġistrazzjonijiet futuri.
TITOLU VII
AWTORIZZAZZJONI
KAPITOLU 1
Ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni
Artikolu 55
L-iskop ta' l-awtorizzazzjoni u kunsiderazzjonijiet dwar sostituzzjoni
L-iskop ta' dan it-Titolu huwa li jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq intern filwaqt li jiżgura li r-riskji mis-sustanzi ta' tħassib serju ħafna jiġu kontrollati tajjeb u li dawn is-sustanzi eventwalment jiġu sostitwiti progressivament minn sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti fejn dawn ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli. Għal dan l-iskop il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti“ downstream” kollha li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom janalizzaw jekk hemmx alternattivi u jikkunsidraw ir-riskji tagħhom u kemm is-sostituzzjoni tista' tkun ekonomikament vijabbli.
Artikolu 56
Dispożizzjonijiet ġenerali
Manifattur, importatur jew utent “downstream” m'għandux iqiegħed fis-suq sustanza għall-użu jew jużaha huwa stess jekk dik is-sustanza tkun inkluża fl-Anness XIV, sakemm:
l-użu jew użi ta' dik is-sustanza waħidha jew f' ►M3 taħlita ◄ jew l-inkorporazzjoni ta' sustanza f'oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati skond l-Artikoli 60 sa 64; jew
l-użu jew użi ta' dik is-sustanza waħidha, f' ►M3 taħlita ◄ jew l-inkorporazzjoni ta' sustanza f'oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati mir-rekwiżit ta' l-awtorizzazzjoni fl-Anness IV stess skond l-Artikolu 58(2); jew
id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) ma ntlaħqitx; jew
tkun intlaħqet id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) u huwa għamel applikazzjoni tmintax-il xahar qabel dik id-data iżda għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; jew
f'każijiet fejn is-sustanza titqiegħed fis-suq, tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għal dak l-użu lill-utent “downstream” immedjat tiegħu.
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-użi li ġejin ta' sustanzi:
użi fi prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE;
użi fi prodotti bijoċidali fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/8/KE;
użu bħala karburant tal-muturi kopert mid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil ( 23 );
użi bħala karburant f'impjanti fissi jew mobbli tal-kombustjoni ta' prodotti taż-żejt minerali u użu bħala karburant f'sistemi magħluqa.
Fil-każ ta' sustanzi li jkunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni għaliex ikunu jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57(a), (b) jew (ċ) biss jew għaliex ikunu identifikati skond l-Artikolu 57(f) biss minħabba l-periklu għas-saħħa tal-bniedem, il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikoli m'għandhomx japplikaw għall-użi li ġejjin:
użi fi prodotti kosmetiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 76/768/KEE;
użi f'materjal f'kuntatt ma' l-ikel fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-użu ta' sustanzi meta dawn ikunu preżenti f' ►M3 taħlitiet ◄ :
għal sustanzi msemmija fl-Artikolu 57(d), (e) u (f), taħt limitu ta' konċentrazzjoni ta' 0,1 % piż b'piż (w/w);
għas-sustanzi l-oħra kollha, taħt il-valuri speċifikati fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jirriżultaw fil-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala perikoluża.
Artikolu 57
Sustanzi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XIV
Is-sustanzi li ġejjin jistgħu jiġu inklużi fl-Anness XIV skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 58:
sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassi ta' periklu ta' karċinoġeniċità kategorija 1A jew 1B skond it-taqsima 3.6 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni fil-klassi ta' periklu mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali kategorija 1A jew 1B skond it-taqsima 3.5 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni fil-klassi ta' periklu tossiċità riproduttiva kategorija 1A jew 1B, effettiv negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp skond it-taqsima 3.7 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
sustanzi li jkunu persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi skond il-kriterji previsti fl-Anness XIII ta' dan ir-Regolament;
sustanzi li jkunu persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna skond il-kriterji previsti fl-Anness XIII ta' dan ir-Regolament;
sustanzi – bħal dawk li jkollhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina jew dawk li jkollhom proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew proprjetajiet persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, li ma jissodisfawx il-kriterji fil-punti (d) jew (e) – li dwarhom ikun hemm provi xjentifiċi ta' probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak relatat ma' sustanzi oħrajn elenkati fil-punti (a) sa (e) u li jkunu identifikati fuq bażi każ b'każ skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 59.
Artikolu 58
L-inklużjoni ta' sustanzi fl-Anness XIV
Kull meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu inklużi fl-Anness XIV sustanzi msemmija fl-Artikolu 57, din id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4). Għandha tispeċifika għal kull sustanza:
l-identità tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
il-proprjetà jew proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza msemmija fl-Artikolu 57;
l-arranġamenti transizzjonali:
id-data jew dati minn meta t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanza għandhom ikunu projbiti sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “d-data jew dati tat-terminazzjoni”) li għandha tieħu kont, fejn xieraq, taċ-ċiklu ta' produzzjoni speċifikat għal dak l-użu;
id-data jew dati mill-inqas tmintax-il xahar qabel id-data jew dati tat-terminazzjoni sa liema data jew dati għandhom jaslu l-applikazzjonijiet jekk l-applikant jixtieq li jkompli juża s-sustanza jew iqiegħdha fis-suq għal ċerti użi wara d-data jew dati tat-terminazzjoni; tali użu kontinwat għandu jkun permess wara d-data tat-terminazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni;
il-perjodi ta' reviżjoni għal ċerti użi, jekk ikun il-każ;
l-użi jew kategoriji ta' użi eżentati mir-rekwiżit ta' l-awtorizzazzjoni, jekk ikun hemm, u l-kondizzjonijiet għal dawn l-eżenzjonijiet, jekk ikun hemm.
Qabel tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu inklużi sustanzi fl-Annessi XIV, l-Aġenzija għandha, b'kont meħud ta' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istati Membri, tirrakkomanda s-sustanzi prijoritarji li għandhom jiġu inklużi u tispeċifika għal kull sustanza l-punti previsti fil-paragrafu 1. Normalment għandha tingħata prijorità lil sustanzi:
bi proprjetajiet PBT jew vPvB; jew
ta' użu mxerred ħafna; jew
ta' volumi kbar.
In-numru tas-sustanzi inklużi fl-Anness XIV u d-dati speċifikati taħt il-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont ukoll tal-kapaċità ta' l-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien previst. L-Aġenzija għandha tinkludi l-ewwel rakkomandazzjoni tagħha ta' sustanzi prijoritarji fl-Anness XIV sa l-1 ta' Ġunju 2009. L-Aġenzija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet ulterjuri mill-inqas kull sentejn bil-ħsieb li jiġu inklużi aktar sustanzi fl-Anness XIV.
L-Aġenżija għandha taġġorna r-rakkomandazzjoni tagħha, b'kont meħud tal-kummenti li tirċievi.
Artikolu 59
L-identifikazzjoni ta' sustanzi msemmija fl-Artikolu 57
KAPITOLU 2
L-għoti ta' awtorizzazzjonijiet
Artikolu 60
L-għoti ta' awtorizzazzjonijiet
Il-Kummissjoni m'għandhiex tikkonsidra r-riskji għas-saħħa tal-bniedem mill-użu ta' sustanza f'apparat mediku regolat mid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem ( 24 ), id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi ( 25 ), jew mid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar tagħmir mediku dijanjostiku in vitro ( 26 ).
Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal:
sustanzi li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57(a), (b), (ċ) jew (f) li fir-rigward tagħhom ma jkunx possibbli li jiġi determinat limitu operattiv skond it-Taqsima 6.4 ta' l-Anness I;
sustanzi li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57(d) jew (e).
sustanzi identifikati fl-Artikolu 57(f) li jkollhom proprjetajiet bijoakkumulativi u tossiċi persistenti jew proprjetajiet persistenti ħafna u bijoakkumulativi ħafna.
Jekk ma tistax tingħata awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 2 jew għal sustanzi elenkati fil-paragrafu 3, tista' tingħata awtorizzazzjoni biss jekk jintwera li l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi jkunu akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent mill-użu tas-sustanza, u jekk ma jkunx hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed wara konsiderazzjoni ta' l-elementi kollha li ġejjin, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika imsemmija fl-Artikolu 64(4) (a) u (b):
ir-riskju preżentat mill-użu tas-sustanza, inkluż kemm huma adatti u effettivi l-miżuri għall-immaniġġar tar-riskji proposti;
il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi mill-użu tagħha u l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta' rifjut ta' awtorizzazzjoni, kif muri mill-applikant jew partijiet interessati oħra;
l-analiżi ta' l-alternattivi preżentati mill-applikant skond l-Artikolu 62(4)(e) jew kwalunkwe pjan għal sostituzzjoni preżentat mill-applikant skond l-Artikolu 62(4)(ea) u kwalunkwe kontribut ta' terzi mogħtija taħt l-Artikolu 64(2);
informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent ta' kwalunkwe sustanza jew teknoloġija alternattiva.
Fl-eżami jekk ikunux disponibbli sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adegwati, l-aspetti kollha relevanti għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni, inklużi:
jekk it-trasferiment għal alternattivi jirriżultawx, kollox meqjus, f'riskji anqas għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, b'kont meħud ta' l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri ta' l-immaniġġar tar-riskji;
l-affidabbiltà teknika u ekonomika ta' l-alternattivi għall-applikant.
L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika:
il-persuna jew il-persuni li lilhom tingħata l-awtorizzazzjoni;
l-identità tas-sustanza jew sustanzi;
l-użu jew l-użi li għalihom tingħata l-awtorizzazzjoni;
kwalunkwe kondizzjoni li taħtha tingħata l-awtorizzazzjoni;
il-perjodu ta' reviżjoni ta' żmien limitat;
kwalunkwe arranġament ta' monitoraġġ.
Artikolu 61
Reviżjoni ta' awtorizzazzjonijiet
Detentur ta' awtorizzazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 60 għandu jippreżenta aġġornament ta' l-analiżi ta' alternattivi msemmija fl-Artikolu 62(4)(e), inkluża informazzjoni rigward riċerka relevanti u attività għall-iżvilupp mill-applikant, fejn applikabbli, u ta' kwalunkwe pjan ta' sostituzzjoni ppreżentat skond l-Artikolu 62(4)(f). Jekk l-aġġornament ta' l-analiżi ta' alternattivi juri li hemm disponibbli alternattiva xierqa skond l-elementi msemmija fl-Artikolu 60(5), huwa għandu jippreżenta pjan għas-sostituzzjoni, inkluż skeda kronoloġika għall-azzjoni proposta mill-applikant. Jekk id-detentur ma jistax juri li r-riskju jkun kontrollat adegwatament, huwa għandu jippreżenta wkoll aġġornament ta' l-analiżi soċjo-ekonomika, ta' analiżi ta' l-alternattivi u pjan ta' sostituzzjoni li jkun hemm fl-applikazzjoni oriġinali.
Jekk huwa issa jista' juri li r-riskju jkun kontrollat b'mod adegwat, huwa għandu jibgħat aġġornament tar-rapport ta' sigurtà kimika.
Jekk ikunu nbidlu xi elementi oħrajn ta' l-applikazzjoni oriġinali, huwa għandu jibgħat ukoll aġġornamenti ta' dawn l-element jew elementi.
Meta tiġi ppreżentata informazzjoni aġġornata skond dan il-paragrafu, kull deċiżjoni sabiex tiġi emendata jew irtirata awtorizzazzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64 applikata mutatis mutandis.
L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fi kwalunkwe waqt jekk:
iċ-ċirkostanzi ta' l-awtorizzazzjoni oriġinali jinbidlu b'mod li jolqot ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jew l-impatt soċjo-ekonomiku; jew,
issir disponibbli informazzjoni ġdida dwar sostituti possibbli.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi terminu perentorju raġonevoli sa meta d-detentur jew detenturi ta' l-awtorizzazzjoni jistgħu jippreżentaw aktar informazzjoni meħtieġa għar-reviżjoni u tindika sa meta hija tkun sejra tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 64.
F'każijiet fejn hemm riskju serju u immedjat għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-awtorizzazzjoni sakemm ikun hemm reviżjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità.
Artikolu 62
Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-identità tas-sustanza jew sustanzi, kif imsemmi fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna jew persuni li jagħmlu l-applikazzjoni;
talba għal awtorizzazzjoni, li tispeċifika għal liema użu qed tintalab l-awtorizzazzjoni u li tkopri l-użu tas-sustanza f' ►M3 taħlitiet ◄ u/jew l-inkorporazzjoni tas-sustanza f'oġġetti, fejn dan ikun relevanti;
jekk mhux diġà preżentati bħala parti mir-reġistrazzjoni, rapport dwar is-sigurtà tas-sustanza kimika skond l-Anness I li jkopri r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent mill-użu tas-sustanza jew sustanzi mill-proprjetajiet intrinsiċi speċifikati fl-Anness XIV;
analiżi ta' l-alternattivi li tikkonsidra r-riskji tagħhom u l-fattibbiltà teknika u ekonomika tas-sostituzzjoni u li tinkludi, jekk applikabbli, informazzjoni dwar riċerka relevanti u dwar attività ta' żvilupp mill-applikant;
fejn l-analiżi msemmija fil-punt (e) turi li hemm alternattivi xierqa, skond l-elementi msemmija fl-Artikolu 60(5), pjan ta' sostituzzjoni li jinkludi skeda kronoloġika għall-azzjonijiet proposti mill-applikant.
L-applikazzjoni tista' tinkludi:
analiżi soċjo-ekonomika li tkun saret skond l-Anness XVI;
ġustifikazzjoni sabiex ma jiġux kunsidrati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ġejjin minn:
emissjonijiet ta' sustanza minn installazzjoni li għaliha ngħata permess skond id-Direttiva 96/61/KE; jew
rimi ta' sustanza minn sors li jaqa' taħt ir-rekwiżit ta' regolamentazzjoni minn qabel imsemmi fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-leġiżlazzjoni adottata taħt l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 63
Applikazzjonijiet sussegwenti għal awtorizzazzjoni
Artikolu 64
Proċedura għal deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni
L-abbozzi ta' opinjonijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji: stima tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent li ġej mill-użu(i) tas-sustanza, inklużi l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri għall-immaniġġar tar-riskji, kif deskritt fl-applikazzjoni u, jekk relevanti, stima tar-riskji minn alternattivi possibbli;
Il-Kumitat ta' l-Analiżi Soċjo-ekonomika: valutazzjoni tal-fatturi soċjo-ekonomiċi u d-disponibbiltà, l-idoneità u l-fattibbiltà teknika ta' alternattivi assoċjati ma' l-użu jew użi tas-sustanza kif deskritt fl-applikazzjoni, fejn applikazzjoni ssir skond l-Artikolu 62 u ta' kwalunkwe kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi preżentati skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Jekk l-applikant ma jixtieqx jikkummenta, l-Aġenzija għandha tibgħat dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-applikant, fi żmien ħmistax-il jum mill-aħħar tal-perjodu li fih l-applikant jista' jikkummenta, jew fi żmien ħmistax-il jum mir-riċezzjoni tan-notifika mingħand l-applikant li huwa ma jkollux il-ħsieb li jikkummenta.
Jekk l-applikant jixtieq jikkummenta, huwa għandu jibgħat l-argumentazzjoni tiegħu bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni ta' l-abbozz ta' opinjoni. Il-Kumitati għandhom iqisu l-kummenti u jadottaw l-opinjonijiet finali tagħhom fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni ta' l-argumentazzjoni bil-miktub, filwaqt li jieħdu kont ta' din l-argumentazzjoni fejn ikun il-każ. Fi żmien ħmistax-il jum ieħor l-Aġenzija għandha tibgħat l-opinjonijiet, bl-argumentazzjoni bil-miktub mehmuża, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-applikant.
KAPITOLU 3
Awtorizzazzjonijiet fil-katina tal-provvista
Artikolu 65
L-obbligu tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet
Id-detenturi ta' awtorizzazzjoni, kif ukoll l-utenti “downstream” imsemmija fl-Artikolu 56(2) li jinkludu s-sustanzi f' ►M3 taħlita ◄ , għandhom jinkludu n-numru ta' l-awtorizzazzjoni fuq it-tikketta qabel ma jqiegħdu s-sustanza jew ►M3 taħlita ◄ li jkun fihom is-sustanza fis-suq għal użu awtorizzat mingħajr preġudizzju għad- ►M3 Direttiva 67/548/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ◄ ►M3 ————— ◄ . Dan għandu jsir mingħajr dewmien ladarba in-numru ta' l-awtorizzazzjoni jkun sar disponibbli għall-pubbliku skond l-Artikolu 64(9).
Artikolu 66
Utenti downstream
TITOLU VIII
RESTRIZZJONIJIET TAL-MANIFATTURA, TAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TA' L-UŻU TA' ĊERTI SUSTANZI U ►M3 TAĦLITIET ◄ PERIKOLUŻI
KAPITOLU 1
Kwistjonijiet ġenerali
Artikolu 67
Dispożizzjonijiet ġenerali
KAPITOLU 2
Proċess ta' restrizzjonijiet
Artikolu 68
Introduzzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda u l-emendament ta' restrizzjonijiet attwali
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-użu ta' sustanza bħala sustanza intermedja iżolata fuq il-post.
Artikolu 69
Preparazzjoni ta' proposta
L-Aġenzija jew l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza għal kwalunkwe dossier, rapport ta' sigurtà kimika jew stima tar-riskji preżentati lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru skond dan ir-Regolament. L-Aġenzija jew l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza wkoll għal kwalunkwe stima relevanti tar-riskji preżentata għall-finijiet ta' Regolamenti jew Direttivi Komunitarji oħrajn. Għal dan il-għan, korpi oħrajn, bħal aġenziji, stabbiliti taħt il-liġi Komunitarja u li jwettqu xogħol simili għandhom, fuq talba, jipprovdu informazzjoni lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru konċernat.
Il-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji u l-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika għandhom jikkontrollaw jekk id-dossier preżentat jikkonformax mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV. Fiż-żmien 30 jum mir-riċezzjoni, il-Kumitat rispettiv għandu javża lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru u jissuġġerixxi restrizzjonijiet, dwar jekk id-dossier jikkonformax jew le. Jekk id-dossier ma jikkonformax, ir-raġunijiet għandhom jingħataw lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru bil-miktub fi żmien 45 jum mir-riċezzjoni tiegħu. L-Aġenzija jew l-Istat Membru għandu jġib id-dossier konformi fi żmien 60 jum mid-data tar-riċezzjoni tar-raġunijiet mill-Kumitati, inkella tiġi terminata l-proċedura taħt dan il-Kapitolu. L-Aġenzija għandha tippubblika mingħajr dewmien l-intenzjoni tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru li jsejħu għal proċedura ta' restrizzjoni għal sustanza u għandha tavża lil dawk li ppreżentaw reġistrazzjoni għal dik is-sustanza.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 118 u 119, l-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-website tagħha d-dossiers kollha li jikkonformaw ma' l-Anness XV inklużi r-restrizzjonijiet suġġeriti skond il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu mingħajr dewmien, b'indikazzjoni ċara tad-data tal-pubblikazzjoni. L-Aġenzija għandha tistieden lill-partijiet interessati kollha sabiex jippreżentaw individwalment jew konġuntament fi żmien 6 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni:
kummenti dwar id-dossiers u r-restrizzjonijiet suġġeriti;
analiżi soċjo-ekonomika jew informazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal waħda mir-restrizzjonijiet suġġeriti, b'eżami tal-vantaġġi u ta' l-iżvantaġġi tar-restrizzjonijiet proposti. Għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Anness XVI.
Artikolu 70
L-opinjoni ta' l-Aġenzija: Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji
Fi żmien 9 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(6), il-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji għandu jifformula opinjoni dwar jekk ir-restrizzjonijiet proposti humiex adegwati sabiex inaqqsu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent, ibbażata fuq il-konsiderazzjoni tiegħu tal-partijiet relevanti tad-dossier. Din l-opinjoni għandha tieħu kont tad-dossier ta' l-Istat Membru jew tad-dossier preparat mill-Aġenzija fuq talba tal-Kummissjoni, u l-ideat tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 69(6)(a).
Artikolu 71
L-opinjoni ta' l-Aġenzija: Il-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika
Artikolu 72
Il-preżentazzjoni ta' opinjoni lill-Kummissjoni
Artikolu 73
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
Fejn l-abbozz ta' l-emenda ma jaqbilx mal-proposta oriġinali jew jekk ma jiħux kont ta' l-opinjonijiet mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tehmeż f'anness spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-differenzi.
TITOLU IX
ĦLASIJIET U SPEJJEŻ
Artikolu 74
Ħlasijiet u spejjeż
Fil-każ ta' l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(1) u (5), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 18(2), l-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom jieħdu kont ta' il-limiti tat-tunnellaġġ tas-sustanza li tkun qiegħda tiġi reġistrata.
Fil-każijiet kollha għandu jiġi stabbilit ħlas imnaqqas għall-SMEs.
Fil-każ ta' l-Artikolu 11(4), l-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom jieħdu kont ta' l-informazzjoni ġietx preżentata konġuntament jew separatament.
Fil-każ ta' talba magħmula taħt l-Artikolu 10(a)(xi), l-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom jieħdu kont ta' ix-xogħol meħtieġ mill-Aġenzija fil-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni.
TITOLU X
L-AĠENZIJA
Artikolu 75
Stabbiliment u reviżjoni
Artikolu 76
Kompożizzjoni
L-Aġenzija għandha tkun komposta minn:
Bord ta' Tmexxija, li għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet previsti fl-Artikolu 78;
Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet previsti fl-Artikolu 83;
Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji, li għandu jkun responsabbli sabiex jipprepara l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar valutazzjonijiet, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, proposti għal restrizzjonijiet u proposti għal klassifikazzjoni u ttikkettar taħt it- ►M3 Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ◄ u kwalunkwe domanda oħra li tinqala' mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament rigward ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;
Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika, li għandu jkun responsabbli sabiex jipprepara l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, proposti għal restrizzjonijiet, u kwalunkwe domanda oħra li tinqala' mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament relatat ma' l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-azzjoni leġiżlattiva eventwalment possibbli dwar sustanzi;
Kumitat ta' l-Istati Membri, li għandu jkun responsabbli sabiex isolvi diverġenzi potenzjali ta' opinjonijiet dwar abbozzi ta' deċiżjonijiet proposti mill-Aġenzija jew l-Istati Membri taħt it-Titolu VI u proposti għall-identifikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna sabiex jiġu suġġetti għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni taħt it-Titolu VII;
Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Forum”) li għandu jikkoordina netwerk ta' awtoritajiet, ta' l-Istati Membri, responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament;
Segretarjat, li għandu jaħdem taħt it-tmexxija tad-Direttur Eżekuttiv u jipprovdi appoġġ tekniku, xjentifiku u amministrattiv lill-Kumitati u lill-Forum u jiżgura koordinazzjoni adegwata bejniethom. Għandu jagħmel ukoll ix-xogħol meħtieġ mill-Aġenzija taħt il-proċeduri għall-pre-reġistrazzjoni, reġistrazzjoni u valutazzjoni kif ukoll għall-preparazzjoni ta' gwida, għall-manutenzjoni tad-database u għall-għoti ta' informazzjoni;
Bord ta' l-Appell, li għandu jiddeċiedi dwar appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija.
Artikolu 77
Kompiti
Is-Segretarjat għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu II; inkluża l-faċilitazzjoni tar-reġistrazzjoni effiċjenti ta' sustanzi importati, b'mod konsistenti ma' l-obbligi kummerċjali internazzjonali tal-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi;
iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu III;
iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu VI;
iwettaq il-kompiti assenjati lilu taħt it-Titolu VIII;
►M3 l-istabbiliment u ż-żamma ta' database(s) b'informazzjoni dwar is-sustanzi reġistrati kollha, l-inventarju tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar u l-lista ta' klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. ◄ Huwa għandu jagħmel l-informazzjoni identifikata fl-Artikolu 119(1) u (2) fid-databases pubblikament disponibbli, mingħajr ħlas, fuq l-Internet ħlief fejn talba magħmula taħt l-Artikolu 10(a)(xi) tkun kunsidrata ġustifikata. L-Aġenzija għandha tagħmel informazzjoni oħra fid-databases disponibbli meta tintalab skond l-Artikolu 118;
jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni fir-rigward ta' liema sustanzi jkunu qegħdin jiġu, jew ġew, valutati fi żmien 90 jum mir-riċezzjoni ta' l-informazzjoni fl-Aġenzija, skond l-Artikolu 119(1);
jipprovdi gwida u strumenti tekniċi u xjentifiċi fejn ikun meħtieġ għall-funzjonament ta' dan ir-Regolament b'mod partikolari sabiex jassisti l-iżvilupp ta' rapporti ta' sigurtà kimika (skond l-Artikolu 14, l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 37(4)) u għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(a)(viii), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 19(2) mill-industrija u b'mod speċjali mill-SMEs; u gwida teknika u xjentifka għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 mill-produtturi u l-importaturi ta' oġġetti;
jipprovdi gwida teknika u xjentifika dwar il- funzjonament ta' dan ir-Regolament għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u jipprovdi appoġġ liċ-ċentri ta' assistenza stabbiliti taħt it-Titolu XIII;
jipprovdi gwida għall-partijiet interessati inklużi l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' informazzjoni dwar ir-riskji u l-użu sikur ta' sustanzi, waħedhom, f' ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti;
jipprovdi parir u assistenza lill-manifatturi u lill-importaturi li jirreġistraw sustanza skond l-Artikolu 12(1);
jipprepara informazzjoni ta' spjegazzjoni dwar dan ir-Regolament għal partijiet interessati oħra;
fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdi sostenn tekniku u xjentifiku għal passi sabiex tittejjeb il-koperazzjoni bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi rigward is-sigurtà ta' sustanzi, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva fl-assistenza teknika u f'attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet fl-amministrazzjoni tajba ta' sustanzi kimiċi f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
iżomm Manwal ta' Deċiżjonijiet u Opinjonijiet ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-Kumitat ta' l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament;
jagħti notifika tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija;
jipprovdi formati għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-Aġenzija.
Il-Kumitati għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:
iwettqu l-kompiti assenjati lilhom taħt ►M3 it-Titoli VI sa X ◄ ;
fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv, jipprovdu sostenn tekniku u xjentifiku għal passi sabiex tittejjeb il-koperazzjoni bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi rigward is-sigurtà ta' sustanzi, kif ukoll parteċipazzjoni attiva fl-assistenza teknika u f'attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet fl-amministrazzjoni tajba ta' sustanzi kimiċi f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
fuq it-talba tad-Direttur Eżekuttiv, jippreparaw opinjonijiet dwar kwalunkwe aspett ieħor fir-rigward tas-sigurtà ta' sustanzi waħidhom, f' ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti.
Il-Forum għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
ixerred tagħrif dwar prattika tajba u jenfasizza l-problemi fil-livell Komunitarju;
jipproponi, jikkoordina u jivvaluta proġetti armonizzati ta' infurzar u ispezzjonijiet konġunti;
jikkoordina l-iskambju ta' spetturi;
jidentifika strateġiji ta' infurzar, kif ukoll l-aħjar prattika fl-infurzar;
jiżviluppa metodi ta' ħidma u strumenti għall-użu ta' l-ispetturi lokali;
jiżviluppa proċedura ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni;
iżomm kuntatti ma' l-industrija, filwaqt li jqis b'mod partikolari l-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-SMEs, u partijiet interessati oħra, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti, skond kif ikun meħtieġ;
jeżamina proposti għal restrizzjonijiet bil-ħsieb li jagħti l-pariri tiegħu dwar l-infurzabbiltà.
Artikolu 78
Is-setgħat tal-Bord ta' Tmexxija
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv skond l-Artikolu 84 u uffiċjal tal-kontabbiltà skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
Għandu jadotta:
sat-30 ta' April ta' kull sena, ir-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija għas-sena preċedenti;
sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena li tkun ġejja;
il-budget finali ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 96 qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, u jaġġustah, fejn ikun meħtieġ, skond il-kontribut tal-Komunità u kwalunkwe dħul ieħor ta' l-Aġenzija;
programm pluriennali ta' ħidma, li għandu jiġi rivedut regolarment.
Għandu jadotta r-regoli u l-proċeduri interni ta' l-Aġenzija. Dawn ir-regoli għandhom ikunu pubbliċi.
Għandu jwettaq l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-budget ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 96, 97 u 103.
Għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv.
Għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Għandu jaħtar il-President, il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' l-Appell skond l-Artikolu 89.
Għandu jaħtar il-membri tal-kumitati ta' l-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 85.
Għandu jgħaddi annwalment kwalunkwe informazzjoni relevanti għar-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni skond l-Artikolu 96(6).
Artikolu 79
Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
Kull Stat Membru għandu jinnomina membru għall-Bord ta' Tmexxija. Il-membri hekk nominati għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill.
Artikolu 80
Il-Presidenza tal-Bord ta' Tmexxija
Artikolu 81
Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija
Artikolu 82
Votazzjoni fil-Bord ta' Tmexxija
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta regoli ta' proċedura għall-votazzjoni, inklużi l-kondizzjonijiet għal membru sabiex jivvota għan-nom ta' membru ieħor. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaġixxi b'żewġ terzi ta' maġġoranza tal-membri kollha bid-dritt li jivvutaw.
Artikolu 83
Id-dmirijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta' l-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli:
mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Aġenzija;
mit-tmexxija tar-riżorsi kollha ta' l-Aġenzija li jkunu neċessarji sabiex din twettaq il-kompiti tagħha;
sabiex jiżgura li jkun hemm konformità mill-Aġenzija mal-limiti ta' żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-adozzjoni ta' l-opinjonijiet;
sabiex jiżgura koordinazzjoni adegwata u f'waqtha bejn il-Kumitati u l-Forum;
sabiex jikkonkludi u jamministra kuntratti meħtieġa ma' fornituri tas-servizz;
mill-preparazzjoni tal-prospett tad-dħul u ta' l-infiq u l-implementazzjoni tal-budget ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 96 u 97;
minn kull kwistjoni tal-persunal;
sabiex jipprovdi s-segretarjat għall-Bord ta' Tmexxija;
sabiex jipprepara l-abbozzi ta' l-opinjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija dwar ir-regoli ta' proċedura proposti tal-Kumitati u tal-Forum;
sabiex jagħmel arranġamenti, fuq talba mill-Bord ta' Tmexxija, għall-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe funzjoni ulterjuri (li taqa' taħt fl-ambitu ta' l-Artikolu 77) assenjata lill-Aġenzija b'delegazzjoni mill-Kummissjoni;
sabiex jistabbilixxi u jżomm djalogu regolari mal-Parlament Ewropew;
sabiex jiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' pakketti tas-software;
sabiex tiġi rettifikata deċiżjoni magħmula mill-Aġenzija konsegwentement għal appell u wara li jiġi kkonsultat il-President tal-Bord ta' l-Appell.
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta dan li ġej lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni:
abbozz ta' rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fis-sena preċedenti, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' dossiers tar-reġistrazzjoni riċevuti, in-numru tas-sustanzi valutati, in-numru ta' l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni riċevuti, in-numru ta' proposti għal restrizzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija u li dwarhom ingħatat opinjoni, il-ħin meħud għat-tlestija tal-proċeduri assoċjati, u s-sustanzi awtorizzati, id-dossiers miċħuda, is-sustanzi ristretti; l-ilmenti riċevuti u l-azzjoni meħuda; rijassunt ta' l-attivitajiet tal-Forum;
abbozz tal-programm ta' ħidma għas-sena li tmiss;
l-abbozz tal-kontijiet annwali;
l-abbozz ta' l-estimi finanzjarji għas-sena li ġejja;
abbozz ta' programm ta' ħidma pluriennali.
Id-Direttur Eżekuttiv, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jressaq il-programm ta' ħidma għas-sena li tkun ġejja u l-programm ta' ħidma pluriennali lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jippubblikahom.
Id-Direttur Eżekuttiv, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jressaq ir-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u għandu jippubblikah.
Artikolu 84
Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv
Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jinħatar abbażi ta' mertu u ta' ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u tat-tmexxija, kif ukoll abbażi ta' l-esperjenza relevanti tiegħu fl-oqsma tas-sigurtà jew regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot.
Is-setgħa tat-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv għandha tkun tal-Bord ta' Tmexxija, skond l-istess proċedura.
Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali għandu jiġi mistieden kemm jista' jkun malajr sabiex jagħmel stqarrija quddiem il-Parlament Ewropew u sabiex iwieġeb mistoqsijiet mill-Membri tal-Parlament.
Artikolu 85
It-twaqqif tal-Kumitati
Il-membri tal-Kumitati għandhom jinħatru għal perjodu ta' 3 snin li jista' jiġġedded.
Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija ma jistgħux ikunu membri tal-Kumitati.
Il-membri ta' kull Kumitat jistgħu jkunu akkumpanjati minn konsulenti dwar materji xjentifiċi, tekniċi jew regolatorji.
Id-Direttur Eżekuttiv jew ir-rappreżentant tiegħu u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom ikollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat kollha tal-Kumitati u l-gruppi ta' ħidma li jissejħu mill-Aġenzija jew tal-kumitati tagħha bħala osservaturi. Dawk li jkollhom interess jistgħu jkunu mistiedna sabiex jattendu laqgħat ukoll bħala osservaturi, kif jixraq, fuq talba tal-membri tal-Kumitat, jew tal-Bord ta' Tmexxija.
Dawn ir-regoli għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-proċeduri għas-sostituzzjoni tal-membri, il-proċeduri għad-delegazzjoni ta' ċertu kompiti għall-gruppi ta' ħidma, il-ħolqien ta' gruppi ta' ħidma u t-twaqqif ta' proċedura għall-adozzjoni urġenti ta' opinjonijiet. Il-President ta' kull Kumitat għandu jkun impjegat ta' l-Aġenzija.
Artikolu 86
It-twaqqif tal-Forum
Il-Forum għandu jimmira li jkollu firxa wiesgħa ta' kompetenzi relevanti fost il-membri tiegħu. Għal dan il-għan il-Forum jista' jagħżel b'mod konġunt massimu ta' ħames membri addizzjonali magħżulin abbażi tal-kompetenza speċifika tagħhom. Dawn il-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta' 3 snin, li jista' jiġġedded. Il-membri tal-Bord Maniġerjali ma jistgħux ikunu membri tal-Forum.
Il-membri tal-Forum jistgħu jkunu akkumpanjati konsulenti dwar materji xjentifiċi u tekniċi.
Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija jew ir-rappreżentant tiegħu u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom ikollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat kollha tal-Forum u tal-gruppi ta' ħidma tiegħu. Dawk li jkollhom interess jistgħu jkunu mistiedna sabiex jattendu laqgħat ukoll bħala osservaturi, kif jixraq, fuq talba tal-membri tal-Forum, jew tal-Bord ta' Tmexxija.
Dawn ir-regoli għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu l-proċeduri għall-ħatra u għall-bidla tal-President u għall-bidla tal-membri, u l-proċeduri għad-delegazzjoni ta' ċerti kompiti lill-gruppi ta' ħidma.
Artikolu 87
Rapporteurs tal-Kumitati u l-użu ta' esperti
L-Aġenzija għandha żżomm lista aġġornata ta' esperti. Il-lista għandha tinkludi l-esperti msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-esperti l-oħrajn identifikati b'mod dirett mis-Segretarjat.
Il-persuna konċernata, jew min jimpjegaha, għandhom jiġu rimunerati mill-Aġenzija skond l-iskala ta' ħlasijiet li għandha tiddaħħal fl-arranġamenti finanzjarji stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija. Fejn l-persuna konċernata tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha, id-Direttur Eżekuttiv għandu d-dritt li jwaqqaf jew jissospendi l-kuntratt jew li jżomm ir-rimunerazzjoni.
L-għoti ta' servizzi li għalihom ikun hemm diversi fornituri potenzjali jistà jeħtieġ sejħa għal espressjoni ta' interess:
jekk il-kuntest xjentifiku u tekniku jkun jippermetti, u
jekk ikun kompatibbli mad-dmirijiet ta' l-Aġenzija, partikolarment il-ħtieġa li jiġi provdut livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-proċeduri adatti fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 88
Il-kwalifiki u l-interessi
Artikolu 89
It-twaqqif tal-Bord ta' l-Appell
Il-Bord ta' Tmexxija jista' jaħtar membri addizzjonali u s-supplenti tagħhom, fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, billi tiġi segwita l-istess proċedura, jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-appelli jistgħu jiġu proċessati b'rata sodisfaċenti.
Artikolu 90
Il-Membri tal-Bord ta' l-Appell
Artikolu 91
Deċiżjonijiet suġġetti għall-appell
Artikolu 92
Persuni li jkollhom id-dritt ta' appell, termini perentorji, ħlasijiet u forma
Artikolu 93
L-eżami u deċiżjonijiet fuq appell
Artikolu 94
Azzjonijiet quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja
Artikolu 95
Konflitti ta' opinjoni ma' korpi oħrajn
Artikolu 96
Il-budget ta' l-Aġenzija
Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti fi:
sussidju mill-Komunità, li jiddaħħal fil-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Taqsima tal-Kummissjoni);
il-ħlasijiet mill-intrapriżi;
kull konribut volontarju mill-Istati Membri.
L-awtorità tal-budget għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-budget tkun innotifikat il-ħsieb tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' Tmexxija fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
Artikolu 97
L-implementazzjoni tal-budget ta' l-Aġenzija
Artikolu 98
Il-ġlieda kontra l-frodi
Artikolu 99
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma jistgħux joħorġu mil-limiti tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għajr jekk ikun meħtieġ b'mod speċifiku għall-operat ta' l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 100
Il-personalità ġuridika ta' l-Aġenzija
Artikolu 101
Ir-responsabbiltà ta' l-Aġenzija
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni fi kwalunkwe kwistjoni relatata ma' kumpens għal tali danni.
Artikolu 102
Privileggi u immunitajiet ta' l-Aġenzija
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija.
Artikolu 103
Regoli u regolamenti tal-persunal
Artikolu 104
Ilsna
Artikolu 105
L-obbligu ta' kunfidenzjalità
Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, il-membri tal-Kumitati u tal-Forum, l-esperti u l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn ta' l-Aġenzija, għandhom ikunu meħtieġa, anke wara t-terminazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, ma jiżvelawx informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.
Artikolu 106
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
Il-Bord ta' Tmexxija jista', bi ftehim mal-Kumitat relevanti jew mal-Forum, jistieden lir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi sabiex jipparteċipaw fix-xogħol ta' l-Aġenzija.
Artikolu 107
Il-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali
Il-Bord ta' Tmexxija jista', bi ftehim mal-Kumitat relevanti jew mal-Forum, jistieden rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali b'interessi fil-qasam tar-regolamentazzjoni ta' sustanzi kimiċi sabiex jipparteċipaw bħala osservaturi fix-xogħol ta' l-Aġenzija.
Artikolu 108
Kuntatti ma' organizzazzjonijiet li jkollhom interess
Il-Bord ta' Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiżviluppa kuntatti adegwati bejn l-Aġenzija u l-organizzazjzonijiet relevanti li jkollhom interess.
Artikolu 109
Regoli dwar it-trasparenza
Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-Bord ta' Tmexxija għandu, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv u bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta regoli sabiex jiżgura d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' informazzjoni regolatorja, xjentifika jew teknika, dwar is-sigurtà ta' sustanzi waħidhom, f' ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti, li ma tkunx informazzjoni ta' natura kunfidenzjali.
Artikolu 110
Relazzjonijiet ma' korpi Komunitarji relevanti
Dan it-Titolu m'għandux jolqot b'mod ieħor il-kompetenzi mogħtija lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel.
Dan it-Titolu m'għandux jolqot il-kompetenzi mogħtija lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u lill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
Artikolu 111
Formati u software għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tispeċifika l-formati u tagħmilhom disponibbli mingħajr ħlas, u pakketti ta' software u tagħmilhom disponibbli fil-website tagħha għal kwalunkwe preżentazzjoni lill-Aġenzija. Stati Membri, manifatturi, importaturi, distributuri jew utenti “downstream” għandhom jużaw dawn il-formati u pakketti fil-preżentazzjonijiet tagħhom lill-Aġenzija skond dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-istrumenti tas-software sabiex tiffaċilita l-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni kollha relatati ma' sustanzi reġistrati skond l-Artikolu 12(1).
Għall-finijiet ta' reġistrazzjoni, il-format tad-dossier tekniku msemmi fl-Artikolu 10(a) għandu jkun IUCLID. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-iżvilupp ulterjuri ta' dan il-format ma' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp sabiex tiżgura armonizzazzjoni massima.
▼M3 —————
TITOLU XII
INFORMAZZJONI
Artikolu 117
Rapportar
L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2010.
L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2011.
L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2011.
Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar:
l-esperjenza miksuba mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u 3, u
l-ammont u t-tqassim ta' fondi li tkun ipprovdiet il-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-valutazzjoni ta' metodi ta' ttestjar alternattiv.
L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat sa l-1 ta' Ġunju 2012.
Artikolu 118
Aċċess għall-informazzjoni
L-iżvelar ta' l-informazzjoni li ġejja għandu normalment jitqies bħala preġudizzjevoli għall-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali tal-persuna konċernata:
id-dettalji tal-kompożizzjoni sħiħa ta' ►M3 taħlita ◄ ;
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(6) u l-Artikolu 64(2) l-użu, il-funzjoni jew l-applikazzjoni preċiżi ta' sustanza jew ►M3 taħlita ◄ , inkluża informazzjoni dwar l-użu preċiż tagħha bħala sustanza intermedja;
it-tunnellaġġ preċiż tas-sustanza jew ►M3 taħlita ◄ manifatturati jew imqegħdin fis-suq;
ir-rabtiet bejn manifattur jew importatur u d-distributuri u l-utenti “downstream” tagħhom.
Fejn tkun essenzjali azzjoni urġenti sabiex tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem jew l-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Aġenzija tista' tiżvela l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.
Artikolu 119
Aċċess pubbliku elettroniku
L-informazzjoni li ġejja miżmuma mill-Aġenzija dwar sustanzi kemm jekk waħidhom, f' ►M3 taħlita ◄ jew f'oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e):
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2(f) u (g) ta' dan l-Artikolu, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu li ġejjin huwa mniżżel fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
jekk applikabbli, l-isem tas-sustanza kif mogħti fl-EINECs;
il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;
data fiżikokimika dwar is-sustanza u dwar il-passaġġi, u d-destin, tagħha fl-ambjent;
ir-riżultat ta' kull studju tossikoloġiku u ekotossikoloġiku;
kwalunkwe livell ta' l-ebda effett derivat (DNEL) jew konċentrazzjoni ta' bla effett previst (PNEC) stabbiliti skond l-Anness I;
l-istruzzjonijiet ta' gwida dwar is-sigurtà fl-użu kif previst skond it-Taqsima 4 u 5 ta' l-Anness VI;
metodi analitiċi jekk mitluba skond l-Anness IX jew X li jagħmlu possibbli l-iskoperta ta' sustanza perikoluża meta mormija fl-ambjent kif ukoll id-determinazzjoni ta' l-espożizzjoni diretta għall-bniedem.
L-informazzjoni li ġejja dwar sustanzi kemm jekk waħedhom, fi ►M3 taħlita ◄ jew f'oġġetti, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, mingħajr ħlas, fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e) ħlief fejn parti li tippreżenta l-informazzjoni tippreżenta ġustifikazzjoni skond l-Artikolu 10(a)(xi), aċċettata bħala valida mill-Aġenzija, dwar ir-raġuni għaliex tali pubblikazzjoni tkun potenzjalment ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tar-reġistrant jew għal kwalunkwe parti oħra konċernata:
jekk essenzjali għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar, il-grad ta' purezza tas-sustanza u l-identità ta' l-impuritajiet u/jew l-addittivi li jkunu magħrufin bħala perikolużi;
it-total ta' medda ta' tunnellaġġ (jiġifieri, tunnellata metrika waħda sa għaxar tunnellati metriċi, għaxar tunnellati metriċi sa mitt tunnellata metrika, mitt tunnellata metrika sa elf tunnellata metrika jew aktar minn elf tunnellata metrika) li fihom sustanza partikolari tkun ġiet reġistrata;
is-sommarji ta' l-istudju jew is-sommarji robusti ta' l-istudju ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) u (e);
l-informazzjoni, minbarra dik elenkata fil-paragrafu 1, li tinsab fl-iskeda ta' data ta' sigurtà;
l-isem/ismijiet kummerċjali tas-sustanza;
soġġett għall-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmija fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu għal perijodu ta' sitt snin;
soġġett għall-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-isem fin-nomenklatura IUPAC għas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu li huma użati biss bħala wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
bħala sustanzi intermedji;
għall-użu tar-riċerka xjentifika u l-izvilupp;
għal riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi.
Artikolu 120
Koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali
Minkejja l-Artikoli 118 u 119, l-informazzjoni riċevuta għand l-Aġenzija taħt dan ir-Regolament tista' tiġi żvelata lil kwalunkwe gvern jew awtorità nazzjonali ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skond ftehim konkluż bejn il-Komunità u l-parti terza konċernata taħt ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimiċi perikolużi ( 32 ) jew skond l-Artikolu 181a (3) tat-Trattat, sakemm ikunu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
l-iskop tal-ftehim ikun il-koperazzjoni dwar l-implementazzjoni jew l-amministrazzjoni tal-liġijiet dwar is-sustanzi kimiċi koperti minn dan ir-Regolament;
il-parti terza tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali kif ikun miftiehem bejn iż-żewġ naħat.
TITOLU XIII
AWTORITAJIET KOMPETENTI
Artikolu 121
Ħatra
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli sabiex iwettqu l-kompiti assenjati lill-awtoritajiet kompetenti taħt dan ir-Regolament u sabiex jikkoperaw mal-Kummissjoni u ma' l-Aġenzija fl-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżorsi adegwati għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettulhom, flimkien ma' kull riżors ieħor disponibbli, iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament b'mod tempestiv u effettiv.
Artikolu 122
Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ma' xulxin fit-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħrajn l-appoġġ kollu li jkun meħtieġ u utli għal dan il-għan.
Artikolu 123
Il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' informazzjoni dwar ir-riskji ta' sustanzi
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom javżaw lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riskji minn sustanzi fejn dan jitqies meħtieġ għat-tħaris tas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent. L-Aġenzija, b'konsultazzjoni ma awtoritajiet kompetenti u partijiet ineressati u filwaqt li tirriferi kif xieraq għall-aħjar prattika relevanti, għandha tipprovdi gwida għall-komunikazzjoni ta' informazzjioni dwar ir-riskji u l-użu sikur ta' sustanzi kimiċi, waħidhom, jew f' ►M3 taħlitiet ◄ jew f'oġġetti, bil-ħsieb li tikkoordina l-Istati Membri f'dawn l-attivitajiet.
Artikolu 124
Responsabbiltajiet oħrajn ta' l-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw b'mod elettroniku kwalunkwe informazzjoni disponibbli lill-Aġenzija li huma jżommu dwar sustanzi reġistrati b'mod skond l-Artikolu 12(1) li d-dossiers tagħhom ma jkunx fihom l-informazzjoni sħiħa msemmija fl-Anness VII, b'mod partikolari jekk attivitajiet ta' infurzar jew ta' sorveljanza jkunu identifikaw suspetti ta' riskju. L-awtorità kompetenti għandha taġġorna din l-informazzjoni kif xieraq.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu uffiċċji nazzjonali ta' informazzjoni sabiex jipprovdu parir lill-manifatturi, lill-importaturi, lill-utenti “downstream” u lil kwalunkwe parti oħra interessata dwar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi tagħhom taħt dan ir-Regolament b'mod partikolari fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' sustanzi skond l-Artikolu 12(1), flimkien mad-dokumenti operattivi ta' gwida provduti mill-Aġenzija skond l-Artikolu 77(2)(f).
TITOLU XIV
INFURZAR
Artikolu 125
Kompiti ta' l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom iżommu sistema ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħrajn kif xieraq għaċ-ċirkostanzi.
Artikolu 126
Penali għan-nuqqas ta' konformità
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn ikunu implementati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2008 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fir-rigward tagħhom.
Artikolu 127
Rapport
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 117(1) għandu, fir-rigward ta' infurzar, jinkludi r-riżultati ta' l-ispezzjonijiet uffiċjali, is-sorveljanza li tkun saret, il-penali previsti u l-miżuri l-oħrajn li ttieħdu skond l-Artikoli 125 u 126 matul il-perjodu preċedenti rapportat. Il-kwistjonijiet komuni li jridu jiġu koperti fir-rapporti għandhom jiġu miftiehma mill-Forum. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-rapporti disponibbli lill-Aġenzija u lill-Forum.
TITOLU XV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 128
Moviment liberu
Artikolu 129
Dispożizzjoni ta' salvagwardja
Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3) fi żmien 60 jum minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru. Id-deċizjoni għandha:
tawtorizza l-miżura provviżorja għal perjodu ta' żmien definit fid-deċiżjoni; jew
titlob lill-Istat Membru li jħassar il-mizura provviżorja.
Artikolu 130
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjonijiet
L-awtoritajiet kompetenti, l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet kollha li huma jieħdu taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 131
Emendi għall-Annessi
L-Annessi jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3a).
Artikolu 132
Leġislazzjoni implementattiva
Il-miżuri neċessarji sabiex jingħataw effikaċement effett id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3).
Artikolu 133
Proċedura ta' Kumitat
Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun 3 xhur
Artikolu 134
Preparazzjoni għat-twaqqif ta' l-Aġenzija
Għal dak il-għan, sa meta id-Direttur Esekuttiv jibda jaqdi dmirijietu konsegwentement għall-ħatra tiegħu mill-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 83, il-Kummissjoni, f'isem l-Aġenzija, u bl-użu tal-budget provdut għal din ta' l-aħħar, tista'
taħtar persunal, inkluża persuna li għandha twettaq il-funzjonijiet amministrattivi tad-Direttur Esekuttiv fuq bażi interim; u
tikkonkludi kuntratti oħra.
Artikolu 135
Miżuri transizzjonali dwar sustanzi notifikati
Tali sustanza għandha tkun meqjusa bħala inkluża fil-pjan ta' azzjoni rikorrenti Komunitarju konformement ma' l-Artikolu 44(2) ta' dan ir-Regolament u għandha tkun meqjusa bħala magħżula konformement ma' l-Artikolu 45(2) ta' dan ir-Regolament mill-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun talbet aktar informazzjoni konformement ma' l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 67/548/KEE.
Artikolu 136
Miżuri transizzjonali dwar sustanzi eżistenti
L-awtorità kompetenti għas-sustanza għandha tkun l-awtorita' kompetenti mill-Istat Membru identifikat bħala rapporteur konformement ma' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 u għandha twettaq il-kompiti ta' l-Artikolu 46(3) u l-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament.
Stat Membru li r-rapporteur tiegħu ma ressaqx sa l-1 ta' Ġunju 2008 l-istima tar-riskji u, fejn xieraq, l-istrateġija sabiex jiġu limitati r-riskji, konformement ma' l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 793/9, għandu:
jiddokumenta l-informazzjoni dwar perikli u riskji konformement ma' l-Anness XV, Parti B ta' dan ir-Regolament;
japplika l-Artikolu 69(4) ta' dan ir-Regolament abbażi ta' l-informazzjoni msemmija fil-punt (a); u
jipprepara dokumentazzjoni ta' kif huwa jikkonsidra li kwakunkwe riskju ieħor identifikat jeħtieġ jiġi indirizzat minn azzjoni minbarra l-emendament ta' l-Anness XVII ta' dan ir-Regolament.
L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi preżentata lill-Aġenzija sa l-1 ta' Diċembru 2008.
Artikolu 137
Miżuri transizzjonali dwar restrizzjonijiet
Sa l-1 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tipprepara abbozz ta' emenda għall-Anness XVII konformement ma' xi waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe stima tar-riskji u strateġija rakkomandata sabiex jiġu limitati r-riskji li ġew adottati fil-livell Komunitarju konformement ma' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 sa fejn dan jinkludi proposti għal restrizzjonijiet konformement mat-Titolu VIII ta' dan ir-Regolament iżda li dwarhom ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni taħt id-Direttiva 76/769/KEE.
kwalunkwe proposta li tkun ġiet preżentata lill-istituzzjonijiet relevanti, iżda li ma tkunx għadha ġiet adottata, dwar l-introduzzjoni jew l-emendament ta' restrizzjonijiet skond id-Direttiva 76/769/KEE.
Artikolu 138
Reviżjoni
Sa l-1 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni bie tivvaluta jekk testendix jew le l-applikazzjoni ta' l-obbligu li titwettaq valutazzjoni tas-sigurtà kimika u li din tiġi dokumentata fir-rapport ta' sigurtà kimika għas-sustanzi mhux koperti minn dan l-obbligu għaliex ma jkunux suġġetti għar-reġistrazzjoni jew suġġetti għar-reġistrazzjoni iżda manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' anqas minn 10 tunnellati metriċi kull sena. ►M3 Madankollu, għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċità riproduttiva, kategorija 1A jew 1B, skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-reviżjoni għandha titwettaq sa l-1 ta' Ġunju 2014. ◄ Meta tagħmel ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha relevanti, inklużi:
l-ispiża għall-manifatturi u l-importaturi sabiex ifasslu r-rapporti dwar is-sigurtà kimika;
id-distribuzzjoni ta' l-ispejjeż bejn atturi fil-katina ta' provvista u l-utenti downstream;
il-benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Abbażi ta' din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun il-każ, tippreżenta proposti leġiżlattivi sabiex testendi dan l-obbligu.
Il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi hekk kif jista' jiġi stabbilit mod prattikabbli u effikaċi, għall-ispejjeż magħmula, sabiex jintgħażlu polimeri għar-reġistrazzjoni abbażi ta' kriterji teknikament u xjentifikament validi, u wara li jiġi pubblikat rapport dwar dan li ġej:
ir-riskji kawżati mill-polimeri b'paragun ma' sustanzi oħra;
il-ħtieġa, jekk ikun hemm, tar-reġistrazzjoni ta' ċerti tipi ta' polimeri, filwaqt li jittieħed kont tal-kompettività u ta' l-innovazzjoni, fuq naħa waħda, u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent, fuq in-naħa l-oħra.
Artikolu 139
Taħsir
Id-Direttiva 91/155/KEE hija b'dan imħassra.
Id-Direttivi 93/105/KEE u 200/21/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 793/93 u (KE) Nru 1488/94 għandhom ikunu mħassra b'effett mill-1 ta' Ġunju 2008.
Id-Direttiva 93/67/KEE għandha titħassar b'effett mill-1 ta' Awwissu 2008.
Id-Direttiva 76/769/KEE għandha titħassar b'effett mill-1 ta' Ġunju 2009.
Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 140
Emendament tad-Direttiva 1999/45/KE
L-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/45/EC huwa b'dan imħassar.
Artikolu 141
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
LISTA TA' ANNESSI
ANNESS I |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-VALUTAZZJONI TA' SUSTANZIU GĦALL-PREPARAZZJONI TA' RAPPORTI DWAR IS-SIGURTÀ KIMIKA |
ANNESS II |
REKWIŻITI GĦAT-TFASSIL TAL-ISKEDI TAD-DEJTA DWAR IS-SIKUREZZA |
ANNESS III |
KRITERJI GĦAL SUSTANZI REĠISTRATI FI KWANTITAJIET BEJN 1 U 10 TUNNELLATI METRIĊI |
ANNESS IV |
EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(a) |
ANNESS V |
EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(b) |
ANNESS VI |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 |
ANNESS VII |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR |
ANNESS VIII |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' 10 TUNNELLATI METRIĊI JEW AKTAR |
ANNESS IX |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' 100 TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR |
ANNESS X |
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' 1 000 TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR |
ANNESS XI |
REGOLI ĠENERALI GĦALL-ADATTAMENT TAR-REĠIM TA' TTESTJAR STANDARD PREVIST FL-ANNESSI VII SA X |
ANNESS XII |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAL UTENTI “DOWNSTREAM” GĦALL-VALUTAZZJONI TA' SUSTANZI U GĦALL-PREPARAZZJONI TA' RAPPORTI TA' SIGURTÀ KIMIKA |
ANNESS XIII |
KRITERJI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' SUSTANZI PERSISTENTI, BIJOAKKUMULATTIVI U TOSSIĊI, U SUSTANZI PERSISTENTI ĦAFNA U BIJOAKKUMULATTIVI ĦAFNA |
ANNESS XIV |
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL AWTORIZZAZZJONI |
ANNESS XV |
DOSSIERS |
ANNESS XVI |
ANALIŻI SOĊJO-EKONOMIKA |
ANNESS XVII |
RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-MANIFATTURA, IT-TQEGĦID FIS-SUQ U L-UŻU TA’ ĊERTI SUSTANZI, TAĦLITIET U OĠĠETTI PERIKOLUŻI |
ANNESS I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-VALUTAZZJONI TA' SUSTANZIU GĦALL-PREPARAZZJONI TA' RAPPORTI DWAR IS-SIGURTÀ KIMIKA
0. INTRODUZZJONI
0.1. Il-fini ta' dan l-Anness huwa li jistabbilixxi kif il-manifatturi u l-importaturi għandhom jivvalutaw u jiddokumentaw li r-riskji li joħorġu mis-sustanza li huma jimmanifatturaw jew jimportaw ikunu kontrollati b'mod adegwat waqt il-manifattura u l-użu jew użi tagħhom u li persuni oħrajn iżjed 'l isfel fil-katina tal-provvista jistgħu jikkontrollaw dawn ir-riskji b'mod adegwat. Ir-rapport dwar is-sigurtà kimika għandu jindika wkoll jekk hemmx nanoforom differenti ta' sustanzi kif ikkaratterizzati fl-Anness VI li huma manifatturati u importati, u fil-każ li iva, għandu jiddeskrivi liema huma, b'ġustifikazzjoni xierqa għal kull rekwiżit ta' informazzjoni li jiddeskrivi meta u kif l-informazzjoni dwar xi forma minnhom tintuża bħala dimostrazzjoni tas-sigurtà ta' forom oħra. Ir-rekwiżiti speċifiċi għan-nanoform ta' sustanza f'dan l-Anness japplikaw għan-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni, mingħajr ħsara għar-rekwiżiti applikabbli għal forom oħra tal-istess sustanza. Dan l-Anness għandu japplika wkoll, adattat kif meħtieġ, għal produtturi u importaturi ta' oġġetti meħtieġa sabiex issir valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika bħala parti minn reġistrazzjoni.
0.2. Il-valutazzjoni ta' sigurtà kimika għandha tiġi preparata minn persuna, jew iżjed, kompetenti li jkollhom esperjenza adegwata u li rċevew taħriġ xieraq, inkluż taħriġ ta' aġġornament.
0.3. Il-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika ta' manifattur għandha tindirizza l-manifattura ta' sustanza u l-użi identifikati kollha. Il-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika ta' importatur għandha tindirizza l-użi identifikati kollha. Il-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika għandha tikkonsidra l-użu tas-sustanza waħidha (inkluż kwalunkwe impurità u addittiv ewlenin), f'taħlita u f'oġġett, kif definit mill-użi identifikati. Il-valutazzjoni għandha tqis l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza li tirriżulta mill-manifattura u l-użi identifikati. Il-valutazzjoni għandha tindirizza n-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni. Il-ġustifikazzjonijiet u l-konklużjonijiet li tasal għalihom il-valutazzjoni għandhom ikunu rilevanti għal dawn in-nanoforom. Il-valutazzjoni dwar is-sikurezza kimika għandha tkun ibbażata fuq tqabbil tal-effetti avversi potenzjali ta' sustanza bl-esponiment magħruf jew raġonevolment previst tal-bniedem u/jew tal-ambjent ma' dik is-sustanza waqt li jitqiesu miżuri rakkomandati ta' maniġġar tar-riskji u ta' kundizzjonijiet operattivi.
0.4. Is-sustanzi li probabbilment ikollhom il-proprjetajiet fiżikokimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi tagħhom simili jew isegwu proċess regolari bħala riżultat ta' similarità strutturali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala grupp, jew “kategorija” ta' sustanzi. Jekk il-manifattur jew l-importatur jikkunsidra li l-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika mwettqa għal sustanza waħda tkun suffiċjenti sabiex tivvaluta u tiddokumenta li r-riskji minn sustanza oħra jew minn grupp jew “kategorija” ta' sustanzi adegwatament kontrollati, huwa jista' juża dik il-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika għas-sustanzi l-oħra jew għal grupp jew “kategorija” ta' sustanzi. Il-manifattur jew l-importatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għal dan. Fejn sustanza waħda jew aktar minnhom jeżistu f'nanoforma waħda jew iktar, u d-dejta minn forma minnhom tintuża għad-demostrazzjoni tal-użu sigur ta' forom oħra, skont ir-regoli ġenerali stipulati fl-Anness XI, għandha tingħata ġustifikazzjoni xjentifika dwar kif, bl-applikazzjoni tar-regoli għar-raggruppament u r-readacross, id-dejta minn test speċifiku jew tagħrif ieħor (eż. metodi, riżultati jew konklużjonijiet) tkun tista' tintuża għall-forom l-oħra tas-sustanza. Japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għax-xenarji ta' esponiment u għall-miżuri tal-immaniġġar tar-riskji.
0.5. Il-valutazzjoni ta' sigurtà kimika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dwar is-sustanza miżmuma fid-dossier tekniku u fuq informazzjoni oħra disponibbli u relevanti. Il-manifatturi jew importaturi li jippreżentaw proposta għall-ittestjar skond l-Annessi IX u X għandhom jirreġistraw dan taħt l-intestatura relevanti tar-rapport ta' sigurtà kimika. L-informazzjoni disponibbli minn valutazzjonijiet imwettqa taħt programmi internazzjonali u nazzjonali oħra għandha tiġi inkluża. Fejn disponibbli u xieraq, il-valutazzjoni mwettqa taħt il-leġislazzjoni Komunitarja (eż. valutazzjonijiet ta' riskju mwettqa taħt ir-Regolament (KEE) 793/93) għandha tittieħed in konsiderazzjoni fl-iżvilupp tar-rapport ta' sigurtà kimika u tiġi rilfessa fih. Id-devjazzjonijiet minn tali valutazzjonijiet għandhom jiġu ġustifikati.
Għalhekk l-informazzjoni li trid tiġi kunsidrata tinkludi informazzjoni relatata mal-perikli tas-sustanza, ma' l-espożizzjoni mill-manifattura jew mill-importazzjoni, ma' l-użi identifikati tas-sustanza, mill-kondizzjonijiet operattivi u mill-miżuri ta' maniġġar tar-riskji applikati jew rakkomandati għal utenti “downstream” li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni.
Konformement ma' l-Anness XI, Taqsima 3, f'ċerti każi, jista' ma jkunx neċessarju li tiġi ġġenerata informazzjoni nieqsa, għaliex jistgħu jkunu wkoll suffiċjenti miżuri ta' maniġġar tar-riskji u kondizzjonijiet operattivi li huma neċessarji sabiex jikkontrollaw riskju karaterizzat sew sabiex jkkontrollaw riskji potenzjali oħra, li ma jkollhomx bżonn jiġu karatterizzati preċiżament.
Jekk il-manifattur jew l-importatur jikkunsidra li tkun meħtieġa informazzjoni ulterjuri sabiex jiġi prodott r-rapport dwar is-sigurtà kimika tiegħu, u li din l-informazzjoni tista' tiġi miksuba biss billi jsiru testijiet skont l-Anness IX jew X, huwa għandu jippreżenta proposta għal strateġija ta' ttestjar, li fiha jispjega għaliex iqis li informazzjoni ulterjuri tkun meħtieġa, u għandu jirreġistra dan fir-rapport dwar is-sigurtà kimika taħt l-intestatura x-xierqa. Fejn jitqies meħtieġ, il-proposta għal strateġija ta' ttestjar tista' tolqot diversi studji li jindirizzaw rispettivament forom differenti tal-istess sustanza għall-istess rekwiżit ta' informazzjoni. Waqt li jistenna r-riżultati tal-ittestjar ulterjuri, għandu jirreġistra fir-rapport tiegħu dwar is-sigurtà kimika, u jinkludi fix-xenarju ta' esponiment żviluppat, il-miżuri provviżorji tal-immaniġġar tar-riskji li jkun stabbilixxa u dawk li jirrakkomanda għal utenti downstream intiżi biex jimmaniġġaw ir-riskji li qed jiġu esplorati. Ix-xenarji ta' esponiment u l-miżuri interim tal-immaniġġar tar-riskji rakkomandati għandhom jindirizzaw in-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni.
0.6. Passi f'valutazzjoni tas-sigurtà kimika
0.6.1. Valutazzjoni tas-sigurtà kimika mwettqa minn manifattur jew importatur għal sustanza għandha tinkludi l-istadji 1 sa 4 li ġejjin skont it-taqsimiet rispettivi ta' dan l-Anness:
Valutazzjoni tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem.
Valutazzjoni tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem ikkawżat mill-proprjetajiet fiżikokimiċi.
Valutazzjoni tal-periklu għall-ambjent.
Valutazzjoni PBT u vPvB.
0.6.2. Fil-każijiet imsemmijin fil-punti 0.6.3, il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika għandha tinkludi wkoll il-passi 5 u 6 li jmiss skont it-Taqsimiet 5 u 6 ta' dan l-Anness.
Valutazzjoni tal-esponiment
Il-ħolqien ta' xenarju(i) ta' esponiment (jew l-identifikazzjoni ta' kategoriji tal-użu u l-esponiment rilevanti jekk xieraq).
Stima tal-esponiment.
Karatterizzazzjoni tar-riskji
0.6.3. Fejn bħala riżultat tal-passi minn 1 sa 4 il-manifattur jew l-importatur jikkonkludi li s-sustanza jew, fejn applikabbli, in-nanoforom tagħha, jissodisfaw il-kriterji ta' xi waħda mill-klassijiet jew kategoriji ta' perikli li ġejjin, stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew ikunu vvalutati bħala PBT jew vPvB, il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika għandha tinkludi wkoll l-istadji 5 u 6 skont it-taqsimiet 5 u 6 ta' dan l-Anness:
klassijiet ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
klassijiet ta' periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
klassi ta' periklu 4.1;
klassi ta' periklu 5.1.
0.6.4. Għandu jiġi ppreżentat sommarju tal-informazzjoni kollha rilevanti indirizzata fil-punti hawn fuq, taħt l-intestatura rilevanti tar-Rapport tas-Sigurtà Kimika (Taqsima 7).
0.7. L-element ewlieni tal-parti ta' espożizzjoni tar-rapport ta' sigurtà kimika tkun id-deskrizzjoni tax-xenarju(i) ta' espożizzjoni implementati għall-produzzjoni mill-manifattur, l-użu mill-manifattur jew mill-importatur, u dawk rakkomandati mill-manifattur jew l-importatur sabiex jiġu implementati għall-użu(i) identifikati.
Xenarju ta' espożizzjoni huwa sett ta' kondizzjonijiet li jiddeskrivu kif is-sustanza tiġi manifatturata jew użata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha u kif il-manifattur jew l-importatur jikkontrolla, jew jirrakkomanda utenti “downstream” sabiex jikkontrollaw, l-espożizzjoni tal-bnedmin u ta' l-ambjent. Dawn is-settijiet ta' kondizzjonijiet fihom deskrizzjoni tal-miżuri ta' maniġġar tar-riskji kif ukoll tal-kondizzjonijiet operattivi li l-manifattur jew l-importatur implementa jew jirrakkomanda li jiġu implementati minn utenti downstream.
Jekk is-sustanza titqiegħed fis-suq, ix-xenarju(i) ta' espożizzjoni relevanti, inklużi l-miżuri ta' maniġġar tar-riskji u l-kondizzjonijiet operattivi għandhom jiġu inklużi fl-anness ma' l-iskeda ta' data ta' sigurtà konformement ma' l-Anness II.
0.8. Il-livell ta' dettall meħtieġ fid-deskrizzjoni ta' xenarju ta' espożizzjoni ivarja sostanzjalment minn każ għal każ, skond l-użu ta' sustanza, il-propjetajiet tagħha ta' periklu u l-ammont ta' informazzjoni disponibbli għall-manifattur u l-importatur. Ix-xenarji ta' espożizzjoni jistgħu jiddeskrivu l-miżuri adegwati ta' maniġġar tar-riskji għal bosta proċessi individwali jew użi ta' sustanza. Ix-xenarju ta' espożizzjoni jista' għalhekk ikopri firxa kbira ta' proċessi jew użi. Ix-xenarji ta' espożizzjoni li jkopru firxa wiesgħa ta' proċessi jew użi jistgħu jiġu msemmija bħala Kategoriji ta' Espożizzjoni. Aċċenn ulterjuri għax-Xenarju ta' Espożizzjoni fl-Anness u fl-Anness II jinkludi l-Kategoriji ta' Espożizzjoni jekk dawn ikunu żviluppati.
0.9. Fejn ma tkunx neċessarja l-informazzjoni skond l-Anness XI, dan il-fatt għandu jiġi dikjarat taħt l-intestatura xierqa tar-rapport ta' sigurtà kimika u għandha ssir referenza għall-ġustifikazzjoni fid-dossier tekniku. Il-fatt li ma jkunx hemm bżonn informazzjoni għandu jiġi dikjarat ukoll fl-iskeda ta' data ta' sigurtà.
0.10. Fir-rigward ta' effetti partikolari, bħar-riduzzjoni ta' l-ożon, bħal potenzjal ta' ħolqien ta' l-ożon fotokemikali, bħal riħa qawwija u tniggiż, li għalihom ma jkunux prattikabbli l-proċeduri stabbiliti fit-Taqsimiet 1 sa 6, ir-riskji assoċjati ma' tali effetti għandhom jiġu stmati fuq bażi ta' każ b'każ u l-manifattur jew l-importatur għandu jinkludi deskrizzjoni sħiħa u ġustifikazzjoni ta' tali stimi fir-rapport ta' sigurtà kimika f'sommarju fl-iskeda ta' data ta' sigurtà.
0.11. Meta ssir stima tar-riskji ta' l-użu ta' sustanza jew aktar inkorporati f' ►M3 taħlita ◄ speċjali (per eżempju fil-ligi), għandu jittieħed kont tal-mod li bih is-sustanzi kostitwenti ikunu marbuta fil-matriċi kimika.
0.11a. Fejn il-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika tkopri n-nanoforom, għandha titqies metrika xierqa għall-valutazzjoni u l-preżentazzjoni tar-riżultati fl-istadji 1-6 tal-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika skont il-punti 0.6.1 u 0.6.2, bil-ġustifikazzjoni mdaħħla fir-rapport dwar is-sigurtà kimika u sintetizzata fl-iskeda tad-dejta dwar is-sikurezza. Hija preferibbli preżentazzjoni metrika multipla, li tinkludi informazzjoni metrika dwar il-massa. Fejn possibbli, għandu jiġi indikat metodu għall-konverżjoni reċiproka.
0.12. Fejn il-metodoloġija deskritta f'dan l-Anness ma tkunx adegwata, għandhom jiġu spjegati u ġustifikati fir-rapport ta' sigurtà kimika dettalji ta' metodoloġija alternattiva użata.
0.13. Il-Parti A tar-rapport ta' sigurtà kimika għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-miżuri ta' maniġġar ta' riskji indikati fix-xenarji relevanti ta' espożizzjoni għall-użu(i) tal-manifattur jew l-importatur ikunu implementati mill-manifattur jew mill-importatur u li dawk ix-xenarji ta' espożizzjoni għall-użi identifikati ikunu komunikati lid-distributuri u utenti “downstream” fl-iskedi ta' data ta' sigurtà.
1. STIMA TAL-PERIKLU GĦAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM
1.0. Introduzzjoni
1.0.1. L-għanijiet tal-valutazzjoni tal-periklu fuq is-saħħa tal-bniedem għandhom ikunu li tiġi determinata l-klassifikazzjoni ta' sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008; u li tiddeduċi livelli ta' esponiment għas-sustanza li l-bniedem ma għandux ikun espost għalihom. Dan il-livell ta' esponiment hu magħruf bħala l-Livell Derivat ta' Bla Effett (DNEL).
1.0.2. Il-valutazzjoni tal-periklu fuq is-saħħa tal-bniedem għandha tqis il-profil tossikokinetiku (jiġifieri assorbiment, metaboliżmu, distribuzzjoni u eliminazzjoni) tas-sustanza u l-gruppi ta' effetti li ġejjin:
effetti akuti bħal pereżempju tossiċità akuta, irritazzjoni u korrożività,
sensitizzazzjoni,
tossiċità b'doża ripetuta u
l-effetti CMR (karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali u tossiċità għar-riproduzzjoni).
Ibbażati fuq l-informazzjoni kollha disponibbli, għandhom jiġu kkunsidrati effetti oħra meta dan ikun meħtieġ.
1.0.3. L-istima ta' periklu għandha tinkludi l-erba' stadji li ġejjin:
Stadju 1 |
: |
Valutazzjoni ta' informazzjoni mhux ġenerata mill-bniedem |
Stadju 2 |
: |
Valutazzjoni ta' informazzjoni ġenerata mill-bniedem |
Stadju 3 |
: |
Klassifikazzjoni u Tikkettar |
Stadju 4 |
: |
Derivazzjoni ta' DNELs |
Il-valutazzjoni għandha tindirizza n-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni.
1.0.4. L-ewwel tliet stadji għandhom isiru għal kull effett li għalih l-informazzjoni tkun disponibbli u għandhom jiġu reġistrati fit-Taqsima relevanti tar-Rapport tas-Sigurtà Kimika u fejn meħtieġ u skond l-Artikolu 31, f'sommarju fl-Iskeda ta' Data ta' Sigurtà taħt l-intestaturi 2 u 11.
1.0.5. Għal kwalunkwe effett li għalih ma jkun hemm l-ebda informazzjoni relevanti disponibbli, it-Taqsima relevanti għandha tinkludi s-sentenza “Din l-informazzjoni mhijiex disponibbli”. Il-ġustifikazzjoni, inkluża referenza għal kwalunkwe tfittxija mwettqa fil-letteratura, għandha tkun inkluża fid-dossier tekniku.
1.0.6. L-istadju 4 ta' l-istima tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem għandu jitwettaq billi jiġu integrati r-riżultati mill-ewwel tliet stadji u għandu jiġi inkluż taħt l-intestatura relevanti tar-Rapport tas-Sigurtà Kimika u mqassar fl-iskeda ta' data ta' sigurtà taħt l-intestatura 8.1.
1.1.
Stadju 1 : Valutazzjoni ta' informazzjoni mhux ġenerata mill-bniedem
1.1.1. Il-valutazzjoni ta' informazzjoni mhux ġenerata mill-bniedem għandha tinkludi:
1.1.2. Meta ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn id-doża kwantitattiva (konċentrazzjoni) u r-rispons (effett), allura dan għandu jkun ġustifikat u għandha tiġi inkluża analiżi semi-kwantitattiva jew kwalitattiva. Per eżempju, għal effetti akuti mhuwiex ġeneralment possibbli li tiġi stabbilita relazzjoni bejn id-doża kwantitattiva (konċentrazzjoni) u r-rispons (effett) abbażi tar-riżultati ta' test magħmul skond il-metodi ta' test stabbiliti f'Regolament tal-Kummissjoni kif speċifikat fl-Artikolu 13(2). F'tali każijiet jkun suffiċjenti li jiġi determinat jekk u għal liema grad is-sustanza jkollha kapaċità inerenti li tikkawża l-effett.
1.1.3. L-informazzjoni kollha li mhijiex relatata mal-bniedem użata sabiex tivvaluta effett partikolari fuq il-bniedem u sabiex tistabbilixxi r-relazzjoni bejn id-doża (konċentrazzjoni) u r-rispons (effett), għandha tiġi ppreżentata fil-qosor, jekk hu possibbli fil-forma ta' tabella jew tabelli, waqt li tiddistingwi bejn in vitro, in vivo u informazzjoni oħra. Ir-riżultati rilevanti li joħorġu mit-testijiet (eż., ATE, LD50, NO(A)EL jew LO(A)EL) u l-kundizzjonijiet tat-test (eż., it-tul tat-test, il-proċess amministrattiv) u informazzjoni rilevanti oħra għandhom jiġu ppreżentati f'unitajiet ta' kejl rikonoxxuti internazzjonalment għal dak l-effett.
1.1.4. Jekk ikun disponibbli studju wieħed allura għandu jiġi preparat sommarju robust għal dak l-istudju. Jekk ikun hemm bosta studji li jindirizzaw l-istess effett, allura, b'kont meħud tal-varjazzjonijiet (eż. kondotta, adegwatezza, relevanza ta' speċijiet ta' test, kwalità ta' riżultati eċċ.), normalment l-istudju jew studji li jagħtu lok għall-akbar tħassib għandhom jiġu użati sabiex jistabbilixxu d-DNELs u għandu jiġi preparat sommarju robust ta' studju għal dak l-istudju jew studji u inkluż bħala parti mid-dossier tekniku. Ikunu meħtieġa sommarji robusti tad-data ewlenija kollha fl-istima tal-periklu. Jekk l-istudju jew studji li jwasslu għall-akbar tħassib ma jkunux użati, dan għandu jkun ġustifikat bi sħiħ u inklużi bħala parti mid-dossier tekniku, mhux biss għall-istudju li jkun qed jiġi użat iżda wkoll għall-istudji kollha li juru tħassib akbar mill-istudju li jkun qed jiġi użat. Huwa importanti, irrispettiv minn jekk il-perikli ġewx identifikati jew le, jittieħed kont tal-validità ta' l-istudju.
1.2.
Stadju 2 : Valutazzjoni ta' informazzjoni ġenerata mill-bniedem
Jekk l-ebda informazzjoni ġenerata mill-bniedem ma tkun disponibbli, din il-parti għandha tinkludi d-dikjarazzjoni “L-ebda informazzjoni ġenerata mill-bniedem bniedem m'hija disponibbli”. Madankollu, jekk tkun disponibbli informazzjoni ġenerata mill-bniedem, din għandha tiġi preżentata, possibbilment fil-forma ta' tabella.
1.3.
Stadju 3 : Klassifikazzjoni u Tikkettar
1.3.1. Il-klassifikazzjoni xierqa żviluppata skont il-kriterji fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha tiġi ppreżentata u ġġustifikata. Meta jkun applikabbli, il-limiti tal-Konċentrazzjoni Speċifika, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-Artikoli 4 sa 7 tad-Direttiva Nru 1999/45/KE għandhom jiġu ppreżentati u, jekk ma jkunux inklużi fil-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ikunu ġġustifikati.
Il-valutazzjoni għandha tinkludi dejjem dikjarazzjoni dwar jekk is-sustanza, jew fejn applikabbli, in-nanoforom tagħha jissodisfawx jew le l-kriterji mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għall-klassifikazzjoni fil-klassi ta' periklu ta' karċinoġeniċità kategorija 1 A jew 1B, fil-klassi ta' periklu ta' mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali kategorija 1 A jew 1B, jew fil-klassi ta' periklu ta' tossiċità riproduttiva kategorija 1 A jew 1B.
1.3.2. Jekk l-informazzjoni tkun inadegwata sabiex jiġi deċiż jekk sustanza, jew fejn applikabbli, in-nanoforom tagħha għandhomx jiġu klassifikati taħt klassi jew kategorija partikolari tal-periklu, ir-reġistranti għandhom jindikaw u jiġġustifikaw l-azzjoni jew id-deċiżjoni li jkunu ħadu bħala riżultat.
1.4.
Stadju 4 : L-identifikazzjoni ta' DNELs
1.4.1. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-istadji 1 u 2, għandhom jiġu stabbiliti DNEL jew DNELs għas-sustanza, li jirriflettu r-rotta jew rotot probabbli, it-tul ta' żmien u l-frekwenza ta' espożizzjoni. ►M10 Għal xi klassijiet tal-periklu, speċjalment ta' mutaġeniċità fiċ-ċelloli ġerminali u karċinoġeniċità, l-informazzjoni disponibbli ma tistax tippermetti li jiġi stabbilit limitu tossikoloġiku, u għalhekk DNEL. ◄ Jekk ikun ġustifikat bix-xenarju jew xenarji ta' espożizzjoni, DNEL wieħed jista' jkun suffiċjenti. Madankollu, b'kont meħud ta' l-informazzjoni disponibbli u tax-xenarju jew xenarji ta' espożizzjoni fit-Taqsima 9 tar-Rapport ta' Sigurtà Kimika jista' jkun neċessarju li jiġu identifikati DNELs differenti għal kull popolazzjoni umana relevanti (eż., ħaddiema, konsumaturi u persuni li jistgħu jkunu suġġetti għall-espożizzjoni indirettament permezz ta' l-ambjent) u possibbilment għal ċerti sub-popolazzjonijiet vulnerabbli (eż., tfal, nisa tqal) u għal rotot differenti ta' espożizzjoni. Għandha tingħata ġustifikazzjoni sħiħa li tispeċifika, inter alia, l-għażla ta' l-informazzjoni użata, ir-rotta ta' espożizzjoni (orali, dermali u inalatorja) u t-tul ta' żmien u l-frekwenza ta' l-espożizzjoni għas-sustanza li għaliha d-DNEL ikun validu. Jekk ikun probabbli li tinħoloq iżjed minn rotta waħda ta' espożizzjoni, allura għandu jiġi stabbilit DNEL għal kull rotta ta' espożizzjoni u għall-espożizzjoni mir-rotot kollha kkombinati. Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit id-DNEL, għandu jittieħed kont, inter alia, tal-fatturi li ġejjin:
l-inċertezza li tirriżulta, fost fatturi oħra, mill-varjabbiltà fl-informazzjoni esperimentali u minn varjazzjoni ta' intra- u inter-speċijiet;
in-natura u s-severità ta' l-effett;
is-sensittività tas-(sub-)popolazzjoni umana li għaliha tapplika l-informazzjoni dwar l-espożizzjoni kwantitattiva u/jew kwalitattiva.
1.4.2. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi identifikat DNEL, dan għandu jiġi dikjarat b'mod ċar u ġustifikat bis-sħiħ.
2. STIMA TAL-PERIKLU FIŻIKOKIMIKU
2.1. L-għan tal-valutazzjoni tal-periklu kkawżat mill-proprjetajiet fiżikokimiċi għandu jkun li tiġi determinata l-klassifikazzjoni ta' sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
2.2. Bħala minimu, għandhom jiġu vvalutati l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem kkawżati mill-proprjetajiet fiżikokimiċi li ġejjin:
Jekk l-informazzjoni tkun inadegwata sabiex jiġi deċiż jekk sustanza, jew fejn applikabbli, in-nanoforom tagħha għandhomx jiġu klassifikati taħt klassi jew kategorija partikolari tal-periklu, ir-reġistrant għandu jindika u jiġġustifika l-azzjoni jew id-deċiżjoni li jkun ħa bħala riżultat.
2.3. L-istima ta' kull effett għandha tiġi preżentata taħt l-intestatura relevanti tar-Rapport ta' Sigurtà Kimika (Taqsima 7) u fejn meħtieġ u konformement ma' l-Artikolu 31, f'sommarju fl-iskeda ta' data ta' sigurtà taħt l-intestaturi 2 u 9.
2.4. Għal kull proprjetà fiżikokimika, il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-kapaċità inerenti tas-sustanza li tikkawża l-effett li jirriżulta mill-manifattura u l-użi identifikati.
2.5. Il-klassifikazzjoni xierqa żviluppata skont il-kriterji fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha tiġi ppreżentata u ġġustifikata.
3. STIMA TAL-PERIKLU AMBJENTALI
3.0. Introduzzjoni
3.0.1. L-għan tal-valutazzjoni tal-periklu għall-ambjent għandu jkun li tiġi determinata l-klassifikazzjoni ta' sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u li tiġi identifikata l-konċentrazzjoni tas-sustanza li taħtha ma jkunux mistennija li jseħħu effetti avversi fl-isfera ambjentali konċernata. Din il-konċentrazzjoni hija magħrufa bħala l-Konċentrazzjoni ta' Bla Effett Previst (PNEC).
3.0.2. L-istima tal-periklu ambjentali għandha tikkonsidra l-effetti potenzjali fuq l-ambjent, li jinkludu l-kompartimenti (1) akkwatiku (inkluż is-sediment), (3) terrestri u (3) atmosferiku, inklużi l-effetti potenzjali li jistgħu jseħħu (4) permezz ta' l-akkumulazzjoni fil-katina ta' l-ikel. Barra minn hekk, l-effetti potenzjali fuq (5) l-attività mikrobijoloġika ta' sistemi ta' trattament ta' drenaġġ għandha tiġi kunsidrata. L-istima ta' l-effetti fuq kull waħda minn dawn il-ħames sferi ambjentali għandha tiġi preżentata taħt l-intestatura relevanti tar-Rapport ta' Sigurtà Kimika (Taqsima 7) u fejn meħtieġ u skond l-Artikolu 31, f'sommarju fl-Iskeda ta' Data ta' Sigurtà taħt l-intestaturi 2 u 12. ►M51 Il-valutazzjoni għandha tindirizza n-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni. ◄
3.0.3. Għal kwalunkwe sfera ambjentali, li għaliha ma jkun hemm l-ebda informazzjoni relevanti disponibbli, it-Taqsima relevanti tar-rapport ta' sigurtà kimika għandha tinkludi s-sentenza “Din l-informazzjoni mhijiex disponibbli”. Il-ġustifikazzjoni, inkluża referenza għal kwalunkwe tfittxija mwettqa fil-letteratura, għandha tkun inkluża fid-dossier tekniku. Għal kwalunkwe sfera li għaliha l-informazzjoni tkun disponibbli, iżda fejn il-manifattur jew l-importatur jemmen li ma jkunx neċessarju li ssir stima tal-periklu, il-manifattur jew l-importatur għandu jippreżenta ġustifikazzjoni b'referenza għall-informazzjoni pertinenti taħt l-intestatura relevanti tar-Rapport ta' Sigurtà Kimika (Taqsima 7) u fejn meħtieġ u skond l-Artikolu 31, f'sommarju fl-Iskeda ta' Data ta' Sigurtà taħt l-intestatura 12.
3.0.4. L-istima tal-periklu għandha tinkludi t-tliet stadji li ġejjin, li għandhom ikunu identifikati b'mod ċar bħala tali fir-Rapport ta' Sigurtà Kimika.
Stadju 1 |
: |
Valutazzjoni ta' l-informazzjoni |
Stadju 2 |
: |
Klassifikazzjoni u Tikkettar |
Stadju 3 |
: |
Derivazzjoni tal-PNEC |
3.1.
Stadju 1 : Valutazzjoni ta' l-informazzjoni
3.1.1. Il-valutazzjoni ta' l-informazzjoni kollha disponibbli għandha tinkludi:
3.1.2. Meta mhux possibbli li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn id-doża kwantitattiva (konċentrazzjoni) u r-rispons (effett), allura dan għandu jkun ġustifikat u għandha tiġi inkluża analiżi semi-kwantitattiva jew kwalitattiva.
3.1.3. L-informazzjoni kollha użata sabiex jiġu stmati l-effetti fi sfera ambjentali speċifika għandha tiġi preżentata fil-qosor, jekk possibbli fil-forma ta' tabella jew tabelli. Ir-riżultati relevanti tat-test (eż., LD50 jew NOEC) u l-kondizzjonijiet tat-test (eż., it-tul tat-test, ir-rotta ta' amministrazzjoni) u informazzjoni relevanti oħra għandha tiġi preżentata, f'unitajiet ta' kejl rikonoxxuti internazzjonalment għal dak l-effett.
3.1.4. L-informazzjoni kollha użata sabiex jiġu stmati l-konsegwenzi ambjentali tas-sustanza għandha tiġi preżentata fil-qosor, jekk possibbli fil-forma ta' tabella jew tabelli. Ir-riżultati relevanti tat-test u l-kondizzjonijiet tat-test u informazzjoni relevanti oħra għandhom jiġu preżentati, f'unitajiet rikonoxxuti internazzjonalment għal dak l-effett.
3.1.5. Jekk ikun disponibbli studju wieħed għandu jiġi preparat sommarju robust għal dak l-istudju. Fejn ikun hemm iżjed minn studju wieħed li jindirizza l-istess effett, l-istudju jew studji li jagħtu lok għall-akbar tħassib għandhom jintużaw sabiex tinġibed konklużjoni u għandu jiġi preparat sommarju robust ta' studju għal dak l-istudju jew studji u jiġi inkluż bħala parti mid-dossier tekniku. Is-sommarji robusti tad-data ewlenija kollha jkunu meħtieġa fl-istima tal-periklu. Jekk l-istudju jew studji li jagħtu lok għall-akbar tħassib ma jiġux użati, dan għandu jkun ġustifikat bi sħiħ u inklużi bħala parti mid-dossier tekniku, mhux biss għall-istudju li jkun użat iżda wkoll għall-istudji kollha li juru tħassib ikbar mill-istudju li jkun użat. Għal sustanzi fejn l-istudji kollha disponibbli ma jindikaw l-ebda periklu, għandha ssir valutazzjoni ġenerali tal-validità ta' l-istudji kollha.
3.2.
Stadju 2 : Klassifikazzjoni u Tikkettar
3.2.1. Il-klassifikazzjoni xierqa żviluppata skont il-kriterji fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha tiġi ppreżentata u ġġustifikata. Kwalunkwe fattur M li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi ppreżentat u, jekk dan ma jkunx inkluż fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandu jiġi ġġustifikat.
Il-preżentazzjoni u l-ġustifikazzjoni japplikaw għan-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni.
3.2.2. Jekk l-informazzjoni tkun inadegwata sabiex jiġi deċiż jekk sustanza, jew fejn applikabbli, in-nanoforom tagħha għandhomx jiġu kklassifikati għal klassi jew kategorija partikolari tal-periklu, ir-reġistrant għandu jindika u jiġġustifika l-azzjoni jew d-deċiżjoni li jkun ħa bħala riżultat.
3.3.
Stadju 3 : Identifikazzjoni tal-PNEC
3.3.1. Ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli, għandha tiġi stabbilita l-PNEC għal kull sfera ambjentali. Il-PNEC tista' tiġi kalkolata bl-applikazzjoni ta' fattur adatt ta' valutazzjoni lill-valuri ta' effett (eż. LC50 jew NOEC). Fattur ta' valutazzjoni jesprimi d-differenza bejn il-valuri ta' effetti derivati għal numru limitat ta' speċi mit-testijiet tal-laboratorji u l-PNEC għall-isfera ambjentali ( 33 ).
3.3.2. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi derivata l-PNEC, allura dan għandu jiġi dikjarat b'mod ċar u ġustifikat bi sħiħ.
4. STIMA PBT U vPvB
4.0. Introduzzjoni
4.0.1. L-objettiv ta' l-istima PBT u vPvB għandu jkun id-determinazzjoni jekk is-sustanza tissodisfax il-kriterji mogħtija fl-Anness XIII u jekk iva, il-karatterizzazzjoni ta' l-emissjonijiet potenzjali tas-sustanza. Ma jistgħux jiġu mwettqa stima tal-periklu skond it-Taqsimiet 1 u 3 ta' dan l-Anness li jindirizza l-effetti kollha fuq perjodu twil u l-istima ta' espożizzjoni fuq perjodu twil tal-bnedmin u ta' l-ambjent konformement mat-Taqsima 5 (Stima ta' espożizzjoni), stadju 2 (Stima ta' Espożizzjoni), bi kredibbiltà suffiċjenti għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji PBT u vPvB fl-Anness XIII. Għalhekk, tkun meħtieġa stima PBT u vPvB separata.
4.0.2. L-istima PBT u vPvB għandha tinkludi ż-żewġ stadji li ġejjin, li għandhom ikunu identifikati b'mod ċar bħala tali fil-Parti B, taqsima 8 tar-Rapport dwar is-Sigurtà Kimika. Il-valutazzjoni għandha tindirizza n-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni:
Pass 1 |
: |
Tqabbil mal-Kriterji |
Pass 2 |
: |
Karatterizzazzjoni tal-Emissjonijiet |
L-istima għandha tiġi wkoll sintetizzata fl-Iskeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza taħt l-intestatura 12.
4.1. Pass nru 1: Tqabbil mal-kriterju
Din il-parti tal-valutazzjoni PBT u vPvB għandha tinkludi t-tqabbil tal-informazzjoni disponibbli mal-kriterji mogħtija fit-Taqsima 1 tal-Anness XIII u dikjarazzjoni dwar jekk is-sustanza tissodisfax il-kriterji jew le. Il-valutazzjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-parti introduttorja tal-Anness XIII kif ukoll fit-Taqsimiet 2 u 3 ta' dak l-Anness.
4.2. Pass Nru 2: Karatterizzazzjoni tal-Emissjonijiet
Jekk is-sustanza tissodisfa l-kriterji jew titqies daqslikieku hija PBT jew vPvB fid-dossier tar-reġistrazzjoni, għandha ssir karatterizzazzjoni tal-emissjonijiet li tkun tinkludi l-partijiet rilevanti tal-istima tal-esponiment kif deskritt fit-taqsima 5. B'mod partikulari, għandha tinkludi stima tal-ammonti tas-sustanza rilaxxata lejn il-kompartamenti ambjentali differenti matul l-attivitajiet kollha li jwettaq il-manifattur jew l-importatur u l-użi kollha identifikati, kif ukoll identifikazzjoni tar-rotot li aktarx permezz tagħhom il-bniedem u l-ambjent ikunu esposti għas-sustanza. L-istima għandha tindirizza n-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni.
5. STIMA TA' ESPOŻIZZJONI
5.0. Introduzzjoni
L-għan tal-istima tal-esponiment għandu jkun li ssir stima kwantitattiva jew kwalitattiva tad-doża/konċentrazzjoni tas-sustanza li għaliha l-bniedem u l-ambjent ikunu jew jistgħu jkunu esposti. L-istima għandha tikkunsidra l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza li tirriżulta mill-manifattura u użi identifikati, u għandha tkopri kwalunkwe esponiment li jista' jkun relatat mal-perikli identifikati fit-taqsimiet 1 sa 4. Il-valutazzjoni għandha tindirizza n-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni. L-istima tal-esponiment għandha tikkonsisti miż-żewġ stadji li ġejjin, li għandhom jiġu identifikati b'mod ċar fir-Rapport dwar is-Sigurtà Kimika:
Stadju 1 |
: |
Il-ġenerazzjoni ta' xenarju jew xenarji ta' espożizzjoni jew l-identifikazzjoni ta' kategoriji relevanti ta' użu u espożizzjoni |
Stadju 2 |
: |
Stima ta' Espożizzjoni. |
Fejn meħtieġ u skond l-Artikolu 31, ix-xenarju ta' espożizzjoni għandu jkun ukoll inkluż f'anness ma' l-Iskeda ta' Data ta' Sigurtà.
5.1.
Stadju 1 : Żvilupp ta' xenarji ta' espożizzjoni
5.1.1. Għandhom jiġu ġenerati xenarji ta' espożizzjoni kif deskritt fit-Taqsimijiet 0.7 u 0.8. Ix-xenarji ta' espożizzjoni huma l-qalba tal-proċess għat-twettiq ta' valutazzjoni ta' sigurta' kimika. Il-proċess ta' valutazzjoni ta' sigurtà kimika jista' jkun iterattiv. L-ewwel valutazzjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni minima meħtieġa u dik kollha disponnibli dwar il-periklu u fuq l-istima ta' espożizzjoni li tikkorrispondi mal-presunzjonijiet inizjali dwar il-kondizzjonijiet operattivi u l-miżuri ta' maniġġar tar-riskji (xenarju ta' espożizzjoni inizjali). Jekk il-presunzjonijiet inizjali jwasslu għal karatterizzazzjoni ta' riskju li tindika li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mhumiex kontrollati b'mod adegwat, ikun meħtieġ li jitwettaq proċess iterattiv bl-emendament ta' fattur jew ta' numru ta' fatturi fl-istima tal-periklu jew ta' espożizzjoni bil-għan li jintwera kontroll adegwat. Ir-rifinitura ta' l-istima tal-periklu tista' tkun teħtieġ ġenerazzjoni ta' informazzjoni addizzjonali dwar il-periklu. Ir-rifinitura ta' stima ta' espożizzjoni tista' tinvolvi l-alterazzjoni adegwata tal-kondizzjonijiet operattivi jew ta' miżuri ta' mmaniġġar tar-riskji fix-xenarju ta' espożizzjoni jew stima aktar preċiża ta' espożizzjoni. Ix-xenarju ta' espożizzjoni, li jirriżulta mill-iterazzjoni finali (xenarju finali ta' espożizzjoni), għandu jiġi inkluż fir-Rapport tas-Sigurtà Kimika u mehmuż ma' l-iskeda ta' data ta' sigurtà skond l-Artikolu 31.
Ix-xenarju ta' espożizzjoni finali għandu jiġu preżentat taħt l-intestatura relevanti tar-rapport ta' sigurtà kimika u inkluż f'anness ma' l-iskeda ta' data ta' sigurtà, bl-użu ta' titolu qasir adatt li jagħti deskrizzjoni ġenerali qasira ta' l-użu, konsistenti ma' dawk mogħtija fl-Anness VI Taqsima 3.5. Ix-xenarji ta' espożizzjoni għandhom ikopru kwalunkwe manifattura fil-Komunità u l-użi identifikati kollha.
B'mod partikolari, xenarju ta' espożizzjoni jinkludi, fejn relevanti, deskrizzjoni ta':
5.1.2. Fejn manifattur, importatur jew utent “downstream” japplika għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal użu speċifiku, għandhom jiġu żviluppati xenarji ta' espożizzjoni biss għal dak l-użu u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja sussegwenti.
5.2.
Stadju 2 : Stima ta' espożizzjoni
5.2.1. L-espożizzjoni għandha tiġi stmata għal kull xenarju ta' espożizzjoni żviluppat u għandha tiġi preżentata taħt l-intestatura relevanti tar-rapport ta' sigurtà kimika u fejn meħtieġ u skond l-Artikolu 31, f'sommarju f'anness ma' l-Iskeda ta' Data ta' Sigurtà. L-istima ta' espożizzjoni tinkludi tliet elementi: (1) stima ta' emissjoni; (2) stima tad-destin kimiku u tal-passaġġi kimiċi; u (3) stima ta' livelli ta' espożizzjoni.
5.2.2. L-istima ta' emissjoni għandha tikkonsidra l-emissjonijiet matul il-partijiet kollha relevanti fiċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza li jirriżultaw mill-manifattura ta' kull wieħed mill-użi identifikati. L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li jirriżultaw mill-manifattura tas-sustanza jkopru, fejn relevanti, l-istadju ta' l-iskart. L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li jirriżultaw mill-użi identifikati jkopru, fejn relevanti, il-ħajja ta' servizz ta' oġġetti u l-istadju ta' l-iskart. L-istima ta' emissjoni għandha ssir taħt il-presunzjoni li l-miżuri ta' maniġġar tar-riskju u kondizzjonijiet operattivi deskritti fix-xenarju ta' espożizzjoni ġew implementati. ►M51 Fejn ir-reġistrazzjoni tkopri n-nanoforom, l-istima tal-emissjonijiet għal dawn, fejn rilevanti, għandha tqis sitwazzjonijiet fejn huma ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness XI, taqsima 3.2, punt (c). ◄
5.2.3. Għandha ssir karatterizzazzjoni ta' proċessi possibbli ta' degradazzjoni, trasformazzjoni jew reazzjoni, u għandha ssir ukoll stima tad-distribuzzjoni u d-destin ambjentali.
Fejn ir-reġistrazzjoni tkopri n-nanoforom, għandha tiġi inkluża karatterizzazzjoni tar-rata ta' taħlil, tal-aggregazzjoni tal-partikoli, tal-agglomerazzjoni u tal-bidliet fil-kimika tas-superfiċje tal-partikoli.
5.2.4. Għandha ssir stima tal-livelli ta' espożizzjoni għall-popolazzjonijiet umani kollha (ħaddiema, konsumaturi u bnedmin li jistgħu jkunu suġġetti għal espożizzjoni indiretta permezz ta' l-ambjent) u għall-isferi ambjentali li għalihom l-espożizzjoni għas-sustanza tkun magħrufa jew raġonevolment prevista. Kull rotta relevanti ta' espożizzjoni tal-bniedem (inalatorja, orali, dermali jew kombinati permezz tar-rotot u sorsi kollha relevanti ta' espożizzjoni) għandha tiġi indirizzata. Tali stimi għandhom jieħdu kont ta' varjazzjonijiet spazjali u temporali fil-karatteristiċi ta' l-espożizzjoni. B'mod partikolari, l-istima ta' espożizzjoni għandha tieħu kont ta':
5.2.5 Fejn tkun disponibbli data rappreżentattiva ta' espożizzjoni mkejla adegwatament, għandha tingħata lilha konsiderazzjoni speċjali meta ssir l-istima ta' espożizzjoni. Jistgħu jiġu wżati mudelli adegwati għall-istima tal-livelli ta' espożizzjoni. Tista' tiġi kunsidrata wkoll data relevanti ta' monitoraġġ minn sustanzi b'linji analogi ta' użu u ta' espożizzjoni jew bi proprjetajiet analogi.
6. KARATTERIZZAZZJONI TAR-RISKJI
6.1. Il-karatterizzazzjoni tar-riskji għandha titwettaq għal kull xenarju ta' espożizzjoni u għandha tiġi preżentata taħt l-intestatura relevanti fir-Rapport ta' Sigurtà Kimika.
6.2. Il-karatterizzazzjoni tar-riskji għandha tikkonsidra l-popolazzjonijiet tal-bniedem (esposti bħal ħaddiema, konsumaturi jew indirettament permezz ta' l-ambjent u jekk relevanti kombinazzjoni tagħhom) u l-isferi ambjentali li għalihom l-espożizzjoni għas-sustanza tkun magħrufa jew raġonevolment prevista, taħt il-presunzjoni li l-immaniġġar tar-riskji deskritt fix-xenarji ta' espożizzjoni fit-Taqsima preċedenti ġew implementanti. Barra minn hekk, ir-riskju ambjentali ġenerali kawżat mis-sustanza għandu jiġi rivedut billi jiġu integrati r-riżultati għar-rilaxxi, emissjonijiet u telf ġenerali mis-sorsi kollha lill-kompartimenti ambjentali kollha.
6.3. Il-karatterizzazzjoni tar-riskji tikkonsisti fi:
6.4. Għal kwalunkwe xenarju ta' espożizzjoni, ir-riskju għall-bnedmin u għall-ambjent jista' jiġi kunsidrat bħala kontrollat b'mod adegwat, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza li tirriżulta mill-manifattura jew mill-użi identifikati, jekk:
6.5. Għal dawk l-effetti fuq il-bnedmin u dawk l-isferi ambjentali li għalihom ma kienx possibbli li jiġu determinati DNEL jew PNEC, għandha titwettaq stima kwalitattiva tal-probabbiltà li jiġu evitati effetti meta jiġi implementat ix-xenarju ta' espożizzjoni.
Għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji PBT u vPvB, il-manifattur jew l-importatur għandu juża l-informazzjoni kif miksuba fit-Taqsima 5, Stadju 2 waqt li jimplementa fuq is-sit tiegħu, u jirrakkomanda lil utenti downstream, miżuri ta' maniġġar tar-riskji li jimminimizzaw l-espożizzjonijiet u l-emissjonijiet għal bnedmin u l-ambjent, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza li tirriżulta mill-manifattura jew użi identifikati.
7. FORMAT TAR-RAPPORT TA' SIGURTÀ KIMIKA
Ir-Rapport ta' Sigurtà Kimika għandu jinkludi l-intestaturi li ġejjin:
FORMAT TAR-RAPPORT TA' SIGURTÀ KIMIKA
PARTI A
1. SOMMARJU TA' MIŻURI TA' MANIĠĠAR TAR-RISKJI
2. DIKJARAZZJONI LI L-MIŻURI TA' MANIĠĠAR TAR-RISKJI HUMA IMPLEMENTATI
3. DIKJARAZZJONI LI ĠEW KOMUNIKATI MIŻURI TA' MANIĠĠAR TAR-RISKJI
PARTI B
1. IDENTITÀ TAS-SUSTANZA U L-PROPRJETAJIET FIŻIĊI U KIMIĊI
2. MANIFATTURA U UŻI
2.1. Manifattura
2.2. Użi identifikati
2.3. Użi li aħjar ma jsirux
3. KLASSIFIKAZZJONI U TIKKETTAR
4. PROPRJETAJIET TAD-DESTIN AMBJENTALI
4.1. Degradazzjoni
4.2. Distribuzzjoni ambjentali
4.3. Bijo-akkumulazzjoni
4.4. Avvelenament Sekondarju
5. STIMA TAL-PERIKLU GĦAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM
5.1. Tossikinetiċi (assorbiment, metaboliżmu, distribuzzjoni u eliminazzjoni)
5.2. Tossiċità akuta
5.3. Irritazzjoni
▼M10 —————
5.4. Korrużività
5.5. Sensitizzazzjoni
▼M10 —————
5.6. Tossiċità ta' dożi ripetuti
5.7. Mutaġeniċità fiċ-ċelloli ġerminali
5.8. Karċinoġeniċità
5.9. Tossiċità għar-riproduzzjoni
▼M10 —————
5.10. Effetti oħra
5.11. Derivazzjoni tad-DNEL(s)
6. STIMA TAL-PERIKLI GĦAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM TAL-PROPRJETAJIET FIŻIKOKIMIĊI
6.1. Splussività
6.2. Fjammabbiltà
6.3. Potenzjal ossidizzanti
7. STIMA TAL-PERIKLI GĦALL-AMBJENT
7.1. Kompartiment Akkwatiku (inkluż is-sediment)
7.2. Kompartiment Terrestri
7.3. Kompartiment Atmosferiku
7.4. Attività Mikrobijoloġika f'Sistemi ta' Trattament tad-Drenaġġ
8. STIMA PBT U vPvB
9. STIMA TA' L-ESPOŻIZZJONI
9.1. [Titolu ta' Xenarju ta' Espożizzjoni 1]
9.1.1. Xenarju ta' Espożizzjoni
9.1.2. Estimazzjoni ta' l-Espożizzjoni
9.2. [Titolu ta' Xenarju ta' Espożizzjoni 2]
9.2.1. Xenarju ta' Espożizzjoni
9.2.2. Estimazzjoni ta' l-Espożizzjoni
[eċċ.]
10. KARATTERIZZAZZJONI TAR-RISKJI
10.1. [Titolu ta' Xenarju ta' Espożizzjoni 1]
10.1.1. Saħħa tal-Bniedem
10.1.1.1. Ħaddiema
10.1.1.2. Konsumaturi
10.1.1.3. Espożizzjoni indiretta għall-bnedmin mill-ambjent
10.1.2. Ambjent
10.1.2.1. Kompartiment Akkwatiku (inkluż is-Sediment)
10.1.2.2. Kompartiment Terrestri
10.1.2.3. Kompartiment Atmosferiku
10.1.2.4. Attività Mikrobijoloġika f'Sistemi ta' Trattament tad-Drenaġġ
10.2. [Titolu ta' Xenarju ta' Espożizzjoni 2]
10.2.1. Saħħa tal-Bniedem
10.2.1.1. Ħaddiema
10.2.1.2. Konsumaturi
10.2.1.3. Espożizzjoni indiretta għall-bnedmin mill-ambjent
10.2.2. Ambjent
10.2.2.1. Kompartiment Akkwatiku (inkluż is-Sediment)
10.2.2.2. Kompartiment Terrestri
10.2.2.3. Kompartiment Atmosferiku
10.2.2.4. Attività Mikrobijoloġika f'Sistemi ta' Trattament tad-Drenaġġ
[eċċ.]
10.x. Espożizzjoni ġenerali (kombinata għas-sorsi kollha relevanti ta' emissjonijiet/rilaxx)
10.x.1. Saħħa tal-bniedem (kombinata għar-rotot kollha ta' espożizzjoni)
10.x.1.1
10.x.2. Ambjent (kombinat għas-sorsi kollha ta' emissjoni)
10.x.2.1
ANNESS II
REKWIŻITI GĦALL-KOMPILAZZJ-ONI TAL-ISKEDI TA’ DATA TA’ SIGURTÀ
PARTI A
0.1. Introduzzjoni
0.1.1. Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti li l-fornitur għandu jilħaq għall-kompilazzjoni ta’ skeda ta’ data ta’ sigurtà li tingħata għal sustanza jew għal taħlita skont l-Artikolu 31.
0.1.2. L-informazzjoni dwar is-sustanzi mogħtija fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni fir-reġistrazzjoni u fir-rapport ta’ sigurtà kimika, meta dan ikun meħtieġ. Fil-każ li jitlesta rapport ta’ sigurtà kimika, ix-xenarju(i) rilevanti tal-esponiment għandhom jitqiegħdu f’anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
0.1.3. F’kull taqsima rilevanti, l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha ssemmi jekk tkoprix nanoforom differenti u liema minnhom, u għandha torbot l-informazzjoni tas-sikurezza rilevanti ma’ kull waħda minn dawk in-nanoforom. Kif previst fl-Anness VI, it-terminu “nanoforma” f’dan l-Anness jirreferi għal nanoforma jew għal sett ta’ nanoforom simili.
0.2. Rekwiżiti ġenerali għat-tfassil ta’ skeda ta’ data ta’ sigurtà
0.2.1. L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tippermetti li l-utenti jieħdu l-miżuri meħtieġa relatati mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-bniedem, u mal-ħarsien tal-ambjent. Min jimla l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandu jagħti kas li skeda ta’ data ta’ sigurtà trid tgħarraf lil min jaqraha bil-perikli ta’ sustanza jew ta’ taħlita u trid tagħti informazzjoni dwar il-ħażna, il-ġestjoni u r-rimi bla periklu tas-sustanza jew tat-taħlita.
0.2.2. L-informazzjoni mogħtija fl-iskedi ta’ data ta’ sigurtà għandha wkoll tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 98/24/KE. B’mod partikolari, mill-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, min iħaddem għandu jkun jista’ jiddetermina jekk fuq il-post tax-xogħol hemmx xi aġenti kimiċi perikolużi, u jkun jista’ jistma kwalunkwe riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema meta dawn jintużaw.
0.2.3. L-informazzjoni fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun miktuba b’mod ċar u konċiż. L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha titħejja minn persuna kompetenti li tqis ir-rekwiżiti u l-għarfien speċifiċi tal-utenti indirizzati, sa fejn dawn ikunu magħrufa. Il-fornituri ta’ sustanzi u ta’ taħlitiet għandhom jiżguraw li dawn il-persuni kompetenti jkunu ħadu taħriġ xieraq, inkluż taħriġ ta’ aġġornament.
0.2.4. Il-lingwaġġ użat fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandu jkun sempliċi, ċar u preċiż, b’mod li jevita l-lingwaġġ speċjalizzat, l-akronimi u t-taqsiriet. Ma għandhomx jintużaw dikjarazzjonijiet bħal “jista’ jkun perikoluż”, “mingħajr effetti fuq is-saħħa”, “bla periklu fil-biċċa l-kbira tal-kundizzjonijiet ta’ użu” jew “bla periklu” jew xi dikjarazzjoni oħra li tindika li s-sustanza jew it-taħlita mhix perikoluża jew xi dikjarazzjoni oħra li tkun inkonsistenti mal-klassifikazzjoni ta’ dik is-sustanza jew ta’ dik it-taħlita.
0.2.5. Id-data tal-kumpilazzjoni tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tinkiteb fl-ewwel paġna. Meta skeda ta’ data ta’ sigurtà tkun ġiet riveduta u l-verżjoni l-ġdida u riveduta tingħata lill-benefiċjarji, il-bidliet għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-benefiċjarji għat-Taqsima 16 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, sakemm dawn ma jkunux ġew indikati band’oħra. Għall-iskedi ta’ data ta’ sigurtà riveduti, fl-ewwel paġna għandha tidher id-data tal-kumpilazzjoni identifikata bħala “Reviżjoni: (id-data)”, flimkien ma’ indikazzjoni waħda jew aktar dwar liema verżjoni hija sostitwita, pereżempju n-numru tal-verżjoni, in-numru tar-reviżjoni, jew id-data ta’ sostituzzjoni.
0.3. Format tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà
0.3.1. L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà ma għandhiex tul fiss. It-tul tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandu jkun proporzjonat mal-periklu tas-sustanza jew tat-taħlita u mal-informazzjoni disponibbli.
0.3.2. Il-paġni kollha ta’ skeda ta’ data ta’ sigurtà, inkluż kull anness, għandhom ikunu numerati u għandu jkollhom indikazzjoni tat-tul tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà (pereżempju “paġna 1 minn 3”) jew indikazzjoni dwar jekk hemmx paġna wara (pereżempju “Ikompli fil-paġna li ġejja” jew “Tmiem l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà”).
0.4. Kontenut tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà
L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Anness għandha tiġi inkluża fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, meta applikabbli u disponibbli, fis-subtaqsimiet rilevanti stipulati fil-Parti B. L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà ma għandux ikollha subtaqsimiet vojta.
0.5. Rekwiżiti oħra ta’ informazzjoni
Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ proprjetajiet tas-sustanzi u tat-taħlitiet, f’xi każijiet jista’ jkun meħtieġ li tiġi inkluża informazzjoni rilevanti addizzjonali u disponibbli fis-subtaqsimiet rilevanti.
L-informazzjoni addizzjonali ta’ sigurtà u dwar l-ambjent hija meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-baħħara u ta’ ħaddiema oħra tat-trasport bl-ingrossa ta’ oġġetti perikolużi bil-baħar jew fuq passaġġi tal-ilma interni jew fuq bastimenti tat-tankijiet permezz tal-passaġġi tal-ilma interni soġġetti għar-regolamenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) jew għal regolamenti nazzjonali. Is-subtaqsima 14.7 tirrakkomanda l-inklużjoni ta’ informazzjoni bażika dwar il-klassifikazzjoni meta dawn it-tipi ta’ merkanzija jkunu trasportati bl-ingrossa skont l-istrumenti rilevanti tal-OMI. Barra minn hekk, il-bastimenti li jġorru ż-żejt jew il-fjuwil taż-żejt, kif definit fl-Anness I tal-MARPOL ( 34 ), jew il-fjuwil taż-żejt għar-riforniment tal-bastimenti, huma meħtieġa li qabel ma jgħabbu jkollhom “skeda ta’ data ta’ sigurtà tal-materjali” skont ir-riżoluzzjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza Marittima (l-MSC) tal-OMI “Recommendations for Material Safety Data Sheets (MSDS) for MARPOL Annex I Oil Cargo and Oil Fuel” (MSC.286(86)). Għalhekk, sabiex ikun hemm skeda ta’ data ta’ sigurtà unika u armonizzata għall-użu marittimu kif ukoll għal dak mhux marittimu, meta jkun xieraq jistgħu jiddaħħlu fl-iskedi ta’ data ta’ sigurtà d-dispożizzjonijiet addizzjonali tar-Riżoluzzjoni MSC.286(86) għat-trasport marittimu tal-merkanziji u ż-żjut tal-fjuwil marini tal-Anness I tal-MARPOL.
0.6. Unitajiet
Għandhom jintużaw l-unitajiet ta’ kejl kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ( 35 ).
0.7. Każijiet speċjali
L-iskedi ta’ data ta’ sigurtà għandhom ikunu meħtieġa wkoll għall-każijiet speċjali elenkati fil-paragrafu 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li għalihom hemm derogi tat-tikkettar.
1. TAQSIMA 1: Identifikazzjoni tas-sustanza/tat-taħlita u tal-kumpanija/tal-impriża
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tippreskrivi l-mod kif għandha tiġi identifikata s-sustanza jew it-taħlita u l-mod kif l-użi rilevanti identifikati, l-isem tal-fornitur tas-sustanza jew tat-taħlita u l-informazzjoni bid-dettalji tal-kuntatt tal-fornitur tas-sustanza jew tat-taħlita inkluż kuntatt ta’ emerġenza għandhom jingħataw fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
1.1. Identifikatur tal-prodott
Fil-każ ta’ sustanza, l-identifikatur tal-prodott għandu jingħata skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, filwaqt li fil-każ ta’ taħlita dan għandu jingħata skont l-Artikolu 18(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif stipulat fit-tikketta bl-ilsna uffiċjali tal-Istati Membri fejn is-sustanza jew it-taħlita titqiegħed fis-suq, sakemm l-Istati Membri konċernati ma jistipulawx mod ieħor.
Għas-sustanzi soġġetti għar-reġistrazzjoni, l-identifikatur tal-prodott għandu jkun konsistenti ma’ dak provdut fir-reġistrazzjoni u għandu jiġi indikat ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni assenjat skont l-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-Regolament. Jistgħu jingħataw identifikaturi addizzjonali wkoll jekk ma jkunux intużaw fir-reġistrazzjoni.
Mingħajr ma jintlaqtu l-obbligi tal-utenti downstream stipulati fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, fornitur li huwa distributur jew utent downstream jista’ jħalli barra dik il-parti tan-numru tar-reġistrazzjoni li tirreferi għar-reġistrant individwali ta’ sottomissjoni konġunta, bil-kundizzjoni li:
dan il-fornitur jerfa’ r-responsabilità li jagħti n-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ malli jintalab għal skopijiet ta’ infurzar jew, jekk in-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ ma jkunx disponibbli għalih, li jibgħat it-talba lill-fornitur tiegħu skont il-punt (b); u
dan il-fornitur jipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-infurzar (“l-awtorità tal-infurzar”) fi żmien sebat (7) ijiem malli jintalab, jew direttament mingħand l-awtorità tal-infurzar inkella mingħand id-destinatarju tiegħu, jew jekk in-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ mhuwiex disponibbli għalih, dan il-fornitur għandu jgħaddi t-talba lill-fornitur tiegħu fi żmien sebat (7) ijiem minn meta tasallu t-talba u fl-istess waqt jinforma lill-awtorità tal-infurzar b’dan.
Tista’ tingħata skeda ta’ data ta’ sigurtà waħda li tkun tkopri aktar minn sustanza jew taħlita waħda diment li l-informazzjoni f’dik l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għal kull waħda minn dawk is-sustanzi jew taħlitiet.
Meta forom differenti ta’ sustanza jkunu koperti minn skeda ta’ data ta’ sigurtà waħda, għandha tiġi inkluża l-informazzjoni rilevanti li tindika b’mod ċar liema informazzjoni hija relatata ma’ liema forma. Inkella tista’ titħejja skeda ta’ data ta’ sigurtà separata għal kull forma jew għal kull grupp ta’ forom.
Meta l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tkun tappartjeni għal nanoforma waħda jew iktar, jew għal sustanzi li jinkludu n-nanoforom, dan għandu jiġi indikat billi tintuża l-kelma “nanoforma”.
Mezzi oħra ta’ identifikazzjoni
Jistgħu jingħataw ismijiet jew sinonimi oħra li s-sustanza jew it-taħlita tkun tikkettata bihom jew tkun magħrufa l-aktar bihom.
Meta taħlita jkollha identifikatur uniku tal-formula (UFI) skont it-Taqsima 5 tal-Parti A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u dak l-identifikatur uniku tal-formula huwa indikat fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, f’dak il-każ il-UFI għandu jingħata f’din is-subtaqsima.
1.2. Użi rilevanti identifikati tas-sustanza jew tat-taħlita u użi mhux rakkomandati
Mill-inqas għandha tiġi indikata deskrizzjoni qasira tal-użi identifikati (pereżempju t-tindif tal-art, jew l-użu industrijali fil-produzzjoni tal-polimeri, jew l-użu professjonali fl-aġenti tat-tindif) li huma pertinenti għar-riċevitur(i) tas-sustanza jew tat-taħlita.
Meta jkun japplika, għandhom jiġu dikjarati l-użi li l-fornitur iwissi kontrihom u r-raġunijiet għaliex iwissi kontrihom. Din mhemmx għalfejn tkun lista eżawrjenti.
Meta jkun meħtieġ rapport ta’ sigurtà kimika, l-informazzjoni f’din is-subtaqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun konsistenti mal-użi identifikati fir-rapport ta’ sigurtà kimika u x-xenarji tal-esponiment mir-rapport ta’ sigurtà kimika stipulat fl-anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
1.3. Dettalji tal-fornitur tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà
Il-fornitur tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandu jiġi identifikat, kemm jekk huwa l-manifattur, l-importatur, l-uniku rappreżentant, l-utent downstream jew id-distributur. Għandhom jingħataw ukoll l-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefown tal-fornitur kif ukoll l-indirizz elettroniku ta’ persuna kompetenti responsabbli mill-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
Barra minn hekk, jekk il-fornitur ma jkunx jinsab fl-Istat Membru fejn is-sustanza jew it-taħlita titqiegħed fis-suq u dan ikun innomina persuna responsabbli għal dak l-Istat Membru, għandhom jingħataw l-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefown ta’ dik il-persuna responsabbli.
Meta jkun inħatar rappreżentant uniku, jistgħu jingħataw ukoll id-dettalji tal-manifattur jew tal-formulatur li mhuwiex fl-Unjoni.
Għar-reġistranti, l-informazzjoni dwar il-fornitur tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà u, jekk tkun ipprovduta, dwar il-fornitur tas-sustanza jew tat-taħlita, għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni dwar l-identità tal-manifattur, tal-importatur jew tal-uniku rappreżentant mogħtija fir-reġistrazzjoni.
1.4. Numru tat-telefown ta’ emerġenza
Għandhom jingħataw referenzi għas-servizzi ta’ informazzjoni ta’ emerġenza. Jekk ikun hemm korp konsultattiv uffiċjali fl-Istat Membru fejn is-sustanza jew it-taħlita titqiegħed fis-suq (dan jista’ jkun il-korp responsabbli li jirċievi informazzjoni relatata mas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008), għandu jingħata n-numru tat-telefown tiegħu u dan għandu jkun biżżejjed. Jekk id-disponibilità ta’ servizzi bħal dawn tkun limitata għal xi raġunijiet, bħas-sigħat tal-operat, jew jekk ikun hemm limiti fuq tipi speċifiċi ta’ informazzjoni mogħtija, dan għandu jiġi dikjarat b’mod ċar.
2. TAQSIMA 2: Identifikazzjoni tar-riskji
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tiddeskrivi l-perikli tas-sustanza jew tat-taħlita u l-informazzjoni xierqa ta’ twissija assoċjata ma’ dawk il-perikli.
2.1. Klassifikazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita
Għandha tingħata l-klassifikazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita li tirriżulta meta jiġu applikati l-kriterji tal-klassifikazzjoni li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Meta l-fornitur ikun innotifika l-informazzjoni fir-rigward tas-sustanza għall-inventarju tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew ikun ta l-informazzjoni bħala parti minn reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament, il-klassifikazzjoni mogħtija fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun l-istess bħall-klassifikazzjoni mogħtija f’dik in-notifika jew f’dik ir-reġistrazzjoni.
Jekk it-taħlita ma tkunx tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar.
L-informazzjoni dwar is-sustanzi fit-taħlita hija mogħtija fis-subtaqsima 3.2.
Jekk il-klassifikazzjoni, inkluż id-dikjarazzjonijiet tal-periklu, ma tkunx inkitbet b’mod sħiħ, għandha ssir referenza għat-Taqsima 16, fejn għandu jingħata t-test sħiħ ta’ kull klassifikazzjoni, inkluż kull dikjarazzjoni tal-periklu.
Għandhom jiġu elenkati l-aktar effetti fiżiċi, sanitarji u ambjentali avversi importanti skont it-Taqsimiet 9 sa 12 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, b’tali mod li min ma jkunx espert fil-qasam xorta jkun jista’ jidentifika l-perikli tas-sustanza jew tat-taħlita.
2.2. Elementi fuq it-tikketta
Abbażi tal-klassifikazzjoni, tal-inqas l-elementi li ġejjin għandhom jidhru fuq it-tikketta skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008: pittogramma(i) tal-perikli, kelma/kliem ta’ sinjal, dikjarazzjoni(jiet) tal-periklu u dikjarazzjoni(jiet) ta’ prekawzjoni. Riproduzzjoni grafika tal-pittogramma sħiħa tal-perikli bl-iswed fuq l-abjad jew riproduzzjoni grafika tas-simbolu biss jistgħu jiġu sostitwiti bil-pittogramma bil-kulur prevista fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
L-elementi applikabbli fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont l-Artikolu 25(1) sa (6) u mal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
2.3. Perikli oħrajn
Għandha tingħata informazzjoni dwar jekk is-sustanza tissodisfax il-kriterji bħala persistenti, bijoakkumulattiva u tossika jew persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna skont l-Anness XIII, dwar jekk is-sustanza ġietx inkluża fil-lista stabbilità skont l-Artikolu 59(1) billi jkollha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, u dwar jekk is-sustanza hijiex identifikata bħala sustanza li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 ( 36 ) jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 ( 37 ). Għal taħlita, għandha tingħata l-informazzjoni għal kull tali sustanza li jkun hemm fit-taħlita f’konċentrazzjoni ugwali jew akbar minn 0,1 % skont il-piż.
Għandha tingħata informazzjoni dwar perikli oħra li ma jirriżultawx fil-klassifikazzjoni iżda li jistgħu jikkontribwixxu għall-perikli globali tas-sustanza jew tat-taħlita, bħalma huma l-formazzjoni ta’ elementi li jniġġsu l-arja waqt it-twebbis jew l-ipproċessar, il-ħolqien ta’ trab, proprjetajiet splussivi li ma jissodisfawx il-kriterji tal-klassifikazzjoni tal-parti 2, it-Taqsima 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, perikli ta’ splużjoni tat-trab, transensitizzazzjoni, soffokazzjoni, iffriżar, potenza elevata tar-riħa jew tat-togħma, jew effetti ambjentali bħal perikli għall-organizmi li jgħixu fil-ħamrija, jew il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ ożonu fotokimiku. Id-dikjarazzjoni “Jekk tixxerred, tista’ tifforma taħlita ta’ trab splussiv fl-arja” hija xierqa fil-każ ta’ periklu ta’ splużjoni tat-trab.
3. TAQSIMA 3: Kompożizzjoni/informazzjoni dwar l-ingredjenti
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi l-identità kimika tal-ingredjenti tas-sustanza jew tat-taħlita, inkluż l-impuritajiet u l-addittivi ta’ stabilità kif stipulat hawn taħt. Għandha tiġi indikata informazzjoni tas-sikurezza xierqa u disponibbli dwar il-kimika tas-superfiċje.
3.1. Sustanzi
L-identità kimika tal-kostitwent ewlieni tas-sustanza għandha tingħata billi tal-inqas jingħata l-identifikatur tal-prodott jew wieħed mill-mezzi l-oħra ta’ identifikazzjoni mogħtija fis-subtaqsima 1.1.
Għandha tingħata l-identità kimika ta’ kwalunkwe impurità, addittiv ta’ stabbilizzazzjoni jew kostitwent individwali ieħor minbarra l-kostitwent ewlieni, li dan stess huwa klassifikat u li jikkontribwixxi għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi kif ġej:
l-identifikatur tal-prodott skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
fil-każ li l-identifikatur tal-prodott ma jkunx disponibbli, wieħed mill-ismijiet l-oħra (l-isem tas-soltu, l-isem kummerċjali, taqsira) jew in-numri ta’ identifikazzjoni.
Il-limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku, il-fattur-M u l-istima tat-tossiċità akuta għas-sustanzi inklużi fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew determinati skont l-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu indikati, jekk ikunu disponibbli.
Jekk is-sustanza tkun reġistrata u tkopri nanoforma, għandhom jiġu indikati l-karatteristiċi tal-partikuli li jispeċifikaw in-nanoforma, kif deskritt fl-Anness VI.
Jekk is-sustanza ma tkunx reġistrata, iżda l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tkun tkopri n-nanoforom, li l-karatteristiċi tal-partikuli tagħhom ikollhom impatt fuq is-sikurezza tas-sustanza, dawk il-karatteristiċi għandhom jiġu indikati.
Il-fornituri tas-sustanzi jistgħu jagħżlu li jelenkaw ukoll il-kostitwenti kollha, inkluż dawk mhux klassifikati.
Din is-subtaqsima tista’ tintuża wkoll biex tagħti informazzjoni dwar sustanzi multikostitwenti.
3.2. Taħlitiet
Għandhom jingħataw l-identifikatur tal-prodott, il-konċentrazzjoni jew il-firxiet ta’ konċentrazzjoni tal-inqas għas-sustanzi kollha msemmija fil-punti 3.2.1 jew 3.2.2. Il-fornituri tat-taħlitiet jistgħu jagħżlu li minbarra dawn, jelenkaw is-sustanzi kollha fit-taħlita, inkluż is-sustanzi li ma jikkonformawx mal-kriterji għall-klassifikazzjoni. L-informazzjoni għandha tippermetti li d-destinatarju jidentifika faċilment il-perikli tas-sustanzi fit-taħlita. Il-perikli tat-taħlita stess għandhom jingħataw fit-Taqsima 2.
Il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi f’taħlita għandhom jiġu deskritti b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
il-perċentwali eżatti f’ordni dekrexxenti skont il-massa jew il-volum, jekk dan ikun possibbli teknikament;
il-firxiet tal-perċentwali f’ordni dekrexxenti skont il-massa jew il-volum, jekk dan ikun possibbli teknikament.
Meta tintuża firxa ta’ perċentwali, jekk l-effetti tat-taħlita fit-totalità tagħha ma jkunux disponibbli, il-perikli għas-saħħa u għall-ambjent għandhom jiddeskrivu l-effetti tal-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ kull ingredjent.
Jekk l-effetti tat-taħlita fit-totalità tagħha jkunu disponibbli, il-klassifikazzjoni determinata minn din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-Taqsima 2.
Meta l-użu ta’ isem kimiku alternattiv ikun permess skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, dak l-isem jista’ jintuża.
3.2.1. Għal taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, is-sustanzi li ġejjin (ara wkoll it-Tabella 1.1) għandhom jiġu indikati, flimkien mal-konċentrazzjoni jew mal-firxa tal-konċentrazzjoni tagħhom fit-taħlita:
is-sustanzi li jippreżentaw periklu għas-saħħa jew għall-ambjent fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jekk dawn ikunu preżenti f’konċentrazzjonijiet ugwali jew akbar mill-inqas wieħed fost xi waħda minn dawn li ġejjin:
il-valuri ta’ limitu ġeneriċi stipulati fit-Tabella 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
il-limiti ġeneriċi ta’ konċentrazzjoni mogħtija fil-partijiet 3 sa 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2008, filwaqt li jitqiesu l-konċentrazzjonijiet speċifikati fin-noti għal ċerti tabelli fil-parti 3 b’rabta mal-obbligu li meta tintalab, trid issir disponibbli skeda ta’ data ta’ sigurtà għat-taħlita, u għall-periklu mill-aspirazzjoni (it-Taqsima 3.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008) ≥ 1 %;
il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi mogħtija fil-parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
jekk ikun ingħata fattur M (fattur multiplikanti) fil-parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-valur ta’ limitu ġeneriku fit-Tabella 1.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, aġġustat bl-użu tal-kalkolu stabbilit fit-Taqsima 4.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament;
il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi mogħtija lill-inventarju tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
wieħed minn għaxra tal-limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku għal sustanza klassifikata bħala sensitizzatur tal-ġilda jew sensitizzatur respiratorju b’limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku;
il-limiti ta’ konċentrazzjoni stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
jekk ikun ingħata fattur M lill-inventarju tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-valur ta’ limitu ġeneriku fit-Tabella 1.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, aġġustat bl-użu tal-kalkolu stipulat fit-Taqsima 4.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
is-sustanzi li għalihom ikun hemm limiti tal-Unjoni tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol, li ma jkunux diġà inklużi fil-punt (a);
bil-kundizzjoni li l-konċentrazzjoni ta’ sustanza individwali tkun 0,1 % jew aktar, is-sustanzi li jissodisfaw xi wieħed mill-kriterji li ġejjin:
Tabella 1.1
Lista tal-klassijiet tal-periklu, tal-kategoriji tal-periklu u tal-limiti ta’ konċentrazzjoni li għalihom sustanza għandha tiġi elenkata bħala sustanza f’taħlita tas-subtaqsima 3.2.1
Klassi u kategorija tal-periklu |
Limitu ta’ konċentrazzjoni (%) |
Tossiċità akuta, il-kategorija 1, 2 u 3 |
≥ 0,1 |
Tossiċità akuta, il-kategorija 4 |
≥ 1 |
Korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda, il-kategorija 1, il-kategoriji 1 A, 1B, 1C u l-kategorija 2 |
≥ 1 |
Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn, il-kategorija 1 u 2 |
≥ 1 |
Sensitizzatur respiratorju tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 1B |
≥ 0,1 |
Sensitizzatur respiratorju tal-kategorija 1 A |
≥ 0,01 |
Sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 1B |
≥ 0,1 |
Sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 A |
≥ 0,01 |
Mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategoriji 1 A u1B |
≥ 0,1 |
Mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 2 |
≥ 1 |
Karċinoġeniċità tal-kategoriji 1 A, 1B u 2 |
≥ 0,1 |
Tossiċità riproduttiva tal-kategorija 1 A, 1B, 2 u effetti fuq jew permezz tat-treddigħ |
≥ 0,1 |
Tossicità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) — esponiment ta’ darba tal-kategoriji 1, 2 u 3 |
≥ 1 |
Tossicità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) — esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2 |
≥ 1 |
Tossiċità mill-aspirazzjoni |
≥ 1 |
Perikoluża għall-ambjent akkwatiku — Akuta, il-kategorija 1 |
≥ 0,1 |
Perikoluża għall-ambjent akkwatiku — Kronika, il-kategorija 1 |
≥ 0,1 |
Perikoluża għall-ambjent akkwatiku — Kronika, il-kategoriji 2, 3 u 4 |
≥ 1 |
Perikoluża għas-saff tal-ożonu |
≥ 0,1 |
3.2.2. Għal taħlita li ma tissodisfax il-kriterji għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għandhom jiġu indikati s-sustanzi preżenti f’konċentrazzjoni individwali li tkun ugwali jew akbar mill-konċentrazzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-konċentrazzjoni tagħhom jew il-firxa ta’ konċentrazzjoni tagħhom:
1 % skont il-piż f’taħlitiet mhux gassużi u 0,2 % mil-lat ta’ volum f’taħlitiet gassużi għal:
sustanzi li jippreżentaw periklu għas-saħħa jew għall-ambjent fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008; jew
sustanzi li għalihom ġew assenjati limiti tal-Unjoni tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol;
0,1 % skont il-piż għas-sustanzi li jissodisfaw xi wieħed mill-kriterji li ġejjin:
0,1 % ta’ sustanza klassifikata bħala sensitizzatur tal-ġilda kategorija 1 jew 1B, sensitizzatur respiratorju tal-kategorija 1 jew, 1B, jew karċinoġenika tal-kategorija 2;
0,01 % ta’ sustanza klassifikata bħala sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 A jew bħala sensitizzatur respiratorju tal-kategorija 1 A;
wieħed minn għaxra tal-limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku għal sustanza klassifikata bħala sensitizzatur tal-ġilda jew sensitizzatur respiratorju b’limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku;
0,1 % tas-sustanza klassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategoriji 1 A, 1B jew 2, jew b’effetti fuq jew permezz tat-treddigħ.
3.2.3. Għas-sustanzi indikati fis-subtaqsima 3.2.:
3.2.4. Għas-sustanzi indikati fis-subtaqsima 3.2 għandhom jingħataw l-isem u, jekk ikun disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni, kif assenjat skont l-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-Regolament.
Mingħajr ma taffettwa l-obbligi tal-utenti downstream stipulati fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, il-parti tan-numru tar-reġistrazzjoni li tirreferi għar-reġistrant individwali ta’ sottomissjoni konġunta tista’ titħalla barra mill-fornitur tat-taħlita bil-kundizzjoni li:
dan il-fornitur jerfa’ r-responsabilità li jagħti n-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ malli jintalab għal skopijiet ta’ infurzar jew, jekk in-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ ma jkunx disponibbli għalih, li jibgħat it-talba lill-fornitur tiegħu skont il-punt (b); u
dan il-fornitur jipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni sħiħ lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-infurzar (minn issa ’l quddiem “l-awtorità tal-infurzar”) fi żmien sebat ijiem malli jintalab, jew direttament mill-awtorità tal-infurzar inkella mid-destinatarju tiegħu, jew jekk in-numru tar-reġsitrazzjoni sħiħ mhuwiex disponibbli għalih, dan il-fornitur għandu jgħaddi t-talba lil fornitur tiegħu fi żmien sebat ijiem minn meta tasallu t-talba u fl-istess waqt jinforma l-awtorità tal-infurzar b’dan.
Għandu jingħata n-numru KE, jekk disponibbli, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. jistgħu jingħataw ukoll in-numru CAS u l-isem IUPAC, jekk dawn ikunu disponibbli.
Għas-sustanzi indikati f’din is-subtaqsima permezz ta’ isem kimiku alternattiv skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, in-numru tar-reġistrazzjoni, in-numru KE u identifikaturi kimiċi preċiżi oħra mhumiex neċessarji.
4. TAQSIMA 4: Miżuri tal-ewwel għajnuna
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi l-ewwel kura b’tali mod li tista’ tinftiehem u tista’ tingħata minn persuna mhux imħarrġa mingħajr l-użu ta’ tagħmir sofistikat u mingħajr id-disponibilità ta’ għażla wiesgħa ta’ medikamenti. Jekk ikun hemm bżonn attenzjoni medika, l-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw dan, inkluż l-urġenza tagħha.
4.1. Deskrizzjoni tal-miżuri tal-ewwel għajnuna
4.1.1. L-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna għandhom jingħataw skont il-modi ta’ esponiment rilevanti. Għandhom jintużaw subdiviżjonijiet biex jindikaw il-proċedura għal kull mod, pereżempju l-ġbid man-nifs, il-ġilda, l-għajnejn jew l-inġestjoni.
4.1.2. Għandu jingħata parir dwar jekk:
ikunx hemm bżonn attenzjoni medika immedjata u jekk wieħed jistax jistenna effetti tardjati wara l-esponiment;
huwiex rakkomandat il-moviment tal-individwu espost miż-żona għall-apert;
humiex rakkomandati t-tneħħija u t-trattament tal-ilbies u ż-żraben mill-individwu; u
huwiex rakkomandat tagħmir ta’ protezzjoni personali għall-persuni li qed jagħtu l-ewwel għajnuna.
4.2. Sintomi u effetti prinċipali, kemm akuti kif ukoll tardjati
Għandha tingħata informazzjoni fil-qosor dwar is-sintomi u l-effetti prinċipali, kemm akuti kif ukoll tardjati, minħabba l-esponiment.
4.3. Indikazzjoni ta’ xi attenzjoni medika immedjata u trattament speċjali meħtieġa
Meta jkun xieraq, għandha tingħata informazzjoni dwar l-ittestjar kliniku u s-sorveljanza medika għall-effetti tardjati, dettalji speċifiċi dwar l-antidoti (meta dawn ikunu magħrufa) u l-kontraindikazzjonijiet.
Għal xi sustanzi jew taħlitiet, jista’ jkun importanti li jiġi enfasizzat li fuq il-post tax-xogħol għandhom ikunu disponibbli mezzi speċjali biex jingħata trattament speċifiku u immedjat.
5. TAQSIMA 5: Miżuri għat-tifi tan-nar
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi r-rekwiżiti għat-tifi tan-nar ikkawżat mis-sustanza jew mit-taħlita, jew li jseħħ fil-viċinanza tagħha.
5.1. Mezzi għat-tifi tan-nar
Mezzi xierqa għat-tifi tan-nar:
Għandha tingħata informazzjoni dwar il-mezzi adattati għat-tifi tan-nar.
Mezzi mhux xierqa għat-tifi tan-nar:
Għandhom jingħataw indikazzjonijiet jekk hemmx xi mezzi għat-tifi tan-nar li mhumiex adattati għal sitwazzjoni partikolari li tinvolvi s-sustanza jew it-taħlita (eż. jiġu evitati l-mezzi ta’ pressjoni għolja li jistgħu jikkawżaw il-formazzjoni ta’ taħlita ta’ trab potenzjalment splussiv fl-arja).
5.2. Perikli speċifiċi li joriġinaw mis-sustanza jew mit-taħlita
Għandha tingħata informazzjoni dwar perikli li jistgħu joriġinaw mis-sustanza jew mit-taħlita, bħalma huma prodotti perikolużi ta’ kombustjoni li jiffurmaw meta s-sustanza jew it-taħlita tinħaraq, pereżempju “jekk tinħaraq, tista’ tipproduċi dħaħen tossiċi ta’ monossidu tal-karbonju” jew “tipproduċi ossidi tal-kubrit u nitroġenu f’każ ta’ kombustjoni”.
5.3. Parir lill-pumpiera
Għandu jingħata parir dwar kwalunkwe azzjoni protettiva li trid tittieħed waqt it-tifi tan-nar, pereżemju “il-kontenituri għandhom jinżammu friski bi sprej tal-ilma”, u dwar tagħmir ta’ protezzjoni speċjali għall-pumpiera, bħalma huma l-bwiez, l-overalls, l-ingwanti, il-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ u l-apparat biex tieħu n-nifs.
6. TAQSIMA 6: Miżuri għar-rilaxx aċċidentali
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tirakkomanda r-reazzjoni adattata f’każ ta’ tixrid, tnixxijiet jew rilaxxi, biex jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ta’ ħsara fuq il-persuni, fuq il-proprjetà u fuq l-ambjent. Din għandha tiddistingwi bejn ir-rispons għal ammonti kbar jew żgħar ta’ tixrid, meta l-volum tat-tixrid iħalli impatt sinifikanti fuq il-periklu. Jekk il-proċeduri għall-konteniment u għall-irkupru jindikaw li hemm bżonn prassi differenti, dawn għandhom jiġu indikati fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
6.1. Prekawzjonijiet personali, tagħmir ta’ protezzjoni u proċeduri ta’ emerġenza
6.1.1. Għall-persunal li mhuwiex ta’ emerġenza
Għandu jingħata parir b’rabta mat-tixrid u mar-rilaxx aċċidentali tas-sustanza jew tat-taħlita bħalma huma:
l-ilbies ta’ tagħmir ta’ protezzjoni xieraq (inkluż it-tagħmir ta’ protezzjoni personali msemmi fit-Taqsima 8 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà) biex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tal-ilbies personali;
it-tneħħija ta’ sorsi ta’ tqabbid, il-provvista ta’ ventilazzjoni suffiċjenti, il-kontroll tat-trab; u
il-proċeduri ta’ emerġenza bħalma hija l-ħtieġa li tiġi evakwata ż-żona tal-periklu jew li jiġi kkonsultat espert.
6.1.2. Għall-persunal tal-emerġenza
Għandu jingħata parir b’rabta mat-tessut xieraq għall-ilbies ta’ protezzjoni personali (pereżempju “xieraq: butilen”; “mhux xieraq: PVC”).
6.2. Prekawzjonijiet ambjentali
Għandu jingħata parir dwar kwalunkwe prekawzjoni ambjentali li għandha tittieħed b’rabta mat-tixrid u mar-rilaxx aċċidentali tas-sustanza jew tat-taħlita, bħal pereżempju li jinżamm ’il bogħod mill-katusi, l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ.
6.3. Metodi u materjal għall-konteniment u għat-tindif
6.3.1. Għandu jingħata parir xieraq dwar il-konteniment ta’ tixrid. Tekniki ta’ konteniment xierqa jistgħu jinkludu xi wieħed minn dawn li ġejjin:
iżolament jew kopertura ta’ katusi;
proċeduri ta’ siġillar.
6.3.2. Għandu jingħata parir xieraq dwar kif jitnaddaf it-tixrid. Tekniki xierqa ta’ tindif jistgħu jinkludu xi wieħed minn dawn li ġejjin:
tekniki ta’ newtralizzazzjoni;
tekniki ta’ dekontaminazzjoni;
materjali assorbenti;
tekniki ta’ tindif;
tekniki ta’ vacuum;
tagħmir meħtieġ għall-konteniment/għat-tindif (inkluż l-użu ta’ għodod u tagħmir li ma jisparkjawx skont il-każ).
6.3.3. Għandha tingħata kull informazzjoni oħra b’rabta mat-tixrid u mar-rilaxxi, inkluż parir dwar tekniki mhux xierqa ta’ konteniment jew ta’ tindif, pereżempju permezz ta’ indikazzjonijiet bħal “qatt tuża…”.
6.4. Referenza għal taqsimiet oħra
Jekk ikun xieraq, għandha ssir referenza għat-Taqsimiet 8 u 13.
7. TAQSIMA 7: Ġestjoni u ħżin
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tipprovdi parir dwar prattiki ta’ manipulazzjoni sikura. Għandha tenfasizza l-prekawzjonijiet li huma xierqa għall-użi identifikati msemmija fis-subtaqsima 1.2 u għall-proprjetajiet uniċi tas-sustanza jew tat-taħlita.
L-informazzjoni f’din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandu jkollha x’taqsam mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, mas-sikurezza u mal-ambjent. Għandha tgħin lil min iħaddem biex ifassal proċeduri tax-xogħol u miżuri organizzattivi xierqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/24/KE u skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Meta jkun meħtieġ rapport ta’ sigurtà kimika, l-informazzjoni f’din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni mogħtija għall-użi identifikati fir-rapport ta’ sigurtà kimika u x-xenarji tal-esponiment li juru kontroll tar-riskju mir-rapport ta’ sigurtà kimika stipulat fl-anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
Minbarra l-informazzjoni mogħtija f’din it-taqsima, tista’ tinstab informazzjoni rilevanti fit-Taqsima 8.
7.1. Prekawzjonijiet għal manipulazzjoni sikura
7.1.1. Fir-rakkomandazzjonijiet għandu jkun speċifikat li:
jippermettu l-manipulazzjoni sikura tas-sustanza jew tat-taħlita, bħal miżuri għall-konteniment u miżuri li jevitaw in-nirien kif ukoll il-ġenerazzjoni ta’ aerosol u ta’ trab;
jevitaw il-manipulazzjoni ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet inkompatibbli;
jiġbdu l-attenzjoni għall-operazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet li joħolqu riskji ġodda billi jbiddlu l-proprjetajiet tas-sustanza jew tat-taħlita, u għall-kontromiżuri xierqa u
inaqqsu r-rilaxx tas-sustanza jew tat-taħlita fl-ambjent, bħal pereżempju li jiġi evitat it-tixrid jew li jinżammu ’l bogħod mill-katusi.
7.1.2. Għandu jingħata parir dwar l-iġjene okkupazzjonali ġenerali, pereżempju li l-individwi:
ma jiklux, ma jixorbux u ma jpejpux f’żoni tax-xogħol;
jaħslu jdejhom wara l-użu; u
ineħħu l-ilbies u t-tagħmir ta’ protezzjoni kontaminati qabel ma jidħlu fiż-żoni għall-ikel.
7.2. Kundizzjonijiet għall-ħżin bla periklu, inkluż kwalunkwe nuqqas ta’ kompatibilità
Il-parir mogħti għandu jkun konsistenti mal-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi deskritti fit-Taqsima 9 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà. Jekk rilevanti, għandu jingħata parir dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ ħżin, inkluż:
kif jiġu trattati r-riskji assoċjati ma’:
atmosferi splussivi;
kundizzjonijiet korrużivi;
perikli ta’ fjammabilità;
sustanzi jew taħlitiet inkompatibbli;
kundizzjonijiet evaporattivi; u
sorsi potenzjali ta’ tqabbid (inkluż tagħmir elettriku);
kif għandhom jiġu kontrollati l-effetti ta’:
kundizzjonijiet tat-temp;
pressjoni ambjentali;
temperatura;
dawl tax-xemx;
umidità u
vibrazzjoni;
kif għandha tinżamm l-integrità tas-sustanza jew tat-taħlita bl-użu ta’:
stabbilizzaturi; u
antiossidanti;
pariri oħra, inkluż:
rekwiżiti ta’ ventilazzjoni;
tfassil speċifiku għall-kmamar jew għall-kontenituri ta’ ħżin (inklużi l-ħitan ta’ konteniment u l-ventilazzjoni);
limiti tal-kwantità f’kundizzjonijiet ta’ ħżin (jekk rilevanti); u
kompatibilitajiet ta’ ppakkjar.
7.3. Użi finali speċifiċi
Għas-sustanzi u għat-taħlitiet iddestinati għal użi finali speċifiċi, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jirrelataw mal-użu jew mal-użi identifikati msemmija fis-subtaqsima 1.2 u jridu jkunu dettaljati u operattivi. Jekk ikun mehmuż xenarju ta’ esponiment, tista’ ssir referenza għalih jew tingħata l-informazzjoni kif meħtieġ fis-subtaqsimiet 7.1 u 7.2. Jekk operatur fil-katina tal-forniment ikun wettaq valutazzjoni tas-sigurtà kimika għat-taħlita, ikun suffiċjenti li l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà u x-xenarji tal-esponiment ikunu konsistenti mar-rapport ta’ sigurtà kimika għat-taħlita, pjuttost milli mar-rapporti ta’ sigurtà kimika għal kull sustanza fit-taħlita. Jekk teżisti xi gwida speċifika għall-industrija jew għas-settur, tista’ ssir referenza dettaljata għaliha (inkluż is-sors u d-data tal-ħruġ).
8. TAQSIMA 8: Kontrolli tal-esponiment/il-protezzjoni personali
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi l-limiti tal-esponiment okkupazzjonali applikabbli u l-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju neċessarji.
Meta jkun meħtieġ rapport ta’ sigurtà kimika, l-informazzjoni f’din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni mogħtija għall-użi identifikati fir-rapport ta’ sigurtà kimika u x-xenarji tal-esponiment li juru kontroll tar-riskju mir-rapport ta’ sigurtà kimika stipulat fl-anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
8.1. Parametri ta’ kontroll
8.1.1. Meta jkunu disponibbli, għas-sustanza jew għal kull waħda mis-sustanzi fit-taħlita, għandhom jiġu elenkati l-valuri ta’ limitu nazzjonali li ġejjin, inkluż il-bażi legali ta’ kull wieħed minnhom, li bħalissa huma applikabbli fl-Istat Membru li fih qed tingħata l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà. Meta jiġu elenkati l-valuri ta’ limitu tal-esponiment okkupazzjonali, għandha tintuża l-identità kimika kif speċifikata fit-Taqsima 3.
8.1.1.1. il-valuri ta’ limitu nazzjonali tal-esponiment okkupazzjonali li jikkorrispondu għall-valuri ta’ limitu tal-Unjoni tal-esponiment okkupazzjonali skont id-Direttiva 98/24/KE, inkluż kwalunkwe notazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/113/UE ( 38 );
8.1.1.2. il-valuri ta’ limitu nazzjonali tal-esponiment okkupazzjonali li jikkorrispondu għall-valuri ta’ limitu tal-Unjoni skont id-Direttiva 2004/37/KE, inkluż kull notazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni 2014/113/UE;
8.1.1.3. kull valur ta’ limitu nazzjonali ieħor tal-esponiment okkupazzjonali;
8.1.1.4. il-valuri ta’ limitu bijoloġiċi nazzjonali li jikkorrispondu għall-valuri ta’ limitu bijoloġiċi tal-Unjoni skont id-Direttiva 98/24/KE, inkluż kwalunkwe notazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni 2014/113/UE;
8.1.1.5. kull valur ta’ limitu bijoloġiku nazzjonali ieħor.
8.1.2. Għandha tingħata informazzjoni dwar proċeduri ta’ monitoraġġ rakkomandati bħalissa tal-inqas għall-aktar sustanzi rilevanti.
8.1.3. Jekk is-sustanza jew it-taħlita tintuża kif suppost u jiġu ffurmati kontaminanti tal-arja, għandhom jiġu elenkati wkoll il-valuri ta’ limitu applikabbli tal-esponiment okkupazzjonali u/jew il-valuri ta’ limitu bijoloġiċi għalihom.
8.1.4. Meta jintalab rapport ta’ sigurtà kimika jew jekk ikun disponibbli DNEL kif imsemmi fit-Taqsima 1.4 tal-Anness I jew PNEC kif imsemmi fit-Taqsima 3.3 tal-Anness I, għandhom jingħataw id-DNELs u l-PNECs rilevanti għas-sustanza għax-xenarji tal-esponiment mir-rapport ta’ sigurtà kimika stipulat fl-anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
8.1.5. Meta jintuża metodu ta’ kontrolli bbażat fuq firxa ta’ perikli biex tittieħed deċiżjoni dwar miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju fir-rigward ta’ użi speċifiċi, għandu jingħata biżżejjed dettall li jippermetti l-ġestjoni effettiva tar-riskju. Il-kuntest u l-limitazzjonijiet tar-rakkomandazzjoni speċifika bbażata fuq firxa ta’ perikli għandhom ikunu ċari.
8.2. Kontrolli tal-esponiment
Għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa f’din is-subtaqsima, diment li ma jkunx hemm xenarju tal-esponiment b’dik l-informazzjoni mehmuż mal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
Meta l-fornitur ma jkunx applika test skont it-Taqsima 3 tal-Anness XI, huwa għandu jindika l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ użu li fuqhom ibbaża l-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tiegħu li jwarrab it-test.
Meta sustanza tkun ġiet reġistrata bħala sustanza intermedja iżolata (fuq il-post jew trasportata), il-fornitur għandu jindika li din l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà hija konsistenti mal-kundizzjonijiet speċifiċi li fuqhom ibbaża l-ġustifikazzjoni tar-reġistrazzjoni skont l-Artikoli 17 jew 18.
8.2.1. Kontrolli xierqa tal-inġinerija
Id-deskrizzjoni ta’ miżuri xierqa tal-kontroll tal-esponiment għandha ssir b’rabta mal-użi identifikati tas-sustanza jew mat-taħlita kif imsemmi fis-subtaqsima 1.2. Din l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti lil min iħaddem iwettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema li jirriżulta mill-preżenza tas-sustanza jew tat-taħlita skont l-Artikoli 4 sa 6 tad-Direttiva 98/24/KE u skont l-Artikoli 3 sa 5 tad-Direttiva 2004/37/KE, meta jkun xieraq.
Din l-informazzjoni għandha tikkomplementa dik mogħtija diġà fit-Taqsima 7.
8.2.2. Miżuri individwali ta’ protezzjoni, bħat-tagħmir ta’ protezzjoni personali
8.2.2.1. L-informazzjoni dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali għandha tkun konsistenti ma’ prattiki tajba tal-iġjene okkupazzjonali u flimkien ma’ miżuri oħra ta’ kontroll, inkluż il-kontrolli tal-inġinerija, tal-ventilazzjoni u tal-iżolament. Meta jkun xieraq, għal parir speċifiku dwar it-tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nar/għall-kimika għandha ssir referenza għat-Taqsima 5.
8.2.2.2. Filwaqt li jitqies ir-Regolament (KE) Nru 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 39 ) u b’referenza għall-istandards CEN xierqa, għandhom jingħataw speċifikazzjonijiet dettaljati dwar liema tagħmir għandu jipprovdi protezzjoni adegwata u xierqa, inkluż:
It-tip ta’ tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn/tal-wiċċ meħtieġ għandu jiġi speċifikat skont il-periklu tas-sustanza jew tat-taħlita u l-potenzal ta’ kuntatt, bħan-nuċċalijiet tas-sikurezza, il-goggles tas-sikurezza, il-maskri tal-protezzjoni tal-wiċċ.
It-tip ta’ ingwanti li jridu jintlibsu meta tkun qed tiġi manipulata s-sustanza jew it-taħlita għandu jiġi speċifikat b’mod ċar skont il-periklu tas-sustanza jew tat-taħlita u l-potenzjal ta’ kuntatt u fir-rigward tal-ammont u t-tul ta’ ħin tal-esponiment għall-ġilda, inkluż:
Jekk ikun meħtieġ għandhom jiġu indikati miżuri addizzjonali ta’ protezzjoni għall-idejn.
Jekk ikun hemm il-ħtieġa li tiġi protetta parti oħra tal-ġisem minbarra l-idejn, għandhom jiġu speċifikati t-tip u l-kwalità tat-tagħmir ta’ protezzjoni meħtieġa, bħalma huma ingwanti twal, bwiez, bodysuit skont il-perikli assoċjati mas-sustanza jew mat-taħlita u l-potenzjal ta’ kuntatt.
Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu indikati miżuri addizzjonali ta’ protezzjoni tal-ġilda u miżuri speċifiċi ta’ iġjene.
Għall-gassijiet, għall-fwar, għan-nida jew għat-trab, it-tip ta’ tagħmir ta’ protezzjoni li jrid jintuża għandu jkun speċifikat skont il-periklu u l-potenzjal ta’ esponiment, inkluż ir-respiraturi li jippurifikaw l-arja, billi jiġi speċifikat l-element xieraq ta’ purifikazzjoni (skartoċċ jew filtru), il-filtri tal-partikuli adegwati separati u l-maskri adegwati, jew l-apparat awtonomu għan-nifs.
Meta jiġi speċifikat it-tagħmir ta’ protezzjoni li jrid jintlibes għall-materjali li joffru periklu termali, għandha tingħata kunsidrazzjoni speċjali għall-kostruzzjoni tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali.
8.2.3. Kontrolli tal-esponiment ambjentali
Għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni meħtieġa mill-impjegatur biex jissodisfa l-impenji tiegħu skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ambjentali.
Meta jkun meħtieġ rapport ta’ sigurtà kimika, għandha tingħata taqsira tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju li jikkontrollaw b’mod adegwat l-esponiment tal-ambjent għas-sustanza fix-xenarji tal-esponiment stipulati fl-anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
9. TAQSIMA 9: Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi d-data empirika relatata mas-sustanza jew mat-taħlita, jekk tkun rilevanti. Għandu japplika l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri xierqa ta’ kontroll, għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sustanza jew dwar it-taħlita. L-informazzjoni f’din it-taqsima għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni mogħtija fir-reġistrazzjoni u/jew fir-rapport ta’ sigurtà kimika fejn meħtieġ, u flimkien mal-klassifikazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita.
Fil-każ ta’ taħlita, meta l-informazzjoni ma tkunx tapplika għat-taħlita fit-totalità tagħha, l-entrati għandhom jindikaw b’mod ċar għal liema sustanza fit-taħlita tapplika d-data.
Il-proprjetajiet rapportati għandhom ikunu identifikati b’mod ċar u għandhom jiġu rapportati fl-unitajiet tal-kejl xierqa. Għandu jingħata l-metodu ta’ determinazzjoni, inkluż il-kejl u l-kundizzjonijiet ta’ referenza, jekk dawn ikunu rilevanti għall-interpretazzjoni tal-valur numeriku. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, il-kundizzjonijiet standard tat-temperatura u tal-pressjoni huma 20 °C u 101,3 kPa, rispettivament.
Il-proprjetajiet elenkati fis-subtaqsimiet 9.1 u 9.2 jistgħu jingħataw f’forma ta’ lista. Fis-subtaqsimiet, l-ordni tal-elenku tal-proprjetajiet tista’ tkun differenti jekk jitqies xieraq.
9.1. Informazzjoni dwar proprjetajiet fiżiċi u kimiċi bażiċi
Kull skeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tinkludi l-proprjetajiet imsemmija hawn taħt. Jekk ikun dikjarat li xi proprjetà partikolari ma tapplikax, jew jekk l-informazzjoni dwar proprjetà partikolari ma tkunx disponibbli, għandhom jingħataw ir-raġunijiet.
L-istat fiżiku
B’mod ġenerali għandu jiġi indikat l-istat fiżiku (gass, likwidu jew solidu) f’kundizzjonijiet standard ta’ temperatura u ta’ pressjoni.
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tat-termini gass, likwidu u solidu kif mogħtija fit-Taqsima 1.0 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Il-kulur
Għandu jiġi indikat il-kulur tas-sustanza jew tat-taħlita.
Meta tintuża skeda ta’ data ta’ sigurtà waħda biex tkopri varjanti ta’ taħlita li jista’ jkollha kuluri differenti, it-terminu “diversi” jista’ jintuża biex jiddeskrivi l-kulur.
Ir-riħa
Għandha tingħata deskrizzjoni kwalitattiva tar-riħa jekk fil-letteratura din tkun magħrufa sew jew deskritta.
Jekk disponibbli, għandu jiġi indikat il-limitu massimu tar-riħa (b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv)
Il-punt tat-tidwib/il-punt tal-iffriżar
Ma japplikax għall-gassijiet.
Il-punt tat-tidwib u l-punt tal-iffriżar għandhom jiġu indikati fi pressjoni standard.
Fil-każ li l-punt tat-tidwib ikun ogħla mill-firxa tal-kejl tal-metodu, għandu jiġi indikat sa liema temperatura ma ġie osservat l-ebda punt tat-tidwib.
Fil-każ li sseħħ dekompożizzjoni jew sublimazzjoni qabel jew matul it-titwib, dan għandu jiġi indikat.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ xemgħat u pejsts, il-punt/il-firxa tat-trattib jista’ jiġi indikat minflok il-punt tat-tidwib u l-punt tal-iffriżar.
Fir-rigward tat-taħlitiet, jekk ma jkunx possibbli teknikament li jiġi determinat il-punt tat-tidwib/il-punt tal-iffriżar, dan għandu jiġi indikat.
Il-punt tat-togħlija jew il-punt inizjali tat-togħlija u l-firxa tat-togħlija
Dawn il-proprjetajiet għandhom jiġu indikati fi pressjoni standard. Jista’ madankollu jiġi indikat punt tat-togħlija fi pressjoni aktar baxxa, f’każ li l-punt tat-togħlija jkun għoli ħafna jew fil-każ li sseħħ dekompożizzjoni qabel it-togħlija fi pressjoni standard.
Jekk il-punt tat-togħlija jkun ogħla mill-firxa tal-kejl tal-metodu, għandu jiġi indikat sa liema temperatura ma ġie osservat l-ebda punt tat-togħlija.
Fil-każ li sseħħ dekompożizzjoni qabel jew matul it-togħlija, dan għandu jiġi indikat.
Fir-rigward tat-taħlitiet, jekk ma jkunx possibbli teknikament li jiġi determinat il-punt jew il-firxa tat-togħlija, dan għandu jiġi indikat; f’dak il-każ, għandu jiġi indikat ukoll il-punt tat-togħlija tal-ingredjent bl-aktar punt baxx tat-togħlija.
Il-fjammabilità
Tapplika għall-gassijiet, għal-likwidi u għas-solidi.
Għandu jiġi indikat jekk is-sustanza jew it-taħlita tistax taqbad, jiġifieri jekk hix kapaċi tieħu n-nar jew li titqabbad bin-nar, anke jekk ma tkunx klassifikata għall-fjammabilità.
Jekk tkun disponibbli u xierqa, tista’ tiġi indikata aktar informazzjoni, bħal jekk l-effett ta’ tqabbid huwiex differenti minn kombustjoni normali (eż. splużjoni) u l-kapaċità għat-tqabbid f’kundizzjonijiet mhux standard.
Tista’ tiġi indikata informazzjoni aktar speċifika dwar il-fjammabilità abbażi tal-klassifikazzjoni tal-periklu rispettiva. L-informazzjoni provduta fis-subtaqsima 9.2.1 ma għandhiex tingħata f’dan il-punt.
Il-limiti inferjuri u superjuri ta’ splużjoni ( 40 )
Ma japplikawx għas-solidi.
Fir-rigward tal-likwidi fjammabbli, għandu jkun indikat tal-inqas il-limitu inferjuri ta’ splużjoni. Jekk il-punt ta’ fjammabilità jkun bejn wieħed u ieħor -25 °C jew ogħla, jista’ ma jkunx possibbli li jiġi determinat il-limitu superjuri ta’ splużjoni f’temperatura standard; f’dak il-każ, huwa rakkomandat li jiġi indikat il-limitu superjuri ta’ splużjoni f’temperatura ogħla. Jekk il-punt ta’ fjammabilità jkun ogħla minn 20 °C, jista’ ma jkunx possibbli li jiġi determinat il-limitu inferjuri jew dak superjuri f’temperatura standard; f’dak il-każ, huwa rakkomandat li jiġu indikati kemm il-limitu inferjuri ta’ splużjoni kif ukoll dak superjuri f’temperatura ogħla.
Il-punt ta’ fjammabilità;
Ma japplikax għall-gassijiet, għall-aerosols u għas-solidi.
Għat-taħlitiet, għandu jiġi indikat valur għat-taħlita, jekk ikun disponibbli. Inkella, għandu jiġi indikat il-punt(i) ta’ fjammabilità tas-sustanza(i) bl-aktar punt(i) baxx(i) ta’ fjammabilità.
It-temperatura tal-awtofjammabilità
Tapplika biss għall-gassijiet u għal-likwidi.
Fir-rigward tat-taħlitiet għandha tiġi indikata t-temperatura tal-awtofjammabilità għat-taħlita, jekk din tkun disponibbli. Jekk il-valur għat-taħlita ma jkunx disponibbli, għandhom jiġu indikati t-temperatura(i) tal-awtofjammabilità tal-ingredjenti bl-aktar temperatura(i) baxx(i) tal-awtofjammabilità.
It-temperatura tad-dekompożizzjoni
Tapplika biss għas-sustanzi u għat-taħlitiet awtoreattivi, għall-perossidi organiċi, u għal sustanzi u taħlitiet oħra li jistgħu jiddekomponu.
Għandha tiġi indikata t-temperatura tad-dekompożizzjoni awtoaċċellerata (SADT) u l-volum li għaliha tapplika, jew it-temperatura tal-bidu tad-dekompożizzjoni.
Għandu jiġi indikat jekk it-temperatura mogħtija hix l-SADT jew it-temperatura tal-bidu tad-dekompożizzjoni.
Jekk ma ġiet osservata l-ebda dekompożizzjoni, għandu jiġi indikat sa liema temperatura ma ġiet osservata l-ebda dekompożizzjoni, eż. “ma ġiet osservata l-ebda dekompożizzjoni sa x °C”.
Il-pH
Ma japplikax għall-gassijiet.
Għandu jiġi indikat il-pH tas-sustanza jew tat-taħlita kif fornuta, jew meta l-prodott huwa solidu, għandu jiġi indikat il-pH ta’ likwidu jew soluzzjoni milwiema f’konċentrazzjoni partikolari.
Għandha tiġi indikata l-konċentrazzjoni tas-sustanza tat-test jew tat-taħlita tat-test fl-ilma.
Il-viskożità kinematika
Tapplika biss għal-likwidi.
L-unità tal-kejl għandha tkun mm2/s.
Għal-likwidi non-Newtonjani, għandha tiġi indikata l-imġiba tixotropika jew reopressika.
Is-solubilità
Is-solubilità għandha ġeneralment tiġi indikata f’temperatura standard.
Għandha tiġi indikata s-solubilità fl-ilma.
Is-solubilità f’solventi polari u mhux polari oħrajn tista’ tiġi inkluża wkoll.
Fir-rigward tat-taħlitiet, għandu jiġi indikat jekk it-taħlita hix solubbli kompletament jew parzjalment fl-ilma jew jekk titħallatx mal-ilma jew ma’ solvent ieħor.
Fir-rigward tan-nanoforom, minbarra s-solubilità fl-ilma għandha tiġi indikata wkoll ir-rata ta’ taħlil fl-ilma jew f’mezzi bijoloġiċi jew ambjentali rilevanti oħra.
Il-koeffiċjent tal-partizzjoni n-ottanol/ilma (il-valur tal-log)
Ma japplikax għal-likwidi inorganiċi u joniċi u b’mod ġenerali ma japplikax għat-taħlitiet.
Għandu jiġi indikat jekk il-valur rapportat huwiex ibbażat fuq l-ittestjar jew fuq il-kalkolu.
Fir-rigward tan-nanoforom ta’ sustanza li għaliha ma japplikax il-koeffiċjent tal-partizzjoni n-ottanol/ilma, għandha tiġi indikata l-istabilità tad-dispersjoni f’mezzi differenti.
Il-pressjoni tal-fwar
Il-pressjoni tal-fwar għandha tiġi indikata b’mod ġenerali f’temperatura standard.
Fir-rigward tal-fluwidi volatili, għandha tiġi indikata wkoll il-pressjoni tal-fwar f’temperatura ta’ 50 °C.
Meta tintuża skeda ta’ data ta’ sigurtà waħda biex tkopri varjanti ta’ taħlita likwida jew ta’ taħlita ta’ gass likwifikat, għandha tiġi indikata firxa għall-pressjoni tal-fwar.
Fir-rigward tat-taħlitiet likwidi jew tat-taħlitiet ta’ gass likwifikat, għandha tiġi indikata firxa għall-pressjoni tal-fwar jew tal-inqas il-pressjoni tal-fwar tal-ingredjent(i) volatili, meta l-pressjoni tal-fwar tat-taħlita tkun determinata b’mod predominanti minn dik jew dawk l-ingredjent(i).
Tista’ tiġi indikata wkoll il-konċentrazzjoni tal-fwar saturat.
Id-densità u/jew id-densità relattiva
Japplikaw biss għal-likwidi u għas-solidi.
B’mod ġenerali d-densità u d-densità relattiva għandhom jiġu indikati f’kundizzjonijiet standard ta’ temperatura u ta’ pressjoni.
Għandha tiġi indikata d-densità assoluta u/jew id-densità relattiva bbażata fuq l-ilma f’temperatura ta’ 4 °C bħala referenza (imsejħa wkoll il-gravità speċifika).
Meta l-varjazzjonijiet fid-densità huma possibbli, eż. minħabba l-manifattura tal-lott, jew meta tintuża skeda ta’ data ta’ sigurtà waħda biex tkopri diversi varjanti ta’ sustanza jew ta’ taħlita, tista’ tkun indikata firxa.
L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tindika jekk hix qed tiġi rapportata d-densità assoluta (unitajiet eż. g/cm3 jew kg/m3 ) u/jew id-densità relattiva (mingħajr dimensjoni).
Id-densità relattiva tal-fwar
Tapplika biss għall-gassijiet u għal-likwidi.
Fir-rigward tal-gassijiet, għandha tiġi indikata d-densità relattiva tal-gass ibbażata fuq l-arja f’temperatura ta’ 20 °C bħala referenza.
Fir-rigward tal-likwidi, għandha tiġi indikata d-densità relattiva tal-fwar ibbażata fuq l-arja f’temperatura ta’ 20 °C bħala referenza.
Fir-rigward tal-likwidi, tista’ tiġi indikata wkoll id-densità relattiva D m tal-fwar/tat-taħlita ta’ arja f’temperatura ta’ 20 °C.
Il-karatterstiċi tal-partikuli
Japplikaw biss għas-solidi.
Għandu jiġi indikat id-daqs tal-partikuli (id-dijametru ekwivalenti medjan, il-metodu ta’ kalkolu tad-dijametru (ibbażat fuq in-numru, is-superfiċje jew il-volum) u l-firxa li fiha jvarja dan il-valur medjan). Proprjetajiet oħra jistgħu jiġu indikati wkoll, bħad-distribuzzjoni tad-daqs (eż. bħala firxa), il-proporzjon tal-forma u l-aspett, l-aggregazzjoni u l-istat tal-agglomerazzjoni, l-erja tas-superfiċje speċifika u l-ħolqien ta’ trab. Jekk is-sustanza tkun f’nanoforma jew jekk it-taħlita fornuta jkun fiha nanoforma, dawk il-karatteristiċi għandhom jiġu indikati f’din is-subtaqsima, jew għandha ssir referenza għalihom jekk ma jkunux diġà speċifikati xi mkien ieħor fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
9.2. Informazzjoni oħra
Minbarra l-proprjetajiet imsemmija fis-subtaqsima 9.1, għandhom jiġu indikati parametri fiżiċi u kimiċi oħra, bħalma huma l-proprjetajiet elenkati fis-subtaqsimiet 9.2.1. u 9.2.2., jekk l-indikazzjoni tagħhom hija rilevanti għall-użu sikur tas-sustanza jew tat-taħlita.
9.2.1. Informazjzoni b’rabta mal-klassijiet ta’ periklu fiżiku
Din is-subtaqsima telenka l-proprjetajiet, il-karatteristiċi ta’ sikurezza u r-riżultati tat-testijiet, li jistgħu jkunu utli biex jiddaħħalu fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà meta sustanza jew taħlita tiġi klassifikata fil-klassi ta’ periklu fiżiku rispettiva. Jista’ wkoll ikun xieraq li tiġi indikata d-data meqjusa rilevanti fir-rigward ta’ periklu fiżiku speċifiku iżda li ma tirriżultax fil-klassifikazzjoni (eż. riżultati negattivi tat-test qrib il-kriterju).
L-isem tal-klassi ta’ periklu li għaliha tirreferi d-data jista’ jiġi indikat flimkien mad-data.
Dan il-punt japplika wkoll għas-sustanzi u għat-taħlitiet imsemmija fin-Nota 2 tat-Taqsima 2.1.3. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u għal sustanzi u taħlitiet oħra li juru effett pożittiv jekk jissaħħnu fil-magħluq.
Tista’ tingħata din l-informazzjoni:
is-sensittività għax-xokkijiet;
l-effett tat-tisħin fil-magħluq;
l-effett tat-tqabbid fil-magħluq;
is-sensittività għall-impatt;
is-sensittività għall-frizzjoni;
l-istabilità termali;
il-pakkett (it-tip, id-daqs, il-massa netta tas-sustanza jew tat-taħlita), li abbażi tiegħu ġiet assenjata “d-diviżjoni” fi ħdan il-klassi splussiva, jew abbażi ta’ liema s-sustanza jew it-taħlita kienet eżentata milli tiġi klassifikata bħala splussiva.
Fir-rigward tal-gass fjammabbli pur, tista’ tingħata l-informazzjoni li ġejja flimkien mad-data dwar il-limiti ta’ splużjoni msemmija fil-punt (g) tas-subtaqsima 9.1.:
it-T Ci (il-kontenut massimu ta’ gass fjammabbli li, meta jitħallat man-nitroġenu, ma jiħux in-nar fl-arja, f’mol. %);
il-veloċità tal-kombustjoni fundamentali jekk il-gass jiġi klassifikat bħala tal-kategorija 1B abbażi tal-veloċità tal-kombustjoni fundamentali.
Fir-rigward ta’ taħlita ta’ gass fjammabbli, tista’ tingħata l-informazzjoni li ġejja flimkien mad-data dwar il-limiti ta’ splużjoni msemmija fil-punt (g) tas-subtaqsima 9.1.:
il-limiti ta’ splużjoni, jekk ittestjati, jew indikazzjoni ta’ jekk il-klassifikazzjoni u l-assenjazzjoni tal-kategorija humiex ibbażati fuq kalkolu;
il-veloċità tal-kombustjoni fundamentali jekk it-taħlita ta’ gass tiġi klassifikata bħala tal-kategorija 1B abbażi tal-veloċità tal-kombustjoni fundamentali.
Jistgħu jingħataw il-perċentwali totali li ġejjin (skont il-massa) ta’ komponenti fjammabbli, sakemm l-aerosol ma jkunx klassifikat bħala Aerosol tal-kategorija 1 għax ikun fih aktar minn 1 % (skont il-massa) ta’ komponenti fjammabbli jew ikollu sħana tal-kombustjoni ta’ mill-anqas 20 kJ/g u ma jiġix sottomess għall-proċeduri tal-klassifikazzjoni tal-fjammabilità (ara n-Nota fil-Paragrafu 2.3.2.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008);
Fir-rigward tal-gass pur, jistgħu jingħataw il-C i (il-koeffiċjent tal-ekwivalenza ta’ ossiġenu) skont l-ISO 10156 “Gassijiet u taħlitiet ta’ gass – Determinazzjoni tal-potenzjal tan-nirien u l-kapaċità ossidanti għall-għażla ta’ żbokkijiet taċ-ċilindri”, jew skont metodu ekwivalenti;
Fir-rigward ta’ taħlita ta’ gass, il-kliem “gass ossidanti tal-Kategorija 1 (ittestjat skont ISO 10156 (jew skont metodu ekwivalenti))” jistgħu jiġu indikati fir-rigward ta’ taħlitiet ittestjati, jew il-potenza ossidanti kkalkulata skont ISO 10156 jew skont metodu ekwivalenti;
Għall-gass pur, tista’ tingħata temperatura kritika.
Għat-taħlita ta’ gass, tista’ tingħata temperatura psewdokritika;
Meta s-sustanza jew it-taħlita tiġi klassifikata bħala likwidu fjammabbli, ma hemmx bżonn tingħata data dwar il-punt tat-togħlija u dwar il-punt ta’ fjammabilità skont dan il-punt billi dik id-data għandha tiġi indikata skont is-subtaqsima 9.1. Tista’ tingħata informazzjoni dwar il-kombustibilità sostnuta.
Tista’ tingħata l-informazzjoni li ġejja:
ir-rata tal-kombustjoni, jew il-ħin tal-kombustjoni fir-rigward tat-trab metalliku,
dikjarazzjoni dwar jekk ġietx issuperata ż-żona umidifikata;
Minbarra l-indikazzjoni tal-SADT kif speċifikat fil-punt (j) tas-subtaqsima 9.1, tista’ tingħata l-informazzjoni li ġejja:
it-temperatura tad-dekompożizzjoni,
il-proprjetajiet tad-detonazzjoni,
il-proprjetajiet tad-deflagrazzjoni,
l-effett tat-tisħin fil-magħluq,
il-potenza splussiva, jekk applikabbli;
Tista’ tingħata informazzjoni dwar jekk iseħħx jew le tqabbid spontanju jew karbonizzazzjoni tal-karta tal-filtru.
Tista’ tingħata din l-informazzjoni:
id-dikjarazzjoni dwar jekk iseħħx tqabbid spontanju waqt it-tferrigħ jew sa ħames minuti wara, fir-rigward tas-solidi f’forma ta’ trab,
id-dikjarazzjoni dwar jekk il-proprjetajiet piroforiċi jistgħux jinbidlu maż-żmien.
Tista’ tingħata din l-informazzjoni:
id-dikjarazzjoni dwar jekk iseħħx tqabbid spontanju u ż-żieda massima fit-temperatura miksuba,
ir-riżultati tat-testijiet tal-iskrinjar imsemmija fit-taqsima 2.11.4.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jekk dawn ikunu rilevanti u disponibbli;
Tista’ tingħata din l-informazzjoni:
l-identità tal-gass emess, jekk din tkun magħrufa,
id-dikjarazzjoni dwar jekk il-gass emess jaqbadx spontanjament,
ir-rata tal-evoluzzjoni tal-gass;
Tista tingħata informazzjoni dwar jekk iseħħx tqabbid spontanju meta jitħallat ma’ ċelluloża.
Tista tingħata informazzjoni dwar jekk iseħħx tqabbid spontanju meta jitħallat maċ-ċelluloża.
Minbarra l-indikazzjoni tal-SADT kif speċifikat fil-punt (j) tas-subtaqsima 9.1, tista’ tingħata l-informazzjoni li ġejja:
it-temperatura tad-dekompożizzjoni,
il-proprjetajiet tad-detonazzjoni,
il-proprjetajiet tad-deflagrazzjoni,
l-effett tat-tisħin fil-magħluq,
il-potenza splussiva,
Tista’ tingħata din l-informazzjoni:
il-metalli li jikkorrodaw minħabba s-sustanza jew it-taħlita,
il-veloċità ta’ korrużjoni u dikjarazzjoni dwar jekk din tirreferix għall-azzar jew għall-aluminju,
ir-referenza għal taqsimiet oħra fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà rigward materjali kompatibbli jew inkompatibbli.
Tista’ tingħata din l-informazzjoni:
l-aġent desensitizzanti użat,
l-enerġija tad-dekompożizzjoni esotermika,
il-veloċità tal-kombustjoni korreġuta (Ac);
il-proprjetajiet splussivi tal-isplussiv desensitizzat f’dak l-istat.
9.2.2. Karatteristiċi oħra tas-sikurezza
Il-karatteristiċi, il-karatteristiċi tas-sikurezza u r-riżultati tat-testijiet elenkati hawn taħt jistgħu jkunu utli biex jindikaw b’rabta ma’ sustanza jew ma’ taħlita:
is-sensittività mekkanika;
it-temperatura ta’ polimerizzazzjoni awtoaċċellerata;
il-formazzjoni ta’ taħlitiet ta’ trab/ta’ arja splussivi;
ir-riżerva aċida/alkalina
ir-rata tal-evaporazzjoni;
il-kapaċità għat-taħlit;
il-konduttività;
il-korrużività;
il-grupp ta’ gass;
il-potenzjal għall-ossiduriduzzjoni;
il-potenzjal għall-formazzjoni ta’ radikali;
il-proprjetajiet fotokatalitiċi.
Għandhom jiġu indikati parametri fiżiċi u kimiċi oħra jekk l-indikazzjoni tagħhom hija rilevanti għall-użu sikur tas-sustanza jew tat-taħlita.
10. TAQSIMA 10: Stabilità u reattività
Din it-taqsima fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi l-istabilità tas-sustanza jew tat-taħlita u l-possibilità ta’ reazzjonijiet perikolużi li jseħħu f’ċerti kundizzjonijiet ta’ użu u wkoll jekk jiġu rilaxxati fl-ambjent, inkluż, meta jkun xieraq, referenza għall-metodi tal-ittestjar użati. Jekk ikun dikjarat li proprjetà partikolari ma tapplikax, jew jekk l-informazzjoni dwar proprjetà partikolari ma tkunx disponibbli, għandhom jingħataw ir-raġunijiet.
10.1. Reattività
10.1.1. Għandhom jiġu deskritti l-perikli ta’ reattività tas-sustanza jew tat-taħlita. Meta tkun disponibbli, għandha tingħata data tat-test speċifika għas-sustanza jew għat-taħlita fit-totalità tagħha. Minkejja dan, l-informazzjoni tista’ tkun ibbażata wkoll fuq data ġenerali għall-klassi jew għall-familja ta’ sustanza jew ta’ taħlita, fil-każ li din id-data tkun tirrappreżenta b’mod adegwat il-periklu antiċipat tas-sustanza jew tat-taħlita.
10.1.2. Jekk id-data għat-taħlitiet ma tkunx disponibbli, għandha tingħata data dwar is-sustanzi fit-taħlita. Għad-determinazzjoni tal-inkompatibilità, għandhom jiġu kkunsidrati l-kontenituri u l-kontaminanti li s-sustanza jew it-taħlita tista’ tkun esposta għalihom waqt it-trasport, il-ħażna u l-użu.
10.2. Stabilità kimika
Għandu jiġi indikat jekk is-sustanza jew it-taħlita hix stabbli jew instabbli f’ambjent normali u f’kundizzjonijiet antiċipati ta’ ħżin u ta’ manipulazzjoni ta’ temperatura u ta’ pressjoni. Għandu jiġi deskritt kull stabbilizzatur li jintuża, jew li jaf ikun meħtieġ jintuża, biex tinżamm l-istabilità kimika tas-sustanza jew tat-taħlita. Għandu jiġi indikat is-sinifikat tas-sikurezza ta’ kwalunkwe bidla fl-apparenza fiżika tas-sustanza jew tat-taħlita. Fir-rigward ta’ splussivi desensitizzati, għandha tingħata informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien għall-konservazzjoni tal-prodott u l-istruzzjonijiet dwar kif għandha tiġi verifikata d-desensitizzazzjoni, u għandu jiġi indikat li t-tneħħija tal-aġent desensitizzanti se jittrasforma l-prodott fi splussiv.
10.3. Possibilità ta’ reazzjonijiet perikolużi
Jekk ikun rilevanti, għandu jiġi dikjarat jekk is-sustanza jew it-taħlita hix se tirreaġixxi jew tippolimerizza, u b’hekk tirrilaxxa pressjoni jew sħana eċċessiva, jew toħloq kundizzjonijiet oħra ta’ periklu. Għandhom jiġu deskritti l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jseħħu r-reazzjonijiet perikolużi.
10.4. Kundizzjonijiet li jridu jiġu evitati
Għandhom jiġu elenkati l-kundizzjonijiet bħalma huma t-temperatura, il-pressjoni, id-dawl, ix-xokk, l-iskarika statika, il-vibrazzjonijiet jew pressjonijiet fiżiċi oħrajn li jistgħu jirriżultaw f’sitwazzjoni ta’ periklu (kundizzjonijiet li jridu jiġu evitati) u jekk xieraq għandha tingħata deskrizzjoni qasira tal-miżuri li jridu jittieħdu għall-ġestjoni tar-riskji assoċjati ma’ perikli bħal dawn. Fir-rigward tal-isplussivi desensitizzati, għandha tingħata informazzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tiġi evitata t-tneħħija mhux intenzjonata tal-aġent desensitizzanti, u għandhom jiġu elenkati l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu evitati jekk is-sustanza jew it-taħlita ma tkunx desensitizzata biżżejjed.
10.5. Materjali inkompatibbli
Għandhom jiġu elenkati l-familji tas-sustanzi jew tat-taħlitiet jew tas-sustanzi speċifiċi, bħalma huma l-ilma, l-arja, l-aċidi, il-bażijiet, l-aġenti tal-ossidazzjoni, li magħhom tista’ tirreaġixxi s-sustanza jew it-taħlita biex tipproduċi sitwazzjoni perikoluża (bħal splużjoni, rilaxx ta’ materjali tossiċi jew fjammabbli, jew liberazzjoni ta’ sħana eċċessiva) u jekk xieraq għandha tingħata deskrizzjoni qasira tal-miżuri li għandhom jittieħdu għall-ġestjoni tar-riskji assoċjati ma’ perikli bħal dawn.
10.6. Prodotti perikolużi ta’ dekompożizzjoni
Għandhom jiġu elenkati l-prodotti perikolużi tad-dekompożizzjoni magħrufa u raġonevolment antiċipati minħabba l-użu, il-ħżin, it-tixrid u t-tisħin. Il-prodotti perikolużi ta’ kombustjoni għandhom jiġu inklużi fit-Taqsima 5 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
11. TAQSIMA 11: Informazzjoni tossikoloġika
Din it-taqsima fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà hija maħsuba primarjament għall-użu mill-professjonisti mediċi, mill-professjonisti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u mit-tossikologi. Għandha tingħata deskrizzjoni konċiża iżda kompluta u komprensibbli tal-effetti tossikoloġiċi (fuq is-saħħa) varji u d-data disponibbli użata biex tidentifika dawk l-effetti, inkluż meta jkun xieraq informazzjoni dwar it-tossikokinetika, il-metaboliżmu u d-distribuzzjoni. L-informazzjoni f’din it-taqsima għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni mogħtija fir-reġistrazzjoni u/jew fir-rapport ta’ sigurtà kimika fejn meħtieġ, u flimkien mal-klassifikazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita.
11.1. Informazzjoni dwar il-klassi ta’ periklu kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Il-klassijiet ta’ periklu rilevanti, li għalihom għandha tingħata informazzjoni, huma:
tossiċità akuta;
korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda;
ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn;
sensitizzazzjoni respiratorja jew tal-ġilda;
mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali;
karċinoġeniċità;
tossiċità riproduttiva;
tossicità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) – esponiment ta’ darba;
tossicità speċifika għall-organiżmi fil-mira (STOT) – esponiment ripetut;
periklu mill-aspirazzjoni.
Dawn il-perikli għandhom dejjem jiġu elenkati fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
Għas-sustanzi soġġetti għar-reġistrazzjoni, għandhom jingħataw taqsiriet konċiżi tal-informazzjoni derivata mill-applikazzjoni tal-Annessi VII sa XI, inkluż, meta jkun xieraq, referenza għall-metodi tal-ittestjar użati. Għas-sustanzi soġġetti għal reġistrazzjoni, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-riżultat tat-tqabbil tad-data disponibbli mal-kriterji mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal CMR, il-kategoriji 1 A u 1B, wara l-punt 1.3.1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
11.1.1. |
L-informazzjoni għandha tingħata għal kull klassi ta’ periklu jew differenzjar. Jekk ikun dikjarat li s-sustanza jew it-taħlita mhijiex klassifikata għal klassi partikolari ta’ periklu jew għal differenzjar partikolari, l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddikjara b’mod ċar jekk dan huwiex dovut minħabba nuqqas ta’ data, minħabba impossibilità teknika li tinkiseb id-data, minħabba data inkonklussiva, jew minħabba data konklussiva iżda mhux suffiċjenti għall-klassifikazzjoni; fil-każ tal-aħħar, l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, għandha tispeċifika li “abbażi tad-data disponibbli, il-kriterji tal-klassifikazzjoni mhumiex issodisfati”. |
11.1.2. |
Id-data inkluża f’din is-subtaqsima għandha tapplika għas-sustanza jew għat-taħlita kif imqiegħda fis-suq. Fil-każ ta’ taħlita, id-data għandha tiddeskrivi l-proprjetajiet tossikoloġiċi tat-taħlita fit-totalità tagħha, ħlief jekk ikun japplika l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Jekk disponibbli, għandhom jingħataw ukoll il-proprjetajiet tossikoloġiċi rilevanti tas-sustanzi perikolużi f’taħlita, bħalma huma l-LD50, l-istimi tat-tossiċità akuta jew l-LC50. |
11.1.3. |
Meta jkun hemm ammont sostanzjali ta’ data tat-test dwar is-sustanza jew dwar it-taħlita, jista’ jkun meħtieġ li r-riżultati tal-istudji kritiċi użati jingħataw fil-qosor, pereżempju skont il-mod ta’ esponiment. |
11.1.4. |
Meta ma jiġux issodisfati l-kriterji tal-klassifikazzjoni għal klassi partikolari ta’ periklu, għandha tingħata informazzjoni li tiġġustifika din il-konklużjoni. |
11.1.5. |
Informazzjoni dwar il-modi probabbli ta’ esponiment
Għandha tingħata informazzjoni dwar il-modi probabbli ta’ esponiment u l-effetti tas-sustanza jew tat-taħlita permezz ta’ kull mod possibbli ta’ esponiment, jiġifieri, permezz ta’ inġestjoni (meta tinbela’), permezz ta’ ġbid man-nifs, jew permezz ta’ esponiment tal-għajnejn/tal-ġilda. Jekk l-effetti fuq is-saħħa ma jkunux magħrufa, dan għandu jiġi dikjarat. |
11.1.6. |
Sintomi relatati mal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tossikoloġi
Għandhom jiġu deskritti l-effetti potenzjalment ta’ ħsara fuq is-saħħa u s-sintomi assoċjati mal-esponiment għas-sustanza jew għat-taħlita u l-ingredjenti jew il-prodotti sekondarji tagħha. Għandha tingħata l-informazzjoni disponibbli dwar is-sintomi relatati mal-karatteristiċi, fiżiċi, kimiċi u tossikoloġiċi tas-sustanza jew tat-taħlita wara l-esponiment. Id-deskrizzjoni għandha tkopri l-firxa kollha ta’ sintomi mill-ewwel sintomi tal-esponiment baxx u jibqgħu sejrin sal-konsegwenzi tal-esponiment qawwi, pereżempju “jistgħu jseħħu wġigħ ta’ ras u sturdament, li jwasslu għall-ħass ħażin jew għat-telf mis-sensi; dożi kbar jistgħu jirriżultaw f’koma jew f’mewt”. |
11.1.7. |
Effetti tardjati u immedjati kif ukoll effetti kroniċi minn esponiment għal terminu ta’ zmien qasir jew twil
Għandha tingħata informazzjoni dwar jekk għandhomx jiġu mistennija effetti tardjati jew immedjati wara esponiment għal terminu ta’ zmien qasir jew fit-tul. Għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar effetti fuq is-saħħa akuti u kroniċi relatati mal-esponiment uman għas-sustanza jew għat-taħlita. Meta ma tkunx disponibbli data umana, għandha tingħata fil-qosor l-informazzjoni dwar id-data sperimentali, bid-dettalji dwar data tal-annimali u dwar l-ispeċi identifikati b’mod ċar jew dwar it-testijiet in vitro u t-tipi ta’ ċelloli identifikati b’mod ċar. Għandu jiġi indikat jekk id-data tossikoloġika hijiex ibbażata fuq data umana jew fuq data tal-annimali jew fuq testijiet in vitro. |
11.1.8. |
Effetti interattivi
Għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar l-interazzjonijiet jekk din tkun rilevanti u disponibbli. |
11.1.9. |
Nuqqas ta’ data speċifika
Jista’ ma jkunx dejjem possibbli li tinkiseb informazzjoni dwar il-perikli ta’ sustanza jew ta’ taħlita. Meta d-data dwar is-sustanza jew dwar it-taħlita speċifika ma tkunx disponibbli, tista’ tintuża data dwar sustanzi jew taħlitiet simili, jekk ikun xieraq, diment li s-sustanza jew it-taħlita simili rilevanti tkun identifikata. Meta ma tintużax data speċifika, jew meta ma jkunx hemm data disponibbli, dan għandu jiġi dikjarat b’mod ċar, |
11.1.10. |
Taħlitiet
Għal effett fuq is-saħħa parikolari, jekk taħlita ma tkunx ġiet ittestjata fit-totalità tagħha għall-effetti tagħha fuq is-saħħa, għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti fuq is-sustanzi rilevanti elenkati fit-Taqsima 3. |
11.1.11. |
Informazzjoni dwar taħlita versus informazzjoni dwar sustanza
11.1.11.1. Is-sustanzi f’taħlita jistgħu jinteraġixxu ma’ xulxin fil-ġisem, u dan jirriżulta f’rati differenti ta’ assorbiment, ta’ metaboliżmu u ta’ eskrezzjoni. Bħala riżultat, l-azzjonijiet tossiċi jistgħu jinbidlu u t-tossiċità globali tat-taħlita tista’ tkun differenti minn dik tas-sustanzi ġo fiha. Dan għandu jitqies meta tingħata informazzjoni tossikoloġika f’din is-subtaqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà. 11.1.11.2. Jeħtieġ jitqies jekk il-konċentrazzjoni ta’ kull sustanza hix suffiċjenti biex tikkontribwixxi għall-effetti globali fuq is-saħħa tat-taħlita. L-informazzjoni dwar l-effetti tossiċi għandha tiġi preżentata għal kull sustanza, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
(a)
jekk l-informazzjoni tkun duplikata, din għandha tiġi elenkata darba biss għat-taħlita globalment, pereżempju meta ż-żewġ sustanzi, it-tnejn li huma, ikunu jikkawżaw remettar u dijarea;
(b)
jekk ikun improbabbli li dawn l-effetti se jseħħu fil-konċentrazzjonijiet preżenti, bħal meta irritant mhux qawwi jiġi dilwit għal livell inqas minn konċentrazzjoni determinata f’soluzzjoni mhux irritanti;
(c)
meta l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet bejn is-sustanzi f’taħlita ma tkunx disponibbli, ma għandhomx isiru assunzjonijiet u minflok għandhom jiġu elenkati l-effetti fuq is-saħħa ta’ kull sustanza separatament. |
11.2 Informazzjoni dwar perikli oħrajn
11.2.1. Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
Meta tkun disponibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa kawżati minn proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, għas-sustanzi identifikati fis-subtaqsima 2.3 li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn taqsiriet konċiżi tal-informazzjoni li tkun ġejja mill-applikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti korrispondenti ((KE) Nru 1907/2006, (UE) 2017/2100, (UE) 2018/605), u li tkun rilevanti biex il-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali jiġu valutati għas-saħħa tal-bniedem
11.2.2. Informazzjoni oħra
Għandha tiġi inkluża informazzjoni rilevanti oħra fuq effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa anki jekk din ma tkunx meħtieġa skont il-kriterji tal-klassifikazzjoni.
12. TAQSIMA 12: Informazzjoni ekoloġika
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tagħti informazzjoni biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tal-impatt ambjentali tas-sustanza jew tat-taħlita meta din tiġi rilaxxata fl-ambjent. Is-subtaqsimiet 12.1 sa 12.7 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandhom jagħtu taqsira tad-data inkluż, meta tkun disponibbli, id-data rilevanti tat-test u għandhom jindikaw b’mod ċar l-ispeċi, il-mezzi, l-unitajiet, it-tul ta’ żmien tat-test u l-kundizzjonijiet tat-test. Din l-informazzjoni tista’ tgħin fit-trattamenti tat-tixrid, u fl-evalwazzjoni tal-prattiki tat-trattament tal-iskart, fil-kontroll tar-rilaxxi, fil-miżuri għar-rilaxxi aċċidentali u fit-trasport. Jekk ikun dikjarat li proprjetà partikolari ma tapplikax (għax id-data disponibbli turi li s-sustanza jew it-taħlita ma tissodisfax il-kriterji għall-klassifikazzjoni) jew jekk l-informazzjoni dwar proprjetà partikolari ma tkunx disponibbli, għandhom jiġu indikati r-raġunijiet. Barra minn hekk, jekk sustanza jew taħlita mhijiex klassifikata għal raġunijiet oħra (pereżempju, minħabba impossibilità teknika li tinġabar id-data jew minħabba data inkonklużiva), dan għandu jiġi dikjarat b’mod ċar fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
Xi proprjetajiet bħall-bijoakkumulazzjoni, bħall-persistenza u bħad-degradabilità, huma speċifiċi għal sustanza partikolari, u din l-informazzjoni għandha tingħata meta tkun disponibbli u skont kif ikun xieraq, għal kull sustanza rilevanti fit-taħlita (jiġifieri dawk li huma meħtieġa li jiġu elenkati fit-Taqsima 3 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà u li jkunu ta’ periklu għall-ambjent jew li huma sustanzi PBT/vPvB). Għandha tingħata wkoll informazzjoni għall-prodotti ta’ trasformazzjoni perikoluża li jirriżultaw mid-degradazzjoni ta’ sustanzi jew ta’ taħlitiet.
L-informazzjoni f’din it-taqsima għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni mogħtija fir-reġistrazzjoni u/jew fir-rapport ta’ sigurtà kimika fejn meħtieġ, u flimkien mal-klassifikazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita.
Meta jkun hemm id-disponibilità ta’ data esperimentali affidabbli u rilevanti, għandha tingħata dik id-data u din għandha tieħu preċedenza fuq l-informazzjoni miksuba mill-mudelli.
12.1. Tossiċità
Meta tkun disponibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar it-tossiċità bl-użu tad-data minn testijiet magħmula fuq organiżmi akkwatiċi u/jew terrestri. Din għandha tinkludi data rilevanti disponibbli dwar it-tossiċità akkwatika, kemm akuta kif ukoll kronika għall-ħut, għall-krustaċji, għall-alga u għal pjanti akkwatiċi oħrajn. Barra minn hekk, meta tkun disponibbli, għandha tiġi inkluża data dwar it-tossiċità tal-mikrorganiżmi u l-makrorganiżmi tal-ħamrija u ta’ organiżmi oħra ambjentalment rilevanti, bħall-għasafar, in-naħal u l-pjanti. Meta s-sustanza jew it-taħlita jkollha effetti inibitorji fuq l-attività tal-mikrorganiżmi, għandu jissemma l-impatt possibbli fuq l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ.
Meta ma jkunx hemm disponibbli data esperimentali, il-fornitur għandu jikkunsidra jekk tistax tingħata informazzjoni affidabbli u rilevanti miksuba minn mudelli.
Għal sustanzi soġġetti għar-reġistrazzjoni, għandhom jiġu inklużi taqsiriet tal-informazzjoni derivata mill-applikazzjoni tal-Annessi VII sa XI ta’ dan ir-Regolament.
12.2. Persistenza u degradabilità
Id-degradabilità hija l-potenzjal li s-sustanza, jew li s-sustanzi xierqa f’taħlita, jiddegradaw fl-ambjent permezz tal-bijodegradazzjoni jew bi proċessi oħra bħall-ossidazzjoni jew l-idrolożi. Il-persistenza hija n-nuqqas ta’ evidenza ta’ degradazzjoni fis-sitwazzjonijiet definiti fit-Taqsimiet 1.1.1 u 1.2.1 tal-Anness XIII. Meta jkunu disponibbli, għandhom jingħataw ir-riżultati tat-testijiet rilevanti biex jivvalutaw il-persistenza u d-degradabilità. Jekk jiġu kwotati n-nofs ħajjiet tad-degradazzjoni, irid jiġi indikat jekk dawn in-nofs ħajjiet jirreferux għall-mineralizzazzjoni jew għad-degradazzjoni primarja. Għandu jissemma wkoll il-potenzjal tas-sustanza, jew ta’ ċerti sustanzi f’taħlita, li jiddegradaw fl-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ.
Meta ma tkunx disponibbli data esperimentali, il-fornitur għandu jikkunsidra jekk tistax tingħata informazzjoni affidabbli u rilevanti miksuba minn mudelli.
Din l-informazzjoni għandha tingħata meta tkun disponibbli u xierqa, għal kull sustanza individwali fit-taħlita li jeħtieġ tiġi elenkata fit-Taqsima 3 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
12.3. Potenzjal bijoakkumulattiv
Il-potenzjal bijoakkumulattiv huwa l-potenzjal tas-sustanza, jew ta’ ċerti sustanzi f’taħlita, li jakkumulaw f’bijota u, eventwalment jgħaddu mill-katina tal-ikel. Għandhom jingħataw ir-riżultati tat-testijiet rilevanti biex jiġi valutat il-potenzjal bijoakkumulattiv. Dawn għandhom jinkludu r-referenza għall-koeffiċjent tal-partizzjoni ottanol/ilma (Kow) u l-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF), jew parametri rilevanti oħrajn relatati mal-bijoakkumulazzjoni, jekk ikunu disponibbli.
Meta d-data esperimentali ma tkunx disponibbli, għandu jitqies jekk jistgħux jingħataw mudelli tat-tbassir.
Din l-informazzjoni għandha tingħata meta tkun disponibbli u xierqa, għal kull sustanza individwali fit-taħlita li jeħtieġ tiġi elenkata fit-Taqsima 3 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
12.4. Mobilità fil-ħamrija
Il-mobilità fil-ħamrija hija l-potenzjal tas-sustanza jew tal-komponenti ta’ taħlita, jekk rilaxxati fl-ambjent, li jiċċaqilqu bis-saħħa ta’ forzi naturali lejn l-ilma tal-pjan jew lejn distanza mill-post tar-rilaxx. Meta jkun disponibbli, għandu jingħata l-potenzjal għall-mobilità fil-ħamrija. L-informazzjoni dwar il-mobilità fil-ħamrija tista’ tiġi determinata mid-data rilevanti dwar il-mobilità bħalma huma l-istudji tal-adsorbiment jew l-istudji tal-iskular, id-distribuzzjoni magħrufa jew imbassra għal kompartimenti ambjentali, jew it-tensjoni tas-superfiċje. Pereżempju, il-valuri tal-adsorbiment tal-ħamrija (Koc) jistgħu jitbassru mill-Kow. L-iskular u l-mobilità jistgħu jitbassru minn mudelli.
Din l-informazzjoni għandha tingħata meta tkun disponibbli u xierqa, għal kull sustanza individwali fit-taħlita li jeħtieġ tiġi elenkata fit-Taqsima 3 tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
12.5. Riżultati tal-valutazzjoni PBT u vPvB
Meta jkun meħtieġ rapport ta’ sigurtà kimika, għandhom jingħataw ir-riżultati tal-valutazzjoni PBT u vPvB kif stipulat fir-rapport ta’ sigurtà kimika.
12.6. Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
Meta tkun disponibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar l-effetti ta’ ħsara fuq l-ambjent kkawżati minn proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, għas-sustanzi identifikati fis-subtaqsima 2.3 li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn taqsiriet konċiżi tal-informazzjoni li tkun ġejja mill-applikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni stipulati fir-Regolamenti korrispondenti ((KE) Nru 1907/2006, (UE) 2017/2100, (UE) 2018/605), u li tkun rilevanti biex jiġu valutati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali għall-ambjent.
12.7. Effetti oħra ta’ ħsara
Meta tkun disponibbli, għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar kull effett ieħor ta’ ħsara fuq l-ambjent, pereżempju d-destin ambjentali (l-esponiment), il-potenzjal tal-ħolqien ta’ ożonu fotokimiku, il-potenzjal tat-tnaqqis tal-ożonu jew il-potenzjal tat-tisħin globali.
13. TAQSIMA 13: Kunsiderazzjonijiet ta’ rimi
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tipprovdi informazzjoni għall-ġestjoni tal-iskart xierqa tas-sustanza jew tat-taħlita u/jew tal-kontenitur tagħha, biex tgħin fid-determinazzjoni ta’ alternattivi sikuri u ambjentalment ippreferiti tal-ġestjoni tal-iskart, li huma konsistenti mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 41 ) mill-Istat Membru fejn l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà qed tiġi fornuta. L-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza tal-persuni li jwettqu attivitajiet ta’ ġestjoni tal-iskart għandha tikkomplementa l-informazzjoni mogħtija fit-Taqsima 8.
Meta jkun meħtieġ rapport ta’ sigurtà kimika, l-informazzjoni f’din is-subtaqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tkun konsistenti mal-użi identifikati fir-rapport ta’ sigurtà kimika u max-xenarji tal-esponiment mir-rapport ta’ sigurtà kimika stipulat fl-anness tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà.
13.1. Metodi tat-trattament tal-iskart
Din is-subtaqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha:
tispeċifika l-kontenituri u l-metodi tat-trattament tal-iskart inkluż il-metodi xierqa tat-trattament tal-iskart kemm tas-sustanza jew tat-taħlita kif ukoll għal kull ippakkjar kontaminat (pereżempju l-inċinerazzjoni, ir-riċiklaġġ, ir-rimi fir-radam);
tispeċifika l-proprjetajiet fiżiċi/kimiċi li jistgħu jaffettwaw alternattivi ta’ trattament tal-iskart;
tevita r-rimi tad-drenaġġ;
meta jkun xieraq, tidentifika prekawzjoni speċjali għal kwalunkwe alternattiva rakkomandata tat-trattament tal-iskart.
Għandha ssir referenza għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-iskart jew, fin-nuqqas ta’ dan, għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti nazzjonali jew reġjonali fis-seħħ.
14. TAQSIMA 14: Informazzjoni dwar it-trasport
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tagħti informazzjoni bażika ta’ klassifikazzjoni għat-trasport/għat-trasport bil-baħar tas-sustanzi jew tat-taħlitiet imsemmija fit-Taqsima 1 bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar, bil-passaġġi fuq l-ilma interni jew bl-ajru. Meta informazzjoni bħal din ma tkunx disponibbli jew rilevanti dan għandu jiġi dikjarat.
Meta jkun rilevanti, f’din it-taqsima għandha tingħata informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tat-trasport għal kull wieħed mill-ftehimiet internazzjonali li ġejjin li jittrasponu r-Regolamenti Mudelli tan-NU għal modi speċifiċi tat-trasport: il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID) u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi fuq l-Ilma Interni (ADN), li kollha kemm huma ġew implimentati permezz tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 42 ), kif ukoll il-Kodiċi Marittima Internazzjonali dwar Oġġetti Perikolużi (IMDG) ( 43 ) għat-trasport ta’ oġġetti ppakkjati u l-kodiċijiet rilevanti tal-OMI għat-trasport bil-baħar ta’ merkanzija bl-ingrossa ( 44 ) u l-Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur ta’ Oġġetti Perikolużi bl-Ajru (ICAO TI) ( 45 ).
14.1. Numru tan-NU jew numru tal-ID
Għandu jingħata n-numru tan-NU jew in-numru tal-ID (jiġifieri n-numru ta’ identifikazzjoni b’erba’ ċifri tas-sustanza, tat-taħlita jew tal-oġġett ippreċedut mill-ittri “UN” jew “ID”) mir-Regolamenti Mudell tan-NU, IMDG, ADR, RID, ADN jew ICAO TI.
14.2. Isem uffiċjali tat-trasport tan-NU
Għandu jingħata l-isem uffiċjali tat-trasport kif previst fil-kolonna 2, “Isem u deskrizzjoni”, tat-Tabella A tal-Kapitolu 3.2 Lista ta’ Oġġetti Perikolużi tar-Regolamenti Mudell tan-NU, fl-ADR, fl-RIDu fit-Tabelli A u C tal-Kapitolu 3.2 tal-ADN, issupplementat, meta applikabbli, bl-isem tekniku fil-brekits kif meħtieġ, diment li ma kienx intuża bħala l-identifikatur tal-prodott fis-subtaqsima 1.1. Jekk in-numru tan-NU u l-isem uffiċjali tat-trasport ma jinbidlux fil-modi tat-trasport differenti, ma hemmx ħtieġa li din l-informazzjoni tiġi ripetuta. Fir-rigward tat-trasport marittimu, minbarra l-isem uffiċjali tat-trasport tan-NU, għandu jiġi indikat l-isem tekniku għall-oġġetti li se jiġu trasportati koperti mill-Kodiċi IMDG, meta jkun xieraq.
14.3. Klassi(jiet) tal-periklu tat-trasport
Għandha tingħata l-klassi ta’ periklu tat-trasport (u riskji sussidjarji) assenjati lis-sustanzi jew it-taħlitiet abbażi tal-periklu predominanti li jippreżentaw skont ir-Regolamenti Mudell tan-NU. Fir-rigward tat-trasport intern, għandha tingħata l-klassi ta’ periklu tat-trasport (u r-riskji sussidjarji) assenjata lis-sustanzi jew lit-taħlitiet abbażi tal-periklu predominanti li jirrappreżentaw skont l-ADR, l-RID u l-ADN.
14.4. Grupp tal-ippakkjar
Għandu jingħata n-numru tal-grupp tal-ippakkjar mir-Regolamenti Mudell tan-NU, jekk applikabbli, kif meħtieġ mir-Regolamenti Mudell tan-NU, ADR, RID u ADN. In-numru tal-grupp tal-ippakkjar huwa assenjat lil ċerti sustanzi skont il-grad tagħhom ta’ periklu.
14.5. Perikli ambjentali
Għandu jiġi indikat jekk is-sustanza jew it-taħlita hix perikoluża ambjentalment skont il-kriterji tar-Regolamenti Mudell tan-NU (kif riflessi fl-ADR, fl-RID u fl-ADN), u jekk hijiex sustanza niġġiesa tal-baħar skont il-Kodiċi IMDG u skont il-proċeduri ta’ rispons ta’ emergenza għall-bastimenti li jġorru prodotti perikolużi. Jekk is-sustanza jew it-taħlita tkun awtorizzata, jew maħsuba għat-trasport f’bastimenti tat-tankijiet permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni, għandu jiġi indikat jekk is-sustanza jew it-taħlita hijiex perikoluża ambjentalment fil-bastimenti tat-tankijiet skont l-ADN biss.
14.6. Prekawzjonijiet speċjali għall-utent
Għandha tingħata informazzjoni dwar kull prekawzjoni speċjali li l-utent għandu jew irid jieħu jew li jrid ikun konxju minnha rigward it-trasport jew il-ġarr kemm ’il ġewwa kif ukoll ’il barra mill-azjenda tiegħu, għall-modi tat-trasport rilevanti kollha.
14.7. Trasport marittimu bl-ingrossa skont l-istrumenti tal-OMI
Din is-subtaqsima tapplika biss meta l-merkanzija tkun maħsuba biex tinġarr bl-ingrossa skont l-istrumenti tal-OMI li ġejjin: il-Kapitolu VI jew il-Kapitolu VII tas-SOLAS ( 46 ), l-Anness II jew l-Anness V tal-MARPOL, il-Kodiċi IBC ( 47 ), il-Kodiċi IMSBC ( 48 ), u l-Kodiċi IGC ( 49 ) jew il-verżjonijiet preċedenti tiegħu, jiġifieri l-Kodiċi EGC ( 50 ), jew il-Kodiċi GC ( 51 )).
Fir-rigward tal-merkanzjija bl-ingrossa likwida, għandu jingħata l-isem tal-prodott (jekk l-isem ikun differenti minn dak mogħti fis-subtaqsima 1.1) kif meħtieġ skont id-dokument ta’ trasport u skont l-isem użat fil-listi ta’ ismijiet ta’ prodotti mogħtija fil-Kapitoli 17 jew 18 tal-Kodiċi IBC jew fl-aħħar edizzjoni tal-MEPC.2/Circular tal-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu tal-OMI (MEPC) ( 52 ). Għandhom jiġu indikati t-tip ta’ bastiment meħtieġ u l-kategorija tat-tniġġis, kif ukoll il-klassi ta’ periklu tal-OMI, skont l-Anness I(3)B(a) tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 53 ).
Fir-rigward tal-merkanzija solida bl-ingrossa, għandu jingħata l-isem tal-ġarr tal-merkanzija bl-ingrossa. Għandu jiġi indikat jekk il-merkanzija hix meqjusa ta’ ħsara għall-ambjent tal-baħar (HME) jew le, skont l-Anness V tal-MARPOL, jekk hijiex materjal perikoluż biss meta tkun bl-ingrossa (MHB) ( 54 ) skont il-Kodiċi IMSBC, u għal liema grupp ta’ merkanzija għandu jiġi kkunsidrat skont l-IMSBC.
Fir-rigward ta’ tagħbijiet bl-ingrossa ta’ gass likwifikat, għandu jingħata l-isem tal-prodott u t-tip ta’ bastiment meħtieġ skont il-Kodiċi IGC jew skont il-verżjonijiet preċedenti tiegħu, jiġifieri l-Kodiċi EGC jew il-Kodiċi GC.
15. TAQSIMA 15: Informazzjoni regolatorja
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tiddeskrivi l-informazzjoni regolatorja l-oħra dwar is-sustanza jew dwar it-taħlita li ma tkunx ingħatat fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà (pereżempju jekk is-sustanza jew it-taħlita hijiex soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu ( 55 ), ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE ( 56 ) jew ir-Regolament (KE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi ( 57 )).
15.1. Regolamenti/leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza, dwar is-saħħa u dwar l-ambjent li huma speċifiċi għas-sustanza jew għat-taħlita
Għandha tingħata informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar is-sikurezza, dwar is-saħħa u dwar l-ambjent (pereżempju l-kategorija Seveso/is-sustanzi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE ( 58 )) jew informazzjoni dwar l-istatus regolatorju nazzjonali tas-sustanza jew tat-taħlita (inkluż is-sustanzi fit-taħlita), inkluż parir dwar l-azzjoni li jenħtieġ jieħu r-riċevitur minħabba dawk id-dispożizzjonijiet. Jekk ikun rilevanti, għandha ssir referenza għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri rilevanti li jimplimentaw dawk id-dispożizzjonijiet u kull miżura nazzjonali oħra li tista’ tkun rilevanti.
Jekk is-sustanza jew it-taħlita koperta minn din l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà hija s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent fil-livell tal-Unjoni (pereżempju awtorizzazzjonijiet mogħtija skont it-Titolu VII jew restrizzjonijiet skont it-Titolu VIII) dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu dikjarati. Meta awtorizzazzjoni li tingħata skont it-Titolu VII timponi kundizzjonijiet jew arranġamenti ta’ monitoraġġ għal utent downstream tas-sustanza jew tat-taħlita, dawn għandhom jiġu provduti.
15.2. Valutazzjoni tas-sigurtà kimika
Din is-subtaqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tindika jekk il-fornitur ikunx wettaq valutazzjoni tas-sigurtà kimika għas-sustanza jew għat-taħlita.
16. TAQSIMA 16: Informazzjoni oħra
Din it-taqsima tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tinkludi inflormazzjoni oħra li mhix inkluża fit-Taqsimiet 1 sa 15, fosthom l-informazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà bħal:
fil-każ ta’ skeda ta’ data ta’ sigurtà riveduta, indikazzjoni ċara ta’ fejn saru l-bidliet fil-verżjoni preċedenti tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, sakemm ma tkunx ingħatat indikazzjoni ta’ dan it-tip xi mkien ieħor fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà, bi spjegazzjoni tal-bidiiet, jekk ikun xieraq. Fornitur ta’ sustanza jew ta’ taħlita għandu jkun jista’ jipprovdi spjegazzjoni għall-bidliet jekk jintalab jagħmel hekk;
spjega jew didaskalija għall-abbrevjazzjonijiet u għall-akronomi użati fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà;
referenzi ewlenin għal-letteratura u għas-sorsi għad-data;
fil-każ tat-taħlitiet, indikazzjoni ta’ liema metodu ta’ evalwazzjoni tal-informazzjoni minn fost il-metodi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ntuża għall-fini tal-klassifikazzjoni;
lista bid-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u/jew bid-dikjarazzjonijiet tal-prekawzjoni rielvanti. Ikteb it-test sħiħ ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li ma tkunx inkitbet b’mod sħiħ fit-Taqsimiet 2 sa 15;
parir dwar xi taħriġ adattat għall-ħaddiema biex jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent.
PARTI B
L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tinkludi s-16-il intestatura li ġejjin skont l-Artikolu 31(6) u flimkien magħhom is-subintestaturi elenkati wkoll, ħlief it-Taqsima 3, fejn is-subtaqsimiet 3.1 jew 3.2 biss jeħtieġ jiġu inklużi kif ikun xieraq:
TAQSIMA 1: Identifikazzjoni tas-sustanza/tat-taħlita u tal-kumpanija/tal-impriża
1.1. Identifikatur tal-prodott
1.2. Użi rilevanti identifikati tas-sustanza jew tat-taħlita u użi mhux rakkomandati
1.3. Dettalji tal-fornitur tal-iskeda ta’ data ta’ sigurtà
1.4. Numru tat-telefown ta’ emerġenza
TAQSIMA 2: Identifikazzjoni tar-riskji
2.1. Klassifikazzjoni tas-sustanza jew tat-taħlita
2.2. Elementi fuq it-tikketta
2.3. Perikli oħrajn
TAQSIMA 3: Kompożizzjoni/informazzjoni dwar l-ingredjenti
3.1. Sustanzi
3.2. Taħlitiet
TAQSIMA 4: Miżuri tal-ewwel għajnuna
4.1. Deskrizzjoni tal-miżuri tal-ewwel għajnuna
4.2. Sintomi u effetti prinċipali, kemm akuti kif ukoll tardjati
4.3. Indikazzjoni ta’ xi attenzjoni medika immedjata u trattament speċjali meħtieġa
TAQSIMA 5: Miżuri għat-tifi tan-nar
5.1. Mezzi għat-tifi tan-nar
5.2. Perikli speċifiċi li joriġinaw mis-sustanza jew mit-taħlita
5.3. Parir lill-pumpiera
TAQSIMA 6: Miżuri għar-rilaxx aċċidentali
6.1. Prekawzjonijiet personali, tagħmir ta’ protezzjoni u proċeduri ta’ emerġenza
6.2. Prekawzjonijiet ambjentali
6.3. Metodi u materjal għall-konteniment u għat-tindif
6.4. Referenza għal taqsimiet oħra
TAQSIMA 7: Ġestjoni u ħżin
7.1. Prekawzjonijiet għal manipulazzjoni sikura
7.2. Kundizzjonijiet għall-ħżin bla periklu, inkluż kwalunkwe nuqqas ta’ kompatibilità
7.3. Użi finali speċifiċi
TAQSIMA 8: Kontrolli tal-esponiment/il-protezzjoni personali
8.1. Parametri ta’ kontroll
8.2. Kontrolli tal-esponiment
TAQSIMA 9: Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi
9.1. Informazzjoni dwar proprjetajiet fiċiżi u kimiċi bażiċi
9.2. Informazzjoni oħra
TAQSIMA 10: Stabilità u reattività
10.1. Reattività
10.2. Stabilità kimika
10.3. Possibilità ta’ reazzjonijiet perikolużi
10.4. Kundizzjonijiet li jridu jiġu evitati
10.5. Materjali inkompatibbli
10.6. Prodotti perikolużi ta’ dekompożizzjoni
TAQSIMA 11: Informazzjoni tossikoloġika
11.1. Informazzjoni dwar il-klassi ta’ periklu kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
11.2. Informazzjoni dwar perikli oħrajn
TAQSIMA 12: Informazzjoni ekoloġika
12.1. Tossiċità
12.2. Persistenza u degradabilità
12.3. Potenzjal bijoakkumulattiv
12.4. Mobilità fil-ħamrija
12.5. Riżultati tal-valutazzjoni PBT u vPvB
12.6. Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali
12.7. Effetti oħra ta’ ħsara
TAQSIMA 13: Kunsiderazzjonijiet ta’ rimi
13.1. Metodi tat-trattament tal-iskart
TAQSIMA 14: Informazzjoni dwar it-trasport
14.1. Numru tan-NU jew numru tal-ID
14.2. Isem uffiċjali tat-trasport tan-NU
14.3. Klassi(jiet) tal-periklu tat-trasport
14.4. Grupp tal-ippakkjar
14.5. Perikli ambjentali
14.6. Prekawzjonijiet speċjali għall-utent
14.7. Trasport marittimu bl-ingrossa skont l-istrumenti tal-OMI
TAQSIMA 15: Informazzjoni regolatorja
15.1. Regolamenti/leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza, dwar is-saħħa u dwar l-ambjent li huma speċifiċi għas-sustanza jew għat-taħlita
15.2. Valutazzjoni tas-sigurtà kimika
TAQSIMA 16: Informazzjoni oħra
ANNESS III
KRITERJI GĦAL SUSTANZI REĠISTRATI FI KWANTITAJIET BEJN 1 U 10 TUNNELLATI
Kriterji għal sustanzi u, fejn applikabbli, in-nanoforom tagħhom, irreġistrati bejn 1 u 10 tunnellati, b'referenza għall-Artikolu 12(1)(a) u (b):
sustanzi li għalihom huwa mbassar (jiġifieri bl-applikazzjoni tal-(Q)SARs jew evidenza oħra) li x'aktarx jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji 1 A jew 1B fil-klassijiet ta' periklu ta' karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċità riproduttiva, jew il-kriterji tal-Anness XIII;
sustanzi:
b'użu jew użi dispersivi jew diffużi partikolarment fejn tali sustanzi jiġu użati fit-taħlitiet għall-konsumatur jew inkorporati f'oġġetti għall-konsumatur; u
li għalihom huwa mbassar (jiġifieri bl-applikazzjoni tal-(Q)SARs jew evidenza oħra) li x'aktarx jissodisfaw il-kriterji ta' klassifikazzjoni għal kwalunkwe klassi jew differenzjazzjoni ta' periklu għas-saħħa jew ambjentali skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, jew għal sustanzi b'nanoforom, sakemm dawk in-nanoforom ikunu solubbli f'mezzi bijoloġiċi u ambjentali.
ANNESS IV
EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(a)
Nru EINECS |
Isem/Grupp |
Nru CAS |
200-061-5 |
D-gluċitol C6H14O6 |
50-70-4 |
200-066-2 |
Aċidu askorbiku C6H8O6 |
50-81-7 |
200-075-1 |
Glukożju C6H12O6 |
50-99-7 |
200-233-3 |
Fruttożju C6H12O6 |
57-48-7 |
200-294-2 |
L-liżina C6H14N2O2 |
56-87-1 |
200-334-9 |
Sukrożju, pur C12H22O11 |
57-50-1 |
200-405-4 |
Aċetat ta' l-α-tokoferil C31H52O3 |
58-95-7 |
200-416-4 |
Galattożju C6H12O6 |
59-23-4 |
200-432-1 |
DL-metijonina C5H11NO2S |
59-51-8 |
200-559-2 |
Lattożju C12H22O11 |
63-42-3 |
200-711-8 |
D-mannitol C6H14O6 |
69-65-8 |
201-771-8 |
L-sorbożju C6H12O6 |
87-79-6 |
204-664-4 |
Stearat tal-gliċerol, pur C21H42O4 |
123-94-4 |
204-696-9 |
Diossidu tal-karbonju CO2 |
124-38-9 |
205-278-9 |
Panotenat tal-kalċju, forma-D C9H17NO5.1/2Ca |
137-08-6 |
205-756-7 |
DL-fenilalanina C9H11NO2 |
150-30-1 |
208-407-7 |
Glukonat tas-sodju C6H12O7.Na |
527-07-1 |
215-665-4 |
Oleat tas-sorbitan C24H44O6 |
1338-43-8 |
231-098-5 |
Kripton Kr |
7439-90-9 |
231-110-9 |
Neon Ne |
7440-01-9 |
231-147-0 |
Argon Ar |
7440-37-1 |
231-168-5 |
Elju He |
7440-59-7 |
231-172-7 |
Kżenu Xe |
7440-63-3 |
231-783-9 |
Nitroġenu N2 |
7727-37-9 |
231-791-2 |
Ilma, distillat, għal testijiet ta' konduttività jew ta' purità simili H2O |
7732-18-5 |
232-307-2 |
Leċitini Il-kombinazzjoni komplessa ta' digliċeridi ta' aċidi xaħmin marbuta ma’ l-ester tal-kolina ta' l-aċidu fosforiku. |
8002-43-5 |
232-436-4 |
Ġuleppi, lamtu idrolizzat Taħlita kumplessa miksuba bl-idrolożi ta' lamtu tal-qamħirrun bl-azzjoni ta' aċidi u enżimi. Tikkonsisti primarjament f'd-glukożju, maltożju u maltodestrini. |
8029-43-4 |
232-442-7 |
Xaħam, idroġenat |
8030-12-4 |
232-675-4 |
Destrina |
9004-53-9 |
232-679-6 |
Lamtu Materjal karboidrat b'livell għoli ta' polimerizzazzjoni ġeneralment derivat minn żerriegħa ta' ċereali bħal qamħirrun, qamħ u sorghum, u minn għeruq u tuberi bħal patata u tapjoka. Jinkludi lamtu li ġie preġelatinizzat bis-sħana fil-preżenza ta' l-ilma. |
9005-25-8 |
232-940-4 |
Maltodestrina |
9050-36-6 |
238-976-7 |
Glukonat-D tas-sodju C6H12O7.xNa |
14906-97-9 |
248-027-9 |
Monostearat tal-gluċitol-D C24H48O7 |
26836-47-5 |
262-988-1 |
Aċidi xaħmin, coco, esteri Me |
61788-59-8 |
265-995-8 |
Polpa taċ-ċelluloża |
65996-61-4 |
266-948-4 |
Gliċeridi, C16-18 u C18-mhux saturati. Din is-sustanza hi identifikata minn Isem tas-Sustanza SDA: gliċeride trialkil mhux saturat C16-C18 u C18 u Numru ta' Rapportar SDA: 11-001-00. |
67701-30-8 |
268-616-4 |
Ġuleppi, tal-qamħirrun, deidratat |
68131-37-3 |
269-658-6 |
Gliċeridi, xaħam mono-, di- u tri-, idroġenati |
68308-54-3 |
270-312-1 |
Gliċeridi, C16-18 u C18-mhux saturati. mono- u di- Din is-sustanza hi identifikata minn Isem tas-Sustanza SDA: alkil C16-C18 u C18 mhux saturat u gliċerid dialkil C16-C18 u C18 mhux saturat u Numru ta' Rapportar SDA: 11-002-00. |
68424-61-3 |
288-123-8 |
Gliċeridi, C10-18 |
85665-33-4 |
ANNESS V
EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA’ REĠISTRAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 2(7)(b)
1. Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ inċidentalment għal espożizzjoni ta' xi sustanza oħra jew xi oġġett ieħor għal fatturi ambjentali bħal arja, imdewwa, organiżmi mikrobjali jew dawl tax-xemx.
2. Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ inċidentalment lil ħażna ta' xi sustanza oħra, ►M3 taħlita ◄ jew oġġett.
3. Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ ma' l-użu finali ta' sustanzi oħra, ►M3 taħlitiet ◄ jew oġġetti u li, huma stess, mhumiex manifatturati, importati jew imqegħdin fis-suq.
4. Sustanzi li, huma stess, mhumiex manifatturati, importati jew imqegħdin fis-suq u li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ meta:
stabilizzatur, kolorant, aġent li jagħti t-togħma, anti-ossidant, filler, solvent, carrier, tensjoattiv, plastifikant, inibitur tal-korruzjoni, aġent kontra r-ragħwa, aġent dispersiv, inibitur tal-preċipitazzjoni, dessikant, aġent li jgħaqqad, emulsifikatur, diemulsifikatur, diżidratant, agglomerant, promotur ta' l-adeżjoni, modifikatur tal-fluss, newtralizzatur tal-pH, sekwestrant, koagulant, flokkulant, ritardant tan-nar, lubrikant, aġent kelant, jew reaġent għall-kontroll ta' kwalità jaħdem adegwatament; jew
sustanza maħsuba biss sabiex tipprovdi karatteristika fiżikokimika speċifika tiffunzjona adegwatament.
5. Prodotti sekondarji, għajr jekk huma stess ikunu importati jew imqegħdin fis-suq.
6. Idrati ta' sustanza jew joni idratati, iffurmati b'assoċjazzjoni ta' sustanza ma' l-ilma, sakemm is-sustanza tkun ġiet reġistrata mill-manifattur jew importatur bl-użu ta' din l-eżenzjoni.
7. Is-sustanzi li ġejjin li jinsabu fin-natura, jekk mhumiex modifikati kimikament:
Minerali, metalli mhux maħduma, konċentrati ta' metalli mhux maħduma, u gass naturali proċessat, żejt mhux raffinat, faħam.
8. Sustanzi li jinsabu fin-natura għajr dawk elenkati taħt il-paragrafu 7, jekk mhumiex modifikati kimikament, għajr jekk jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikolużi skond ►M3 ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ◄ jew għajr jekk huma persistenti, bijoakkumulattivi skond il-kriterji definiti fl-Anness XIII jew għajr jekk ġew identifikati skond l-Artikolu 59(1) talanqas sentejn qabel bħala sustanzi li joħolqu livell ekwivalenti ta’ tħassib kif stipulat fl-Artikolu 57(f).
9. Is-sustanzi li ġejjin li jinkisbu minn sorsi naturali, jekk mhumiex modifikati kimikament, għajr jekk jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE bl-eċċezzjoni ta’ dawk klassifikati biss bħala fjammabbli [R10], bħala irritant tal-ġilda [R38] jew bħala irritant għall-għajnejn [R36] jew għajr jekk huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna jew bijoakkumulattivi ħafna skond il-kriterji definiti fl-Anness XIII jew għajr jekk ġew identifikati skond l-Artikolu 59(1) talanqas sentejn qabel bħala sustanzi li joħolqu livell ekwivalenti ta’ tħassib kif stipulat fl-Artikolu 57(f):
Xaħmijiet veġetali, żjut veġetali, xama’ veġetali; xaħmijiet ta’ l-annimali, żjut ta’ l-annimali, xama’ ta’ l-annimali; aċidi xaħmin minn C6 sa C24 u l-imluħ tagħhom tal-potassju, tas-sodju, tal-kalċju u tal-manjeżju; gliċerol.
10. Is-sustanzi li ġejjin jekk mhumiex modifikati kimikament:
Gass ta' pitrolju likwifikat, gass naturali kondensat, gassijiet proċessati u komponenti tagħhom, kokk, cement clinker, manjeżja.
11. Is-sustanzi li ġejjin għajr jekk huma stess ikunu jissodisfaw il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE u sakemm ma jkunx fihom konstitwenti li jissodisfaw il-kriterji bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE preżenti f’konċentrazzjonijiet ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni l-aktar baxxi applikabbli definiti fid-Direttiva 1999/45/KE jew il-limiti ta’ konċentrazzjoni definiti fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE, għajr jekk data xjentifika sperimentali konklużiva turi li dawn il-konstitwenti mhumiex disponibbli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza u dik id-data ġiet aċċertata bħala adegwata u ta’ min joqgħod fuqha:
Ħġieġ, frits taċ-ċeramika.
12. Kompost, bijogass u diġestat.
13. Idroġenu u ossiġnu.
ANNESS VI
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10
NOTA DWAR IT-TWETTIQ TAR-REKWIŻITI TAL-ANNESSI VI SA XI
L-Annessi VI sa XI jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-finijiet tar-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni skont l-Artikoli 10, 12, 13, 40, 41 u 46. Għall-aktar livell baxx ta' tunnellaġġ, ir-rekwiżiti standard jinsabu fl-Anness VII, u kull darba li jintlaħaq livell ġdid ta' tunnellaġġ, iridu jiżdiedu r-rekwiżiti tal-Anness korrispondenti. Ir-rekwiżiti preċiżi ta' informazzjoni għal kull reġistrazzjoni jvarjaw, skont it-tunnellaġġ, l-użu u l-esponiment. L-Annessi għandhom għalhekk jitqiesu bħala ħaġa waħda, u flimkien mar-rekwiżiti globali ta' reġistrazzjoni, ta' valutazzjoni u tal-obbligu tal-kura.
Sustanza tiġi ddefinita skont l-Artikolu 3(1), u tiġi identifikata skont it-taqsima 2 ta' dan l-Anness. Sustanza dejjem tkun immanifatturata jew importata f'tal-anqas forma waħda. Sustanza tista' tkun preżenti wkoll f'iktar minn forma waħda.
Għan-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni, għandhom jingħataw ċerti elementi ta' informazzjoni speċifika. In-nanoforom għandhom ikunu kkaratterizzati kif previst f'dan l-Anness. Ir-reġistrant għandu jiġġustifika għala l-informazzjoni mogħtija fir-reġistrazzjoni konġunta, li tkopri r-rekwiżiti ta' informazzjoni tas-sustanzi rreġistrati bin-nanoforom, hija adegwata għall-valutazzjoni tan-nanoforom. Informazzjoni rilevanti biex tkopri r-rekwiżiti ta' informazzjoni għal tali sustanza tista' titressaq ukoll b'mod separat minn reġistranti individwali, fejn iġġustifikat skont l-Artikolu 11(3).
Jistgħu jkunu meħtieġa aktar minn sett wieħed tad-dejta għal rekwiżit ta' informazzjoni wieħed jew iktar kull fejn ikun hemm differenzi sinifikanti fil-proprjetajiet rilevanti għall-istimi u l-immaniġar tal-periklu, tal-esponiment u tar-riskju tan-nanoforom. L-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata b'mod li jkun ċar liema informazzjoni fis-sottomissjoni konġunta torbot ma' liema nanoforma tas-sustanza.
Fejn teknikament u xjentifikament iġġustifikati, il-metodoloġiji stipulati fl-Anness XI.1.5 għandhom jintużaw f'dossier ta' reġistrazzjoni meta żewġ forom jew aktar ta' sustanza jkunu “raggruppati” għall-finijiet ta' rekwiżit ta' informazzjoni wieħed jew iktar, jew possibbilment għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' informazzjoni kollha.
Ir-rekwiżiti speċifiċi għan-nanoform japplikaw mingħajr ħsara għar-rekwiżiti applikabbli għal forom oħra ta' sustanza.
Definizzjoni ta' nanoforma u ta' sett ta' nanoforom simili:
STADJU 1 – ĠBIR U KONDIVIŻJONI TA' INFORMAZZJONI
Ir-reġistrant għandu jiġbor id-dejta tal-ittestjar kollha disponibbli dwar is-sustanza li trid tiġi reġistrata, inkluż tfittxija tal-biblijografija għall-informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza.
Kull fejn ikun prattikabbli, ir-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati b'mod konġunt, skont l-Artikoli 11 jew 19. Dan jippermetti li tiġi kondiviża d-dejta tal-ittestjar, u b'hekk jiġi evitat ittestjar żejjed u jitnaqqsu l-ispejjeż. Ir-reġistrant għandu wkoll jiġbor kull informazzjoni oħra rilevanti u disponibbli dwar is-sustanza, inkluż dwar in-nanoforom kollha tas-sustanza koperti mir-reġistrazzjoni, irrispettivament jekk l-ittestjar għal xi punt tat-tmiem partikolari jkunx meħtieġ jew le fil-livell speċifiku ta' tunnellaġġ. Dan għandu jinkludi informazzjoni minn sorsi alternattivi (eż. minn (Q)SARs, read-across minn sustanzi oħra, minn ittestjar in vivo u in vitro, minn dejta epidemjoloġika) li jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni tal-presenża jew l-assenza ta' proprjetajiet perikolużi tas-sustanza u li jistgħu f'ċerti każijiet jissostitwixxu r-riżultati ta' testijiet fuq l-annimali.
Barra minn hekk, għandha tinġabar informazzjoni dwar miżuri ta' esponiment, ta' użu u tal-immaniġġar tar-riskji skont l-Artikolu 10 u dan l-Anness. Billi jqis din l-informazzjoni kollha, ir-reġistrant ikun jista' jiddetermina l-ħtieġa li tiġi ġenerata informazzjoni ulterjuri.
STADJU 2 – KONSIDERAZZJONI TA' ĦTIĠIJIET TA' INFORMAZZJONI
Ir-reġistrant għandu jidentifika x'informazzjoni tkun meħtieġa għar-reġistrazzjoni. L-ewwelnett, għandhom ikunu identifikati l-Anness jew l-Annessi relevanti li jridu jiġu segwiti, skond it-tunnellaġġ. Dawn l-Annessi jistabbilixxu r-rekwiżiti standard ta' informazzjoni, iżda għandhom jiġu kunsidrati flimkien ma' l-Anness XI, li jippermetti varjazzjoni mill-approċċ standard, fejn dan jista' jiġi ġustifikat. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar il-miżuri ta' espożizzjoni, ta' użu u ta' l-immaniġġar tar-riskji għandha tiġi kunsidrata f'dan l-istadju sabiex jiġu determinati r-rekwiżiti ta' informazzjoni għas-sustanza.
STADJU 3 – IDENTIFIKAZZJONI TA' NUQQASIJIET TA' INFORMAZZJONI
Ir-reġistrant għandu mbagħad iqabbel ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għas-sustanza mal-informazzjoni li tkun diġà disponibbli, inkluż l-informazzjoni attwalment disponibbli li tista' tiġi applikata għan-nanoforom kollha koperti mir-reġistrazzjoni, u b'hekk jidentifika fejn hemm xi nuqqasijiet.
Huwa importanti f'dan l-istadju li jiġi żgurat li d-dejta disponibbli tkun rilevanti, u jkollha kwalità suffiċjenti sabiex tissodisfa r-rekwiżiti.
STADJU 4 – ĠENERAZZJONI TA' DEJTA ĠDIDA/PROPOSTA TA' STRATEĠIJA TA' TTESTJAR
F'xi każijiet ma jkunx meħtieġ li tiġi ġġenerata dejta ġdida. Madankollu, fejn ikun hemm xi nuqqas ta' informazzjoni li jrid jiġi rimedjat, għandha tiġi ġġenerata dejta ġdida (Annessi VII u VIII), jew għandha tiġi proposta strateġija ta' ttestjar (Annessi IX u X), skont it-tunnellaġġ. Testijiet ġodda fuq vertebrati għandhom isiru jew jiġu proposti biss bħala l-aħħar soluzzjoni meta s-sorsi tad-dejta l-oħra kollha jkunu ġew eżawriti.
Dan l-approċċ għandu japplika wkoll jekk ikun hemm nuqqas ta' informazzjoni disponibbli għal nanoforma waħda jew iktar tas-sustanza inkluża fid-dossier ta' reġistrazzjoni sottomess b'mod konġunt.
F'xi każijiet, ir-regoli stipulati fl-Annessi VII sa XI jistgħu jeħtieġu li jsiru ċerti testijiet qabel ir-rekwiżiti standard jew b'żieda magħhom.
NOTI
Nota 1: Jekk ma jkunx teknikament possibbli, jew jekk ma jidhirx xjentifikament meħtieġ li tingħata informazzjoni, ir-raġunijiet għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti.
Nota 2: Ir-reġistrant aktarx ikun jixtieq jiddikjara li ċerta informazzjoni ppreżentata fid-dossier ta' reġistrazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, li l-iżvelar tagħha jista' jkun kummerċjalment ta' ħsara għalih. Jekk dan ikun il-każ, ir-reġistrant għandu jelenka l-punti u jipprovdi ġustifikazzjoni.
INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10(a) (i) SA (v)
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR IR-REĠISTRANT
1.1. Reġistrant
1.1.1. Isem, indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u indirizz ta' l-e-mail
1.1.2. Persuni ta' kuntatt
1.1.3. Post tas-sit jew siti ta' produzzjoni u ta' l-użu, minnu stess, tar-reġistrant, skond il-każ
1.2. Preżentazzjoni konġunta ta' data
L-Artikoli 11 jew 19 jipprevedu li partijiet mir-reġistrazzjoni jistgħu jiġu preżentati minn reġistrant ewlieni f'isem reġistranti oħra.
F'dan il-każ, ir-reġistrant ewlieni għandu jidentifika r-reġistranti l-oħra u jispeċifika:
Semmi n-numru jew numri mogħtija f'dan l-Anness jew fl-Annessi VII sa X, skond il-każ.
Kwalunkwe reġistrant ieħor għandu jidentifika r-reġistrant ewlieni li jippreżenta f'ismu u jispeċifika:
Semmi n-numru jew numri mogħtija f'dan l-Anness jew fl-Annessi VII sa X, skond il-każ.
1.3. Parti terza maħtura skond l-Artikolu 4
1.3.1. Isem, indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u indirizz ta' l-email
1.3.2. Persuna ta' kuntatt
2. IDENTIFIKAZZJONI TAS-SUSTANZA
Għal kull sustanza, l-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun suffiċjenti sabiex tippermetti li kull sustanza tkun identifikata, u li n-nanoforom differenti jkunu karatterizzati. Jekk ma jkunx teknikament possibbli jew jekk ma jidhirx xjentifikament meħtieġ li tingħata informazzjoni dwar wieħed jew aktar mill-punti ta' hawn taħt, ir-raġunijiet għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar.
2.1. Isem jew identifikatur ieħor ta' kull sustanza
2.1.1. Isem/ismijiet fin-nomenklatura IUPAC jew isem/ismijiet kimiku/kimiċi internazzjonali ieħor/oħra
2.1.2. Ismijiet oħra (l-isem tas-soltu, isem kummerċjali, abbrevjazzjoni)
2.1.3. Numru EINECs jew ELINCss (jekk disponibbli u jekk ikun il-każ)
2.1.4. Isem CAS u numru CAS (jekk disponibbli)
2.1.5. Kodiċi ieħor ta' identità (jekk disponibbli)
2.2. Informazzjoni relatata mal-formula molekulari u strutturali ta' kull sustanza
2.2.1. Formula molekulari u strutturali (inkluża n-notazzjoni Smiles, jekk disponibbli)
2.2.2 Informazzjoni dwar attività ottika u proporzjon tipiku ta' isomeri ((stereo) (jekk applikabbli u jekk ikun il-każ)
2.2.3. Piż molekulari jew firxa ta' piżijiet molekulari
2.3. Kompożizzjoni ta' kull sustanza. Fejn reġistrazzjoni tkopri nanoforma waħda jew iktar, dawn in-nanoforom għandhom ikunu kkaratterizzati skont it-taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.
2.3.1. Grad ta' purità (%)
2.3.2. Natura ta' impuritajiet, inklużi isomeri u prodotti sekondarji
2.3.3. Perċentwal ta' impuritajiet ewlenin (sinifikanti)
2.3.4. Natura u ordni ta' daqs (… ppm, … %) ta' kwalunkwe addittiv (eż. aġenti stabilizzanti jew inibituri)
2.3.5. Dejta spettrali (eż. ultra-vjola, infra-aħmar, reżonanza manjetika nukleari jew spektrum ta' massa)
2.3.6. Kromatogramma f'fażi likwida bi pressjoni għolja, kromatogramma f'fażi gassuża
2.3.7. Deskrizzjoni tal-metodi analitiċi jew ir-referenzi bibljografiċi adatti għall-identifikazzjoni tas-sustanza, u fejn ikun il-każ, għall-identifikazzjoni ta' impuritajiet u addittivi. Din l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti sabiex tippermetti li l-metodi jkunu riprodotti.
2.4. Karatterizzazzjoni tan-nanoforom ta' sustanza: Għal kull wieħed mill-parametri ta' karatterizzazzjoni, l-informazzjoni mogħtija tista' tkun applikabbli jew għal nanoforma individwali jew għal sett ta' nanoforom simili, dejjem jekk il-konfini tas-sett ikunu speċifikati biċ-ċar.
L-informazzjoni fil-punti 2.4.2–2.4.5 għandha tkun assenjata b'mod ċar lin-nanoforom differenti jew lis-settijiet ta' nanoforom simili identifikati fil-punt 2.4.1.
2.4.1. Ismijiet jew identifikaturi oħra tan-nanoforom jew tas-settijiet ta' nanoforom simili tas-sustanza.
2.4.2. Distribuzzjoni dimensjonali tal-partikoli abbażi tal-għadd, b'indikazzjoni tal-frazzjoni numerika tal-partikoli kostitwenti fil-firxa tad-daqs 1 nm–100 nm.
2.4.3. Deskrizzjoni tal-funzjonalizzazzjoni jew trattament tas-superfiċje u identifikazzjoni ta' kull aġent, inkluż l-isem IUPAC u n-numru CAS jew KE.
2.4.4. Forma, proporzjon tal-aspett u karatterizzazzjoni morfoloġika oħra: kristallinità, informazzjoni dwar l-istruttura ta' assemblaġġ inkluż eż. strutturi tipo qoxra jew strutturi moħfija, fejn xieraq.
2.4.5. Erja tas-superfiċje (erja tas-superfiċje speċifika skont il-volum, skont il-massa, jew it-tnejn).
2.4.6. Deskrizzjoni tal-metodi analitiċi jew referenzi bibliografiċi xierqa għall-elementi ta' informazzjoni f'din is-sottotaqsima. Din l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti sabiex tippermetti li l-metodi jkunu riprodotti.
3. INFORMAZZJONI DWAR IL-MANIFATTURA U L-UŻU TAS-SUSTANZI
Fejn sustanza li tkun qiegħda tiġi rreġistrata hija manifatturata jew importata f'nanoforma waħda jew iktar, l-informazzjoni dwar il-manifattura u l-użu taħt is-sottotaqsimiet 3.1–3.7 għandha tinkludi informazzjoni separata dwar in-nanoforom differenti jew is-settijiet ta' nanoforom simili kif ikkaratterizzati fis-sottotaqsima 2.4.
3.1. Manifattura ġenerali, il-kwantitajiet użati għall-produzzjoni ta' oġġett suġġett għar-reġistrazzjoni, u/jew importazzjonijiet globali f'tunnellati metriċi għal kull reġistrant kull sena fi:
Is-sena kalendarja tar-reġistrazzjoni (kwantità stmata)
3.2. Fil-każ ta' manifattur jew produttur ta' oġġetti: Deskrizzjoni qasira tal-proċess teknoloġiku użat fil-manifattura jew produzzjoni ta' oġġetti
Mhumiex meħtieġa dettalji preċiżi tal-proċess, partikolarment dawk ta' natura kummerċjalment sensittiva,.
3.3. Indikazzjoni tat-tunnellaġġ użat għall-użu(i) tiegħu stess
3.4. Forma (sustanza, ►M3 taħlita ◄ jew oġġett) u/jew stat fiżiku li taħthom is-sustanza titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' utenti downstream. Il-konċentrazzjoni jew il-firxa ta' konċentrazzjoni tas-sustanza fit- ►M3 taħlitiet ◄ mqiegħda għad-dispożizzjoni ta' utenti “downstream” u kwantitajiet tas-sustanza f'oġġetti mqiegħda għad-dispożizzjoni ta' utenti downstream.
3.5. Deskrizzjoni ġenerali fil-qosor ta' l-użu jew użi identifikati
3.6. Informazzjoni dwar kwantitajiet ta' skart u kompożizzjoni ta' skart li jirriżultaw mill-manifattura tas-sustanza, mill-użu f'oġġetti u mill-użi identifikati
3.7. Użi li dwarhom jingħata parir negattiv ►M7 (ara t-Taqsima 1 tal-iskeda tad-dejta ta’ sigurtà) ◄
Fejn applikabbli, indikazzjoni ta' l-użi, li r-reġistrant jagħti parir negattiv dwarhom u għaliex (jiġifieri rakkomandazzjonijiet mhux statutorji mill-fornitur). Din m'hemmx għalfejn tkun lista eżawrjenti.
4. KLASSIFIKAZZJONI U TTIKKETTAR
4.1 Il-klassifikazzjoni ta' periklu tas-sustanza/i, li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-Titolu I u II tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għall-klassijiet u l-kategoriji ta' periklu kollha f'dak ir-Regolament,
Barra minn hekk, għal kull entrata, ir-raġunijiet għalfejn ma tingħata ebda klassifikazzjoni ta' klassi jew differenzjazzjoni ta' periklu għandhom ikunu pprovduti (jiġifieri jekk id-data ma tkunx kompluta, tkun inkonklużiva, jew konklużiva iżda mhux suffiċjenti għall-klassifikazzjoni),
4.2 It-tikketta ta' periklu li tirriżulta għas-sustanza/i, li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008,
4.3 Limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi, fejn applikabbli, li huma riżultat ta' l-applikazzjoni ta' Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
5. GWIDA DWAR L-UŻU MINGĦAJR PERIKLU FIR-RIGWARD TA':
Din l-informazzjoni għandha tkun konsistenti ma' dik fl-Iskeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza, fejn tali Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza tkun meħtieġa skont l-Artikolu 31.
Fejn sustanza li tkun qiegħda tiġi rreġistrata hija wkoll manifatturata jew importata f'nanoforma waħda jew iktar, l-informazzjoni skont din it-taqsima għandha tindirizza n-nanoforom differenti jew is-settijiet ta' nanoforom simili kif ikkaratterizzati fis-sottotaqsima 2.4, fejn rilevanti.
5.1. Miżuri ta' l-ewwel għajnuna (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 4)
5.2. Miżuri ta' tifi tan-nar (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 5)
5.3. Miżuri ta' rilaxx aċċidentali (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 6)
5.4. Miżuri ta' Trattament u Ħażna (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 7)
5.5. Informazzjoni dwar it-Trasport (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 14)
Fejn ma jkunx meħtieġ Rapport ta' Sigurtà Kimika, tkun meħtieġa l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
5.6. Kontrolli ta' Espożizzjoni/Protezzjoni Personali (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 8)
5.7. Stabbiltà u Reattività (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 10)
5.8. Konsiderazzjonijiet ta' rimi
5.8.1. Konsiderazzjonijiet ta' rimi (Skeda ta' Data ta' Sigurtà, intestatura 13)
5.8.2. Informazzjoni dwar riċiklaġġ u metodi ta' rimi għall-industrija
5.8.3. Informazzjoni dwar riċiklaġġ u metodi ta' rimi għall-pubbliku
6. INFORMAZZJONI DWAR ESPOŻIZZJONI GĦAL SUSTANZI REĠISTRATI FI KWANTITAJIET BEJN TUNNELLATA METRIKA U 10 TUNNELLATI METRIĊI KULL SENA GĦAL KULL MANIFATTUR JEW IMPORTATUR
Fejn sustanza li tkun qiegħda tiġi rreġistrata hija manifatturata jew importata f'nanoforma waħda jew iktar, l-informazzjoni skont din it-taqsima għandha tindirizza n-nanoforom differenti jew is-settijiet ta' nanoforom simili kif ikkaratterizzati fis-sottotaqsima 2.4 b'mod separat.
6.1. Kategorija ta' użu prinċipali:
6.1.1.
użu industrijali u/jew
użu professjonali u/jew
użu tal-konsumatur
6.1.2. Speċifikazzjonijiet għal użu industrijali u professjonali:
użati f'sistemi magħluqa u/jew
użu li jirriżulta f'inklużjoni fi jew fuq matriċi u/jew
użu non-disperżiv u/jew
użu dispersiv
6.2. Rotta jew rotot sinifikattivi ta' espożizzjoni:
6.2.1. Espożizzjoni umana:
orali u/jew
dermali u/jew
inalatorja
6.2.2. Espożizzjoni ambjentali
ilma u/jew
ajru u/jew
skart solidu u/jew
ħamrija
6.3. Tendenzi ta' espożizzjoni:
aċċidentali/mhux frekwenti u/jew
okkażjonali u/jew
kontinwu/frekwenti
ANNESS VII
REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI STANDARD GĦAL SUSTANZI MANIFATTURATI JEW IMPORTATI FI KWANTITAJIET TA' TUNNELLATA METRIKA JEW AKTAR ( 60 )
Il-Kolonna 1 ta' dan l-Anness tistabbilixxi l-informazzjoni standard meħtieġa għal:
sustanzi li ma jkunux ta' introduzzjoni gradwali manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 1 sa 10 tunnellati metriċi;
sustanzi ta' introduzzjoni gradwali manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 1 sa 10 tunnellati metriċi u li jissodisfaw il-kriterji fl-Anness III konformement ma' l-Artikolu 12(1) (a) u (b); u
sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 10 tunnellati metriċi jew aktar.
Għandha tiġi provduta kwalunkwe informazzjoni oħra fiżikokimika, tossikoloġika u ekotossikoloġika relevanti li tkun disponibbli. Għal sustanzi li ma jissodisfawx il-kriterji fl-Anness III, huma meħtieġa biss ir-rekwiżiti fiżikokimiċi kif stabbiliti fit-Taqsima 7 ta' dan l-Anness.
Il-kolonna 2 ta' dan l-Anness telenka regoli speċifiċi li skondhom l-informazzjoni standard meħtieġa tista' titħalla barra, tiġi sostitwita b'informazzjoni oħra, provduta fi stadju differenti jew adattata b'mod ieħor. Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li taħthom il-kolonna 2 ta' dan l-Anness tippermetti adattamenti, ir-reġistrant għandu jiddikjara b'mod ċar dan il-fatt u r-raġunijiet għal kull adattament taħt l-intestaturi xierqa fid-dossier ta' reġistrazzjoni.
Mingħajr ħsara għall-informazzjoni sottomessa għal forom oħra, kull informazzjoni fiżikokimika, tossikoloġika u ekotossikoloġika rilevanti għandha tinkludi karatterizzazzjoni tan-nanoforma ttestjata u l-kundizzjonijiet tal-ittestjar. Fejn jintużaw QSARs jew tinkiseb evidenza b'mezz ieħor għajr l-ittestjar, għandha tingħata ġustifikazzjoni, kif ukoll deskrizzjoni tal-firxa tal-karatteristiċi/proprjetajiet li tista' tiġi applikata għaliha l-evidenza.
Minbarra dawn ir-regoli speċifiċi, reġistrant jista' jadatta l-informazzjoni standard meħtieġa prevista fil-kolonna 1 ta' dan l-Anness skond ir-regoli ġenerali li jinsabu fl-Anness XI bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 3 dwar ir-rinunzja ta' espożizzjoni mfassla għas-sustanza. F'dan il-każ ukoll, għandu jiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni ta' adattament ta' l-informazzjoni standard taħt l-intestaturi xierqa fid-dossier ta' reġistrazzjoni li jirriferu għar-regola jew regoli speċifikċi xierqa fil-kolonna 2 jew fl-Annessi XI ( 61 ).
Qabel ma testijiet ġodda jiġu mwettqa sabiex jiġu determinati l-proprjetajiet elenkati f'dan l-Anness, id-data in vitro disponibbli kollha, data in vivo, data umana storika, data minn (Q)SARs validi u data minn sustanzi relatati strutturalment (approċċ li jaqra minn wieħed għall-ieħor għandhom ikunu valutati l-ewwel. L-ittestjar in vivo b'sustanzi korrożivi b'livelli ta' konċentrazzjoni/doża li jikkawżaw korrożività għandu jkun evitat. Qabel l-ittestjar, gwida ulterjuri dwar strateġiji ta' ttestjar għandha tkun konsultata flimkien ma' dan l-Anness.
Meta metodu ta’ ttestjar joffri flessibbiltà fid-disinn tal-istudju, pereżempju fir-rigward tal-għażla tal-livelli tad-doża, id-disinn tal-istudju magħżul għandu jiżgura li d-data ġġenerata tkun adegwata għall-identifikazzjoni tal-periklu u għall-valutazzjoni tar-riskju. Għal dan il-għan, l-ittestjar għandu jitwettaq f’livelli ta’ doża li huma għoljin kif xieraq. Jekk l-għażla tad-doża (il-konċentrazzjoni) tkun limitata mill-proprjetajiet fiżikokimiċi jew mill-effetti bijoloġiċi tas-sustanza tat-test, għandha tingħata ġustifikazzjoni.
Meta, għal ċerti end-points, l-informazzjoni ma tkunx provduta għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-kolonna 2 ta' dan l-Anness jew fl-Anness IX, dan il-fatt u r-raġunijiet għandhom ukoll ikunu ddikjarati b'mod ċar.
7. INFORMAZZJONI DWAR IL-PROPRJETAJIET FIŻIKOKIMIĊI TAS-SUSTANZA
KOLONNA 1 INFORMAZZJONI STANDARD MEĦTIEĠA |
KOLONNA 2 REGOLI SPEĊIFIĊI GĦALL-ADATTAMENT MILL-KOLONNA 1 |
7.1. Stat tas-sustanza f'20o C u 101,3 kPa |
|
7.2. Punt ta' l-iffriżar/dewbien |
7.2. L-istudju m'hemmx għalfejn isir 'l isfel minn limitu ta' -20 °C. |
7.3. Punt ta' togħlija |
7.3. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir: — għal gassijiet; jew — għal solidi li jdubu 'l fuq minn 300 °C jew jiddikomponu qabel jagħlu. F'każijiet bħal dawn il-punt ta' tgħolija taħt pressjoni mnaqqsa jista' jiġi stmat jew imkejjel; jew — għal sustanzi li jiddikomponu qabel jagħlu (eż. awto-ossidazzjoni, riarranġament, degradazzjoni, dikompożizzjoni, eċċ.). |
7.4. Densità relattiva |
7.4. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir jekk: — is-sustanza tkun stabbli biss f'soluzzjoni f'solvent partikolari u d-densità tas-soluzzjoni tkun simili għal dik tas-solvent. F'każijiet bħal dawn, tkun suffiċjenti indikazzjoni ta' jekk id-densità tas-soluzzjoni hix ogħla jew aktar baxxa mid-densità tas-solvent; jew — is-sustanza tkun gass. F'dan il-każ, stima bbażata fuq kalkolu għandha ssir mill-piż molekulari tagħha u l-Liġijiet tal-Gass Ideali. |
7.5. Pressjoni tal-fwar |
7.5. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir jekk: il-punt tad-dewbien huwa 'l fuq minn 300 °C. Jekk il-punt tad-dewbien huwa bejn 200 °C u 300 °C, valur ta' limitu bbażat fuq tkejjil jew metodu ta' kalkolu rikonoxxut ikun suffiċjenti. |
►M64
|
7.6. L-istudju hemm għalfejn isir biss jekk: — abbażi ta' l-istruttura, l-attività tal-wiċċ tkun mistennija jew tista' tkun prevista; jew — l-attività tal-wiċċ tkun proprjetà mixtieqa tal-materjal. Jekk is-solubbiltà fl-ilma tkun inqas minn 1 mg/l f'temperatura ta' 20 °C it-test ma jkunx hemm għalfejn isir. |
7.7. Solubbiltà fl-ilma Għan-nanoforom, għandhom jitqiesu wkoll l-ittestjar tar-rata ta' taħlil fl-ilma, kif ukoll f'mezzi rilevanti bijoloġiċi u ambjentali. |
7.7. Mhux neċessarju li jsir l-istudju jekk: — is-sustanza tkun idrolitikament instabbli f'pH 4, 7 u 9 (nofs ħajja ta' anqas minn 12-il siegħa); jew — is-sustanza faċilment tiġi ossidizzata fl-ilma. Jekk is-sustanza tidher “insolubbli” fl-ilma, għandu jsir test tal-limitu sal-limitu ta' detezzjoni tal-metodu analitiku. Għan-nanoforom, l-effett ta' konfużjoni potenzjali mid-dispersjoni għandu jiġi vvalutat meta jsir l-istudju. Għall-metalli u l-komposti tal-metall li ma tantx jinħallu, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar id-dissoluzzjoni tat-trasformazzjoni f’mezzi milwiema. |
7.8. Koeffiċjent ta' partizzjoni n-oktanol/ilma |
7.8. Mhux neċessarju li jsir l-istudju jekk is-sustanza tkun inorganika. Jekk it-test ma jistax jitwettaq (eż. is-sustanza tiddekomponi, għandha attività għolja tas-superfiċje, tirreaġixxi vjolentement matul it-twettiq tat-test jew ma tinħallx fl-ilma jew fl-oktanol, jew mhux possibbli li tinkiseb sustanza suffiċjentement pura), għandhom jiġu pprovduti valur ikkalkulat għal log P u d-dettalji tal-metodu tal-kalkolu. Għan-nanoforom, l-effett ta' konfużjoni potenzjali mid-dispersjoni fl-ottanol u fl-ilma għandu jiġi vvalutat meta jsir l-istudju. Għan-nanoforom, ikunux ta' sustanzi inorganiċi jew organiċi, li għalihom mhuwiex applikabbli l-koeffiċjent tal-partizzjoni n-ottanol/ilma, għandu jitqies minfloku l-istudju tal-istabbiltà fid-dispersjoni. |
7.9. Punt ta' fjammabbiltà |
7.9. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir jekk: — is-sustanza ma tkunx organika; jew — is-sustanza fiha biss komponenti organiċi volatili b'punti ta' fjammabbiltà 'l fuq minn 100 °C għal soluzzjonijiet akkwei; jew — il-punt ta' fjammabbiltà stmat huwa 'l fuq minn 200 °C; jew — il-punt ta' fjammabbiltà jista' jiġi previst b'mod preċiż b'interpolazzjoni minn materjali karatterizzati eżistenti. |
7.10. Fjammabbiltà |
7.10. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir: — jekk is-sustanza tkun solidu li fih proprjetajiet esplużivi jew piroforiċi. Dawn il-proprjetajiet għandhom dejjem jitqiesu qabel ma titqies il-fjammabbiltà; jew — għall-gassijiet, jekk il-konċentrazzjoni tal-gass fjammabbli f'taħlita b'gassijiet inerti tant hi baxxa li, meta titħallat ma' l-arja, il-konċentrazzjoni tkun il-ħin kollu taħt il-limitu l-aktar baxx; jew — għal sustanzi li spontanjament jieħdu n-nar meta jkunu f'kuntatt ma' l-arja. |
7.11. Proprjetajiet esplossivi |
7.11. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir jekk: — ma hemm l-ebda grupp kimiku assoċjat ma' proprjetajiet esplossivi preżenti fil-molekula; jew — is-sustanza fiha gruppi kimiċi assoċjati ma' proprjetajiet esplossivi li jinkludu l-ossiġnu u l-bilanċ ta' ossiġnu kkalkulat huwa ta' anqas minn - 200; jew — is-sustanza organika jew taħlita omoġenea ta' sustanzi organiċi fiha gruppi kimiċi assoċjati ma' proprjetajiet esplossivi, iżda l-enerġija ta' dekompożizzjoni eżotermika tkun inqas minn 500 J/g u l-bidu tad-dekompożizzjoni eżotermika huwa taħt il-500 °C; jew — għal taħlitiet ta' sustanzi ossidizzanti inorganiċi (Diviżjoni UN 5.1) ma' materjali organiċi, il-konċentrazzjoni tas-sustanza ossidizzanti inorganika tkun: — — inqas minn 15 % skond il-massa, jekk assenjata lill-Grupp ta' Imballaġġ UN I (periklu għoli) jew II (periklu medju) — inqas minn 30 % skond il-massa, jekk assenjata lill-Grupp ta' Imballaġġ UN III (periklu baxx). Nota: La test għall-propagazzjoni ta' detonazzjoni u lanqas test għas-sensitività għal xokk detonattiv ma huwa meħtieġ jekk l-enerġija ta' dekompożizzjoni eżotermika ta' materjali organiċi tkun ta' anqas minn 800 J/g. |
7.12. Temperatura ta' fjammabbiltà |
7.12. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir: — jekk is-sustanza tkun esplożiva jew tieħu n-nar spontanjament fl-arja f'temperatura ambjentali; jew — għal likwidi li ma jiħdux in-nar fl-arja, eż. l-ebda punt ta' fjammabbiltà sa 200 °C; jew — għal gassijiet li ma għandhomx firxa ta' fjammabbiltà; jew — għal solidi, jekk is-sustanza għandha punt tad-dewbien < 160 °C, jew jekk riżultati preliminari jeskludu li s-sustanza tisħon waħedha sa 400 °C. |
7.13. Propertajiet ossidizzanti |
7.13. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir jekk: — is-sustanza tkun esplożiva; jew — is-sustanza tkun fjammabbli ħafna; jew — is-sustanza tkun perossidu organiku; jew — is-sustanza ma tkunx kapaċi tirreaġixxi eżotermikament ma' materjali kombustibbli, per eżempju abbażi ta' l-istruttura kimika (eż. sustanzi organiċi li ma fihomx ossiġnu jew atomi aloġeni u dawn l-elementi mhumiex marbuta kimikament ma' nitroġenu jew ossiġnu, jew sustanzi inorganiċi li ma fihomx ossiġnu jew atomi aloġeni). It-test sħiħ ma għandux għalfejn isir għas-solidi jekk it-test preliminari juri biċ-ċar li s-sustanza tat-test għandha proprjetajiet ossidizzanti. Innota li ma hemm l-ebda metodu ta' test sabiex jiġu determinati l-proprjetajiet ossidizzanti ta' taħlitiet ta' gass, il-valutazzjoni ta' dawn il-proprjetajiet trid issir b'metodi ta' stima bbażat fuq it-tqabbil tal-potenzjal ossidizzanti ta' gassijiet f'taħlita ma' dik tal-potenzjal ossidizzanti ta' l-ossiġnu fl-arja. |
7.14. Granulometrija |
7.14. L-istudju ma jkunx hemm għalfejn isir jekk is-sustanza tkun kummerċjalizzata jew użata f'forma mhux solida jew forma granulari. |
7.14a. Ħolqien tat-trab Għan-nanoforom |
7.14a. Mhux neċessarju li jsir l-istudju jekk tista' tiġi eskluża l-esponiment għall-forma granulari tas-sustanza waqt iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. |
8. INFORMAZZJONI TOSSIKOLOĠIKA
KOLONNA 1 INFORMAZZJONI STANDARD MEĦTIEĠA |
KOLONNA 2 REGOLI SPEĊIFIĊI GĦAL ADATTAMENT MILL-KOLONNA 1 |
8.1. Korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda |
8.1. L-istudji ma għandhomx isiru jekk: — is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5) u l-informazzjoni disponibbli tindika li għandha tkun klassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda (Kategorija 1), jew — is-sustanza tkun fjammabbli b'mod spontanju fl-arja jew meta tmiss mal-ilma jew mal-umdità f'temperatura ambjentali, jew — is-sustanza tkun klassifikata bħala tossiċità akuta mir-rotta dermali (Kategorija 1), jew — studju tat-tossiċità akuta mir-rotta dermali ma jindikax irritazzjoni tal-ġilda sal-livell massimu tad-doża (2 000 mg/kg ta' piż tal-ġisem). Jekk ir-riżultati minn wieħed miż-żewġ studji taħt il-punti 8.1.1 jew 8.1.2 diġà jippermettu li tittieħed deċiżjoni konklużiva dwar il-klassifikazzjoni ta' sustanza jew dwar in-nuqqas potenzjali tal-irritazzjoni tal-ġilda, ma hemmx għalfejn isir it-tieni studju. |
8.1.1. Korrużjoni tal-ġilda, in vitro |
|
8.1.2. Korrużjoni tal-ġilda, in vitro |
|
8.2. Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn |
8.2. L-istudji ma għandhomx isiru jekk: — is-sustanza tkun klassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda u tkun ikklassifikata bħala ħsara serja lill-għajnejn (Kategorija 1), jew — is-sustanza tkun klassifikata bħala irritazzjoni tal-ġilda u l-informazzjoni disponibbli tindika li għandha tkun klassifikata bħala irritazzjoni tal-għajnejn (Kategorija 2), jew — is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5) u l-informazzjoni disponibbli tindika li għandha tkun klassifikata bħala ħsara serja lill-għajnejn (Kategorija 1), jew — is-sustanza tkun fjammabbli b'mod spontanju fl-arja jew meta tmiss mal-ilma jew mal-umdità f'temperatura ambjentali. |
8.2.1. Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn, in vitro |