|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/177 |
Artikolu 301
(ex Artikolu 258 TKE)
In-numru tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali m’għandux jaqbeż it-tliet mija u ħamsin.
Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat.
Il-Kunsill jiffissa l-indennizz tal-membri tal-Kumitat.