02008R0340 — MT — 21.06.2021 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 340/2008

tas-16 ta’ April 2008

dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 107 17.4.2008, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013

  L 79

7

21.3.2013

 M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 211/2014 tas-27 ta’ Frar 2014

  L 67

1

7.3.2014

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/864 tal-4 ta' Ġunju 2015

  L 139

1

5.6.2015

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/895 tat-22 ta' Ġunju 2018

  L 160

1

25.6.2018

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/876 tal-31 ta’ Mejju 2021

  L 192

3

1.6.2021




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 340/2008

tas-16 ta’ April 2008

dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti u r-regoli għall-pagament ta’ ħlasijiet u spejjeż imposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, minn issa ‘l quddiem l-“Aġenzija”, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) 

“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(2) 

“intrapriża ta’ daqs medju” tfisser intrapriża ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 3003/361/KE;

(3) 

“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(4) 

“intrapriża mikro” tfisser intrapriża mikro fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.



KAPITOLU II

ĦLASIJIET U SPEJJEŻ

Artikolu 3

Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet mressqa skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.  
Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.

3.  
Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness I.

Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

4.  
Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.
5.  
Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija imressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

6.  
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.

▼M1

7.  
Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor.

▼B

Artikolu 4

Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet imressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3) jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-ħlasijiet skond dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għar-reġistrazzjonijiet ta’ intermedjarji iżolati fuq il-post jew trasportati mressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fil-każ tar-reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi intermedjarji li jeħtieġu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandhom japplikaw il-ħlasijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.  
Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.

3.  
Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness II.

Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

4.  
Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II.
5.  
Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija mressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

6.  
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.

▼M1

7.  
Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor.

▼B

Artikolu 5

Ħlasijiet għall-aġġornament ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Madankollu, l-Aġenzija ma għandhiex timponi ħlas għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni li ġejjin:

(a) 

bidla minn medda ogħla ta’ tunnellaġġ għal waħda aktar baxxa;

(b) 

bidla minn medda aktar baxxa għal waħda ogħla ta’ tunnellaġġ jekk ir-reġistrant ikun diġà wettaq il-ħlas qabel għal dik il-medda ogħla ta’ tunnellaġġ.

(ċ) 

bidla fl-istatus tar-reġistrant jew fl-identità tiegħu, sakemm din ma tinvolvix bidla fil-personalità ġuridika;

(d) 

bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza;

(e) 

informazzjoni dwar użu ġdid inkluż l-użu li dwaru ngħata parir kontra;

(f) 

informazzjoni dwar riskji ġodda tas-sustanza;

(ġ) 

bidla fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;

(h) 

bidla fir-rapport dwar is-sigurtà tal-kimiċi;

(i) 

bidla fil-gwida dwar l-użu sigur;

(j) 

notifika li għandu jiġi żviluppat test elenkat fl-Anness IX jew X tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(k) 

talba għall-aċċess għal informazzjoni li qabel kienet kunfidenzjali.

2.  
L-Aġenzija se timponi ħlas għall-aġġornament tal-medda tat-tunnellaġġ, kif stipulat fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness III.

Għal aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha timponi ħlas kif stipulat fit-Tabelli 3 u 4 ta’ l-Anness III.

▼M1

Għal tibdil fl-aċċess mogħti għal informazzjoni fir-reġistrazzjoni, l-Aġenzija għandha titlob miżata għal kull oġġett li jkun sarlu aġġornament, kif inhu stabbilit fit-Tabelli 3 u 4 tal-Anness III.

Fil-każ ta' aġġornament ta’ sommarji ta' studju jew sommarji ta' studju sod, l-Aġenzija għandha titlob miżata għal kull sommarju ta' studju jew għal kull sommarju ta' studju sod li jkun sarlu aġġornament.

▼B

3.  
Fil-każ ta’ aġġornament ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant li jressaq l-aġġornament, kif stipulat fl-Anness III.

Madankollu, jekk parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix), l-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 titressaq b’mod separat, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali, kif stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.  
Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fl-Anness III.

Madankollu, fil-każijiet ta’ aġġornamenti li jinvolvu bidla fl-identità tar-reġistrant, it-tnaqqis ta’ l-SME ser tapplika biss jekk l-entità l-ġdida hija SME.

5.  
Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.
6.  
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.

Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi it-tieni skadenza, fil-każ ta’ l-aġġornamenti tal-medda ta’ tunnellaġġ imressqa skond l-Artikoli 22(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aġġornament mhuwiex ser jintlaqa’.

▼M1

Meta l-ħlas ma jkunx sar qabel tiskadi t-tieni skadenza, fil-każ ta' aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha tirrifjuta aġġornament. Meta l-applikant jitlob dan, l-Aġenzija għandha testendi t-tieni skadenza diment li t-talba għal estensjoni tkun tressqet qabel tiskadi t-tieni skadenza. Meta l-ħlas ma jkunx sar qabel tiskadi l-iskadenza estiża, l-Aġenzija għandha tirrifjuta aġġornament.

7.  
Meta l-aġġornament jiġi rifjutat għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal dan l-aġġornament qabel ġie rifjutat, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor.

▼B

Artikolu 6

Ħlasijiet għal talbiet skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe talba skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull oġġett li għalih issir talba, kif stipulat fl-Anness IV.

Fil-każ ta’ talba li għandha x’taqsam ma’ taqsiriet ta’ studju jew ma’ taqsiriet ta’ studju robusti, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull taqsira ta’ studju jew taqsira ta’ studju robusta li għaliha ssir talba.

▼M1

3.  
Fil-każ ta' talba li tirreferi għal sottomissjoni konġunta, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa, kif inhu stabbilit fl-Anness IV. Fil-każ ta' talba mingħand reġistrant prinċipali, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa lir-reġistrant prinċipali biss, kif inhu stabbilit fl-Anness IV.

▼B

4.  
Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness IV.
5.  
Id-data li fiha l-ħlas impost għal talba jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 7

Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V ta’dan ir-Regolament, għal kwalunkwe notifika għal eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess, minn issa ‘l quddiem imsejħa “PPORD”, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Fejn in-notifika ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V.

2.  
L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għal kull talba għal estensjoni ta’ eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għal PPORD skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi spiża mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V.

3.  
Ħlasijiet dovuti skond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fi żmien 7 ijiem tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jagħmel in-notifika.

Spejjeż dovuti skond il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jitlob estensjoni.

4.  
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.

Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, in-notifika jew it-talba għal estensjoni mhijiex ser tintlaqa’.

▼M1

5.  
Meta tkun ġiet rifjutata notifika jew talba għal estensjoni għax il-manifattur, l-importatur, jew il-produttur tal-oġġetti ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżati jew l-imposti qabel l-iskadenzi, il-miżati u l-imposti mħallsa għal din in-notifika jew it-talba għal estensjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati mod ieħor lill-persuna li qed tagħmel in-notifika jew it-talba.

▼B

Artikolu 8

Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet skond l-Artikolu 62 tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

▼M4

2.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' sustanza, kif stipulat fl-Anness VI. Il-ħlas ta' bażi għandu jkopri l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' sustanza waħda u għal użu wieħed.

L-Aġenzija għandha timponi ħlas addizzjonali, kif stabbilit fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament, għal kull użu addizzjonali u għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta' grupp ta' sustanzi kif iddefinit fil-punt 1.5 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li tkun koperta bl-applikazzjoni. L-ebda ħlas addizzjonali ma għandu jiġi impost fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed li jagħmel parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

Fil-każ li l-applikanti li jkunu parti minn applikazzjoni konġunta għall-awtorizzazzjoni jkunu ta' daqsijiet differenti, il-ħlas li għandu jiġi impost huwa dak li jkun japplika għal dak il-wieħed minn fost l-applikanti li jrid iħallas l-iktar għal dik l-applikazzjoni.

Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni konġunta għall-awtorizzazzjoni, l-applikanti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex il-ħlas jinqasam bejn l-applikanti b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju, b'mod partikolari fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

▼M5

L-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/876 ( 1 )u fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, ippreżentati f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

▼M4

L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-ħlas ta' bażi u kull ħlasijiet addizzjonali applikabbli.

▼B

3.  
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi ħlas ta’ bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VI.

Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VI.

Fejn l-applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VI.

4.  
Id-data li fiha l-ħlas impost għall-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 9

Spejjeż għar-reviżjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ rapport ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

▼M4

2.  
L-Aġenzija għandha timponi spiża bażi għall-preżentazzjoni ta' kull rapport ta' rieżami, kif stipulat fl-Anness VII. L-ispiża ta' bażi għandha tkopri l-preżentazzjoni ta' rapport ta' rieżami ta' sustanza waħda u ta' użu wieħed.

L-Aġenzija għandha timponi spiża addizzjonali, kif stabbilit fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament, għal kull użu u għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta' grupp ta' sustanzi kif iddefinit fil-punt 1.5 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li tkun koperta mir-rapport ta' rieżami. L-ebda spiża addizzjonali ma għandha tkun imposta jekk ikun hemm iktar minn parti waħda għar-rapport ta' rieżami.

Fil-każ li l-entitajiet li jkunu parti mill-preżentazzjoni ta' rapport ta' rieżami konġunt ikunu ta' daqsijiet differenti, għal dik l-applikazzjoni għandha tiġi imposta l-ogħla spiża li tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawk l-applikanti

Meta jiġi ppreżentat rapport ta' rieżami konġunt, id-detenturi tal-applikazzjoni għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex il-ħlas jinqasam bejn l-applikanti b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju, b'mod partikolari fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

▼M5

L-Aġenzija għandha timponi spiża mnaqqsa kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki għat-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/876 u fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif deskritt fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, ippreżentati f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni

▼M4

L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-ispiża bażi u kull spiża addizzjonali applikabbli oħra.

▼B

3.  
Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VII.

Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira jew minn SME waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VII.

Fejn applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VII.

4.  
Id-data li fiha l-ispiża imposta fuq il-preżentazzjoni tar-rapport ta’ reviżjoni jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tal-preżentazzjoni.

Artikolu 10

Ħlasijiet għal appelli kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.  
L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenżija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
2.  
Fejn l-appell jitressaq minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VIII.
3.  
Jekk l-appell jitqies bħala mhux ammissibbli mill-Bord ta’ l-Appell, il-ħlas ma jingħatax lura.
4.  
L-Aġenzija għandha trodd lura l-ħlas impost skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jirrettifika deċiżjoni skond l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jew jekk l-appell jiġi deċiż favur l-appellant.
5.  
Appell mhuwiex se jitqies li wasal għand il-Bord ta’ l-Appell sakemm il-ħlas rilevanti ma jkunx wasal għand l-Aġenzija.

Artikolu 11

Spejjeż oħra

1.  
tista’ tiġi imposta spiża għal servizzi amministrattivi u tekniċi pprovduti mill-Aġenzija fuq talba ta’ parti li mhumiex koperti minn ħlas ieħor jew minn spiża oħra skond dan ir-Regolament. Il-livell ta’ l-ispiża għandu jqis il-piż tax-xogħol involut.

Madankollu, ma għandhomx jiġu imposti spejjeż għall-għajnuna pprovduta mill-Helpdesk tagħha u għall-appoġġ lill-Istati Membri kif stipulat fil-punti (h) u (i) ta’ l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li ma jimponix spiża fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew fuq pajjiżi li jitolbu għajnuna mill-Aġenzija.

2.  
L-ispejjeż għal servizzi amministrattivi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija.
3.  
Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi d-data ta’ l-għeluq stipulata fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.

Fejn ma jsirx pagament qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, l-Aġenzija għandha tiċħad it-talba.

4.  
Fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali għall-kuntrarju, l-ispejjeż għal servizzi tekniċi għandhom isiru qabel ma jiġi pprovdut is-servizz.
5.  
Għandha titfassal klassifikazzjoni tas-servizzi u l-ispejjeż mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija u din għandha tiġi adottata wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Rappreżentanti biss

Fil-każ ta’ rappreżentant waħdieni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-evalwazzjoni ta’ jekk it-tnaqqis għall-SMEs japplikax jew le għandu jiġi ddeterminat permezz tar-referenza għall-għadd ta’ persuni, il-fatturat, u l-informazzjoni rigward il-balance sheet, tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett li huwa rrapreżentat minn dak ir-rappreżentant waħdieni f’konnessjoni mat-tranżazzjoni kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti minn kumpaniji marbuta u msieħba tal-manifattur wieħed li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett skond ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 13

Tnaqqis u Tneħħija ta’ l-Obbligu ta’ Ħlas

1.  
Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal ħlas imnaqqas jew għal spiża mnaqqsa skond l-Artikoli 3 sa 10 għandha tgħarraf lill-Aġenzija b’dan fiż-żmien li fih titressaq ir-reġistrazzjoni, it-talba, in-notifika, l-applikazzjoni, ir-rapport ta’ reviżjoni jew l-appell li twassal għall-pagament tal-ħlas.
2.  
Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għat-tneħħija ta’ l-obbligu tal-ħlas skond l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tgħarraf lill-Aġenzija f’dan fiż-żmien li fih issir il-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni.
3.  
L-Aġenzija tista’ titlob, f’kull ħin, evidenza li l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis ta’ ħlasijiet jew spejjeż jew għat-tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlasijiet japplikaw.

▼M1

Meta l-evidenza li trid titressaq lill-Aġenzija ma tkunx f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, din għandha jkollha magħha traduzzjoni ċċertifikata f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali.

▼B

4.  
Fejn persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal tnaqqis jew għal tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlas ma tkunx tista’ turi li hija intitolata għal tali tnaqqis jew tneħħija ta’ l-obbligu, l-Aġenzija għandha timponi ħlas sħiħ jew spiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.

Fejn persuna fiżika jew ġuridika li ddikjarat li hija intitolata għal tnaqqis diġà wettqet pagament imnaqqas jew spiża mnaqqsa, iżda ma tistax turi li hija intitolata għal tnaqqis bħal dan, l-Aġenzija għandha timponi l-bilanċ tal-ħlas sħiħ jew ta’ l-ispiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.

Il-Paragrafi 2, 3 u 5 ta’ l-Artikolu 11 għandhom japplikaw mutatis mutandis.



KAPITOLU III

PAGAMENT TA’ REMUNERAZZJONI MILL-AĠENZIJA

Artikolu 14

Trasferimenti ta’ Fondi lill-Istati Membri

1.  

Proporzjon mill-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura skond dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtoritijiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tinnotifika lill-Aġenzija l-konklużjoni ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni għal sustanza skond l-Artikolu 46(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b) 

fejn l-awtorità kompetenti tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni;

(ċ) 

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru taħtar membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni;

(d) 

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjoni;

(e) 

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjonijiet;

(f) 

fejn ikun xieraq, rigward ħidmiet oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti wara talba mill-Aġenzija.

Meta l-Kumitati msemmija f’dan il-paragrafu jiddeċiedu li jaħtru ko-rapporteur, it-trasferiment għandu jinqasam bejn ir-rapporteur u l-ko-rapporteur.

2.  
L-ammonti għal kull wieħed mill-ħidmiet identifikati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-proporzjon massimu tal-ħlasijiet u l-ispejjeż li għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kif ukoll kwalunkwe arranġament meħtieġ għat-trasferiment, għandhom jiġu stipulati mill-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. Għall-iffissar ta’ l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu wkoll jiżgura li l-Aġenzija tissokta bid-disponibilità ta’ riżorsi finanzjarji biżżejjed biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, filwaqt li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju u għandha tqis il-piż tax-xogħol ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.
3.  
It-trasferimenti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom isiru biss wara li r-rapport rilevanti jkun sar disponibbli għall-Aġenzija.

Madankollu, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li jawtorizza l-finanzjament minn qabel jew il-pagamenti temporanji skond l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

4.  
It-trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-punti (b) sa (e) fil-paragrafu 1 huma maħsuba biex jikkumpensaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għall-ħidma tar-rapporteur jew tal-ko-rapporteur u għal kull appoġġ xjentifiku u tekniku relatat u dan għandu jkun bla ħsara għall-obbligu ta’ l-Istati Membri biex ma jagħtux struzzjonijiet li mhumiex kompatibbli ma’ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 15

Remunerazzjonijiet oħra

Fl-iffissar ta’ l-ammonti tal-pagamenti li jsiru biex jirremuneraw lill-esperti jew lill-membri tal-kumitati magħżula b’mod konġunt għall-ħidma mwettqa għall-Aġenzija skond l-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jqis l-ammont ta’ xogħol involut, u għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definiti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu jiżgura wkoll li l-Aġenzija għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, wara li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju.



KAPITOLU IV

PAGAMENTI

Artikolu 16

Mod ta’ pagament

1.  
Il-ħlasijiet u l-ispejjeż għandhom isiru f’ewro.
2.  
Il-pagamenti għandhom isiru biss wara li l-Aġenzija tkun ħarġet fattura, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.
3.  
Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta’ trasferiment lill-kont bankarju ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 17

Identifikazzjoni tal-pagament

1.  
Kull pagament għandu jindika fil-qasam tar-referenza n-numru tal-fattura, bl-eċċezzjoni tal-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.

Il-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10 għandhom jindikaw fil-qasam tar-referenza l-identità ta’ l-appellant(i) u, jekk disponibbli, in-numru tad-deċiżjoni li qed tiġi appellata.

2.  
Jekk l-għan tal-pagament ma jistax jiġi stabbilit, l-Aġenzija għandha tiffissa skadenza li matulu dak li jħallas għandu javża bil-miktub dwar l-għan tal-pagament. Jekk l-Aġenzija ma tirċevix notifika ta’ l-għan tal-pagament qabel ma tiskadi l-iskadenza, il-pagament jitqies bħala li ma jgħoddx u l-ammont ikkonċernat għandu jitħallas lura lil min ikun ħallas.

Artikolu 18

Data tal-pagament

1.  
Id-data li fiha l-ammont sħiħ tal-pagament jiġi ddepositat f’kont bankarju miżmum mill-Aġenzija għandha titqies bħala d-data li fiha sar il-pagament.
2.  
Il-pagament għandu jitqies li sar fil-ħin f’każ li titressaq biżżejjed evidenza dokumentarja biex turi li dak li ħallas ordna t-trasferiment lejn il-kont bankarju indikat fuq il-fattura qabel ma tiskadi l-iskadenza rilevanti.

Konferma ta’ l-ordni ta’ trasferiment maħruġa minn istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala biżżejjed evidenza. Madankollu, fejn it-trasferiment jitlob l-użu tal-metodu ta’ pagament elettroniku bankarju SWIFT, il-konferma ta’ l-għoti ta’ l-ordni ta’ trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport ta’ l-iSWIFT, ittimbrata u ffirmata minn uffiċjal awtorizzat ta’ istituzzjoni finanzjarja.

Artikolu 19

Pagament Insuffiċjenti

1.  
Skadenza għall-pagament għandha titqies li kienet osservata biss jekk l-ammont kollu tal-ħlas jew ta’ l-ispiża jkun tħallas fiż-żmien dovut.
2.  
Meta fattura jkollha x’taqsam ma’ grupp ta’ tranżazzjonijiet, l-Aġenzija tista’ tattribwixxi kwalunkwe pagament inqas lil kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet rilevanti. Il-kriterji għall-attribuzzjoni ta’ pagamenti għandhom jiġu stipulati mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 20

Ħlas lura ta’ l-ammonti li tħallsu f’eċċess

1.  
L-arranġamenti għall-ħlas lura lil min ħallas l-ammonti f’eċċess ta’ ħlas jew ta’ spiża għandhom jiġu stipulati mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija u ppubblikati fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija.

Madankollu, fejn ammont imħallas f’eċċess ma jaqbiżx l-EUR 100 u l-parti kkonċernata ma talbitx espressament għal ħlas lura, l-ammont imħallas f’eċċess ma jitħallasx lura.

2.  
Ma għandux ikun possibbli li jingħaddu kwalunkwe ammonti mħallsa f’eċċess għal pagamenti futuri lill-Aġenzija.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Stima Provviżorja

Il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu, meta jipproduċi stima tan-nefqa u d-dħul ġenerali għas-sena finanzjarja ta’ wara skond l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jinkludi stima provviżorja speċifika tad-dħul minn ħlasijiet u spejjeż li tkun separata mid-dħul minn kwalunkwe sussidju mill-Komunità.

Artikolu 22

Revizjoni

1.  
Il-ħlasijiet u l-ispejjeż imsemmijin f’dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni kif stabbilita skond l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikata mill-Eurostat skond ir-Regolament (KE) Nru 2494/95. L-ewwel revizjoni għandha titwettaq sa l-1 ta’ Ġunju 2009.

▼M1

2.  
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament dan ir-Regolament fid-dawl ta' informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli fir-rigward tal-preżunzjonijiet sottostanti għal dħul u nfiq antiċipati tal-Aġenzija. Sal-31 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk ikun xieraq, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi li taw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

▼B

Artikolu 23

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006



Tabella 1

Ħlasijiet standard

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 739

EUR 1 304

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata

EUR 4 674

EUR 3 506

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 12 501

EUR 9 376

Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 33 699

EUR 25 274



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 131

EUR 848

EUR 609

EUR 457

EUR 87

EUR 65

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata

EUR 3 038

EUR 2 279

EUR 1 636

EUR 1 227

EUR 234

EUR 175

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 8 126

EUR 6 094

EUR 4 375

EUR 3 282

EUR 625

EUR 469

Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 21 904

EUR 16 428

EUR 11 795

EUR 8 846

EUR 1 685

EUR 1 264




ANNESS II

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 17(2), 18(2) u(3) jew 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006



Tabella 1

Ħlasijiet standard

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Ħlas

EUR 1 739

EUR 1 304



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Ħlas

EUR 1 131

EUR 848

EUR 609

EUR 457

EUR 87

EUR 65




ANNESS III

Ħlasijiet għall-aġġornament ta' reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006



Tabella 1

Ħlasijiet standard għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

EUR 2 935

EUR 2 201

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 10 762

EUR 8 071

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 31 960

EUR 23 970

F'medda bejn 10-100 tunnellati sa medda bejn 100-1 000  tunnellata

EUR 7 827

EUR 5 870

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000  tunnellata

EUR 29 025

EUR 21 768

F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 21 198

EUR 15 898



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

EUR 1 908

EUR 1 431

EUR 1 027

EUR 770

EUR 147

EUR 110

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 6 995

EUR 5 246

EUR 3 767

EUR 2 825

EUR 538

EUR 404

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 20 774

EUR 15 580

EUR 11 186

EUR 8 389

EUR 1 598

EUR 1 198

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 5 087

EUR 3 816

EUR 2 739

EUR 2 055

EUR 391

EUR 294

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 18 866

EUR 14 150

EUR 10 159

EUR 7 619

EUR 1 451

EUR 1 088

F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000  tunnellata

EUR 13 779

EUR 10 334

EUR 7 419

EUR 5 564

EUR 1 060

EUR 795



Tabella 3

Ħlasijiet għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 631

Tip ta' aġġornament

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni:

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 892

EUR 3 669

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 631

EUR 1 223

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 4 892

EUR 3 669

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 3 261

EUR 2 446

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 631

EUR 1 223



Tabella 4

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Intrapriża medja

Intrapriża żgħira

Mikrointrapriża

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 060

EUR 571

EUR 82

Tip ta' aġġornament

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni:

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 2 120

EUR 1 590

EUR 1 141

EUR 856

EUR 163

EUR 122

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61




ANNESS IV

Ħlasijiet għat-talbiet skont il-punt (xi) tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006



Tabella 1

Ħlasijiet standard

Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 892

EUR 3 669

Kwantita ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 631

EUR 1 223

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 4 892

EUR 3 669

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 3 261

EUR 2 446

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 631

EUR 1 223



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 2 120

EUR 1 590

EUR 1 141

EUR 856

EUR 163

EUR 122

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61




ANNESS V

Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki PPORD skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006



Tabella 1

Ħlasijiet għan-notifiki PPORD

Ħlas standard

EUR 544

Ħlas imnaqqas għal intrapriża medja

EUR 353

Ħlas imnaqqas għal intrapriża żgħira

EUR 190

Ħlas imnaqqsa għal mikrointrapriża

EUR 27



Tabella 2

Spejjeż għall-estensjoni ta' eżenzjoni PPORD

Spiża standard

EUR 1 087

Spiża mnaqqsa għal intrapriża medja

EUR 707

Spiża mnaqqsa għal intrapriża żgħira

EUR 380

Spiża mnaqqsa għal mikrointrapriża

EUR 54

▼M5




ANNESS VI

Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1. Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni



Tabella 1

Ħlasijiet standard

Ħlas bażi

EUR 54 100

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 820

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 48 690



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji

Ħlas bażi

EUR 40 575

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 8 115

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 36 518



Tabella 3

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar

Ħlas bażi

EUR 24 345

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 869

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 21 911



Tabella 4

Ħlasijiet imnaqqsa għall-mikrointrapriżi

Ħlas bażi

EUR 5 410

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 082

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 4 869

2. Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 8(2)



Tabella 1

Ħlasijiet standard

Ħlas bażi

EUR 27 050

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 5 410

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 24 345



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji

Ħlas bażi

EUR 20 287

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 057

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 18 259



Tabella 3

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar

Ħlas bażi

EUR 12 172

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 2 434

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 10 955



Tabella 4

Ħlasijiet imnaqqsa għall-mikrointrapriżi

Ħlas bażi

EUR 2 705

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 541

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 2 434




ANNESS VII

Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1. Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni



Tabella 1

Spejjeż standard

Spiża bażi

EUR 54 100

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 820

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 48 690



Tabella 2

Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi medji

Spiża bażi

EUR 40 575

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 8 115

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 36 518



Tabella 3

Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar

Spiża bażi

EUR 24 345

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 869

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 21 911



Tabella 4

Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi

Spiża bażi

EUR 5 410

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 082

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 4 869

2. Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni mogħtija għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki jew fit-tiswija ta’ oġġetti jew prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti kif imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 9(2)



Tabella 1

Spejjeż standard

Spiża bażi

EUR 27 050

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 5 410

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 24 345



Tabella 2

Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi medji

Spiża bażi

EUR 20 287

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 057

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 18 259



Tabella 3

Spejjeż imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar

Spiża bażi

EUR 12 172

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 2 434

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 10 955



Tabella 4

Spejjeż imnaqqsa għall-mikrointrapriżi

Spiża bażi

EUR 2 705

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 541

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 2 434

▼M3




ANNESS VIII

Ħlasijiet għal appelli skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006



Tabella 1

Ħlasijiet standard

Appell kontra d-deċizjoni meħuda skont:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 2 392

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 4 783

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 7 175



Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

Appell kontra d-deċiżjoni meħuda skont:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 794

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 3 587

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 5 381



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/876 tal-31 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u tar-rapporti ta’ reviżjoni għall-użi ta’ sustanzi fil-produzzjoni ta’ spare parts antiki u fit-tiswija ta’ oġġetti u prodotti kumplessi li ma għadhomx jiġu prodotti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 340/2008 (ĠU 192).