EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0558

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni)

COM/2021/558 final

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 558 final

2021/0203(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 558 final} - {SWD(2021) 623 final} - {SWD(2021) 624 final} - {SWD(2021) 625 final} - {SWD(2021) 626 final} - {SWD(2021) 627 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    KUNTEST TAL-PROPOSTA

Bl-adozzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’Diċembru 2019 1 , il-Kummissjoni stabbiliet “strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandha l-għan ukoll li tipproteġi, tippreserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-UE, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent.” Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, “l-effiċjenza enerġetika għandha tingħata prijorità.”

Dakinhar, il-Kummissjoni ħabbret ukoll li se tippreżenta pjan b’valutazzjoni tal-impatt biex iżżid il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) għall-2030 b’mod responsabbli, u impenjat ruħha li “tirrieżamina u tipproponi li tirrevedi, fejn meħtieġ, il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-enerġija sa Ġunju 2021. 2

F’Marzu 2020, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Liġi Ewropea dwar il-Klima biex sal-2050 l-Ewropa tiġi dekarbonizzata. Fil-pjan tagħha dwar il-Mira Klimatika (CTP) 3 , il-Kummissjoni pproponiet li sal-2030 iżżid l-ambizzjoni tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal mill-inqas 55 % inqas mil-livelli tal-1990, jiġifieri żieda sostanzjali meta mqabbla mal-mira eżistenti ta’ 40 %. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika ddeskriva wkoll l-azzjonijiet meħtieġa fis-setturi kollha tal-ekonomija, fosthom ir-reviżjonijiet tal-istrumenti leġiżlattivi ewlenin biex tinkiseb din l-ambizzjoni akbar u biex jitwettaq l-impenn tal-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 4 li jitressaq pjan komprensiv għal żieda fil-mira tal-Unjoni Ewropea għall-2030 lejn 55 % b’mod responsabbli. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika hu konformi wkoll mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura dinjija tinżamm sew inqas minn 2 °C u li jissoktaw l-isforzi biex tinżamm għal 1,5 °C. F’Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew approva mira vinkolanti tal-UE ta’ tnaqqis domestiku nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990 5 . Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-ambizzjoni klimatika jeħtieġ tiżdied b’mod li jixpruna tkabbir ekonomiku sostenibbli, joħloq l-impjiegi, jipprovdi benefiċċji tas-saħħa u tal-ambjent għaċ-ċittadini tal-Unjoni, u jikkontribwixxi għall-kompetittività dinjija fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni billi jippromwovi l-innovazzjoni fit-teknoloġiji ekoloġiċi. Fit-22 ta’ April 2021, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku proviżorju biex jinkiseb tnaqqis ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030. Dan jistabbilixxi l-qafas għal azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul id-deċennji li ġejjin, iżda jeħtieġ jiġi implimentat b’leġiżlazzjoni speċifika li tiżgura l-kisba ta’ dak it-tnaqqis. Il-projezzjonijiet jindikaw li, jekk il-politiki attwali jiġu implimentati bis-sħiħ, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 ikun madwar 45 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 jekk jiġu esklużi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-użu tal-art, u madwar 47 %, jekk dawn jinkludu l-użu tal-art. Għaldaqstant, il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 jipprevedi sett ta’ azzjonijiet meħtieġa fis-setturi kollha tal-ekonomija u t-tnedija ta’ reviżjonijiet tal-istrumenti leġiżlattivi ewlenin biex titwettaq din l-ambizzjoni akbar.

Biex dan jiġi implimentat, il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2021 6 ħabbar Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” biex l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % sal-2030, u tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima sal-2050. Dan il-pakkett se jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika, fosthom l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-art, it-tassazzjoni fuq l-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi u n-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet.

L-effiċjenza enerġetika hi qasam ewlieni ta’ azzjoni, li mingħajru ma tistax tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni sħiħa tal-ekonomija tal-Unjoni 7 . Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika wasslet biex il-politika attwali tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika taħtaf l-opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv. F’Diċembru 2018 ġiet emendata d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika bħala parti mill-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha, b’mod partikolari biex tkun tinkludi mira ewlenija ġdida tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 ta’ mill-inqas 32,5 % (meta mqabbla mal-użu tal-enerġija previst fl-2030), u biex testendi u ssaħħaħ l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija lil hinn mill-2020.

Filwaqt li l-mira tal-effiċjenza enerġetika għall-2020 jaf intlaħqet minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-pandemija tal-COVID-19, it-totalità tal-kontributi nazzjonali li kkomunikaw l-Istati Membri fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) ma tilħaqx il-livell ta’ ambizzjoni tal-Unjoni ta’ 32,5 % fl-2030. F’daqqa, il-kontributi jwasslu għal tnaqqis ta’ 29,4 % għall-konsum tal-enerġija finali (FEC) u ta’ 29,7 % għall-konsum tal-enerġija primarja (PEC), meta mqabbla mal-projezzjonijiet mix-xenarju ta’ referenza tal-2007 għall-2030. Dan jissarraf f’diskrepanza fl-ambizzjoni kollettiva ta’ 2,8 punti perċentwali għall-konsum tal-enerġija primarja u ta’ 3,1 punti perċentwali għall-konsum tal-enerġija finali għall-EU27. Dan id-distakk jaffettwa wkoll il-livell tal-isforzi meħtieġa biex jintlaħqu l-miri aktar ambizzjużi tal-effiċjenza enerġetika. Il-valutazzjoni tal-impatt tas-CTP tikkonkludi li hu improbabbli li l-livelli ogħla meħtieġa ta’ effiċjenza enerġetika jinkisbu biss bil-forzi tas-suq, bl-organizzazzjoni attwali tas-suq u bl-iżvilupp tat-teknoloġija, u għalhekk hemm bżonn aktar sforzi. Skont il-valutazzjoni tal-impatt 8 mehmuża ma’ din id-Direttiva, it-titjib fl-effiċjenza enerġetika jeħtieġ ikun ferm aktar ambizzjuż mil-livell ta’ ambizzjoni attwali ta’ 32,5 %.

Il-livell ogħla ta’ ambizzjoni jeħtieġ promozzjoni aktar soda tal-effiċjenza enerġetika, kull meta dan ikun kosteffettiv, fl-oqsma kollha tas-sistema tal-enerġija u fis-setturi rilevanti kollha, fejn l-attività taffettwa d-domanda għall-enerġija, bħas-setturi tat-trasport, tal-ilma u tal-agrikoltura. Hu partikolarment importanti li tiġi indirizzata r-rabta bejn l-ilma u l-enerġija, minħabba ż-żieda fil-ħtiġijiet tal-ilma u tal-enerġija, jew iż-żieda fil-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma minħabba t-tibdil fil-klima.

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika hi element importanti biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, li skontha l-effiċjenza enerġetika trid tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija minnha nnifisha. Ir-rwol ewlieni tal-effiċjenza enerġetika hu sostnut bil-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. Dan hu rikonoxxut bħala prinċipju gwida tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni u jenħtieġ li jitqies fis-setturi kollha, lil hinn mis-sistema tal-enerġija, fil-livelli kollha, inkluż fis-settur finanzjarju. Is-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jitqiesu bħala l-ewwel għażla fid-deċiżjonijiet tal-ippjanar u tal-investiment, meta jiġu stabbiliti regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma oħra ta’ politika. Il-prinċipju ġie rikonoxxut bħala element ewlieni tal-Istrateġija għall-Integrazzjoni tas-Settur tal-Enerġija 9 .

Filwaqt li l-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija għadu qawwi fis-setturi kollha, hemm sfida partikolari relatata mat-trasport għax dan huwa responsabbli għal 30 % tal-konsum tal-enerġija finali, u relatata mal-bini għax 75 % tal-istokk tal-bini tal-Unjoni għandu prestazzjoni enerġetika baxxa. Settur importanti ieħor li qed jingħata attenzjoni dejjem akbar hu s-settur tal-ICT (it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) għax hu responsabbli għal 5-9 % tal-użu totali tal-elettriku fid-dinja u għal aktar minn 2 % tal-emissjonijiet kollha. Fl-2018, il-konsum tal-enerġija taċ-ċentri tad-data fl-Unjoni kien 76,8 TWh. Dan mistenni jiżdied bi 28 % għal 98,5 TWh sal-2030. Din iż-żieda f’termini assoluti tidher ukoll f’termini relattivi: fl-UE, iċ-ċentri tad-data ammontaw għal 2,7 % tad-domanda għall-elettriku fl-2018 u jekk l-iżvilupp jibqa’ għaddej kif inhu 10 , sal-2030 ikunu jammontaw għal 3,21 %. L-Istrateġija Diġitali tal-Ewropa 11 diġà enfasizzat il-ħtieġa ta’ ċentri tad-data sostenibbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija, u ta’ miżuri tat-trasparenza għall-operaturi tat-telekomunikazzjoni fuq l-impronta ambjentali tagħhom.

Is-settur pubbliku hu attur ekonomiku importanti minnu nnifsu u hu responsabbli għal madwar 5-10 % tal-konsum tal-enerġija finali totali tal-Unjoni 12 . B’mod ġenerali, is-sehem tal-Unjoni tal-kuntratti tal-akkwist pubbliku attribwiti lill-korpi tal-gvern ċentrali hu stmat għal madwar 16 %. Fil-livell tal-Istati Membri dan ivarja bejn 5 % u 86 % 13 . Il-bini pubbliku hu stmat li juża madwar 2 % tal-konsum tal-enerġija finali tal-Unjoni. Għadu jeżisti bosta potenzjal ta’ ffrankar kosteffettiv fis-settur pubbliku kollu kemm hu, kemm fejn jidħlu r-rinnovazzjoni u l-immaniġġar tal-enerġija tal-bini eżistenti, u anki fl-akkwist futur ta’ bini, prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

L-industrija hi wieħed mis-setturi li kiseb titjib sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika fl-aħħar għaxar snin. Madankollu xorta għad għandha potenzjal ta’ ffrankar kosteffettiv 14 . It-tisħin u t-tkessiħ jikkonsmaw nofs il-FEC tal-Unjoni, u għalhekk dan hu l-akbar settur tal-użu finali tal-enerġija. Filwaqt li hemm potenzjal kbir biex jonqos l-użu tal-enerġija f’dan is-settur, xorta waħda jistgħu jinkisbu t-temperaturi meħtieġa 15 . Għaldaqstant, it-tisħin u t-tkessiħ jaqdu rwol kruċjali fl-ambizzjoni tal-Unjoni ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa u newtrali mil-lat ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050. Ħafna mill-isforz hu meħtieġ biex titjib l-insulazzjoni tal-bini, iżda hemm potenzjal ukoll għal forniment aktar effiċjenti tas-sħana jew tal-kesħa meħtieġa 16 . It-telf tal-enerġija fit-trasformazzjoni, fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni tal-enerġija jista’ jkun sinifikanti 17 . In-nuqqas ta’ metodoloġiji u rappurtar komuni jagħmilha diffiċli biex jitqabblu n-networks jew l-operaturi jew il-prestazzjoni tal-parametri referenzjarji. Fil-fatt, ma hemm l-ebda definizzjoni uniformi għat-telf tal-enerġija fl-Unjoni, u din twassal għal kwalità tad-data subottimali li jeħtieġ tiġi indirizzata.

Is-settur tal-unitajiet domestiċi jammonta għal madwar kwart tal-konsum tal-enerġija finali kollu fl-Unjoni. L-imġiba tal-konsumaturi u taċ-ċittadini tħalli impatt importanti fuq dan il-konsum tal-enerġija u l-EED tinkludi diversi dispożizzjonijiet li jappoġġaw l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u lill-konsumaturi. In-nuqqas ta’ mġiba soda tal-konsumatur u l-aspetti tal-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u lill-konsumatur fil-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari f’livelli aktar lokali, iwassal għal nuqqas ta’ inċentivi biżżejjed lill-konsumaturi biex iwettqu titjib fl-effiċjenza enerġetika u biex jindirizzaw il-kostijiet għolja bil-quddiem u l-problema tal-inċentivi maqsuma 18 .

Filwaqt li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika diġà tipprovdi inċentivi lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku, il-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher l-urġenza li jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, jekk l-Unjoni trid toħloq Ewropa soċjali, kif miftiehem fl-Impenn Soċjali konġunt ta’ Porto 19 , li taqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini kollha tagħha billi tippermettilhom jaqdu rwol attiv fit-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li ttaffi l-effetti negattivi u ma tħalli lil ħadd jinqata’ lura. Il-livelli tal-faqar enerġetiku fost l-Istati Membri se jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif aktar Ewropej se jsibuha bi tqila biex jaffordjaw aċċess għall-enerġija essenzjali, b’mod partikolari b’żieda fil-kostijiet tal-enerġija u fil-qgħad. Barra minn hekk, l-unitajiet domestiċi b’introjtu medju jaf ikunu f’riskju dejjem akbar li jġarrbu l-faqar enerġetiku fil-futur qrib, għax illum il-maġġoranza tal-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku diġà huma l-unitajiet domestiċi b’introjtu medju (aktar baxx). L-effiċjenza enerġetika ġiet identifikata bħala l-aktar soluzzjoni effettiva biex jittaffa l-faqar enerġetiku u biex jingħelbu wħud mill-impatti distribuzzjonali negattivi potenzjali tal-miżuri tal-ipprezzar 20 . Kif jeżiġi l-Patt Ekoloġiku Ewropew, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u l-inizjattivi l-oħra tal-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, b’mod partikolari l-Fond Soċjali għall-Klima, se jindirizzaw l-isfida doppja u jsarrfu l-ħtiġijiet klimatiċi u soċjali f’opportunitajiet.

F’dan il-kuntest, l-emendi se jgħinu biex tissaħħaħ id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika ħalli jiġu indirizzati aħjar l-ostakli u l-fallimenti pendenti tas-suq billi jitqiesu objettivi usa’ tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li ma jħalli lil ħadd jinqata’ lura u li jikseb ekonomija sostenibbli. Għalhekk, il-proposta se ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet differenti tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika biex tiżgura li din tikkontribwixxi bl-aħjar mod għall-mira klimatika ogħla ta’ mill-inqas 55 % tal-ambizzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030, kif stabbilit fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika.

   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija parti minn qafas ta’ politika usa’ tal-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika li jindirizzaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika f’oqsma ta’ politika speċifiċi, fosthom il-bini (id-Direttiva 2010/31/KE 21 (id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EBPD)), il-prodotti (id-Direttiva 2009/125/KE, ir-Regolament (UE) 2017/1369 u r-Regolament (UE) 2020/740 22 ) u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza. Dawn il-politiki jaqdu rwol importanti ħafna fil-kisba tal-iffrankar tal-enerġija meta l-prodotti jiġu sostitwiti jew meta l-bini jinbena jew jiġi rinnovat 23 . Il-proposta hi konsistenti mal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 24   25 .

Din il-proposta għal Riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tistabbilixxi qafas għal politiki oħra dwar l-effiċjenza enerġetika billi tistabbilixxi l-miri tal-effiċjenza enerġetika, u l-miżuri transsettorjali ewlenin u dawk aktar speċifiċi. Din timmira li tikseb iffrankar tal-enerġija fis-settur pubbliku, inkluż b’obbligi ta’ rinnovazzjoni tal-bini pubbliku kull sena u b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist ta’ oġġetti, servizzi, xogħlijiet u bini. L-għan partikolari tagħha għall-binjiet pubbliċi hu kumplimentari għall-EPBD, li tistabbilixxi l-istandards u l-obbligi tekniċi speċifiċi relatati mal-bini. Is-settur pubbliku jaqdi lill-popolazzjoni inġenerali, inkluż lill-klijenti vulnerabbli u lill-persuni fir-riskju tal-faqar enerġetiku, u b’hekk jiżgura li ħadd ma jitħalla jinqata’ lura, bi qbil mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-enfasi speċjali fuq is-settur pubbliku fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika hi vitali biex twettaq ir-rwol eżemplari tagħha fil-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika. Il-Kummissjoni bdiet ir-rieżami tal-EPBD bil-ħsieb li tressaq proposta lejn tmiem l-2021. Filwaqt li f’dan l-istadju mhux possibbli jiġi preġudikat l-eżitu ta’ dak ir-rieżami, din il-proposta tirrispetta r-rwol speċifiku tal-EPBD fl-istabbiliment ta’ rekwiżiti għal prestazzjoni enerġetika kostottimali, filwaqt li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-EED b’rabta mar-rwol eżemplari tal-korpi pubbliċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-bini (l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6), u l-akkwist pubbliku (l-Artikolu 7), li tipprovdi l-qafas orizzontali meħtieġ għall-azzjoni.

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tistabbilixxi l-qafas għall-ippjanar tat-tisħin u tat-tkessiħ mil-lat ta’ identifikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli mill-Istati Membri. Tipprevedi wkoll politiki u miżuri ta’ monitoraġġ biex jiġi sfruttat dan il-potenzjal. Dawn il-politiki u l-miżuri jappoġġaw direttament il-kisba tal-mira tal-enerġija rinnovabbli fil-mira tas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ stabbilita fl-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Pereżempju, definizzjoni riveduta ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti (l-Artikolu 2(43) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika) tippromwovi direttament l-użu tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. Min-naħa l-oħra, dawn is-sottomiri jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-effiċjenza enerġetika tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika.

Barra minn hekk, il-miżuri tal-ippjanar għas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se jiġu sinkronizzati mal-iskeda taż-żmien tal-NECPs. B’hekk tiġi ffaċilitata konsistenza akbar bejn l-NECPs, il-Valutazzjonijiet Komprensivi u l-valutazzjonijiet tal-potenzjal tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Id-dettalji għar-rappurtar fuq diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika huma stabbiliti fir-Regolament dwar il-Governanza (ir-Regolament (UE) 2018/1999 26 ). Skont dan ir-Regolament, kull Stat Membru jeħtieġ jistabbilixxi pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima (NECP) ta’ għaxar snin għall-2021-2030, li jiddeskrivi kif beħsiebu jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-mira tal-2030 għall-effiċjenza enerġetika. Ir-Regolament dwar il-Governanza jinkludi wkoll rekwiżiti speċifiċi għall-istabbiliment tal-miri tal-effiċjenza enerġetika, l-obbligi tar-rappurtar, il-monitoraġġ tal-progress, u l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu f’każ ta’ nuqqas ta’ ambizzjoni u progress. L-impatti tal-bidliet f’din id-Direttiva jeħtieġ jiġu analizzati, u dawn jaf ikunu jeħtieġu emendar sussegwenti tar-Regolament dwar il-Governanza biex tkun żgurata l-koerenza bejn iż-żewġ atti legali. Id-dispożizzjonijiet ġodda, b’mod partikolari dawk relatati mal-istabbiliment tal-kontributi indikattivi nazzjonali, il-mekkaniżmi li jikkumpensaw għad-diskrepanzi, l-obbligi tar-rappurtar, jenħtieġ li jiġu trasferiti u simplifikati mar-Regolament dwar il-Governanza, ladarba ssirlu r-reviżjoni, biex ikunu evitati rekwiżiti li jikkoinċidu. Fid-dawl tal-bidliet proposti f’din id-Direttiva, jaf ikun hemm bżonn ukoll valutazzjoni mill-ġdid ta’ xi dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Governanza.

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tinteraġixxi ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar l-effiċjenza enerġetika, jiġifieri d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, id-Direttiva tal-Unjoni dwar l-Ekodisinn, ir-Regolamenti tal-Unjoni dwar it-Tikkettar tal-Enerġija u t-Tajers 27 . Dawn l-istrumenti jistabbilixxu standards minimi tal-prestazzjoni, iżda ma jeżiġu l-ebda għaġla fir-rati ta’ sostituzzjoni jew fl-għażla ta’ eżiti aktar effiċjenti ’l fuq mill-minimu. Il-mekkaniżmi ewlenin disponibbli għall-Istati Membri biex jixprunaw l-iffrankar tal-enerġija tagħhom iżjed mir-rati naturali, ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika huma li jistimulaw is-sostituzzjoni tal-apparat ineffiċjenti fl-enerġija u jistimulaw għażliet aktar effiċjenti. Kull strument qed jindirizza aspetti differenti tal-effiċjenza enerġetika, filwaqt li finalment qed jasal għall-istess għan, jiġifieri t-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-kisba tal-mira ġenerali tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika. F’oqsma oħra, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tikkumplimenta leġiżlazzjoni oħra biex iżżid l-enfasi fuq l-effiċjenza enerġetika u b’hekk iżżid l-għadd ġenerali ta’ ffrankar tal-enerġija, pereżempju bil-miżuri dwar l-akkwist pubbliku, in-networks tal-enerġija, u t-tisħin u t-tkessiħ.

   Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-bidliet fl-arkitettura tal-politika tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jinteraġixxu ma’ politiki u miżuri eżistenti u ppjanati, inkluż mekkaniżmi u miżuri tal-ipprezzar u mhux tal-ipprezzar. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, li tindirizza l-ostakli eżistenti tas-suq li jxekklu l-effiċjenza enerġetika, taħdem id f’id mal-introduzzjoni tan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-fjuwils użati fil-bini, li jnaqqsu l-perjodi ta’ rkupru tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u jsaħħu l-każ ta’ negozju għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika madwar l-Unjoni. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika wera li hija meħtieġa taħlita ta’ intervent regolatorju u pprezzar tal-karbonju biex jitwettaq l-aktar perkors kosteffettiv għall-kisba tal-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % tal-gassijiet serra. Is-sejbien ta’ bilanċ bejn l-ipprezzar tal-karbonju u l-politiki regolatorji huwa kruċjali biex tintlaħaq il-mira klimatika miżjuda b’mod kosteffiċjenti, u fl-istess ħin jittaffew l-impatti tal-kostijiet tal-karbonju li jingħaddu b’mod partikolari fuq il-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli. Fl-istess ħin, in-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet se jiġġenera dħul addizzjonijiet mill-irkant tal-kwoti li jista’ jitqassam mill-ġdid fost l-Istati Membri u fi ħdan l-Istati Membri biex jitwieżnu l-utenti finali vulnerabbli u fil-faqar enerġetiku meta jiġu biex iħallsu l-kontijiet jew iwettqu xi rinnovazzjonijiet fil-bini.

Il-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” jiġbor flimkien l-istrumenti ta’ politika rilevanti li jistgħu jikkontribwixxu għall-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % tal-gassijiet serra u għandu l-għan li jagħmel dan b’mod koerenti u proporzjonat ma’ regolamenti u direttivi rilevanti oħra. Dan hu partikolarment il-każ għad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (REDII), l-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet (ETS), ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR), l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF), it-tassazzjoni tal-enerġija u l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi. Il-koerenza bejn l-inizjattivi differenti fil-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” titqies kruċjali biex ikun żgurat li l-istrumenti ta’ politika differenti tal-pakkett, inkluż id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jikkontribwixxu biex il-mira klimatika ogħla ta’ 55 % tintlaħaq bl-aktar mod effettiv. Dawk il-politiki tal-UE jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, b’mod partikolari fir-rigward tal-mira tal-effiċjenza enerġetika. Il-miri u l-miżuri previsti fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se jiżguraw interkonnessjonijiet u sinerġiji aktar effettivi mal-politiki l-oħra tal-Unjoni 28 .

L-EED għandha interkonnessjonijiet importanti mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, b’mod partikolari fir-rigward tat-tisħin u tat-tkessiħ għax it-tnejn jikkontribwixxu wkoll għall-kisba tal-oġġettivizzazzjoni tal-Istrateġija għall-Integrazzjoni tas-Settur tal-Enerġija. L-EED tipprovdi qafas imsaħħaħ għall-ippjanar f’termini ta’ identifikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ, u teżiġi li l-Istati Membri jimplimentaw politiki u miżuri biex jisfruttaw dan il-potenzjal. Dawn il-politiki u l-miżuri jappoġġaw direttament il-kisba tal-mira tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ stabbilita fl-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Min-naħa l-oħra, dawn il-miri jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Artikolu 23 tal-EED, u fl-EED kollha.

L-iskema tan-negozjar tal-emissjonijiet tal-UE tistabbilixxi limitu massimu fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li qed jonqos maż-żmien. L-ESR jistabbilixxi miri annwali vinkolanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-Istati Membri, b’rabta mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn setturi li mhumiex koperti bl-ETS tal-UE, fosthom il-bini, it-trasport u l-agrikoltura. L-ESR jixpruna l-konformità mad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, b’mod partikolari mal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija. Ir-rekwiżit tal-addizzjonalità skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jagħti inċentivi lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki u miżuri nazzjonali li jaqbżu l-livelli minimi tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni enerġetika stabbiliti fil-livell tal-Unjoni (pereżempju b’kodiċijiet nazzjonali aktar stretti għall-bini u bi programmi li jippromwovu klassijiet ogħla tal-apparati domestiċi). Ċerti miżuri tal-ipprezzar bħall-ETS tal-UE 29 u d-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija 30 jagħmlu l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika aktar attraenti finanzjarjament iżda ma jsolvux l-ostakli tas-suq li jikkawżaw livell subottimali ta’ investimenti. Għalhekk, dawn jikkumplimentaw il-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika, iżda ma jissostitwixxuhiex.

Qabel ma jidħlu fis-seħħ bis-sħiħ il-miżuri u l-miri kollha proposti fil-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, u ċ-ċittadini Ewropej ma jibqgħux jiddependu fuq il-fjuwils fossili u jġarrbu żidiet fil-kostijiet tal-enerġija, waqt il-perjodu tat-tranżizzjoni, xi azzjoni tista’ twassal għal effetti distribuzzjonali sinifikanti. L-estensjoni tal-ETS tal-UE għas-setturi tal-bini u tat-trasport mistennija tikkawża żieda fil-prezzijiet tal-enerġija għax il-fornituri tal-fjuwil mistennija jgħaddu l-kostijiet tal-karbonju għand il-konsumaturi, u b’hekk din tista’ taffettwa lill-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli li jiddependu fuq il-fjuwils fossili, jew lil persuni fir-riskju tal-faqar enerġetiku. Miżuri mmirati biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni fil-livell Ewropew daqskemm fil-livell nazzjonali. Il-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” jipproponi miżuri speċifiċi permezz tal-EED, u strument ta’ finanzjament ġdid imsejjes fuq id-dħul mill-ETS il-ġdida biex jittaffew l-impatti taż-żidiet fil-kostijiet għall-konsumaturi bl-introduzzjoni ta’ prezz tal-karbonju fis-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini. Dan hu importanti biex ikun żgurat li l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika jsiru fost l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna. Dawn l-effetti jistgħu jittaffew bl-għajnuna ta’ miżuri ta’ appoġġ li jsaħħu l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija u li jagħtu s-setgħa u jħarsu lill-klijenti vulnerabbli, lill-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku jew fir-riskju tal-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-effett ikkombinat tal-miżuri proposti bl-EED u l-għodda l-ġdida tal-finanzjament abbażi tad-dħul min-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi l-ġodda se jgħin biex jiġu indirizzati fl-effetti soċjali negattivi possibbli b’mod effettiv u bl-ispirtu tas-solidarjetà. Id-dħul mill-ETS tal-UE, inkluż min-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi l-ġodda, se jibqa’ disponibbli għall-Istati Membri biex jiffinanzja miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-insular, u biex jingħata appoġġ finanzjarju lil unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx u medju.

Biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali li jirriżultaw min-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet għaż-żewġ setturi l-ġodda tal-bini u tat-trasport bit-triq, qed jinħoloq Fond Soċjali għall-Klima (“il-Fond”). Biex ikun żgurat li l-baġit tal-Unjoni jista’ jsostni n-nefqa addizzjonali għall-Fond, il-Kummissjoni qed tressaq proposti b’mod parallel ma’ dan ir-Regolament dwar il-Fond li jemendaw kemm ir-Regolament għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2021-2027 u anki d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (“id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji”). B’mod partikolari, parti mid-dħul mill-iskambju tal-emissjonijiet għat-trasport bit-triq u l-bini se jmur fil-baġit tal-Unjoni. Il-Fond jenħtieġ li jipprovdi finanzjament lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-miżuri u l-investimenti tagħhom maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, iwettqu titjib tal-effiċjenza enerġetika, għal rinnovazzjoni tal-bini, u biex jiddekarbonizzaw it-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluż l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u biex jiffinanzjaw il-mobbiltà b’emissjonijiet żero u baxxi. L-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll appoġġ dirett temporanju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli flimkien ma’ investimenti li jħaffu aktar tibdil strutturali.

Barra minn hekk, f’konformità mal-Istrateġija dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika u l-investimenti tar-rinnovazzjoni tal-bini li se jgħinu biex jiġi indirizzat jew evitat il-faqar enerġetiku, jinsab f’għadd ta’ programmi ġodda u eżistenti tal-QFP u fil-Fondi tal-UE ta’ NextGenerationEU.

Sors ewlieni ieħor ta’ finanzjament għal investimenti fl-effiċjenza enerġetika huwa l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li b’kollox se tagħmel disponibbli EUR 672,5 biljun bejn għotjiet u self lill-Istati Membri. Fi ħdan il-mira kumplessiva ta’ 37 % tal-fondi RRF imwarrba għall-azzjonijiet klimatiċi, l-Istati Membri ppjanaw li jonfqu ammonti sinifikanti fuq l-investimenti tar-rinnovazzjoni tal-bini, skont il-gwida tal-Kummissjoni Ewropea, immirati b’mod speċifiku fuq il-bini bl-agħar prestazzjoni enerġetika u fuq l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku.

Il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, fi ħdan il-mira klimatika kumplessiva ta’ 30 % u bil-konċentrazzjoni tematika fuq l-Objettiv ta’ Politika 2, se jkomplu jallokaw sehem importanti mill-baġit tal-Unjoni għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u għar-rinnovazzjoni tal-bini, filwaqt li InvestEU, bl-istrumenti finanzjarji u l-assistenza teknika maħsuba għal dan il-għan, speċjalment il-Faċilità ELENA, se jimmobilizza investimenti privati u pubbliċi fuq skala xierqa fl-Istati Membri.

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, b’baġit kumplessiv ta’ EUR 17,5-il biljun, se jimmira li jtaffi l-kostijiet soċjali u ekonomiċi li tikkawża t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż b’investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fir-rinnovazzjoni tal-bini li jkollhom il-benefiċċju doppju li joħolqu l-impjiegi lokali u jindirizzaw il-faqar enerġetiku b’mod sostenibbli.

Fl-aħħar nett, il-programmi b’ġestjoni ċentrali bħal LIFE jew Orizzont Ewropa se jkollhom prijoritajiet ta’ finanzjament apposta biex jappoġġaw tranżizzjoni ġusta u ekoloġika, skont l-objettivi speċifiċi u n-natura tal-programmi, jiġifieri għal innovazzjoni teknoloġika u tas-suq u biex jitfasslu l-aqwa prattiki għall-implimentazzjoni tal-politika tal-effiċjenza enerġetika. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-CO2 tal-vetturi tat-triq teżiġi li l-manifatturi jnaqqsu l-emissjonijiet medji tas-CO2 mill-iżbokk tal-egżost tal-flotta l-ġdida tal-vetturi minn fost it-taħlita tal-vetturi li jbigħu. Ġew stabbiliti Regolamenti għall-vetturi tqal u għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief 31 . Dawn ir-Regolamenti jfissru li l-manifatturi jridu jħaddmu teknoloġija biex titjieb l-effiċjenza enerġetika tal-vetturi (pereżempju billi jnaqqsu r-reżistenza ajrudinamika jew ir-reżistenza għad-dawrien jew l-effiċjenza tas-sistema tal-motopropulsjoni tagħhom) jew billi jużaw sors tal-enerġija b’inqas emissjonijiet tas-CO2 fl-użu. Il-qlib għal sistemi tal-motopropulsjoni għalkollox elettriċi jevita t-telf tal-enerġija minn magni b’kombustjoni interna u jwassal għal frazzjoni tal-użu finali tal-enerġija għal kull km. Tnaqqis fl-użu tal-enerġija fis-settur tat-trasport minħabba l-leġiżlazzjoni dwar is-CO2 tal-vetturi hu rifless fil-kwalifikazzjoni tal-mira kumplessiva tal-UE għall-effiċjenza enerġetika. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se toħloq sinerġiji mal-miżuri tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti. Filwaqt li tħalli l-flessibbiltà u d-diskrezzjoni sħiħa f’idejn l-Istati Membri rigward l-għażla tal-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis fl-użu tal-enerġija fit-trasport, id-Direttiva se tinċentiva l-adozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport. Il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari hu komplementari wkoll għall-EED. It-tfassil tal-prodotti u tal-infrastrutturi għal ħajja itwal, jew l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materja prima, iwasslu biex jonqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-infrastrutturi. L-Istrateġija dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tixħet enfasi fuq l-iżgurar li l-binjiet tal-Ewropa jkunu aktar effiċjenti fl-enerġija, inqas intensivi fl-użu tal-karbonju tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, u aktar sostenibbli. Il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jistgħu jgħinu biex jonqsu t-tniġġis u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mal-materjali tar-rinnovazzjoni tal-bini.

2.    BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

   Bażi ġuridika

Il-proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hu l-bażi ġuridika għall-miżuri dwar l-enerġija. Il-miżuri proposti għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza enerġetika fis-setturi kollha u tul il-katina kollha tal-enerġija, u b’hekk isegwu wieħed mill-objettivi elenkati fl-Artikolu 194, jiġifieri l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 194(1)(c). Billi t-Trattat għandu bażi ġuridika speċifika għall-enerġija, hu xieraq li jintuża dan.

   Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà hu indirizzat f’din il-proposta għax l-Unjoni ma għandhiex kompetenzi esklussivi fejn tidħol il-politika tal-enerġija. Il-proposta tibni fuq l-importanza dejjem akbar tal-effiċjenza enerġetika bħala sfida politika u ekonomika u l-interrelazzjoni mill-qrib tagħha mal-oqsma ta’ politika tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-suq intern u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

Il-bżonn ta’ azzjoni mill-UE

Għalhekk, l-azzjoni tal-UE hi ġġustifikata abbażi tas-sussidjarjetà f’konformità mal-Artikolu 191 tat-TFUE għax infatti l-koordinazzjoni fil-livell Ewropew ittejjeb is-sigurtà tal-enerġija u żżid il-benefiċċji ambjentali u klimatiċi. Il-problemi sottostanti li jikkawżaw tnaqqis fl-iffrankar tal-enerġija (meta mqabbel mal-livell ottimali mill-perspettiva tas-soċjetà) huma l-istess madwar l-UE u jinsabu kullimkien 32 .

Hemm bżonn tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex ikun żgurat li l-Istati Membri jikkontribwixxu għall-mira vinkolanti tal-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-UE u li din tintlaħaq b’mod kollettiv u kosteffettiv. L-Istati Membri huma meħtieġa jiddefinixxu l-livelli ta’ ambizzjoni tagħhom stess, inkluż it-trajettorji li jikkorrispondu għaċ-ċirkostanzi u l-kuntest nazzjonali tagħhom. In-natura tal-istrument u l-fatt li l-mira tal-effiċjenza enerġetika mhix vinkolanti fil-livell nazzjonali tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Billi jqisu l-kuntest u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, l-Istati Membri se jibqa’ jkollhom l-istess livell ta’ flessibbiltà fejn tidħol l-għażla tat-taħlita ta’ politiki tagħhom, is-setturi u l-approċċ biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ sal-2030.

B’mira klimatika ogħla, l-azzjoni tal-Unjoni se tissupplimenta u ssaħħaħ l-azzjoni nazzjonali u lokali biex jiżdiedu l-isforzi fl-effiċjenza enerġetika. Ir-Regolament dwar il-Governanza diġà jipprevedi l-obbligu li l-Kummissjoni taġixxi jekk ma jkunx hemm ambizzjoni min-naħa tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni, u b’hekk de facto jirrikonoxxi formalment ir-rwol essenzjali ta’ azzjoni tal-Unjoni f’dan il-kuntest; għaldaqstant l-azzjoni tal-UE hi ġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà skont l-Artikolu 191 tat-TFUE.

Il-problemi sottostanti li jikkawżaw tnaqqis fl-iffrankar tal-enerġija (meta mqabbel mal-livell ottimali mill-perspettiva tas-soċjetà) huma l-istess madwar l-Unjoni u jinsabu kullimkien. Fid-dawl tal-kostijiet esterni tal-konsum tal-enerġija (eż. l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, is-sigurtà tal-enerġija), l-azzjonijiet li jżidu l-effiċjenza enerġetika u jnaqqsu l-użu tal-enerġija aktarx jiġġeneraw benefiċċji lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għal problemi transfruntieri, l-azzjoni tal-Istati Membri aktarx ma twassalx għal eżiti ottimali. Fil-preżenza ta’ mira klimatika ogħla, li teħtieġ mira ogħla tal-effiċjenza enerġetika, l-azzjoni tal-Unjoni trid tissupplimenta u ssaħħaħ l-azzjoni nazzjonali u lokali.

Barra minn hekk, in-natura tal-istrument u l-fatt li l-mira tal-effiċjenza enerġetika mhix vinkolanti fil-livell nazzjonali tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Billi jqisu l-kuntest u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, l-Istati Membri se jibqa’ jkollhom l-istess livell ta’ flessibbiltà fejn tidħol it-taħlita ta’ politiki tagħhom, is-setturi u l-approċċ biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ sal-2030. Madankollu, l-enerġija hi qasam ta’ politika bi ħtiġijiet kbar ta’ investiment.

Approċċ ikkoordinat fil-livell tal-Unjoni jista’ joħloq fiduċja, affidabbiltà u kontinwità, u jżid il-probabbiltà li atturi differenti jinvestu u jinvolvu ruħhom. Il-politiki fil-livell tal-Unjoni jistgħu joħolqu wkoll tranżizzjoni ġusta u ekwa għall-pajjiżi u r-reġjuni b’ekonomiji li jistgħu jintlaqtu b’mod sinifikanti mill-bidliet fl-istruttura industrijali jew fl-impjiegi li tikkawża t-tranżizzjoni tal-enerġija lejn id-dekarbonizzazzjoni.

Barra minn hekk, azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni tippermetti kunsiderazzjoni aħjar tal-kapaċitajiet differenti ta’ azzjoni fost l-Istati Membri. Se jkun hemm ukoll kost estern meta l-produzzjoni jew il-konsum ta’ oġġett jew servizz jimponu kost (effett negattiv) fuq parti terza.

Il-valur miżjud tal-UE

Il-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika huma mekkaniżmu kruċjali biex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jikkontribwixxu biex joħolqu benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali bħal kwalità aħjar tal-arja, kontijiet orħos tal-enerġija, u saħħa aħjar. Il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 huma miri kollettivi. Dwar dan, il-politiki kkoordinati tal-Unjoni għandhom opportunità aħjar li jittrasformaw lill-Unjoni f’kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Approċċ komuni hu l-aktar mod effettiv biex ikun żgurat it-twettiq tal-impenji internazzjonali.

Jeħtieġ jittieħdu azzjonijiet konkreti fil-livell tal-Istati Membri biex jonqos il-konsum tal-enerġija. Madankollu hemm bżonn qafas effettiv għal dawk l-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Approċċ ikkoordinat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni se jabilita u jsaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri, filwaqt li jiżgura l-erba’ libertajiet. Approċċ komuni tal-Unjoni se jgħin, pereżempju, biex jinħolqu swieq akbar għall-fornituri, il-ħaddiema u l-oġġetti Ewropej, u biex tkun żgurata applikazzjoni tal-istess obbligi u regoli. Dan se jipproteġi u jixpruna l-kompetizzjoni. B’approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni, il-konsumaturi se jkunu jistgħu jgawdu l-istess drittijiet bażiċi u jiksbu informazzjoni komparabbli u rikonoxxibbli madwar l-Unjoni. B’approċċ komuni tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika jkunu jistgħu jiġu indirizzati sfidi komuni speċifiċi, fosthom il-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku.

L-esperjenza bl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika wriet li qafas komuni tal-Unjoni hu soċjalment ġust, inaqqas il-kostijiet, iżid il-benefiċċji mis-suq intern u jippermetti li dawk li jfasslu l-politika nazzjonali jitgħallmu minn xulxin. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tikkumplimenta u tikkatalizza b’mod effettiv miżuri oħra nazzjonali u tal-Unjoni. Il-politiki adottati fil-livell tal-Unjoni jirriflettu l-interrelazzjoni mill-qrib tal-oqsma ta’ politika tat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-provvista, is-sostenibbiltà, l-ambjent, is-suq intern, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku. B’hekk meta jkunu qed jiġu deċiżi u implimentati l-politiki u l-miżuri, jistgħu jitqiesu l-effetti fuq is-suq uniku li jikkonċernaw it-tkabbir, l-investimenti u l-ħolqien tal-impjiegi. Dan kellu l-appoġġ tat-Taskforce li timmobilizza l-isforzi tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2020, li appellat għal qafas ta’ politika sod, immirat u komuni għall-effiċjenza enerġetika li jattira l-investimenti meħtieġa, u jiżgura li l-iffrankar tal-enerġija jinkiseb b’mod ġust u ekwu.

Barra minn hekk, is-suq uniku tal-Unjoni jaġixxi bħala katalist qawwi għall-kosteffiċjenza biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Azzjoni komuni tal-Unjoni se tiżgura li l-objettivi tal-politika jintlaħqu b’mod kollettiv bl-inqas kost possibbli. Għalhekk, biex jintlaħqu l-miri kumplessivi b’mod kollettiv, l-azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni tista’ tippermetti u ssaħħaħ l-isforzi fil-livell nazzjonali billi tiżgura approċċ aktar armonizzat, tgħin biex jinħolqu swieq ta’ skala għall-fornituri Ewropej, u tiżgura li dawn ikollhom l-istess obbligi u regoli.

Qafas fil-livell tal-Unjoni se jipprovdi wkoll aktar ċertezza għall-investituri. Se jipprovdi impetu ġenerali fis-suq uniku kollu biex isir investiment fi prodotti ta’ kull tip li jkunu aktar effiċjenti fl-enerġija. Id-definizzjoni tal-objettivi tal-Unjoni u nazzjonali tagħti indikazzjoni ċara dwar kemm huma mistennija sforzi fl-effiċjenza enerġetika, u tgħin fid-definizzjoni tad-daqs tas-suq għal prodotti u servizzi effiċjenti fl-enerġija. Din se tibgħat sinjal lill-fornituri u l-manifatturi biex jagħmlu aktar sforz fl-iżvilupp tal-prodotti f’dan ir-rigward.

Biex l-effiċjenza enerġetika titwettaq b’mod li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi, hemm bżonn informazzjoni sinifikattiva, eżatta u li tinftiehem dwar l-użu tal-enerġija, il-kostijiet relatati, u aċċess faċli għal suq kompetittiv ta’ materjali tal-kostruzzjoni tal-bini (twieqi, insular u l-bqija), soluzzjonijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ, u prodotti oħra li jgħinu biex titjieb l-effiċjenza enerġetika.

Hemm bżonn miżuri speċifiċi għas-settur, bħal dawk immirati lejn is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, biex tkun żgurata attenzjoni xierqa lis-setturi li jeħtieġ jagħmlu l-akbar tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Bi ppjanar armonizzat tkun żgurata kwalità komparabbli tal-politiki u l-miżuri nazzjonali. Tkun żgurata wkoll id-disponibbiltà ta’ informazzjoni strutturata dwar l-objettivi u l-pjanijiet settorjali fl-Istati Membri, u b’hekk tgħin lill-Istati Membri u lill-parteċipanti tas-suq jippjanaw l-attivitajiet tagħhom. Fil-każ tat-tisħin u t-tkessiħ, din tgħin biex tiżgura suq suffiċjenti bi standards komuni għall-fornituri tat-tagħmir b’effiċjenza kbira għat-tisħin distrettwali u l-koġenerazzjoni biex jonqsu l-kostijiet u jitħeġġu jinnovaw u jtejbu l-offerta tagħhom.

Billi tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni, jistgħu jiġu indirizzati diversi ostakli għall-investimenti pubbliċi u privati, li jindirizzaw in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn bosta korpi awtorizzanti fil-livell nazzjonali u jistimulaw il-kapaċità amministrattiva biex jitwettqu proġetti u skemi ta’ appoġġ transfruntieri.

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika essenzjalment tistabbilixxi l-objettiv ġenerali tal-effiċjenza enerġetika, iżda tħalli l-maġġoranza tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex jintlaħaq dan l-objettiv f’idejn l-Istati Membri. L-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” tħalli flessibbiltà f’idejn l-Istati Membri. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tistabbilixxi miri vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-Unjoni, iżda mhux se tistabbilixxi miri vinkolanti fil-livell nazzjonali fil-perspettiva tal-2020 u tal-2030. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-kontribut tagħhom għall-kisba kollettiva tal-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni filwaqt li jqisu l-formula mogħtija fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika. Obbligu ta’ tnaqqis annwali fil-konsum tal-enerġija fis-settur pubbliku se jiżgura li s-settur pubbliku jaqdi r-rwol eżemplari tiegħu, filwaqt li l-Istati Membri jibqa’ jkollhom flessibbiltà sħiħa dwar l-għażla tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fil-konsum tal-enerġija finali. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se tibqa’ tipprovdi rata annwali ta’ rinnovazzjoni meħtieġa skont l-erja tal-art tal-bini. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-obbligu huwa estiż għall-bini li jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi kollha fit-territorju ta’ Stat Membru jew okkupat minnhom. Din il-miżura għandha tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu jmexxu bl-eżempju billi jaġġornaw il-prestazzjoni enerġetika fl-isferi tagħhom, filwaqt li jibqa’ jkollhom il-flessibbiltà dwar l-għażla tal-miżuri. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se tipprovdi l-qafas meħtieġ biex tkun żgurata l-prestazzjoni enerġetika tal-prodotti, tas-servizzi, tax-xogħlijiet u tal-bini mixtrija mill-korpi pubbliċi, u biex meta xieraq jitqiesu aspetti usa’ ta’ sostenibbiltà, soċjali, ambjentali u tal-ekonomija ċirkolari. B’approċċ armonizzat, li jikkunsidra wkoll aspetti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċessi tas-sejħiet għall-offerti, tiġi ppriservata l-kompetizzjoni, ikun żgurat iffrankar tal-enerġija fit-tul u kosteffettiv, u jkunu jistgħu jitkomplew is-swieq ta’ skala. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se testendi l-iffrankar tal-enerġija billi żżid ir-rata tal-iffrankar. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu jiksbu ffrankar tal-enerġija annwali ġdid b’miżuri ta’ politika fis-setturi kollha. L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija huwa miżura effettiva li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika f’diversi setturi, u għalhekk huwa wkoll għodda effettiva li tappoġġa lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-faqar enerġetiku. Għaldaqstant, l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija se jara li l-Istati Membri jiksbu sehem ikkalkulat individwalment tal-ammont totali tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ b’rabta mal-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Approċċ armonizzat jista’ jikkontribwixxi għal tranżizzjoni tal-enerġija ġusta għaċ-ċittadini Ewropej kollha. L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jħalli flessibbiltà sħiħa lill-Istati Membri b’rabta mat-tipi ta’ miżuri ta’ politika, u d-daqs, l-ambitu u l-kontenut tagħhom. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se tiżgura l-istess livell ta’ drittijiet kuntrattwali bażiċi għaċ-ċittadini Ewropej kollha rigward it-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku. Filwaqt li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika se teżiġi l-implimentazzjoni ta’ ċerti drittijiet kuntrattwali bażiċi tal-klijenti, il-kompetenzi nazzjonali mhux se jkunu ristretti. Huma meħtieġa wkoll kundizzjonijiet ekwi fl-UE fejn jidħlu l-informazzjoni lill-konsumaturi u l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri xierqa, filwaqt li t-tfassil konkret ta’ dawn l-azzjonijiet jibqa’ fid-diskrezzjoni tagħhom. L-impatti fl-Unjoni kollha tal-kriżi ekonomika u tas-saħħa juru li hemm bżonn ukoll approċċ armonizzat li jagħti s-setgħa u jħares lill-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli u lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku.

Biex ikun żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni u għoti tas-setgħa, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika teżiġi l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità fost dawk il-persuni, u dawn jappoġġaw ukoll lill-Istati Membri biex itaffu l-effetti distribuzzjonali. In-network ta’ esperti se jiffaċilita l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dan ir-rigward u jenħtieġ li jiġi stabbilit fl-Istati Membri kollha. Filwaqt li teżiġi awditjar obbligatorju tal-enerġija għall-intrapriżi kbar, għax l-iffrankar tal-enerġija jista’ jkun sinifikanti, l-Istati Membri se jibqa’ jkollhom il-flessibbiltà biex jiżviluppaw programmi biex jħeġġu lill-SMEs biex iwettqu awditjar tal-enerġija. Rigward is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, l-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-kompetenzi tagħhom biex iwettqu valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għal koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, u jistgħu jagħtu eżenzjonijiet fil-qasam tal-irkupru tas-sħana mitlufa waqt il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja billi jipprovdu network ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali. Bid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jintroduċu miżuri u proċeduri li jippromwovu l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni. Biex jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ suq uniku, l-Istati Membri kollha, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u jneħħu l-miżuri regolatorji, tekniċi u mhux regolatorji kollha biex titjieb l-effiċjenza enerġetika fit-tħaddim tan-networks tal-enerġija. L-iżvilupp ta’ suq għas-servizzi tal-enerġija li jiżgura d-disponibbiltà tad-domanda għas-servizzi tal-enerġija u anki l-provvista tagħhom, jibqa’ soġġett għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tħalli l-flessibbiltà lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni li tidentifika u tindirizza ostakli regolatorji u mhux regolatorji ħalli titjieb l-effiċjenza enerġetika. L-Istati Membri u r-reġjuni jkunu mħeġġa jisfruttaw bis-sħiħ il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment u faċilitajiet oħra ta’ finanzjament biex jixprunaw investimenti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, biex itaffu l-faqar enerġetiku u kwalunkwe effett distribuzzjonali fuq il-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

Għaldaqstant, il-proposta hi konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

   Proporzjonalità

Skont il-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża 33 u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, b’mod ġenerali, il-modifiki proposti ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi għal ambizzjoni akbar fl-effiċjenza enerġetika fid-dawl tal-mira klimatika miżjuda għall-2030. Rigward il-miri tal-effiċjenza enerġetika, l-emendi huma proporzjonati mal-ambizzjoni meħtieġa tal-Unjoni bi qbil mal-mira klimatika miżjuda ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif propost mill-Pjan dwar il-Mira Klimatika. Diversi emendi jistabbilixxu miri u obbligi speċifiċi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi biex jiksbu l-iffrankar tal-enerġija f’ċerti oqsma – is-settur pubbliku u l-faqar enerġetiku, li b’mod ġenerali se jkunu proporzjonati. Rigward l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għas-settur pubbliku, il-korpi pubbliċi huma definiti fid-Direttiva 2014/24/UE dwar l-Akkwist Pubbliku (l-awtoritajiet kontraenti). L-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu bażi tad-data għall-korpi pubbliċi, li tinkludi l-konsum annwali tagħhom tal-enerġija. L-obbligu propost ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija iħalli flessibbiltà sinifikanti lill-Istati Membri dwar fejn u kif jista’ jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija. Filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji li ġġib magħha l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-iffrankar, dan l-isforz hu meqjus effettiv u mhux eċċessiv. Il-proposta għandha l-għan ukoll li tindirizza l-impatti distribuzzjonali tal-estensjoni tan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport. L-istabbiliment ta’ definizzjonijiet u obbligi b’mod partikolari rigward it-tisħin u t-tkessiħ huwa proporzjonat mal-iffrankar addizzjonali tal-enerġija u s-sinerġiji mal-istrumenti l-oħra li jistgħu jinkisbu f’dan is-settur. Il-proporzjonalità tar-rekwiżiti addizzjonali ta’ monitoraġġ u rappurtar tiddependi fuq il-bilanċ bejn iż-żieda fil-kostijiet u l-iffrankar miksub b’fehim aħjar tal-impatti tal-miżuri rilevanti.

Għaldaqstant, il-livell ta’ restrizzjoni impost hu proporzjonat mal-objettiv.

   Għażla tal-istrument

L-istrument magħżul hu Direttiva li jridu jimplimentaw l-Istati Membri. Direttiva hija l-istrument xieraq għax tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi tal-Unjoni li jridu jintlaħqu, filwaqt li tħalli biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri biex jimplimentawha bil-mod li jaqbel maċ-ċirkostanzi nazzjonali partikolari tagħhom.

Il-proposta żżewweġ kodifikazzjoni u emenda tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika. Fil-kuntest ta’ Ewropa għan-nies, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis-simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni biex tkun aktar ċara u aċċessibbli aktar għaċ-ċittadini, ħalli tagħtihom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jgawdu d-drittijiet speċifiċi li din tagħtihom. Il-proposta tinvolvi emenda sostantiva għad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, li ġiet emendata kemm-il darba.

Biex tallinja ż-żewġ proċessi, ir-reviżjoni u l-proċessi ta’ kodifikazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi Riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika. It-teknika tar-riformulazzjoni tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għax tippermetti l-adozzjoni ta’ test leġiżlattiv uniku li b’mod simultanju jwettaq l-emenda mixtieqa, jikkodifika dik l-emenda u l-oħrajn preċedenti, u d-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti, u jħassar dak l-att u l-atti emendatorji preċedenti. Għalhekk, Direttiva riformulata hija l-istrument xieraq u tikkonforma mal-impenn tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 46 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 34 L-att legali l-ġdid se jissostitwixxi u jħassar l-att preċedenti 2012/27/UE.

Meta l-Artikoli jkunu ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness XVI tad-Direttiva riformulata.

3.    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

   Evalwazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni eżistenti 35

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tibqa’ rilevanti biex tinkiseb aktar effiċjenza enerġetika fl-Unjoni u bħala kontribut għall-mira klimatika miżjuda ta’ 55 %. Permezz tagħha jinkisbu benefiċċji oħra fosthom tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u tingħata spinta lill-innovazzjoni u lill-kompetittività. L-evalwazzjoni wriet li sta għad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika biex tiżgura li l-Istati Membri jwettqu b’mod adegwat azzjonijiet f’oqsma speċifiċi li jikkunsmaw l-enerġija. Bosta studji mwettqa mill-Kummissjoni u evidenza miksuba mingħand il-partijiet ikkonċernati 36 juru li anke bit-teknoloġiji eżistenti, għad baqa’ lok sinifikanti għal investimenti fl-effiċjenza enerġetika u għal iffrankar kosteffettiv fis-setturi ekonomiċi tal-Istati Membri u fis-soċjetà inġenerali.

Madankollu, jekk kollox jibqa’ kif inhu, u aktar u aktar minħabba l-impatti soċjoekonomiċi negattivi u t-telf fl-introjtu minħabba l-kriżi tal-COVID-19, element kbir ta’ dan il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija jibqa’ mhux sfruttat, inkluż minħabba fallimenti regolatorji u tas-suq li jipprevjenu t-twettiq ta’ investimenti u azzjonijiet kosteffettivi fl-effiċjenza enerġetika. Minħabba l-potenzjal sinifikanti ta’ ffrankar tal-enerġija, hemm bżonn aktar promozzjoni ta’ azzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika u t-tneħħija tal-ostakli kontinwi eżistenti li jxekklu l-imġiba effiċjenti fl-enerġija, inkluż l-investimenti.

L-evalwazzjoni turi li jidher li hemm ċertu nuqqas ta’ rieda fis-setturi pubbliċi biex ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika jiġu inklużi sistematikament fl-akkwist, l-aktar minħabba l-prezz tax-xiri. Għalhekk, hemm lok għal tisħiħ u simplifikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika ħalli din tikkontribwixxi għall-kisba tal-mira klimatika ogħla u tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Barra minn hekk, hemm potenzjal għad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika li tindirizza aħjar l-isfidi soċjoekonomiċi bħall-protezzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, u t-taffija tal-faqar enerġetiku. B’rabta mal-industriji, l-evalwazzjoni turi li xkiel ewlieni aktarx ikun li ħafna min-negozji ma jkollhomx l-għarfien espert biex ikunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet tekniċi disponibbli ta’ ffrankar tal-enerġija, jew dwar x’jistgħu jkunu l-benefiċċji ekonomiċi tagħhom għan-negozju.

Mil-lat ta’ effettività, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika wasslet għal titjib fl-effiċjenza enerġetika madwar l-Unjoni bis-saħħa tal-miri tagħha (b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 5) u bis-saħħa tal-miżuri vinkolanti (b’mod partikolari l-Artikolu 7 dwar l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija), anki jekk il-progress fil-kisba tal-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2020 ma kienx biżżejjed. Il-kisba tal-livell meħtieġ ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika tiddependi l-aktar fuq l-ambizzjoni tal-Istati Membri meta jistabbilixxu l-objettivi, u fuq l-isforzi tagħhom meta jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri ta’ effiċjenza enerġetika fil-livell nazzjonali. Għalkemm id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tistabbilixxi limiti tal-konsum tal-enerġija finali u primarja għall-Unjoni kollha kemm hi, u r-Regolament dwar il-Governanza jipprevedi aktar miżuri tal-Unjoni jekk il-miri ma jintlaħqux, in-natura indikattiva tal-mira ma tappoġġax il-kisba tagħha. L-Artikolu 7 jibqa’ miżura effettiva responsabbli għall-ġenerazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija, l-aktar fis-settur tal-bini. L-obbligi għas-settur pubbliku (l-Artikoli 5 u 6) kienu kruċjali biex jintwera r-rwol eżemplari tal-gvernijiet ċentrali fil-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika b’rinnovazzjonijiet u fl-akkwist pubbliku. Madankollu, il-miżuri ġew implimentati fuq skala limitata, u hemm għadd ta’ limitazzjonijiet li jxekklu l-kisba tal-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija fis-settur pubbliku. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika kienet kruċjali wkoll għal promozzjoni tal-użu tal-awditjar tal-enerġija madwar l-Unjoni (l-Artikolu 8). Iżda għad hemm limitazzjonijiet importanti, fosthom is-segwitu tal-awditjar u l-isfidi relatati mal-applikazzjoni tad-definizzjoni tal-SMEs, in-nuqqas ta’ rekwiżiti, u l-inċentivi għall-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14 dwar it-tisħin u t-tkessiħ, b’mod partikolari r-rekwiżit li jiġu stabbiliti valutazzjonijiet komprensivi, għenu biex tiżdied l-importanza u s-sensibilizzazzjoni ġenerali tat-tisħin u t-tkessiħ fl-Istati Membri kollha. Iżda l-analiżi wriet li l-impatt ġenerali kien pjuttost baxx, l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ segwitu għas-sejbiet tal-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont l-Artikolu 14, u l-użu wiesa’ tal-eżenzjonijiet permessi. Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika għenet ferm għall-iżvilupp tas-swieq tas-servizzi tal-enerġija u għall-ikkuntrattar għall-prestazzjoni enerġetika (l-Artikolu 18). Madankollu, għad iridu jiġu indirizzati ostakli importanti.

Mil-lat ta’ effiċjenza, b’mod ġenerali, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika għenet biex fl-Unjoni jinkiseb iffrankar tal-enerġija b’mod kosteffettiv. Diversi dispożizzjonijiet soġġetti għall-“kundizzjonalitajiet” (eż. fl-Artikoli 5, 6, 9-11, 14) meħtieġa biex tittieħed azzjoni jekk dan ikun kosteffettiv/ekonomikament jew teknikament fattibbli. Din tat flessibbiltà sinifikanti lill-Istati Membri biex jagħżlu l-miżuri. Iżda l-Istati Membri mhux dejjem urew kif ġiet stabbilita l-fattibbiltà. M’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ differenzi sinifikanti fid-daqs tal-kostijiet fost l-Istati Membri għal ħafna mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, għajr għall-Artikolu 7 (il-kostijiet jiddependu fuq id-disinn u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura).

Mil-lat ta’ koerenza, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika hi ġeneralment koerenti ma’ politiki usa’ dwar l-enerġija u l-klima, iżda l-interkonnessjonijiet dejjem iżjed mal-enerġija rinnovabbli u mal-ETS tal-UE jeħtieġu simplifikazzjoni xierqa u kunsiderazzjoni aktar mill-qrib biex jonqos il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika jeħtieġ jiġu adattati biex jappoġġaw l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tat-tniġġis żero fil-kuntest tal-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Mil-lat ta’ valur miżjud tal-Unjoni, l-intervent tal-Unjoni kien essenzjali biex jinkiseb titjib fl-effiċjenza enerġetika madwar l-Unjoni. Hu ċar li mingħajr il-mira u l-miżuri vinkolanti fil-livell tal-UE, dan ma kienx jintlaħaq fl-iskala osservata. Iżda hemm lok għal tisħiħ u simplifikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika twettaq l-isforzi meħtieġa fid-dawl tal-mira klimatika ogħla tal-Unjoni ta’ mill-inqas 55 % għall-2030.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-pjan direzzjonali tal-evalwazzjoni/valutazzjoni inizjali tal-impatt ġew ippubblikati fit-3 ta’ Awwissu 2020 u kienu disponibbli sal-21 ta’ Settembru 2020.

Il-Kummissjoni rċeviet 189 tweġiba, filwaqt li 99 parti kkonċernata ssottomettew dikjarazzjonijiet u informazzjoni supplimentari għat-tweġibiet tagħhom. L-akbar għadd ta’ tweġibiet waslu mingħand l-assoċjazzjonijiet tan-negozju (80 tweġiba), u mbagħad mingħand il-kumpaniji (36 tweġiba) u l-NGOs (26 tweġiba). Barra minn hekk, ġew organizzati disa’ laqgħat apposta mal-partijiet ikkonċernati tul Settembru u Ottubru 2020 ma’ gruppi ta’ partijiet ikkonċernati fil-mira dwar suġġetti speċifiċi, u fl-10 ta’ Novembru 2020 saret laqgħa apposta tal-grupp ta’ esperti tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika. Il-Kummissjoni nediet ukoll il-konsultazzjoni pubblika fuq l-internet mis-17 ta’ Novembru 2020 sad-9 ta’ Frar 2021, skont ir-regoli tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar. L-istħarriġ kien fih mistoqsijiet miftuħa u ta’ għażla multipli li jkopru firxa wiesgħa ta’ aspetti dwar l-evalwazzjoni ex post u l-alternattivi għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika. B’kollox waslu 344 tweġiba. L-akbar grupp ta’ rispondenti kienu l-assoċjazzjonijiet tan-negozju (132 tweġiba), in-negozji u l-kumpaniji individwali (92 tweġiba) u mbagħad l-NGOs (34 sottomissjoni). Kien hemm 21 rispondent li ppreżentaw tweġibiet bħala ċittadini individwali. Wieġbu wkoll 24 awtorità pubblika, inkluż awtoritajiet nazzjonali minn 9 Stati Membri (iċ-Ċekja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Iżvezja, il-Litwanja, in-Netherlands, u Spanja). 

Maġġoranza ċara tal-partijiet ikkonċernati (86 % tar-rispondenti) esprimew il-fehmiet tagħhom li l-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li taqdi rwol ewlieni fl-appoġġ ta’ miri klimatiċi aktar ambizzjużi għall-2030 u fid-dawl tal-kisba tan-newtralità tal-karbonju tal-Unjoni sal-2050. Il-partijiet ikkonċernati appoġġaw b’mod ġenerali t-tisħiħ tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika f’dan ir-rigward. Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati (53 %) qablu ma’ miri vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livell nazzjonali (47 %). Il-partijiet ikkonċernati kienu tal-fehma li hemm bżonn sforzi addizzjonali fl-effiċjenza enerġetika fil-bini (76 %) u fit-trasport (62 %), u mbagħad fl-industrija (52 %) u fl-ICT (40 %).

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kif espressi fil-konsultazzjoni pubblika u waqt is-sessjonijiet ta’ ħidma tqiesu waqt l-elaborazzjoni tal-bosta alternattivi ta’ politika dwar l-oqsma ta’ politika rispettivi fil-valutazzjoni tal-impatt.

F’Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea ospitat seduta mas-sħab soċjali Ewropej dwar il-Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”. Is-sħab soċjali Ewropej intalbu jaqsmu r-reazzjonijiet inizjali tagħhom dwar dan il-pakkett u jesprimu fehmiethom dwar liema miżuri u mekkaniżmi ta’ akkumpanjament jistgħu jiġu stabbiliti biex ikun żgurat li ħadd ma jinqata’ lura. Inħass il-bżonn ta’ interazzjonijiet aktar sodi bejn il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Patt Ekoloġiku Ewropew u ġie spjegat li l-objettivi taż-żewġ dimensjonijiet jenħtieġ li jkunu ż-żewġ uċuħ tal-istess munita.

   Ġbir u użu ta’ għarfien espert

L-istudju ta’ sostenn COWI kien l-uniku kuntratt espliċitament maħsub biex jappoġġa direttament it-tħejjija tal-valutazzjoni tal-impatt. Ħafna rapporti oħra pprovdew informazzjoni rilevanti. Fil-każ tar-rekwiżiti tal-awditjar tal-enerġija kien hemm valutazzjoni speċifika tal-problemi bl-implimentazzjoni tad-definizzjoni użata fl-Artikolu 8(4) tal-EED.

   Valutazzjonijiet tal-impatt

L-ambizzjoni ġenerali tal-iffrankar tal-enerġija u l-livell tal-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija huma konsegwenzi ta’ approċċ kosteffettiv biex tinkiseb l-ambizzjoni ġenerali ta’ ffrankar ta’ 55 % fil-gassijiet serra. Il-miżuri esplorati fil-valutazzjoni tal-impatt 37 huma elementi addizzjonali li jappoġġaw u jippermettu miżuri tal-iffrankar tal-enerġija li se jiffaċilitaw l-investimenti fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika u b’hekk inaqqsu l-kost kumplessiv biex jinkisbu l-miri tal-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-gassijiet serra.

Ġew ikkunsidrati miżuri f’għaxar oqsma differenti li ma jeskludux lil xulxin. Dawn ivarjaw u jkopru miżuri mhux regolatorji u regolatorji. Ġew esplorati miżuri regolatorji differenti ta’ strettezza differenti. L-identifikazzjoni tal-għażla ppreferuta teħtieġ ġudizzju dwar l-aħjar impatt għal kull qasam meta mqabbel mal-isforz regolatorju u l-piż amministrattiv.

L-impatt ewlieni tal-miżura se jkun li l-Unjoni tuża inqas enerġija mingħajr ma jiġi affettwat it-twassil tas-servizzi mixtieqa. Ma’ dan it-tnaqqis fl-użu tal-enerġija se jkun hemm bosta kobenefiċċji fosthom aktar sigurtà tal-enerġija u inqas impatti ambjentali. It-tnaqqis fl-impatti ambjentali hu qabelxejn minħabba tnaqqis ta’ madwar 8 % fl-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, iżda mistenni wkoll jinkisbu benefiċċji ambjentali bi tnaqqis fil-ħtieġa għal provvista tal-fjuwil, tnaqqis fil-ħtiġijiet tal-infrastruttura u b’inqas emissjonijiet fl-ilma, pereżempju b’tagħmir li jneħħi l-gass mit-tromba taċ-ċumnija. B’appoġġ pubbliku mmirat kif xieraq għar-rinnovazzjonijiet tal-bini jistgħu jinkisbu wkoll għadd ta’ benefiċċji soċjali sostanzjali bis-saħħa tat-tnaqqis fil-faqar enerġetiku u b’titjib proporzjonat fis-saħħa tal-bniedem.

Fl-oqsma kollha, l-iffrankar tal-enerġija huwa mistenni l-iżjed li jinkiseb b’investimenti fl-iffankar tal-enerġija li jreġġgħu lura l-kost kapitali fi ftit snin. L-informazzjoni dwar il-perjodi ta’ rkupru mistennija qed tingħata skont is-settur u t-tip ta’ investiment.

   Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-reviżjoni hi riformulazzjoni tad-Direttiva. Il-valutazzjoni tal-impatt 38 identifikat għadd ta’ possibbiltajiet għal simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u tnaqqis fil-kostijiet regolatorji filwaqt li timmira lejn l-effettività tal-modifiki proposti. It-tneħħija tal-approċċ alternattiv għar-rinnovazzjoni tal-bini tal-korpi pubbliċi se tissimplifika d-dispożizzjonijiet għax se tiffoka fuq ir-rinnovazzjonijiet biss. Aspetti tekniċi speċifiċi rigward il-bini pubbliku u ċerti eżenzjonijiet se jitħassru għax huma regolati bid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija. It-tneħħija tal-kundizzjonalitajiet tal-kosteffettività, il-fattibbiltà teknika jew ekonomika rigward ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku se tissimplifika l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għax se japplikaw bl-istess mod għall-awtoritajiet pubbliċi kollha. L-għażliet dwar l-iżvilupp u l-akkwist tal-IT se jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u taċ-Ċibersigurtà tal-Kummissjoni Ewropea.

Se jkun żgurat li l-isforzi tal-awditjar tal-enerġija jkunu ffukati fuq utenti akbar tal-enerġija, biex b’hekk jinkiseb iffrankar tal-enerġija proporzjonalment akbar, u dan iwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-piż għan-negozji b’inqas użu tal-enerġija, u għal simplifikazzjoni tal-piż tal-amministrazzjonijiet pubbliċi bi kriterju aktar sempliċi biex jivvalutaw il-ħtieġa ta’ awditjar b’inqas negozji x’jivverifikaw. Iż-żieda fil-kostijiet tal-konformità għan-negozji li se jibqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni mistennija tiġi rkuprata b’żieda fl-użu ta’ miżuri ta’ titjib kosteffettiv.

L-emendi se jsaħħu r-rekwiżiti eżistenti ta’ monitoraġġ u rappurtar, b’mod partikolari rigward il-miżuri mmirati għall-faqar enerġetiku skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija (l-Artikolu 8) u r-rinnovazzjonijiet tal-bini għas-settur pubbliku, li jiżguraw riżultati aktar effettivi, iżda dawn se jikkawżaw ukoll aktar piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet pubbliċi. Il-ħtieġa ta’ rekwiżiti addizzjonali ta’ monitoraġġ u rappurtar rigward l-akkwist pubbliku u l-ikkuntrattar tal-prestazzjoni enerġetika tkompli ttejjeb l-effettività ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, iżda jaf iżżid il-piż amministrattiv sa ċertu punt għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi.

Jingħataw aktar gwida u appoġġ fid-dawl tal-azzjonijiet tal-Istati Membri, eż. fuq is-sensibilizzazzjoni dwar iż-żieda fi żmien qasir tal-piż amministrattiv, għax il-kampanji informattivi, l-iskambji tal-għarfien jew l-iskemi ta’ appoġġ differenti jridu jsiru mill-Istati Membri, iżda dan mistenni jkun kosteffettiv fi żmien medju b’żieda fl-iffrankar tal-enerġija.

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ rappurtar u monitoraġġ mhux se joħolqu sistemi ġodda ta’ rappurtar iżda se jkunu soġġetti għall-qafas eżistenti ta’ monitoraġġ u rappurtar skont ir-Regolament dwar il-Governanza (UE) 2018/1999.

   Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija konformi mal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li teżiġi li fil-politiki tal-Unjoni jiġu integrati livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u titjib fil-kwalità tal-ambjent, filwaqt li dawn jiġu żgurati f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli.

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. L-emendi jirriżultaw f’kostijiet amministrattivi moderati għall-awtoritajiet pubbliċi.

5.    ELEMENTI OĦRA

   Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar

Wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva riformulata mill-koleġiżlaturi, tul il-perjodu tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet li ġejjin biex tiffaċilita t-traspożizzjoni tagħha:

Tiġi abbozzata tabella ta’ korrelazzjoni biex isservi bħala lista ta’ kontroll għat-traspożizzjoni kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni.

Jiġu organizzati l-laqgħat mal-esperti tal-Istati Membri inkarigati mit-traspożizzjoni tal-partijiet differenti tad-Direttiva biex issir diskussjoni dwar kif iridu jiġu trasposti u biex jissolvew id-dubji, u dan fil-kuntest tal-Azzjoni Konċertata għad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (CA-EED) jew b’format ta’ kumitat.

Tkun disponibbli għal laqgħat bilaterali u sejħiet mal-Istati Membri f’każ ta’ xi kwistjoni speċifika dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva.

Wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni komprensiva dwar jekk l-Istati Membri ttrasponewx id-Direttiva b’mod sħiħ u korrett.

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika stabbilixxa qafas integrat għal ippjanar, monitoraġġ u rappurtar tal-enerġija u l-klima, biex isegwi l-progress lejn il-miri għall-klima u l-enerġija skont ir-rekwiżiti tat-trasparenza tal-Ftehim ta’ Pariġi. L-Istati Membri kellhom jippreżentaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni sa tmiem l-2019, li jkopru l-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija għall-perjodu 2021-2030. L-Istati Membri jridu jirrappurtaw kull sentejn dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet u, barra minn hekk, sat-30 ta’ Ġunju 2023 iridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-aġġornamenti tal-pjanijiet tagħhom, filwaqt li l-aġġornamenti finali huma mistennija fit-30 ta’ Ġunju 2024. Dan l-aġġornament ikun ikopri kwalunkwe mira ġdida maqbula fir-reviżjoni tal-EED. Din is-sistema tar-rappurtar skont ir-Regolament dwar il-Governanza titqies li kienet effettiva fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri lejn il-kontributi tal-enerġija għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali.

Din il-proposta tipprovdi dispożizzjonijiet ġodda, relatati l-aktar mal-istabbiliment tal-kontributi nazzjonali, il-mekkaniżmi li jikkumpensaw għad-diskrepanzi u l-obbligi tar-rappurtar. Dawn il-proposti jenħtieġ li jiġu trasferiti u ssimplifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza, ladarba jiġi dan rivedut, biex jiġu evitati rekwiżiti li jikkoinċidu. Fid-dawl tal-bidliet proposti f’din id-Direttiva, jaf ikun hemm bżonn ukoll valutazzjoni mill-ġdid ta’ xi dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Governanza.

Evalwazzjoni tal-livell ta’ ambizzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6 u 8 hi proposta fl-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva riformulata.

   Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

L-EED tintroduċi artikolu ġdid (l-Artikolu 3) dwar il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” biex tiżgura li l-prinċipju jiġi applikat meta rilevanti u monitorjat kif xieraq kullimkien. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-prinċipju, id-Direttiva ma tispeċifikax kif dan jenħtieġ li jsir. Biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istati Membri li tinkludi gwida dwar kif il-prinċipju jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat f’diversi kuntesti. Dan id-dokument ta’ gwida jenħtieġ li jgħin biex il-prinċipju jsir aktar operazzjonali.

Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta’ Il-Kummissjoni vs il-Belġju (il-kawża C-543/17), l-Istati Membri jridu jakkumpanjaw in-notifiki tagħhom tal-miżuri tat-traspożizzjoni nazzjonali b’informazzjoni ċara u preċiża biżżejjed li tindika liema dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali qed jittrasponu liema dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Dan jenħtieġ li jiġi pprovdut għal kull obbligu, mhux biss fil-“livell ta’ Artikolu”.

   Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-dispożizzjonijiet ewlenin li jbiddlu d-Direttiva 2012/27/UE b’mod sostanzjali jew li jżidu elementi ġodda huma dawn li ġejjin:

L-Artikoli 1 u 4 jistabbilixxu mira vinkolanti akbar tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika għall-konsum finali u primarju, kif ukoll il-kontributi nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza enerġetika, u jipprovdu formula biex l-Istati Membri jikkalkulaw il-kontributi tagħhom. Il-miri tal-Unjoni huma stabbiliti f’termini ta’ livell ta’ konsum tal-enerġija finali u primarja li jridu jintlaħqu fl-2030 u l-livell ta’ ambizzjoni hu espress b’paragun ta’ dawn il-livelli mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 għall-2030. Il-livell ta’ ambizzjoni espress b’dan il-mod jirrifletti sforzi addizzjonali meta mqabbla mal-isforzi fis-seħħ jew indikati fil-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima. Il-paraguni max-xenarju bażi preċedenti, jiġifieri mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2007 għall-2030 u mal-valuri storiċi mill-2005 jinżammu fil-premessi.

Il-kontributi nazzjonali jibqgħu indikattivi minħabba l-oppożizzjoni qawwija tal-maġġoranza tal-Istati Membri fil-konfront ta’ miri nazzjonali vinkolanti espressi fil-konsultazzjoni pubblika u f’fora oħra. Iżda qed jiġu proposti parametri referenzjarji u mekkaniżmi ġodda għad-diskrepanzi fir-riżultati li jikkumplimentaw lil dawk proposti fir-Regolament dwar il-Governanza.

L-Artikolu 3 jintroduċi dispożizzjoni ġdida dwar il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” biex jipprovdi l-bażi ġuridika għall-applikazzjoni tal-prinċipju, filwaqt li jimminimizza l-piż amministrattiv. Dan jinkludi obbligu li fid-deċiżjonijiet ta’ politika u ta’ investiment fis-setturi tal-enerġija u mhux tal-enerġija, inkluż tal-akkomodazzjoni soċjali, jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika.

L-Artikolu 5 jintroduċi obbligu għas-settur pubbliku li jnaqqas il-konsum tal-enerġija tiegħu għas-servizzi pubbliċi u l-installazzjonijiet tal-korpi pubbliċi. Dan jista’ jinkiseb fi kwalunkwe sottosettur tas-settur pubbliku, inkluż it-trasport, il-bini pubbliku, l-ippjanar spazjali u l-immaniġġjar tal-ilma u tal-iskart, fost l-oħrajn.

L-Artikolu 6 jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tar- rinnovazzjoni. L-obbligu issa se jiġi applikat għall-korpi pubbliċi kollha fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fis-setturi kollha tal-attivitajiet tal-korpi pubbliċi, inkluż il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni pubblika, meta l-bini jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi jew okkupat minnhom. Dan se jqarreb il-benefiċċji tar-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku lejn iċ-ċittadini kollha fl-Istati Membri kollha u se jimmultiplika r-rinnovazzjonijiet fis-settur pubbliku. L-Artikolu 6 jimmira għal rinnovazzjonijiet li jilħqu l-istandard ta’ Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB), li hu standard kosteffettiv imtejjeb għar-rinnovazzjonijiet. Ir-rata tar-rinnovazzjoni tibqa’ mill-inqas 3 %, li hija l-aktar denominatur komuni baxx għal rata minima tar-rinnovazzjoni, filwaqt li hu magħruf li xi Stati Membri, reġjuni u bliet diġà adottaw rekwiżiti u standards ogħla tar-rinnovazzjoni fis-settur pubbliku. Fl-aħħar nett, tneħħew l-alternattivi li kienu ppermettew lill-Istati Membri jiksbu ffrankar tal-enerġija simili b’miżuri oħra għajr ir-rinnovazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jibqgħu jgħoddu għall-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 8 u jikkontribwixxu biex jiġi ssodisfat l-obbligu skont l-Artikolu 8. L-Artikolu 6 jimmira għal rinnovazzjonijiet skont l-Istrateġija dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni.

L-Artikolu 7 jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-akkwist pubbliku billi jestendi l-obbligu li r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika jitqiesu mil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika, u billi jneħħi l-kundizzjonalitajiet rigward il-kosteffettività u l-fattibbiltà teknika u ekonomika. L-emendi se jinkludu dispożizzjoni li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-korpi pubbliċi jikkunsidraw, meta xieraq, l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari u l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku fil-prattiki tal-akkwist pubbliku. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jappoġġaw lill-korpi pubbliċi billi jipprovdu linji gwida u metodoloġiji dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, u billi jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi, u jinkoraġġixxu l-użu tal-akkwist aggregat u tal-akkwist diġitali. L-Istati Membri jkunu meħtieġa jippubblikaw informazzjoni dwar l-offerti magħżula (f’konformità mal-limiti stabbiliti fid-direttivi dwar l-akkwist pubbliku).

Bħala parti mir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku, l-Artikolu 7 jinkludi wkoll dispożizzjoni li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu li l-offerti jiżvelaw Potenzjal ta’ Tisħin Globali tal-binjiet ġodda (indikatur numeriku f’kgCO2e/m² (tal-erja utli tal-art interna) għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena), b’mod partikolari għall-binjiet ġodda ta’ aktar minn 2000 metru kwadru. Dan hu marbut ma’ dispożizzjoni li għandha l-għan iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari u ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-prattiki tal-akkwist pubbliku.

L-emendi għall-Artikolu 8 jżidu l-obbligu annwali tal-iffrankar tal-enerġija għal 1,5 % għall-Istati Membri kollha (inkluż Ċipru u Malta), u jinkludu rekwiżiti speċifiċi ta’ tnaqqis fil-faqar enerġetiku. Dan jeżiġi li l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika hi prijorità fost il-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u li jenħtieġ li jsir l-aħjar użu possibbli tal-finanzjament pubbliku u, meta applikabbli, jiġi kkunsidrat l-użu tad-dħul min-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet. L-Artikolu 8 jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-taħlita ta’ politiki nazzjonali ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq il-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u li dawk il-politiki effettivament itaffu u jnaqqsu l-faqar enerġetiku. L-Artikolu 8 jeħtieġ li l-Istati Membri jiksbu sehem tal-ammont totali tal-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali meħtieġ b’rabta mal-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Artikolu 8 jistabbilixxi mekkaniżmu għad-diskrepanzi fir-riżultati rigward l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb f’perjodu ta’ obbligu partikolari. L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija ma jipprevedix l-applikazzjoni tal-flessibbiltajiet għall-kalkolu tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija b’mod alternattiv mill-1 ta’ Jannar 2024 (l-Artikolu 8(6) sa (9)). L-Artikolu 9 jinkludi lill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni bħala partijiet obbligati potenzjali, u jippermetti lill-Istati Membri jeżiġu li l-partijiet obbligati jiksbu ammont ta’ ffrankar tal-enerġija fost il-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Anness V jeskludi l-akkontabbiltà tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ politika dwar l-użu ta’ teknoloġiji diretti tal-kombustjoni tal-fjuwils fossili, u jiċċara li tnaqqis fl-użu tal-enerġija b’miżuri skont id-Direttiva tal-ETS ma jistax jgħodd biex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija, filwaqt li jsaħħaħ ir-rekwiżit tal-addizzjonalità dwar il-miżuri tat-tassazzjoni.

L-Artikolu 11 jittrasferixxi l-kriterju għall-awditjar tal-enerġija u s-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija mit-tip ta’ intrapriżi għal-livelli ta’ konsum tal-enerġija, u jeżiġi approvazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar mill-maniġment tal-kumpanija. Dan jeżiġi wkoll sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija għall-kumpaniji li jikkunsmaw l-akbar ammonti ta’ enerġija, li aktarx ikunu aktar effettivi biex jiżguraw li jsiru l-investimenti meħtieġa għal iffrankar kosteffettiv tal-enerġija li aktarx jikkawża inqas kost kumplessiv għall-kumpanija. Fl-aħħar nett, l-Artikolu jintroduċi obbligu għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni enerġetika taċ-ċentri tad-data biex aktar tard jiġi stabbilit sett ta’ “indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data”.

L-Artikolu 20 isaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi billi jintroduċi drittijiet kuntrattwali bażiċi għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku distrettwali, f’konformità mad-drittijiet introdotti fid-Direttiva (UE) 2019/944 għall-elettriku.

L-Artikolu 21 isaħħaħ l-obbligi għall-konsumaturi, b’mod partikolari d-disponibbiltà u l-għoti tal-informazzjoni, il-miżuri tas-sensibilizzazzjoni, u l-pariri tekniċi u finanzjarji jew l-assistenza offruta. Il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz, punti uniċi ta’ kuntatt u mekkaniżmi barra mill-qorti għas-soluzzjoni tat-tilwim huma strutturi li se jgħinu b’mod sinifikanti biex tingħata s-setgħa lill-klijenti u lill-utenti finali. Fl-aħħar nett, l-Artikolu jinkludi obbligi li jiġu identifikati u jitneħħew l-ostakli rilevanti għall-inċentivi maqsuma bejn l-inkwilini u s-sidien jew bejn is-sidien.

L-Artikolu 22 jirreferi għall-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli, li l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE. L-Artikolu 22 jeżiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu dak il-kunċett billi jqisu wkoll l-utenti finali, li ma jkollhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornituri tal-enerġija.

L-Artikolu 22 jintroduċi obbligu għall-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, ħalli jtaffu l-faqar enerġetiku. L-Istati Membri jeħtieġ jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex itaffu l-effetti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra, bħall-miżuri tat-tassazzjoni implimentati skont l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, jew l-applikazzjoni tan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva tal-ETS tal-UE, għall-bini u t-trasport bit-triq, u biex irawmu l-introduzzjoni ta’ finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti. L-Artikolu 22 isaħħaħ ir-rwol tan-networks ta’ esperti.

L-Artikoli 23 u 24 jistabbilixxu ppjanar u segwitu aktar stretti tal-valutazzjonijiet komprensivi dwar it-tisħin u t-tkessiħ, inkluż il-promozzjoni tal-livelli lokali u reġjonali. L-Artikoli jintroduċu rekwiżiti minimi għal sistemi effiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, rekwiżiti usa’ tal-kostijiet u l-benefiċċji, u obbligi dwar l-użu mill-ġdid tas-sħana mitlufa. Ir-rekwiżiti minimi għat-tisħin distrettwali effiċjenti se jiżdiedu gradwalment biex sal-2050 tkun żgurata provvista ta’ tisħin jew tkessiħ dekarbonizzata għalkollox f’sistemi effiċjenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali. Ir-rekwiżiti għall-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja se jiġu kkumplimentati bi kriterju dwar l-emissjonijiet diretti tas-CO2 mill-koġenerazzjoni, meta din ma tiġix iġġenerata b’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew skart.

L-Artikolu 25 jiċċara u jsaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” fl-ippjanar u t-tħaddim tan-networks tal-enerġija. Juża wkoll l-għarfien tal-ENTSO-E, l-ENTSOG u l-Entità tal-UE għad-DSO għall-monitoraġġ tal-progress. Minħabba l-għadd kbir ħafna ta’ operaturi tas-sistemi, hu preferibbli li jitħaddem approċċ indirett.

L-Artikolu 26 jiċċara u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà tal-iskemi ta’ kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni għal fornituri differenti ta’ servizzi tal-enerġija, awdituri tal-enerġija, maniġers tal-enerġija u installaturi. Dispożizzjonijiet ġodda se jeżiġu li l-Istati Membri jivvalutaw l-iskemi kull erba’ snin minn Diċembru 2024.

L-Artikolu 27 jintroduċi rekwiżiti addizzjonali biex jiżdied l-użu tal-ikkuntrattar tal-prestazzjoni enerġetika.

L-Artikolu 28 jintroduċi rekwiżit għall-Istati Membri biex jirrappurtaw dwar investimenti fl-effiċjenza enerġetika, inkluż dwar il-kuntratti tal-prestazzjoni enerġetika konklużi (bħala parti mir-Regolament dwar il-Governanza). L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ assistenza għall-iżvilupp ta’ proġetti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali li jippromwovu investimenti fl-effiċjenza enerġetika li jgħinu biex jintlaħqu l-miri ogħla tal-effiċjenza enerġetika.

🡻 2012/27/UE (adattat)

2021/0203 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-effiċjenza enerġetika, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 39 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 40 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

 ġdid

(1)Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 ġiet emendata b’mod sostanzjali kemm-il darba 42 . Peress li jridu jsiru iżjed emendi, dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

🡻 2012/27/EU premessa 1 (adattat)

L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi bla preċedent li jirriżultaw minn żieda fid-dipendenza fuq importazzjonijiet ta' enerġija u riżorsi skarsi tal-enerġija, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi limitat it-tibdil fil-klima u li tingħeleb il-kriżi ekonomika. L-effiċjenza fl-enerġija hija mezz siewi sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Hija ttejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni billi tnaqqas kemm il-konsum tal-enerġija primarja kif ukoll l-importazzjonijiet tal-enerġija. Hija tgħin sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mod li huwa kosteffettiv u b'hekk jittaffa t-tibdil fil-klima. Il-bidla lejn ekonomija iktar effiċjenti fl-enerġija għandha wkoll taċċellera l-firxa ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi u ttejjeb il-kompetittività tal-industrija fl-Unjoni, filwaqt li jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja f'diversi setturi relatati mal-effiċjenza fl-enerġija.

🡻 2012/27/EU premessa 2 (adattat)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta’ Marzu 2007 enfasizzaw il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni ħalli jintlaħaq l-għan li sal-2020 jiġi ffrankat 20 % mill-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni meta pparagunat mal-projezzjonijiet. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 enfasizzaw li l-mira ta’ 20 % għall-effiċjenza fl-enerġija fl-2020 kif maqbula mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2010, li bħalissa mhux qed isir progress lejha, trid tintlaħaq. Il-projezzjonijiet li saru fl-2007 kienu juru konsum tal-enerġija primarja fl-2020 ta’ 1842 Mtoe. Tnaqqis ta’ 20 % jirriżulta f’1474 Mtoe fl-2020, jiġifieri tnaqqis ta’ 368 Mtoe meta pparagunat mal-projezzjonijiet.

🡻 2012/27/EU premessa 3 (adattat)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 kkonfermaw il-mira għall-effiċjenza fl-enerġija bħala waħda mill-miri ewlenin tal-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (“l-Istrateġija Ewropa 2020”). Skont dan il-proċess u sabiex ikun implimentat dan l-għan fuq il-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma mitluba jiffissaw miri nazzjonali bi djalogu mill-qrib mal-Kummissjoni u jindikaw, fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom, kif biħsiebhom jilħquhom.

🡻 2012/27/EU premessa 4 (adattat)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar Enerġija 2020 tqiegħed lill-effiċjenza fl-enerġija fiċ-ċentru tal-istrateġija għall-enerġija tal-Unjoni għall-2020 u tiddeskrivi fil-qosor il-ħtieġa għal strateġija ġdida għall-effiċjenza fl-enerġija li ser tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri kollha li jiddiżakkoppjaw l-użu tal-enerġija mit-tkabbir ekonomiku.

🡻 2012/27/EU premessa 5 (adattat)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-enerġija, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni sabiex fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-enerġija rivedut tagħha tinkludi miżuri ħalli jingħalaq id-distakk sabiex jintlaħaq l-għan kumplessiv tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni fl-2020.

🡻 2012/27/EU premessa 6 (adattat)

Waħda mill-inizjattivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 hija l-Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza li ġiet adottata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Jannar 2011. Din tidentifika l-effiċjenza fl-enerġija bħala element ewlieni sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-użu tar-riżorsi tal-enerġija.

🡻 2012/27/EU premessa 7 (adattat)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 irrikonoxxew li l-mira għall-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni mhijiex fit-triq it-tajba u li hija meħtieġa azzjoni ddeterminata sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal konsiderevoli għal iktar iffrankar tal-enerġija fil-bini, fit-trasport, fil-prodotti u fil-proċessi. Dawk il-konklużjonijiet jipprevedu wkoll li l-implimentazzjoni tal-mira tal-Unjoni tal-effiċjenza fl-enerġija se tiġi rieżaminata sal-2013 u jiġu kkunsidrati aktar miżuri jekk ikun meħtieġ.

🡻 2012/27/EU premessa 8 (adattat)

Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar Pjan Ewropew għall-Effiċjenza fl-Enerġija 2011. Il-Komunikazzjoni kkonfermat li l-Unjoni mhijiex fit-triq it-tajba sabiex tilħaq il-mira tagħha għall-effiċjenza fl-enerġija. Dan minkejja l-progress tal-politika nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-enerġija deskritti fl-ewwel Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali tal-Effiċjenza fl-Enerġija ppreżentati mill-Istati Membri biex jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija 43 . L-analiżi inizjali tat-tieni Pjani ta’ Azzjoni tikkonferma li l-Unjoni mhijiex fit-triq it-tajba. Biex jinstab rimedju għal dak, il-Pjan għall-Effiċjenza fl-Enerġija 2011 iċċara għadd ta’ politiki u ta’ miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija li jkopru l-katina sħiħa tal-enerġija, inkluż il-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija; ir-rwol ewlieni tas-settur pubbliku fl-effiċjenza fl-enerġija; il-bini u l-appliances; is-settur tal-industrija; u l-ħtieġa sabiex il-klijenti aħħarin jingħataw is-setgħa ħalli jiġġestixxu l-konsum tal-enerġija tagħhom. L-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tat-trasport kienet ikkunsidrata b'mod parallel fil-White Paper dwar it-Trasport li kienet adottata fit-28 ta' Marzu 2011. B’mod partikolari, l-Inizjattiva 26 tal-White Paper titlob li jiġu stabbiliti standards xierqa għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fil-mezzi kollha ta’ trasport, u fejn dan ikun meħtieġ, għandhom jiġu ssupplimentati b'rekwiżiti għall-effiċjenza fl-enerġija biex jiġu indirizzati t-tipi kollha ta’ sistemi ta' propulsjoni.

🡻 2012/27/EU premessa 9 (adattat)

Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat ukoll Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, fejn identifikat il-ħtieġa minn din il-perspettiva għal fokus ikbar fuq l-effiċjenza fl-enerġija.

🡻 2012/27/EU premessa 10 (adattat)

F’dan il-kuntest, jeħtieġ li l-qafas legali tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija jiġi aġġornat b’Direttiva li jkollha l-għan kumplessiv tal-mira għall-effiċjenza fl-enerġija li jiġi ffrankat 20 % mill-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni sal-2020, u li jsir iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija wara l-2020. Għal dan il-għan, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi qafas komuni sabiex tkun promossa l-effiċjenza fl-enerġija fi ħdan l-Unjoni u għandha tistabbilixxi azzjonijiet speċifiċi ħalli jiġu implimentati wħud mill-proposti inklużi fil-Pjan għall-Effiċjenza fl-Enerġija 2011 u jintlaħqu l-potenzjali sinifikanti mhux imwettqa ta’ ffrankar tal-enerġija li tidentifika.

🡻 2012/27/EU premessa 11 (adattat)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 44 tirrikjedi li sal-2012, il-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha sabiex sal-2020 jintlaħaq l-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b’20 % meta pparagunat mal-projezzjonijiet. Hija tiddikjara wkoll li, sabiex l-Istati Membri jiġu mgħejuna jissodisfaw l-impenji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri msaħħa jew ġodda sabiex jiġi aċċellerat it-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija. Din id-Direttiva hija reazzjoni għal dan ir-rekwiżit. Hija tagħti wkoll kontribut sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur tal-enerġija, u sabiex tinkiseb produzzjoni tal-elettriku b’żero emissjonijiet sal-2050. 

🡻 2012/27/EU premessa 12 (adattat)

Irid jittieħed approċċ integrat sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu eżistenti tal-iffrankar tal-enerġija, li jinkludi l-iffrankar fis-setturi tal-provvista tal-enerġija u tal-użu aħħari. Fl-istess ħin, għandhom jissaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija 45 u tad-Direttiva 2006/32/KE. strengthened.

 ġdid

(2)Permezz tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika 46 , il-Kummissjoni pproponiet li żżid l-ambizzjoni tal-Unjoni billi żżid il-mira tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (“GHG”) għal mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Din hija żieda sostanzjali meta mqabbla mal-mira eżistenti ta’ 40 %. Il-proposta wettqet l-impenn tal-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 47 li jiġi ppreżentat pjan komprensiv biex il-mira tal-Unjoni għall-2030 tiżdied għal 55 % b’mod responsabbli. Hi konformi wkoll mal-objettivi tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) li ż-żieda fit-temperatura dinjija tinżamm ferm inqas minn 2 °C u jissoktaw l-isforzi biex tinżamm f’1,5 °C.

(3)F’Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew approva mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ tnaqqis domestiku nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990 48 . Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-ambizzjoni klimatika jeħtieġ tiżdied b’mod li jixpruna tkabbir ekonomiku sostenibbli, joħloq l-impjiegi, jipprovdi benefiċċji tas-saħħa u tal-ambjent għaċ-ċittadini tal-Unjoni, u jikkontribwixxi għall-kompetittività dinjija fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni billi jippromwovi l-innovazzjoni fit-teknoloġiji ekoloġiċi.

(4)Biex jimplimenta dawn l-objettivi, il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2021 49 ħabbar Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” biex l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % sal-2030, u tinkiseb Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050. Dan il-pakkett ikopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika, fosthom l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-art, il-bidla fl-art u l-forestrija, it-tassazzjoni fuq l-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi u l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(5)Il-projezzjonijiet jindikaw li, jekk issir implimentazzjoni sħiħa tal-politiki attwali, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 ikun madwar 45 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990, jekk jiġu esklużi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-użu tal-art, u madwar 47 %, jekk dawn jiġu inklużi. Għaldaqstant, il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 jipprevedi sett ta’ azzjonijiet meħtieġa fis-setturi kollha tal-ekonomija u reviżjonijiet tal-istrumenti leġiżlattivi ewlenin biex tintlaħaq din l-ambizzjoni akbar.

(6)L-effiċjenza enerġetika hija qasam ewlieni ta’ azzjoni, li mingħajru ma tistax tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni sħiħa tal-ekonomija tal-Unjoni 50 . Il-ħtieġa li jinħatfu opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv wasslet għall-politika attwali tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika. F’Diċembru 2018, iddaħħlet mira ewlenija ġdida tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika sal-2030 ta’ mill-inqas 32,5 % (meta mqabbla mal-użu tal-enerġija previst fl-2030) bħala parti mill-Pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”.

(7)Biex tinkiseb iż-żieda fl-ambizzjoni klimatika, il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża mal-Pjan dwar il-Mira Klimatika wriet li t-titjib fl-effiċjenza enerġetika jeħtieġ jiżdied b’mod sinifikanti mil-livell attwali ta’ ambizzjoni ta’ 32,5 %.

(8)It-total tal-kontributi nazzjonali kkomunikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) ma jilħaqx il-livell ta’ ambizzjoni tal-Unjoni ta’ 32,5 %. F’daqqa, il-kontributi jwasslu għal tnaqqis ta’ 29,4 % għall-konsum tal-enerġija finali (FEC) u ta’ 29,7 % għall-konsum tal-enerġija primarja (PEC), meta mqabbla mal-projezzjonijiet mix-xenarju ta’ referenza tal-2007 għall-2030. Dan jissarraf f’distakk ta’ ambizzjoni kollettiva ta’ 2,8 punti perċentwali għall-konsum tal-enerġija primarja u ta’ 3,1 punti perċentwali għall-konsum tal-enerġija finali għall-EU27.

(9)Filwaqt li l-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija għadu qawwi fis-setturi kollha, hemm sfida partikolari relatata mat-trasport għax dan hu responsabbli għal aktar minn 30 % tal-konsum tal-enerġija finali, u relatata mal-bini għax 75 % tal-binjiet fl-Unjoni għandhom rendiment baxx fl-użu tal-enerġija. Settur li l-importanza tiegħu qed tiżdied maż-żmien hu s-settur tal-ICT (it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni), li hu responsabbli għal 5-9 % tal-użu totali tal-elettriku fid-dinja u għal aktar minn 2 % tal-emissjonijiet kollha. Fl-2018, iċ-ċentri tad-data ammontaw għal 2,7 % tad-domanda tal-elettriku fl-EU28. Teknoloġiji u Politiki ta’ Cloud Computing Effiċjenti fl-użu tal-Enerġija għal Suq Cloud Favur l-Ambjent. F’dan il-kuntest, l-Istrateġija Diġitali tal-Unjoni 51 diġà tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ ċentri tad-data sostenibbli u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija, u ta’ miżuri tat-trasparenza għall-operaturi tat-telekomunikazzjoni rigward l-impronta ambjentali tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li titqies ukoll iż-żieda possibbli fid-domanda għall-enerġija tal-industrija li tista’ tirriżulta mid-dekarbonizzazzjoni tagħha, b’mod partikolari għall-proċessi intensivi fl-enerġija.

(10)Il-livell ogħla ta’ ambizzjoni jeħtieġ promozzjoni aktar soda tal-miżuri kosteffettivi tal-effiċjenza enerġetika fl-oqsma kollha tas-sistema tal-enerġija u fis-setturi rilevanti kollha, meta l-attività tkun taffettwa d-domanda għall-enerġija, bħas-setturi tat-trasport, tal-ilma u tal-agrikoltura. Bit-titjib fl-effiċjenza enerġetika tul il-katina kollha tal-enerġija, inkluż il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu finali tal-enerġija, se jgawdi l-ambjent, jitjiebu l-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika, jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tiżdied is-sigurtà tal-enerġija, jonqsu l-kostijiet tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-kumpaniji, jitwieżnu l-persuni fil-faqar enerġetiku, u tingħata spinta lill-kompetittività, lill-impjiegi u lill-attività ekonomika fl-ekonomija kollha, u b’hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan jikkonforma mal-impenji tal-Unjoni li saru fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u l-aġenda dinjija dwar il-klima stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015.

🡻 2018/2002 premessa 1

Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija stabbilita mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 intitolata “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem”. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija matul il-katina kollha tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu finali tal-enerġija, ser ikun ta' benefiċċju għall-ambjent, itejjeb il-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika, inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqtal-ispejjeż tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-kumpanniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fil-kompetittività, aktar impjiegi u żieda fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha, u b'hekk itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan huwa konformi mal-impenji tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u l-aġenda tal-klima globali stabbilita mill-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar il-bidla fil-klima wata l-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima 52 (il-“Ftehim ta' Pariġi”), bl-impenn li żżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li tagħmel sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 C iktar mil-livelli preindustrijali.

🡻 2018/2002 premessa 2 (adattat)

 ġdid

(11) Din id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53  hija  tagħmel pass ’il quddiem  element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija, li taħtha  in-newtralità klimatika sal-2050, li permezz tagħha , l-effiċjenza enerġetika tiġi ttrattata bħala sors ta’ enerġija minnha nnifisha.. Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”  huwa prinċipju kumplessiv li  jenħtieġ li jitqies  fis-setturi kollha, lil hinn mis-sistema tal-enerġija, fil-livelli kollha, inkluż fis-settur finanzjarju. Is-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jitqiesu bħala l-ewwel għażla fid-deċiżjonijiet ta’ politika, tal-ippjanar u tal-investiment,  meta jiġu stabbiliti regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma oħra ta’ politika.  Filwaqt li l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jenħtieġ li jiġi applikat mingħajr preġudizzju għal obbligi legali, objettivi u prinċipji oħra, dawn jenħtieġ ma jxekklux l-applikazzjoni tiegħu jew jeżentaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju.  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-effiċjenza enerġetika u r-rispons tan-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu b’termini ekwi mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata kull meta jittieħdu deċiżjonijiet marbuta mal-ippjanar tas-sistema tal-enerġija jew dwar finanzjament. Irid isir titjib fl-effiċjenza enerġetika kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet ekwivalenti fuq in-naħa tal-provvista. Dak jenħtieġ  Dan għandu jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika għall-Unjoni, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u għan-negozji.  L-implimentazzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li tkun prijorità wkoll biex jittaffa l-faqar enerġetiku. 

🡻 2018/2002 premessa 3

 ġdid

(12)L-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala element kruċjali u kunsiderazzjoni ta’ prijorità fid-deċiżjonijiet futuri tal-investiment dwar l-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni.  Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jenħtieġ li jiġi applikat filwaqt li jitqiesu qabelxejn l-approċċ tal-effiċjenza tas-sistema u l-perspettiva soċjetali. Għaldaqstant, dan jenħtieġ li jgħin biex tiżdied l-effiċjenza tas-setturi individwali tal-użu finali u tas-sistema tal-enerġija kollha kemm hi. L-applikazzjoni tal-prinċipju jenħtieġ li tappoġġa wkoll l-investimenti f’soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali elenkati fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54

ġdid

(13)Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” ġie definit fir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 u jinsab fil-qalba tal-Istrateġija għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija 56 . Filwaqt li l-prinċipju hu bbażat fuq il-kosteffettività, l-applikazzjoni tiegħu għandha implikazzjonijiet usa’, li jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi. Il-Kummissjoni ħejjiet linji gwida apposta għall-operazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju, billi pproponiet għodod speċifiċi u eżempji ta’ applikazzjoni f’diversi setturi. Il-Kummissjoni ħarġet ukoll rakkomandazzjoni lill-Istati Membri li tibni fuq ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u titlob azzjonijiet speċifiċi b’rabta mal-applikazzjoni tal-prinċipju.

(14)Biex jitħalla impatt, il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jeħtieġ jiġi applikat b’mod konsistenti minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti kollha ta’ politika, tal-ippjanar u tal-investiment maġġuri – jiġifieri l-investimenti fuq skala kbira b’valur aktar minn EUR 50 miljun kull wieħed jew EUR 75 miljun għall-proġetti infrastrutturali tat-trasport – li jaffettwaw il-konsum jew il-provvista tal-enerġija. Għal applikazzjoni tajba tal-prinċipju jeħtieġ tintuża l-metodoloġija korretta tal-analiżi tal-kostbenefiċċji, jiġu stabbiliti kundizzjonijiet abilitanti għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija, u jsir monitoraġġ xieraq. Il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda tista’ ġġib benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi u għas-soċjetà inġenerali, u tista’ żżid l-effiċjenza tas-sistema tal-enerġija u tnaqqas il-kostijiet tal-enerġija, pereżempju billi tnaqqas il-kostijiet operazzjonali tas-sistema biex jorħsu t-tariffi għall-konsumaturi kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-benefiċċji potenzjali tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda bl-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u meta rilevanti jikkunsidraw ir-rispons tad-domanda, il-ħżin tal-enerġija u soluzzjonijiet intelliġenti bħala parti mill-isforzi tagħhom biex iżidu l-effiċjenza tas-sistema tal-enerġija integrata.

(15)Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jenħtieġ li jiġi applikat dejjem b’mod proporzjonali, u r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jenħtieġ ma jkunux jinvolvu obbligi sovrapposti jew kunfliġġenti fuq l-Istati Membri, meta l-applikazzjoni tal-prinċipju tkun żgurata direttament b’leġiżlazzjoni oħra. Dan jaf ikun il-każ għall-proġetti ta’ interess komuni inklużi fil-lista tal-Unjoni skont [l-Artikolu 3 tar-Regolament TEN-E rivedut], li jintroduċi r-rekwiżiti biex il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jitqies qabelxejn fl-iżvilupp u l-valutazzjoni ta’ dawk il-proġetti.

(16)Tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-faqar enerġetiku hu kunċett ewlieni konsolidat fil-pakkett leġiżlattiv intitolat “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”, li tfassal biex jiffaċilita tranżizzjoni enerġetika ġusta. F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 u mad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 , il-Kummissjoni pprovdiet gwida indikattiva dwar l-indikaturi xierqa għall-kejl tal-faqar enerġetiku u li jiddefinixxu x’inhu “għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku” 58 . Id-Direttiva (UE) 2019/944 u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 jeżiġu li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku kull meta dan jiġi identifikat, inkluż miżuri li jindirizzaw il-kuntest usa’ tal-faqar.

(17)L-unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju, il-klijenti vulnerabbli, inkluż l-utenti finali, il-persuni fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew fil-faqar enerġetiku, u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali jenħtieġ li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jiġu implimentati bħala prijorità biex itejbu s-sitwazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-unitajiet domestiċi, jew biex jittaffa l-faqar enerġetiku. Għal approċċ ħolistiku fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-politiki u l-miżuri l-oħra ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq dawn l-individwi u l-unitajiet domestiċi.

(18)Din id-Direttiva hi parti minn qafas ta’ politika usa’ tal-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika li jindirizzaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika f’oqsma ta’ politika speċifiċi, fosthom il-bini (id-Direttiva 2010/31/KE 60 , il-prodotti (id-Direttiva 2009/125/KE, ir-Regolament (UE) 2017/1369 u r-Regolament (UE) 2020/740 61 ) u l-mekkaniżmu ta’ governanza (ir-Regolament (UE) 2018/1999). Dawn il-politiki jaqdu rwol importanti ħafna fil-kisba tal-iffrankar tal-enerġija meta l-prodotti jiġu sostitwiti jew meta l-bini jinbena jew jiġi rinnovat 62 .

🡻 2018/2002 premessa 4 (adattat)

 ġdid

(19)Biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-effiċjenza enerġetika jeħtieġ jitneħħew l-ostakli biex jiġi ffaċilitat l-investiment fil-miżuri tal-effiċjenza enerġetika.  Is-subprogramm għal Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa fil-kuntest ta’ LIFE se jalloka finanzjament biex jappoġġa l-iżvilupp tal-aqwa prattiċi Ewropej fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika b’mod li jindirizza l-ostakli komportamentali, tas-suq u regolatorji għall-effiċjenza enerġetika.  Pass wieħed f'dik id-direzzjoni hija l-kjarifika mogħtija mill-Eurostat fid-19 ta’ Settembru 2017 dwar kif għandhom jiġu rreġistrati l-kuntratti ta' prestazzjoni tal-enerġija fil-kontijiet nazzjonali, li telimina inċertezzi u tiffaċilita l-użu ta' tali kuntratti.

🡻 2018/2002 premessa 5 (adattat)

(20)Il-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Ottubru 2014 appoġġa l-mira ta’ 27 % tal-effiċjenza enerġetika għall-2030 fil-livell tal-Unjoni, li riedet tiġi riveduta sal-2020 b’kunsiderazzjoni tal-mira ta’ 30 % fil-livell tal-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2015 intitolata “Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija”, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta, addizzjonalment, il-vijabbiltà ta’ mira ta’ 40 % għall-effiċjenza enerġetika għall-istess perjodu taż-żmien. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 2012/27/UE tiġi emendata, biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.

 ġdid

(21)Hu previst li l-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni ta’ 32,5 % għall-2030 u l-istrumenti ta’ politika l-oħra tal-qafas eżistenti jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ madwar 45 % sal-2030 63 . Għal ambizzjoni klimatika ogħla ta’ tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, il-valutazzjoni tal-impatt tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-2030 stħarrġet liema livell ta’ sforzi jkun meħtieġ fl-oqsma ta’ politika differenti. Din tikkonkludi li, fir-rigward tax-xenarju bażi, għal kisba kostottimali tal-mira tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-konsum tal-enerġija finali u primarja jrid jonqos b’mill-inqas 36-37 % u għal 39-41 % rispettivament.

(22)Il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni kienet inizjalment stabbilita u kkalkulata bl-użu tal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2007 għall-2030 bħala xenarju bażi. Il-bidla fil-metodoloġija tal-kalkolu tal-bilanċ tal-enerġija tal-Eurostat u t-titjib fil-projezzjonijiet tal-immudellar sussegwenti jeżiġu bidla fix-xenarju bażi. Għaldaqstant, bl-istess approċċ kif ġiet definita l-mira, jiġifieri t-tqabbil tagħha mal-projezzjonijiet futuri tax-xenarju bażi, l-ambizzjoni tal-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030 hija stabbilita bi tqabbil mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 għall-2030 li jirriflettu l-kontributi nazzjonali mill-NECPs. B’dak ix-xenarju bażi aġġornat, l-Unjoni jeħtieġ tkompli żżid l-ambizzjoni tagħha tal-effiċjenza enerġetika b’mill-inqas 9 % fl-2030 meta mqabbla mal-livell tal-isforzi fix-Xenarju ta’ Referenza tal-2020. Il-mod ġdid kif jiġi espress il-livell ta’ ambizzjoni għall-miri tal-Unjoni ma jaffettwax il-livell reali tal-isforzi meħtieġ u jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 36 % għall-konsum tal-enerġija finali u ta’ 39 % għall-konsum tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2007 għall-2030.

(23)Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum tal-enerġija finali u primarja hija allinjata mal-metodoloġija l-ġdida tal-Eurostat, iżda l-indikaturi użati għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom kamp ta’ applikazzjoni differenti – jiġifieri jeskludu s-sħana ambjentali u jinkludu l-konsum tal-enerġija fl-avjazzjoni internazzjonali għall-mira fl-enerġija finali. L-użu tal-indikaturi l-ġodda jimplika wkoll li kull bidla fil-konsum tal-enerġija tal-kalkari tal-blast issa hi riflessa biss fil-konsum tal-enerġija primarja.

🡻 2018/2002 premessa 6 (adattat)

 ġdid

(24)Il-ħtieġa li l-Unjoni tilħaq il-miri ta’  żżid  l-effiċjenza enerġetika tagħha fil-livell tal-UE,  jenħtieġ li tiġi  espressa fil-konsum tal-enerġija primarja u/jew finali, tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar fil-forma ta' mira ta' mill-inqas 32,5 % għall-2030. Il-proġettazzjonijiet magħmula fl-2007 indikaw konsum ta' 1887 Mtoe ta' enerġija primarja u konsum ta' 1416 Mtoe ta' enerġija finali. Tnaqqis ta' 32,5 % jirriżulta rispettivament f'1273 Mtoe u 956 Mtoe fl-2030. Dik il-mira, li hi tal-istess natura bħall-mira tal-Unjoni għall-2020, jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-Kummissjoni sabiex tiġi riveduta 'l fuq sal-2023 fil-każ ta' tnaqqis sostanzjali tal-ispejjeż jew, fejn meħtieġ, biex jitwettqu l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni.  li jrid jinkiseb fl-2030, b’indikazzjoni tal-livell ta’ sforzi addizzjonali meħtieġ meta mqabbel mal-miżuri fis-seħħ jew ippjanati fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima. Ix-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 jipprojetta 864 Mtoe ta’ konsum tal-enerġija finali u 1124 Mtoe ta’ konsum tal-enerġija primarja li jrid jintlaħaq fl-2030 (minbarra s-sħana ambjentali u inkluż l-avjazzjoni internazzjonali). Tnaqqis addizzjonali ta’ 9 % jwassal għal 787 Mtoe u 1023 Mtoe fl-2030 rispettivament. Meta mqabbel mal-livelli fl-2005, dan ifisser li l-konsum tal-enerġija finali fl-Unjoni jenħtieġ li jitnaqqas b’xi 23 % u l-konsum tal-enerġija primarja jenħtieġ li jitnaqqas b’madwar 32 %.  Ma hemm l-ebda mira vinkolanti fil-livell tal-Istati Membri fil-perspettiva i tal-2020 u tal-2030, u  l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-kontributi tagħhom biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni filwaqt li jqisu l-formula prevista f’din id-Direttiva.  jenħtieġ li tibqa’ mhux ristretta il-libertà L-Istati Membri  jenħtieġ li jkunu liberi li jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet  l-objettivi  nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew abbażi tal-intensità tal-enerġija.  Din id-Direttiva temenda l-mod kif l-Istati Membri jenħtieġ li jesprimu l-kontributi nazzjonali tagħhom għall-mira tal-Unjoni. Il-kontributi tal-Istati Membri għall-mira tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu espressi fil-konsum tal-enerġija finali u primarja biex ikunu żgurati l-konsistenza u l-monitoraġġ tal-progress.  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1273 Mtoe ta' enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 956 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum primarju ta' enerġija fl-Unjoni jenħtieġ li jitnaqqas b'26 %, u li l-konsum finali ta' enerġija jenħtieġ li jitnaqqas b'20 %, meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress lejn il-kisba tal-miri tal-Unjoni għall-2030 hija meħtieġ u hija prevista fir-Regolament (UE) 2018/1999.

🡻 2012/27/UE premessa 13

 ġdid

(25)Ikun aħjar jekk il-mira tal-effiċjenza enerġetika ta’ 20 % tintlaħaq bħala riżultat ta’ implimentazzjoni kumulattiva ta’ miżuri nazzjonali u Ewropej speċifiċi li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika f’oqsma differenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jistabbilixxu miri, skemi u programmi nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija  politiki u miżuri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika . Dawn  il-politiki u l-miżuri  il-miri u l-isforzi individwali ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma’ data dwar il-progress li jkun sar, biex tkun ivvalutata l-probabbiltà li tintlaħaq il-mira kumplessiva tal-Unjoni u sa fejn l-isforzi individwali huma biżżejjed biex tintlaħaq il-mira komuni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija permezz tal-qafas leġiżlattiv rivedut tagħha u fi ħdan il-proċess tal-Ewropa 2020. Meta jistabbilixxu l-miri indikattivi nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja bħall-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv, il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija, l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju , u l-azzjoni bikrija. Meta jitwettqu eżerċizzji ta' mmudellar, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fuq suppożizzjonijiet tal-mudelli u r-riżultati abbozzati tal-mudelli fil-ħin u bi trasparenza. Huwa meħtieġ immudellar aħjar tal-impatt tal-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija u tal-istokk u l-prestazzjoni tat-teknoloġiji.

🡻 2012/27/EU premessa 14 (adattat)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 64 tgħid li Ċipru u Malta, minħabba l-karattru insulari u periferali tagħhom, jiddependu fuq l-avjazzjoni bħala mezz ta' trasport, li huwa essenzjali għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tagħhom. Minħabba dan, Ċipru u Malta għandhom konsum finali gross tal-enerġija fit-trasport nazzjonali bl-ajru li huwa sproporzjonatament għoli, jiġifieri iżjed minn tliet darbiet daqs il-medja tal-Komunità fl-2005, u għalhekk huma affettwati b'mod sproporzjonat mir-restrizzjonijiet teknoloġiċi u regolatorji attwali.

🡻 2012/27/UE premessa 15

 ġdid

(26)Il-volum totali tal-infiq pubbliku huwa ekwivalenti għal 19 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni.  Is-settur pubbliku hu responsabbli għal madwar 5 sa 10 % tal-konsum tal-enerġija finali totali tal-Unjoni. L-awtoritajiet pubbliċi jonfqu madwar EUR 1,8 triljun fis-sena. Dan jirrappreżenta madwar 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni.  Għal din ir-raġuni, is-settur pubbliku huwa mutur importanti biex tiġi stimolata t-trasformazzjoni tas-swieq lejn prodotti, bini u servizzi aktar effiċjenti, kif ukoll biex jingħata bidu għal bidliet komportamentali fil-konsum tal-enerġija miċ-ċittadini u mill-intrapriżi. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija b’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi pubbliċi għal finijiet oħra. Il-korpi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jenħtieġ li jaqdu rwol eżemplari fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika.

🡻 2012/27/EU premessa 16 (adattat)

Waqt li jitqies li l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-Pjan għall-Effiċjenza fl-Enerġija tal-2011 saħaq dwar il-fatt li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum tal-enerġija finali tal-Unjoni, u sabiex jittieħdu l-opportunitajiet ta' tkabbir u impjiegi fil-professjonijiet speċjalizzati u s-setturi tal-kostruzzjoni kif ukoll fil-produzzjoni ta' prodotti tal-kostruzzjoni u f'attitudnijiet professjonali, bħall-arkitettura, il-konsulenza u l-inġenjerija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija fuq perijodu fit-tul lil hinn mill-2020 biex jimmobilizzaw l-investiment fir-rinnovazzjoni ta' bini residenzjali u kummerċjali bil-għan li jtejbu l-prestazzjoni tal-bini kollu. Dik l-istrateġija għandha tindirizza rinnovazzjonijiet kosteffettivi profondi li jwasslu għal rinnovazzjoni li tnaqqas kemm il-konsum tal-enerġija mwassla kif ukoll finali ta' bini b'perċentwal sinifikanti mqabbel mal-livelli ta' qabel ir-rinnovazzjoni li jwasslu għal prestazzjoni b'użu għoli ta' enerġija. Għandu jkun possibbli li tali rinnovazzjonijiet profondi jkunu jistgħu jsiru fi stadji differenti.

ġdid

(27)Biex imexxi bl-eżempju, is-settur pubbliku jenħtieġ li jistabbilixxi l-għanijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika tiegħu stess. It-titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur pubbliku jenħtieġ li jirrifletti l-isforzi meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. Biex tikkonforma mal-mira tal-konsum tal-enerġija finali, l-Unjoni jenħtieġ li tnaqqas il-konsum tal-enerġija finali tagħha b’19 % sal-2030 meta mqabbel mal-konsum tal-enerġija medju fis-snin 2017, 2018 u 2019. Obbligu li jinkiseb tnaqqis annwali fil-konsum tal-enerġija fis-settur pubbliku b’mill-inqas 1,7 % jenħtieġ li jiżgura li s-settur pubbliku jaqdi r-rwol eżemplari tiegħu. L-Istati Membri jibqa’ jkollhom flessibbiltà sħiħa rigward l-għażla tal-miżuri biex itejbu l-effiċjenza enerġetika ħalli jiksbu tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali. Ir-rekwiżit ta’ tnaqqis annwali fil-konsum tal-enerġija finali għandu piż amministrattiv iżgħar mill-istabbiliment ta’ metodi tal-kejl għall-iffrankar tal-enerġija.

(28)Biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miri għall-konsum tal-enerġija finali tas-servizzi pubbliċi u l-installazzjonijiet kollha tal-korpi pubbliċi. Biex jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-destinatarji, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw id-definizzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti prevista fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 . L-obbligu jista’ jiġi ssodisfat bi tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali fi kwalunkwe qasam tas-settur pubbliku, inkluż it-trasport, il-bini pubbliku, il-kura tas-saħħa, l-ippjanar spazjali, l-immaniġġjar tal-ilma u t-trattament tal-ilma mormi, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, id-distribuzzjoni tal-enerġija, il-provvista u l-ħżin, it-tidwil pubbliku, l-ippjanar tal-infrastruttura. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-korpi pubbliċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjattaformi diġitali jew għodod biex jiġbru d-data tal-konsum aggregat mingħand il-korpi pubbliċi, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, u jirrappurtaw id-data lill-Kummissjoni.

(29)L-Istati Membri jenħtieġ li jaqdu rwol eżemplari billi jiżguraw li l-kuntratti kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u s-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija jitwettqu fis-settur pubbliku f’konformità mal-istandards Ewropej jew internazzjonali, jew li l-awditjar tal-enerġija jintuża fil-biċċa l-kbira fil-partijiet intensivi fl-enerġija tas-settur pubbliku.

(30)L-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jiksbu l-appoġġ ta’ entitajiet bħal aġenziji tal-enerġija sostenibbli, meta applikabbli stabbiliti fil-livell reġjonali jew lokali. L-organizzazzjoni ta’ dawk l-aġenziji normalment tkun tirrifletti l-ħtiġijiet individwali tal-awtoritajiet pubbliċi f’ċertu reġjun jew li joperaw f’ċertu qasam tas-settur pubbliku. L-aġenziji ċentralizzati jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet aħjar u jaħdmu b’mod aktar effettiv f’aspetti oħra, bħal pereżempju, fi Stati Membri iżgħar jew ċentralizzati jew fir-rigward ta’ aspetti kumplessi jew transreġjonali bħat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jistgħu jservu bħala punti uniċi ta’ servizz skont l-Artikolu 21. Dawk l-aġenziji spiss ikunu responsabbli għall-iżvilupp ta’ pjanijiet lokali jew reġjonali tad-dekarbonizzazzjoni, li jistgħu jinkludu wkoll miżuri oħra tad-dekarbonizzazzjoni, bħall-iskambju ta’ bojlers tal-fjuwils fossili, u biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi fl-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mal-enerġija. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jew entitajiet oħra li jassistu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jaf ikollhom kompetenzi, objettivi u riżorsi ċari fil-qasam tal-enerġija sostenibbli. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jistgħu jitħeġġu jikkunsidraw inizjattivi meħuda fil-qafas tal-Patt tas-Sindki, li jiġbor flimkien il-gvernijiet lokali impenjati b’mod volontarju fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, u inizjattivi eżistenti oħra għal dan il-għan. Il-pjanijiet tad-dekarbonizzazzjoni jenħtieġ li jkunu marbuta ma’ pjanijiet tal-iżvilupp territorjali u jqisu l-valutazzjoni komprensiva li l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu.

(31)L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-korpi pubbliċi fl-ippjanar u fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, billi jipprovdu linji gwida li jippromwovu l-bini tal-kompetenzi u l-opportunitajiet tat-taħriġ u jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, inkluż fost l-aġenziji. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċentri ta’ kompetenza nazzjonali dwar kwistjonijiet kumplessi, bħall-konsulenza lill-aġenziji lokali jew reġjonali tal-enerġija dwar it-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali.

🡻 2012/27/EU premessa 17 (adattat)

 ġdid

(32)Ir-rata ta' rinovazzjoni tal-bini jeħtieġ li tiżdied, peress li l-istokk tal-bini eżistenti jirrappreżenta l-ikbar settur potenzjal waħdieni għall-iffrankar tal-enerġija.  Il-bini u t-trasport huma, flimkien mal-industrija, l-utenti ewlenin tal-enerġija u s-sors ewlieni tal-emissjonijiet 66 . Il-bini huwa responsabbli għal madwar 40 % tal-konsum tal-enerġija totali tal-Unjoni u għal 36 % tal-GHG tagħha mill-enerġija 67 . Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni” 68 tindirizza l-isfida doppja tal-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi u l-affordabbiltà fis-settur tal-bini u għandha l-għan li tirdoppja r-rata tar-rinnovazzjoni. Din tiffoka fuq il-bini bl-agħar rendiment fl-użu tal-enerġija, fuq il-faqar enerġetiku u fuq il-bini pubbliku.  Barra minn hekk, il-bini huwa kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra bi 80-95 %  tinkiseb in-newtralità klimatika  sal-2050 meta pparagunati mal-1990. Il-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jammonta għal sehem konsiderevoli mill-istokk tal-bini u għandu viżibbiltà kbira fil-ħajja pubblika. Għalhekk jixraq tiġi ffissata rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-bini li jkun il-proprjetà ta’ u okkupat mill-gvern ċentrali  korpi pubbliċi  fit-territorju ta’ Stat Membru biex jiġi aġġornat il-prestazzjoni enerġetika tiegħu.  L-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu rata ogħla ta’ rinnovazzjoni, meta dik tkun kosteffettiva skont il-qafas tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tagħhom f’konformità mal-Istrateġiji tar-Rinnovazzjoni fit-tul tagħhom jew mal-programmi nazzjonali tar-rinnovazzjoni.  Din ir-rata ta’ rinnovazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fir-rigward tal-Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero  (NZEBs)  stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar il-prestazzjoni tal-bini fl-użu tal-enerġija 69 .  Waqt ir-rieżami li jmiss tad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-progress li kisbu l-Istati Membri b’rabta mar-rinnovazzjoni tal-bini tal-korpi pubbliċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tippreżenta proposta leġiżlattiva għal reviżjoni tar-rata ta’ rinnovazzjoni, filwaqt li tqis il-progress miksub mill-Istati Membri, żviluppi ekonomiċi jew tekniċi sostanzjali, jew meta meħtieġ, l-impenji tal-Unjoni b’rabta mad-dekarbonizzazzjoni u t-tniġġis żero.  L-obbligu f’din id-Direttiva li l-bini tal-gvern ċentrali ġenerali  tal-korpi pubbliċi  jiġi rinnovat jikkumplimenta dik id-Direttiva, li teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li meta l-bini eżistenti jiġi rinnovat drastikament, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tiegħu jiġi aġġornat biex dan ikun jissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija    tal-NZEBs . Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jieħdu miżuri kosteffiċjenti alternattivi biex iwettqu titjib ekwivalenti tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fil-proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom. L-obbligu li tiġi rinovata l-art tal-bini tal-gvern ċentrali għandu japplika għad-dipartimenti amministrattivi li l-kompetenza tagħhom hija estiża fuq it-territorju kollu ta' Stat Membru. Meta fi Stat Membri partikolari u minħabba kompetenza partikolari ma jkun jeżisti l-ebda tali dipartiment amministrattiv rilevanti li jkopri t-territorji kollu, l-obbligu għandu japplika għal dawk id-dipartimenti amministrattivi li kompetenzi tagħhom ikopru b'mod kollettiv it-territorju kollu.

 ġdid

(33)Biex jistabbilixxu r-rata ta’ rinnovazzjonijiet, l-Istati Membri jeħtieġ ikollhom ħarsa ġenerali tal-binjiet li ma jissodisfawx il-livell tal-NZEB. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw u jżommu aġġornat inventarju tal-bini pubbliku bħala parti minn bażi tad-data ġenerali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. B’dak l-inventarju, l-atturi privati inkluż il-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija, jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jipproponu soluzzjonijiet ta’ rinnovazzjoni u jkunu jistgħu jiġu aggregati mill-Osservatorju tal-Unjoni tal-Istokkijiet tal-Bini.

🡻 2012/27/UE premessa 18

 ġdid

(34) Fl-2020, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja kienet tgħix f’żoni urbani. Dik iċ-ċifra mistennija tilħaq it-68 % sal-2050 70 . Barra minn hekk, nofs l-infrastrutturi urbani sal-2050 għad iridu jinbnew 71 . Il-bliet u ż-żoni metropolitani huma ċentri ta’ attività ekonomika, ta’ ġenerazzjoni tal-għarfien, ta’ innovazzjoni u ta’ teknoloġiji ġodda. Il-bliet jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu jew jaħdmu fihom. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-muniċipalitajiet b’mod tekniku u finanzjarju.  Għadd ta’ muniċipalitajiet u korpi pubbliċi oħra fl-Istati Membri diġà stabbilew approċċi integrati għall-iffrankar tal-enerġija u għall-provvista tal-enerġija, pereżempju bi pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli, bħal dawk li tfasslu bl-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, u approċċi urbani integrati li jmorru lil hinn minn interventi individwali fil-bini jew fil-mezzi tat-trasport.

🡻 2012/27/UE premessa 19

 ġdid

(35)Fir-rigward tax-xiri ta’ ċerti prodotti u servizzi u fir-rigward tax-xiri u l-kiri tal-bini, il-gvernijiet ċentrali  l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti  jikkonkludu kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, ta’ provvista jew ta’ servizz jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju u jieħdu deċiżjonijiet ta’ xiri effiċjenti fl-enerġija  u japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, inkluż għal dawk il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet li għalihom ma ġew previsti l-ebda rekwiżiti speċifiċi fl-Anness IV . Dan jenħtieġ li japplika għad-dipartimenti amministrattivi li l-kompetenza tagħhom hija estiża fuq it-territorju kollu ta’ Stat Membru. Meta fi Stat Membri partikolari u minħabba kompetenza partikolari ma jkun jeżisti l-ebda dipartiment amministrattiv rilevanti bħal dan li jkopri t-territorji kollu, l-obbligu jenħtieġ li japplika għal dawk id-dipartimenti amministrattivi li kompetenzi tagħhom ikopru b’mod kollettiv it-territorju kollu. Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku madankollu jenħtieġ ma jkunux affettwati.  L-Istati Membri jenħtieġ li jneħħu l-ostakli għall-akkwist pubbliku konġunt fi ħdan l-Istati Membri jew bejn il-fruntieri, jekk dawk ikunu jistgħu jnaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-benefiċċji tas-suq intern billi joħolqu opportunitajiet tan-negozju għall-fornituri u għall-provdituri ta’ servizzi tal-enerġija. 

ġdid

(36)L-entitajiet pubbliċi kollha li jinvestu riżorsi pubbliċi permezz tal-akkwist jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju meta jagħtu kuntratti u konċessjonijiet billi jagħżlu prodotti, servizzi, xogħlijiet u bini bl-aqwa rendiment fl-effiċjenza enerġetika, anke fir-rigward ta’ dawk l-akkwisti li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi skont id-Direttiva 2009/30/KE. F’dak il-kuntest, il-proċeduri kollha tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet b’valur li jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 72 , fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 73 , u fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jeħtieġ iqisu r-rendiment fl-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, tal-bini u tas-servizzi stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, billi bħala prijorità jqisu l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom,

(37)Hu importanti wkoll li l-Istati Membri jimmonitorjaw kif ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika qed jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti fl-akkwist ta’ prodotti, bini, xogħlijiet u servizzi, billi jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-impatt fuq l-effiċjenza enerġetika ta’ dawk l-offerenti li jaqbżu l-limiti msemmija fid-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku, tkun disponibbli għall-pubbliku. B’hekk, il-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvalutaw ir-rwol tas-settur pubbliku biex ikun żgurat li l-effiċjenza enerġetika tkun l-ewwel fl-akkwist pubbliku b’mod trasparenti.

(38)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirrikonoxxi r-rwol tal-ekonomija ċirkolari fil-kontribut għall-objettivi ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. Is-settur pubbliku jista’ jikkontribwixxi għal dawk l-objettivi billi juża l-kapaċità tal-akkwist tiegħu biex, meta xieraq, jagħżel prodotti, bini, servizzi u xogħlijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bl-għodod disponibbli għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, u b’hekk jagħti kontribut importanti biex jonqsu l-konsum tal-enerġija u l-impatti ambjentali.

(39)Hu importanti li l-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lill-korpi pubbliċi fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku u, meta xieraq, fl-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, billi jipprovdu linji gwida u metodoloġiji meħtieġa dwar it-twettiq tal-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, u l-impatti u l-kostijiet ambjentali. Għodod imfassla tajjeb, b’mod partikolari l-għodod diġitali, mistennija jiffaċilitaw il-proċeduri tal-akkwist u jnaqqsu l-kostijiet amministrattivi speċjalment fi Stati Membri iżgħar li jaf ma jkollhomx kapaċità biżżejjed biex iħejju l-offerti. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu b’mod attiv l-użu tal-għodod diġitali u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri għall-fini tal-iskambju tal-aqwa prattiki.

(40)Peress li l-bini jikkawża emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel u wara l-ħajja operazzjonali tiegħu, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-bini. Dan iseħħ fil-kuntest tal-isforzi biex tiżdied l-attenzjoni għar-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu, aspetti tal-ekonomija ċirkolari u l-impatti ambjentali, bħala parti mir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku. Għalhekk, l-akkwist pubbliku jista’ jkun opportunità biex jiġi indirizzat il-karbonju inkorporat fil-bini tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kontraenti huma atturi importanti li jistgħu jieħdu azzjoni bħala parti mill-proċeduri tal-akkwist billi jixtru bini ġdid li jindirizza l-potenzjal tat-tisħin dinji tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu.

(41)Il-potenzjal tat-tisħin dinji tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu jkejjel l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-bini fi stadji differenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Għalhekk, dan ikejjel il-kontribut kumplessiv tal-bini għall-emissjonijiet li jwasslu għat-tibdil fil-klima. Xi drabi, dan jissejjaħ ukoll valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju jew kejl tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Dan jiġbor flimkien l-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati fil-materjali tal-bini b’emissjonijiet tal-karbonju diretti u indiretti mill-istadju tal-użu. Il-bini hu bank materjali sinifikanti, u hu repożitorju għal riżorsi intensivi fil-karbonju għal ħafna deċennji, u għalhekk hu importanti li jiġu esplorati disinji li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fil-futur fi tmiem il-ħajja operazzjonali.

(42)Il-potenzjal tat-tisħin dinji hu espress bħala indikatur numeriku f’kgCO2e/m² (ta’ erja utli tal-art interna) għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli jsiru f’konformità mal-istandard EN 15978. L-ambitu tal-elementi tal-bini u tat-tagħmir tekniku hu stabbilit fl-indikatur 1,2 tal-qafas komuni tal-Unjoni tal-Livell(i). Meta jkun hemm għodda nazzjonali tal-kalkolu, jew tkun meħtieġa biex isiru divulgazzjonijiet jew biex jinkisbu permessi għall-bini, jenħtieġ li jkun possibbli li dik l-għodda nazzjonali tintuża biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw għodod oħra tal-kalkolu, diment li dawn jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fil-qafas komuni tal-Unjoni tal-Livell(i).

🡻 2012/27/EU premessa 20 (adattat)

Valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi stabbilita skema ta' “ċertifikati bojod” fuq il-livell tal-Unjoni wriet li, fis-sitwazzjoni kurrenti, sistema ta' din ix-xorta toħloq spejjeż amministrattivi eċċessivi u li hemm riskju li l-iffrankar tal-enerġija jkun ikkonċentrat f'għadd ta' Stati Membri u ma jiġix introdott fl-Unjoni kollha. L-objettiv ta' tali skema fil-livell tal-Unjoni jista' jintlaħaq aħjar, għall-inqas f'dan l-istadju, permezz ta' skemi nazzjonali ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija għal utilitajiet tal-enerġija, jew miżuri ta' politika alternattivi oħra li jilħqu l-istess ammont ta' ffrankar tal-enerġija. Huwa xieraq għal-livell ta' ambizzjoni ta' skemi ta' din ix-xorta li dawn ikunu stabbiliti f'qafas komuni fuq il-livell tal-Unjoni filwaqt li tkun ipprovduta flessibbiltà sinifikanti lill-Istati Membri sabiex tkun ikkunsidrata b'mod sħiħ l-organizzazzjoni nazzjonali tal-atturi tas-suq, il-kuntest speċifiku tas-settur tal-enerġija u d-drawwiet tal-klijenti aħħarin. Il-qafas komuni għandu jagħti lill-utilitajiet tal-enerġija l-għażla li s-servizzi ta' enerġija jiġu offruti lill-klijenti aħħarin kollha, mhux biss lil dawk li huma jbigħulhom l-enerġija. Dan iżid il-kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija għaliex l-utilitajiet tal-enerġija jistgħu jiddifferenzjaw il-prodott tagħhom billi jipprovdu servizzi ta' enerġija komplementari. Il-qafas komuni għandu jippermetti wkoll li l-Istati Membri jinkludu fl-iskema nazzjonali tagħhom rekwiżiti li jkollhom għan soċjali, b'mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-klijenti vulnerabbli jkollhom aċċess għall-benefiċċji ta' effiċjenza fl-enerġija ogħla. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, liema distributuri tal-enerġija jew kumpanniji li jbiegħu l-enerġija fil-livell tal-konsum għandu jkollhom l-obbligu li jilħqu l-mira stabbilita minn din id-Direttiva tal-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali.

L-Istati Membri għandhom ikunu permessi b'mod partikolari jitħallew ma jimponux dan l-obbligu fuq distributuri żgħar tal-enerġija, kumpanniji żgħar li jbiegħu l-enerġija fil-livell tal-konsum u setturi tal-enerġija żgħar biex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 tistabbilixxi prinċipji li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri li jiddeċiedu li jastjenu milli japplikaw din il-possibbiltà. Bħala mezz biex jiġu appoġġati inizjattivi nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija, il-partijiet obbligati taħt skemi nazzjonali ta' obbligi għall-effiċjenza fl-enerġija jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom billi kull sena jikkontribwixxu lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija ammont ugwali għall-investimenti meħtieġa taħt din l-iskema.

🡻 2012/27/EU premessa 21 (adattat)

Minħabba l-imperattiv ġenerali li terġa' tiġi stabbilita s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u tal-konsolidazzjoni fiskali, fl-implimentazzjoni ta' miżuri partikolari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għandha tingħata attenzjoni debita għall-kosteffettività fil-livell tal-Istat Membru tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija abbażi ta' livell xieraq ta' analiżi u evalwazzjoni.

🡻 2012/27/EU premessa 22 (adattat)

Ir-rekwiżit li jsir iffrankar fil-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin relattiv għal kemm kien ser ikun hemm bejgħ tal-enerġija ma jikkostitwixxix limitu fuq il-bejgħ jew il-konsum tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu l-bejgħ tal-enerġija kollu jew parzjali, skont il-volum, użat fl-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità 74 biex jiġi kkalkulat il-bejgħ tal-enerġija lill-klijenti aħħarin, billi huwa rikonoxxut li ċerti setturi jew sottosetturi f'dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju. Huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu konxji mill-ispejjeż tal-iskemi biex ikunu jistgħu jivvalutaw b'mod preċiż l-ispejjeż tal-miżuri.

🡻 2012/27/EU premessa 23 (adattat)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti fl-Artikolu 7 u bil-ħsieb li jiġi llimitat il-piż amministrattiv, kull Stat Membru jista' jirragruppa l-miżuri ta' politika individwali kollha biex jimplimenta l-Artikolu 7 fi programm ta' effiċjenza fl-enerġija nazzjonali komprensiv.

🡻 2018/2002 premessa 7

ġdid

(43) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 75 tirregola l-installazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-enerġija jew li jużaw l-enerġija għal skopijiet ta’ produzzjoni, u l-informazzjoni dwar l-enerġija użata fi jew iġġenerata mill-installazzjoni trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għal permessi integrati (l-Artikolu 12(1)(b)). Barra minn hekk, dik id-Direttiva tispeċifika fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva li l-użu effiċjenti tal-enerġija hu wieħed mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligi bażiċi tal-operatur u wieħed mill-kriterji biex jiġu ddeterminati l-aqwa tekniki disponibbli skont l-Anness III tad-Direttiva 2010/75/UE.  L-effiċjenza operazzjonali tas-sistemi tal-enerġija f’xi mument partikolari hija influwenzata mill-abbiltà li jalimentaw enerġija ġġenerata minn sorsi differenti – bi gradi differenti ta’ inerzja u b’ħinijiet differenti tal-istartjar – fil-grilja, mingħajr intoppi u b’mod flessibbli. Bit-titjib fl-effiċjenza, ikun jista’ jsir użu aħjar tal-enerġija rinnovabbli.

🡻 2018/2002 premessa 8

(44)It-titjib fl-effiċjenza enerġetika jista’ jikkontribwixxi għal output ekonomiku akbar. L-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jimmiraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija irrispettivament mil-livelli ta’ tkabbir ekonomiku.

🡻 2018/2002 premessa 10 (adattat)

 ġdid*

(45)IFid-dawl tal-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030, Ll-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija stabbilit minn din id-Direttiva 2012/27/UE jenħtieġ li  jiżdied u  jiġi estiż lil hinn  jenħtieġ li japplika wkoll wara  l-2020  l-2030 . Din l-estensjoni toħloq aktar  tiżgura l-istabbiltà għall-investituri u b’hekk tħeġġeġ investimenti fit-tul u miżuri tal-effiċjenza enerġetika fit-tul, bħar-rinnovazzjoni estensiva tal-bini bl-objettiv fit-tul li tiġi faċilitata t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-bini eżistenti f’NZEBs. L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jaqdi rwol importanti fil-ħolqien ta’ tkabbir lokali, u impjiegi,  kompetittività u biex jittaffa l-faqar enerġetiku.  u  Dan jenħtieġ li jinżamm biex jiżgura li l-Unjoni tkun tista’ tilħaq l-objettivi tal-enerġija u l-klima tagħha billi toħloq aktar opportunitajiet u tħoll ir-rabta il-konsum tal-enerġija u t-tkabbir. Il-kooperazzjoni mas-settur privat hija importanti biex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi sfruttat l-investiment privat għal proġetti tal-effiċjenza enerġetika u biex jiġu żviluppati mudelli ġodda ta’ dħul għal innovazzjoni fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika.

🡻 2018/2002 premessa 11

(46)Il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jħallu wkoll impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-arja, hekk kif aktar bini effiċjenti fl-enerġija jikkontribwixxi biex tonqos id-domanda għall-fjuwils tat-tisħin, inkluż il-fjuwils solidi tat-tisħin. Għalhekk, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jikkontribwixxu biex titjieb il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u ta’ barra u jgħinu, b’mod kosteffettiv, biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, kif stabbilit b’mod partikolari fid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 76 .

🡻 2018/2002 premessa 12 (adattat)

 ġdid

(47)L-Istati Membri jeħtieġ jilħqu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali għall-perjodu kollu tal-obbligu mill-2021   sal-2030, ekwivalenti għal iffrankar annwali ġdid ta’ mill-inqas 0,8 % tal-konsum tal-enerġija finali  sal-31 ta’ Diċembru 2023 u ta’ mill-anqas [xx] % mill-1 ta’ Jannar 2024 . Dak ir-rekwiżit jista’ jiġi ssodisfat b’miżuri ġodda ta’ politika li jiġu adottati fil-perjodu l-ġdid tal-obbligu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 jew b’azzjonijiet individwali ġodda permezz ta’ miżuri ta’ politika adottati tul jew qabel il-perjodu preċedenti, diment li l-azzjonijiet individwali li jattivaw l-iffrankar tal-enerġija jiddaħħal tul il-perjodu ta’ wara l-ġdid. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw skema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, miżuri ta’ politika alternattivi jew it-tnejn li huma. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkunu pprovduti diversi għażliet, inkluż jekk l-enerġija użata fit-trasport tkunx, kollha kemm hi jew parzjalment, inkluża fix-xenarju bażi ta' kalkolu, sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà f'kif jikkalkulaw l-ammont tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom, filwaqt li jiżguraw li l-iffrankar kumulattiv meħtieġ fl-użu finali tal-enerġija ekwivalenti għal iffrankar annwali ġdid ta' mill-inqas 0,8 % jintlaħaq.

🡻 2018/2002 premessa 13 (adattat)

 ġdid

(48)Madankollu, l-impożizzjoni ta' rekwiżit bħal dan fuq Ċipru u Malta tkun sproporzjonata. Is-suq tal-enerġija ta' dawn l-Istati Membri gżejjer żgħar għandu karatteristiċi speċifiċi li jillimitaw sostanzjalment il-firxa ta' miżuri disponibbli biex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija, bħall-eżistenza ta' distributur tal-elettriku wieħed, in-nuqqas ta' netwerks ta' gass naturali u ta' sistemi ta' tisħin distrettwali u tkessiħ distrettwali, kif ukoll iċ-ċokon tal-kumpanniji tad-distribuzzjoni tal-petroleum. Dawn il-karatteristiċi speċifiċi huma aggravati biċ-ċokon tas-swieq tal-enerġija ta' dawn l-Istati Membri. Għalhekk,  Għall-perjodu mill-2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023,  Ċipru u Malta jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiksbu biss iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali ekwivalenti għall-iffrankar il-ġdid ta’ 0,24 % tal-konsum tal-enerġija finali biss għall-perjodu mill-2021 sal-2030.  Dik ir-rata ta’ ffrankar individwali jenħtieġ ma tibqax tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024. 

🡻 2018/2002 premessa 14 (adattat)

 ġdid

(49)Meta dawn   jużaw skema tal-obbligi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw partijiet obbligati fost  l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni,  id-distributuri tal-enerġija, il-kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut, u d-distributuri jew il-bejjiegħa bl-imnut tal-fjuwils tat-trasport abbażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Jenħtieġ li d-deżinjazzjoni jew l-eżenzjoni mid-deżinjazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ tali distributuri jew bejjiegħa bl-imnut ma jinftehmux bħala inkompatibbli mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk tali  operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni,  distributuri jew bejjiegħa bl-imnut jew ċerti kategoriji biss minnhom ikunux deżinjati bħala partijiet obbligati.  Biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u biex jimplimentaw miżuri ta’ politika bħala prijorità fost dawk il-persuni, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati biex jiksbu ffrankar tal-enerġija fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll miri biex inaqqsu l-kostijiet tal-enerġija. Il-partijiet obbligati jistgħu jilħqu dawn il-miri billi jippromwovu l-installazzjoni ta’ miżuri li jwasslu għal iffrankar tal-enerġija u ffrankar finanzjarju fil-kontijiet tal-enerġija, bħall-installazzjoni ta’ miżuri ta’ insular u tisħin. 

 ġdid

(50)Huma u jfasslu miżuri ta’ politika biex jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/852 77 . L-Istati Membri jenħtieġ ma jippromwovux attivitajiet li mhumiex ambjentalment sostenibbli bħall-użu ta’ fjuwils fossili solidi. L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi jippromwovi inċentivi lill-Istati Membri biex jimplimentaw taħlita ta’ politiki sostenibbli u nodfa li tkun reżiljenti u timmitiga t-tibdil fil-klima. Għalhekk, l-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ politika dwar l-użu ta’ teknoloġiji diretti tal-kombustjoni tal-fjuwils fossili mhux se jkun iffrankar tal-enerġija eliġibbli skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija bit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. B’hekk, l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jkun jista’ jiġi allinjat mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika, tal-Istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, u jirrifletti l-ħtieġa għal azzjoni kif identifikat l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) fir-rapport tagħha ta’ żero netti 78 . Ir-restrizzjoni għandha l-għan li tħeġġeġ lill-Istati Membri jonfqu l-fondi pubbliċi fuq teknoloġiji sostenibbli u validi għall-futur biss. Hu importanti li l-Istati Membri jipprovdu qafas ta’ politika ċar u ċertezza tal-investiment lill-atturi tas-suq. L-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jenħtieġ li tippermetti lill-atturi kollha tas-suq jadattaw it-teknoloġiji tagħhom fi żmien raġonevoli. Meta l-Istati Membri jappoġġaw l-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti tal-fjuwils fossili jew is-sostituzzjoni bikrija ta’ tali teknoloġiji, pereżempju bi skemi ta’ sussidju jew bi skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar tal-enerġija jaf ma jibqax eliġibbli skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija. Filwaqt li l-iffrankar tal-enerġija miksub, pereżempju, mill-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq il-gass naturali mhuwiex eliġibbli, ir-restrizzjoni ma tapplikax għall-użu indirett tal-fjuwils fossili, pereżempju meta l-produzzjoni tal-elettriku tinkludi l-ġenerazzjoni tal-fjuwils fossili. Il-miżuri ta’ politika mmirati lejn bidliet komportamentali biex jonqos il-konsum tal-fjuwils fossili, pereżempju b’kampanji informattivi, bl-ekosewqan, jenħtieġ li jibqgħu eliġibbli. L-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ politika mmirati lejn ir-rinnovazzjonijiet tal-bini jista’ jkunu jinkludu miżuri bħal pereżempju s-sostituzzjoni tas-sistemi tat-tisħin tal-fjuwils fossili u titjib fit-tessut tal-bini, li jenħtieġ li jkunu limitati għal dawk it-teknoloġiji li jippermettu l-kisba tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-kodiċijiet nazzjonali tal-bini stabbiliti fi Stat Membru partikolari. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu t-titjib tas-sistemi tat-tisħin bħala parti minn rinnovazzjonijiet profondi bi qbil mal-objettiv fit-tul tan-newtralità tal-karbonju, jiġifieri biex tonqos id-domanda għat-tisħin filwaqt li l-bqija tad-domanda għat-tisħin tinqeda b’sors tal-enerġija mingħajr karbonju.

🡻 2018/2002 premessa 15 (adattat)

 ġdid

(51)Il-miżuri tal-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza enerġetika fit-trasport huma eliġibbli biex jitqiesu għall-kisba tal-obbligu tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali. Dawn il-miżuri jinkludu politika li tkun, fost l-oħrajn, maħsuba biex tippromwovi vetturi aktar effiċjenti, bidla modali lejn ir-roti, il-mixi u t-trasport kollettiv, jew pjanijiet ta’ mobbiltà u żvilupp urban li jnaqqsu d-domanda għat-trasport. Barra minn hekk, anki l-iskemi li jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ vetturi ġodda u aktar effiċjenti jew ta’ politiki li jrawmu bidla lejn fjuwils aktar effiċjenti  b’livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet, għajr il-miżuri ta’ politika dwar l-użu ta’ teknoloġiji diretti tal-kombustjoni tal-fjuwils fossili,  li jnaqqsu l-użu tal-enerġija għal kull kilometru, jistgħu jkunu eliġibbli, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-materjalità u l-addizzjonalità stabbiliti fl-Anness V ta’ d-Direttiva 2012/27/UE kif emendat skont din id-Direttiva.  Il-miżuri ta’ politika li jippromwovu l-użu ta’ vetturi ġodda tal-fjuwils fossili jenħtieġ li ma jkunux jikkwalifikaw bħala miżuri eliġibbli skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija.  Jenħtieġ li tali miżuri, jekk ikun xieraq, ikunu konsistenti mal-oqfsa ta' politika nazzjonali tal-Istati Membri stabbiliti skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 79 .

🡻 2018/2002 premessa 16 (adattat)

(52)Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 80 u li jwasslu għal titjib fl-effiċjenza enerġetika li jista’ jiġi verifikat, u mkejjel jew stmat, jistgħu jitqiesu bħala mod kosteffettiv kif l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija skont id-Direttiva 2012/27/UE kif emendata minn din id-Direttiva.

🡻 2018/2002 premessa 17 (adattat)

 ġdid

(53)Bħala alternattiva għar-rekwiżit li l-partijiet obbligati jiksbu l-ammont tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv meħtieġ fl-użu finali skont l-Artikolu 87(1) ta’ d-Direttiva 2012/27/UE kif emendata minn din id-Direttiva, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri, fl-iskemi tal-obbligi tagħhom, li jippermettu jew jeżiġu li l-partijiet obbligati jikkontribwixxu għal Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika  , li jkun jista’ jintuża għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. 

🡻 2018/2002 premessa 18 (adattat)

 ġdid

(54)Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) u (5) kif introdott minn din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-partijiet obbligati jenħtieġ li jużaw il-mezzi u t-teknoloġiji disponibbli kollha  , għajr dawk dwar l-użu ta’ teknoloġiji bbażati fuq il-kombustjoni diretta tal-fjuwils fossili,  biex jiksbu l-iffrankar tal-enerġija kumulattiv meħtieġ fl-użu finali, inkluż billi jippromwovu teknoloġiji sostenibbli f’sistemi effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, infrastruttura effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ u awditjar tal-enerġija jew sistemi ta’ ġestjoni ekwivalenti, diment li l-iffrankar tal-enerġija ddikjarat ikun jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 87 u l-Anness V ta’ d-Direttiva 2012/27/UE kif emendata minn din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jimmiraw għal grad għoli ta’ flessibbiltà fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika alternattivi.  L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu azzjonijiet li jwasslu għal iffrankar tal-enerġija tul il-ċikli twal tal-ħajja. 

🡻 2018/2002 premessa 19

(55)Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fit-tul se jibqgħu jwasslu għal iffrankar tal-enerġija wara l-2020 iżda, biex dawn jikkontribwixxu għall-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030, jenħtieġ li dawk il-miżuri jwasslu għal iffrankar ġdid wara l-2020. Min-naħa l-oħra, l-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta’ Diċembru 2020 jenħtieġ ma jingħaddx mal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

🡻 2018/2002 premessa 20

 ġdid

(56)L-iffrankar ġdid jenħtieġ li jkun addizzjonali għal dak li jsir is-soltu, biex l-iffrankar li jaf isir f’xi eventwalità, ma jingħaddx mal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-iffrankar tal-enerġija. Biex jiġi kkalkulat l-impatt tal-miżuri introdotti, jenħtieġ li jingħadd biss l-iffrankar nett, imkejjel bħala l-bidla fil-konsum tal-enerġija li tista’ tiġi attribwita direttament għall-miżura tal-effiċjenza enerġetika inkwistjoni  implimentata għall-finijiet tal-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva . Biex jiġi kkalkulat l-iffrankar nett, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu xenarju bażi ta’ kif is-sitwazzjoni tevolvi fin-nuqqas tal-miżura inkwistjoni. Il-miżura ta’ politika inkwistjoni jenħtieġ li tiġi evalwata f’paragun ma’ dak ix-xenarju bażi. L-Istati Membri  jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti minimi previsti mill-qafas leġiżlattiv rilevanti fil-livell tal-Unjoni, u  jenħtieġ li jqisu l-fatt li jistgħu jittieħdu miżuri oħra ta’ politika fl-istess perjodu taż-żmien li wkoll jistgħu jħallu impatt fuq l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija, biex mhux il-bidliet kollha osservati sa mill-introduzzjoni tal-miżura ta’ politika partikolari li qed tiġi evalwata jiġu attribwiti għal dik il-miżura ta’ politika waħedha. L-azzjonijiet tal-parti parteċipanti jew inkarigata, obbligata jenħtieġ li fil-fatt jikkontribwixxu għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat biex ikun żgurat li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-materjalità.

🡻 2018/2002 premessa 21

 ġdid

(57)Hu importanti li, meta rilevanti, l-istadji kollha tal-katina tal-enerġija jitqiesu fil-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija biex jiżdied il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni tal-elettriku.  L-istudji mwettqa u l-konsultazzjonijiet li saru mal-partijiet ikkonċernati ħarġu fid-dieher potenzjal sinifikanti. Madankollu, il-kundizzjonijiet fiżiċi u ekonomiċi huma pjuttost differenti fost l-Istati Membri, u ħafna drabi fi ħdan bosta Stati Membri, u hemm numru kbir ta’ operaturi tas-sistema. Dawk iċ-ċirkostanzi jindikaw approċċ deċentralizzat, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom l-għarfien meħtieġ, il-kompetenzi legali u l-kapaċità amministrattiva biex jippromwovu l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku effiċjenti fl-enerġija. Entitajiet bħan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi tat-Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) u l-Entità Ewropea għall-Operaturi tas-Sistemi tad-Distribuzzjoni (l-Entità tal-UE għad-DSO) jistgħu jipprovdu wkoll kontributi utli u jenħtieġ li jappoġġaw lill-membri tagħhom fl-adozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika. 

 ġdid

(58)Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għall-għadd kbir ħafna ta’ operaturi tas-sistema tal-gass naturali. Ir-rwol tal-gass naturali u r-rata tal-provvista u l-kopertura tat-territorju jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri. F’dawk il-każijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimmonitorjaw u jidderieġu l-evoluzzjoni tas-sistema lejn effiċjenza akbar, u entitajiet bħan-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi tat-Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG) jistgħu jipprovdu kontributi utli u jenħtieġ li jappoġġaw lill-membri tagħhom fl-adozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika.

🡻 2018/2002 premessa 22

 ġdid

(59)L-immaniġġjar effettiv tal-ilma jista’ jagħti kontribut sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija. Is-setturi tal-ilma u tal-ilma mormi jammontaw għal 3,5 % tal-użu tal-elettriku fl-Unjoni u dak is-sehem mistenni jikber. Fl-istess ħin, it-tnixxijiet tal-ilma jammontaw għal 24 % tal-ilma totali kkunsmat fl-Unjoni u s-setturi tal-enerġija hu l-akbar konsumatur tal-ilma, b’44 % tal-konsum. Il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġiji u proċessi intelliġenti jenħtieġ li jiġi esplorat bis-sħiħ  u applikat kull meta jkun kosteffettiv, filwaqt li l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jenħtieġ li jiġi kkunsidrat. Min-naħa l-oħra, it-teknoloġiji avvanzati tat-tisqija jistgħu jnaqqsu sostanzjalment il-konsum tal-ilma fl-agrikoltura u l-enerġija użata għat-trattament u l-ġarr tiegħu .

🡻 2018/2002 premessa (adattat)

 ġdid

(60)F’konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jkunu inklużivi u għalhekk dawn jenħtieġ li jiżguraw  aċċess ekwu  l-aċċessibbiltà ta' għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika għall-konsumaturi  kollha  affettwati mill-faqar enerġetiku. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija  enerġetika  tal-bini jenħtieġ li, b’mod partikolari, li jkun ta’ benefiċċju għal unitajiet domestiċi  jiġi implimentat bħala prijorità fost il-klijenti u l-utenti finali  vulnerabbli, inklużi  il-persuni , dawk milqutin  affettwati  mill-faqar enerġetiku u, meta xieraq,  fost l-unitajiet domestiċi b’introjtu medju u  dawk  l-persuni  li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali,  l-anzjani u dawk li jgħixu f’żoni rurali u mbiegħda.   F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lil ċerti gruppi partikolari li jinsabu f’riskju akbar li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku jew suxxettibbli aktar għall-impatti negattivi tal-faqar enerġetiku, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, it-tfal, u l-persuni ta’ sfond razzjali jew etniku minoritarju . L-Istati Membri diġà jistgħu jeżiġu li l-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija b’rabta mal-faqar enerġetiku u din il-possibbiltà jenħtieġ li tiġi  diġà ġiet estiża għal miżuri ta’ politika alternattivi u għall-Fondi Nazzjonali  Ewropej  għall-Effiċjenza Enerġetika. u  Dik  jenħtieġ li tissarraf f’obbligu  li jiġu protetti u tingħata s-setgħa lill-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli u biex jittaffa l-faqar enerġetiku , filwaqt li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu flessibbiltà sħiħa b’rabta  mat-tip ta’ miżura ta’ politika, u,  mad-daqs, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tagħha.. Jekk skema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika ma tkunx tippermetti miżuri relatati ma’ konsumaturi tal-enerġija individwali, l-Istat Membru jista’ jieħu miżuri biex itaffi l-faqar enerġetiku permezz ta’ miżuri ta’ politika alternattivi biss.  Fi ħdan it-taħlita ta’ politiki, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri l-oħra ta’ politika ma jkollhom effett negattiv fuq il-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-aqwa użu possibbli mill-investimenti ta’ finanzjament pubbliku għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż finanzjament u faċilitajiet finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. 

 ġdid

(61)Din id-Direttiva tirreferi għall-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli, li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/944. Barra minn hekk, f’konformità mad-Direttiva 2012/27/UE, il-kunċett ta’ “utenti finali” flimkien mal-kunċett ta’ “klijent finali” jiċċaraw li d-drittijiet għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum japplikaw ukoll għall-konsumaturi mingħajr kuntratti individwali jew diretti mal-fornitur tal-enerġija użata għas-sistemi tal-produzzjoni kollettivi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun domestiku f’binjiet b’ħafna okkupanti. Il-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli mhux bilfors jiżgura li jimmira wkoll għall-utenti finali. Għaldaqstant, biex ikun żgurat li l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva jilħqu lill-individwi u lill-unitajiet domestiċi kollha f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu mhux biss lill-klijenti, fis-sens strett tagħha, iżda anki lill-utenti finali, meta jiġu biex jistabbilixxu d-definizzjoni tagħhom ta’ klijenti vulnerabbli.

🡻 2018/2002 premessa 24

 ġdid

(62)Madwar 50  34  miljun unità domestika fl-Unjoni jintlaqtu mill-faqar enerġetiku  ma setgħux iżommu djarhom sħaħ kif xieraq fl-2019 81  .  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jagħti prijorità lid-dimensjoni soċjali tat-tranżizzjoni b’impenn lejn il-prinċipju li ħadd ma jinqata’ lura. It-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż it-tranżizzjoni nadifa, taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b’modi differenti, u jaf tħalli impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, inkluż il-persuni b’diżabbiltà.  Għaldaqstant, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jkunu ċentrali fi kwalunkwe strateġija kosteffettiva li tindirizza l-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-klijenti, u jkunu kumplimentari għall-politiki tas-sigurtà soċjali fil-livell tal-Istati Membri. Biex ikun żgurat li l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jnaqqsu l-faqar enerġetiku għall-inkwilini b’mod sostenibbli, jenħtieġ li jitqiesu l-kosteffettività ta’ dawn il-miżuri u l-affordabbiltà tagħhom għas-sidien tal-proprjetajiet u għall-inkwilini, u jenħtieġ li jiġi garantit appoġġ finanzjarju  u tekniku  adegwat għal dawn il-miżuri fil-livell ta’ Stat Membru.  L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lil-livell lokali u reġjonali biex jingħaraf u jittaffa l-faqar enerġetiku.  Fi żmien fit-tul, l-istokk tal-bini tal-Unjoni jeħtieġ jiġu trasformat f’NZEBs f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Ir-rati attwali tar-rinnovazzjoni tal-bini mhumiex biżżejjed, u l-bini okkupat minn ċittadini b’introjtu baxx li huma affettwati mill-faqar enerġetiku huwa l-aktar diffiċli biex jintlaħaq. Għaldaqstant, il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva b’rabta mal-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija, l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri ta’ politika alternattivi għandhom importanza partikolari.

🡻 2012/27/UE premessa 24

 ġdid

(63)Biex jinħataf il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija, f’ċerti segmenti tas-suq li ġeneralment ma jiġux offruti awditjar tal-enerġija b’mod kummerċjali (bħall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)), l-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw programmi li jħeġġu lill-SMEs biex iwettqu awditjar tal-enerġija. L-awditjar tal-enerġija jenħtieġ li jkun obbligatorju u regolari għall-intrapriżi kbar, għax l-iffrankar tal-enerġija jista’ jkun sinifikanti. L-awditjar tal-enerġija jenħtieġ li jqisu l-Istandards Ewropej jew Internazzjonali, bħall-EN ISO 50001 (Sistemi tal-Ġestjoni tal-Enerġija), jew l-EN 16247-1 (Awditjar tal-enerġija) jew jekk ikunu jinkludu awditjar tal-enerġija, l-EN ISO 14000 (Sistemi tal-Ġestjoni Ambjentali) u għaldaqstant ikunu wkoll konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI ta’ din id-Direttiva għax dawn id-dispożizzjonijiet ma jmorrux lil hinn mir-rekwiżiti ta’ dawn l-istandards rilevanti.  Bħalissa qed jiġi żviluppat standard Ewropew speċifiku dwar l-awditjar tal-enerġija. L-awditjar tal-enerġija jista’ jsir b’mod awtonomu jew inkella jista’ jkun parti minn sistema usa’ ta’ ġestjoni ambjentali jew kuntratt tar-rendiment tal-enerġija. F’dawn il-każijiet kollha, dawk is-sistemi jenħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi tal-Anness VI. Barra minn hekk, mekkaniżmi u skemi speċifiċi stabbiliti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-konsum tal-fjuwil minn ċerti operaturi tat-trasport, pereżempju l-ETS tal-UE skont il-liġi tal-UE, jistgħu jitqiesu kompatibbli mal-awditjar tal-enerġija, inkluż fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija, jekk dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VI.  

 ġdid

(64)Il-konsum medju tal-intrapriża jenħtieġ li jkun il-kriterju li jiddefinixxi l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija u tal-awditjar tal-enerġija biex tiżdied is-sensittività ta’ dawk il-mekkaniżmi fl-identifikazzjoni tal-opportunitajiet rilevanti tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv. L-intrapriżi li jinsabu f’livelli inqas mil-limiti tal-konsum definiti għas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija u l-awditjar tal-enerġija jenħtieġ li jitħeġġu jagħmlu awditjar tal-enerġija u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dak l-awditjar.

🡻 2012/27/UE premessa 25

(65)Meta l-awditjar tal-enerġija jsir minn esperti interni, l-indipendenza meħtieġa titlob li dawn l-esperti ma jkunux involuti direttament fl-attività awditjata.

 ġdid

(66)Is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) huwa settur importanti ieħor li jikseb attenzjoni dejjem akbar. Fl-2018, il-konsum tal-enerġija taċ-ċentri tad-data fl-Unjoni kien 76,8 TWh. Dan mistenni jiżdied bi 28% għal 98,5 TWh sal-2030. Din iż-żieda f’termini assoluti tidher ukoll f’termini relattivi: fl-UE, iċ-ċentri tad-data kienu responsabbli għal 2,7 % tad-domanda għall-elettriku fl-2018 u jekk l-iżvilupp jibqa’ għaddej kif inhu 82 , sal-2030 id-domanda tagħhom se tiżdied għal 3,21 %. L-Istrateġija Diġitali tal-Ewropa diġà enfasizzat il-ħtieġa għal ċentri tad-data sostenibbli u effiċjenti ħafna fl-enerġija, u tappella għal miżuri ta’ trasparenza għall-operaturi tat-telekomunikazzjoni fejn tidħol l-impronta ambjentali tagħhom. Biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli fis-settur tal-ICT, b’mod partikolari taċ-ċentri tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u jippubblikaw data rilevanti għar-rendiment tal-enerġija u għall-impronta tal-ilma taċ-ċentri tad-data. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u jippubblikaw data biss dwar iċ-ċentri tad-data b’impronta sinifikanti, li għalihom interventi xierqa ta’ disinn jew ta’ effiċjenza, għal installazzjonijiet ġodda jew eżistenti rispettivament, jistgħu jwasslu għal tnaqqis konsiderevoli tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma jew fl-użu mill-ġdid tas-sħana mormija f’faċilitajiet u networks tas-sħana fil-qrib. Jista’ jiġi stabbilit indikatur tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data abbażi ta’ dik id-data miġbura.

(67)L-indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data jistgħu jintużaw biex ikejlu erba’ dimensjonijiet bażiċi ta’ ċentru tad-data sostenibbli, jiġifieri l-effiċjenza tal-enerġija użata, kemm minn dik l-enerġija tiġi minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-użu mill-ġdid tas-sħana prodotta mormija, u l-użu tal-ilma ħelu. L-indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data jenħtieġ li toħloq sensibilizzazzjoni fost is-sidien u l-operaturi taċ-ċentri tad-data, il-manifatturi tat-tagħmir, l-iżviluppaturi tas-software u tas-servizzi, l-utenti tas-servizzi taċ-ċentri tad-data fil-livelli kollha kif ukoll l-entitajiet u l-organizzazzjonijiet li jintroduċu, jużaw jew jakkwistaw servizzi tal-cloud u taċ-ċentri tad-data. Jenħtieġ ukoll jagħtu fiduċja dwar it-titjib reali wara sforzi u miżuri biex tiżdied is-sostenibbiltà fiċ-ċentri tad-data ġodda jew eżistenti. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jintużaw bħala bażi għal ippjanar u teħid ta’ deċiżjonijiet trasparenti u bbażati fuq l-evidenza. L-użu tal-indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data jenħtieġ li jkun fakultattiv għall-Istati Membri. L-użu tal-indikatur tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data jenħtieġ li jkun fakultattiv għall-Istati Membri.

🡻 2018/2002 premessa 25

(68)Jenħtieġ li jinkiseb aktar tnaqqis fl-infiq tal-konsumaturi fuq l-enerġija billi jingħataw għajnuna biex inaqqsu l-użu tal-enerġija tagħhom billi jnaqqsu l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini u jtejbu l-effiċjenza tal-apparati domestiċi, u dan jenħtieġ li jiġi kkombinat mad-disponibbiltà ta’ modi tat-trasport li jużaw inqas enerġija integrati mat-trasport pubbliku u l-użu tar-rota. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li jtejbu l-konnettività fiż-żoni rurali u mbiegħda.

🡻 2018/2002 premessa 26

(69)Is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni dwar il-benefiċċji ta’ żieda tal-effiċjenza enerġetika hija kruċjali, u li dawn jingħataw informazzjoni preċiża dwar modi kif din tista’ tinkiseb. Iċ-ċittadini ta’ kull età jenħtieġ li jkunu involuti wkoll fit-tranżizzjoni tal-enerġija permezz tal-Patt Klimatiku Ewropew u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika hija importanti ferm ukoll għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni bi tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni tal-fjuwils mill-pajjiżi terzi.

🡻 2018/2002 premessa 27

(70)Il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri kollha meħuda tal-effiċjenza enerġetika, inkluż il-perjodi ta’ rkupru, jenħtieġ li jsiru trasparenti għalkollox għall-konsumaturi.

🡻 2018/2002 premessa 28 (adattat)

(71)Meta jimplimentaw id-Direttiva 2012/27/UE kif emendata minn din id-Direttiva u jieħdu miżuri oħra fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lis-sinerġiji bejn il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

🡻 2018/2002 premessa 29

(72)L-Istati Membri, filwaqt li jieħdu vantaġġ minn mudelli u teknoloġiji ġodda tan-negozju, jenħtieġ li jistinkaw biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika, inkluż b’servizzi tal-enerġija innovattivi għal klijenti kbar u żgħar.

🡻 2018/2002 premessa 30 (adattat)

(73)Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2015 intitolata “Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija”, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, jenħtieġ li jissaħħu d-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni preċiża, affidabbli, ċara u f’waqtha dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. Jenħtieġ li l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE jiġu emendati biex jipprevedu feedback  Hu meħtieġ li jingħata rispons frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija, meta dan ikun fattibbli teknikament u kosteffiċjenti b’rabta mal-apparati tal-kejl użati. Din id-Direttiva tiċċara li jekk is-submetraġġ hux kosteffiċjenti jew le jiddependi fuq jekk il-kostijiet relatati humiex proporzjonati mal-iffrankar tal-enerġija potenzjali. Il-valutazzjoni dwar jekk il-kejl separat hux kosteffiċjenti jew le tista’ tqis l-effett ta’ miżuri konkreti oħra ppjanati f’bini partikolari, bħal pereżempju xi rinnovazzjoni li tkun se ssir.

🡻 2018/2002 premessa 31 (adattat)

(74)Din id-Direttiva tiċċara wkoll li jenħtieġ li jiġu applikati drittijiet relatati mal-kontijiet, u mal-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum, għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun domestiku fornut minn sors ċentrali anki meta dawn ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma’ fornitur tal-enerġija. Id-definizzjoni tat-terminu “klijent aħħari” tista' tinftiehem bħala li tirreferi biss għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru l-enerġija abbażi ta' kuntratt dirett u individwali ma' fornitur tal-enerġija. Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti, it-terminu “utent aħħari” għalhekk jenħtieġ li jiġi introdott biex jirreferi għal grupp ikbar ta' konsumaturi u, flimkien mal-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku għall-użu aħħari tagħhom stess, ikopri wkoll l-okkupanti ta' bini individwali jew ta' unitajiet individwali ta' binjiet b'aktar minn appartament jew użu wieħed fejn dawn l-unitajiet jiġu fornuti minn sors ċentrali u fejn l-okkupanti m'għandhom ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija. It-terminu “kejl separat tal-konsum” jenħtieġ li jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini.

🡻 2018/2002 premessa 32

(75)Biex tinkiseb it-trasparenza fl-kontabbiltà tal-konsum individwali tal-enerġija termali u b’hekk tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-submetraġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u disponibbli għall-pubbliku dwar l-allokazzjoni tal-kost tal-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku f’binjiet b’aktar minn appartament jew użu wieħed. Minbarra t-trasparenza, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jieħdu miżuri li jsaħħu l-kompetizzjoni fil-provvista tas-servizzi tas-submetraġġ u b’hekk jgħinu biex ikun żgurat li l-kostijiet kollha mġarrba mill-utenti finali jkunu raġonevoli.

🡻 2018/2002 premessa 33 (adattat)

(76)Sal-25 ta’ Ottubru 2020, Jjenħtieġ li l-arloġġi tat-tisħin u l-allokaturi tal-kost tat-tisħin installati ġodda jkunu jistgħu jinqraw mill-bogħod biex ikun żgurat l-għoti kosteffettiv u frekwenti ta’ informazzjoni dwar il-konsum. Id-dispożizzjonijiet  L-emendi għad-Direttiva 2012/27/UE introdotti b’ din id-Direttiva dwar il-metraġġ tal-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku; is-submetraġġ u l-allokazzjoni tal-kost għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku; ir-rekwiżit ta’ qari mill-bogħod; informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku; il-kost tal-aċċess għall-metraġġ u għall-informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku; u r-rekwiżiti minimi għall-informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku huma maħsuba biex japplikaw biss għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku fornut minn sors ċentrali. L-Istati Membri huma liberi biex jiddeċiedu jekk it-teknoloġiji li jinqraw waqt il-mixi (walk-by) jew waqt is-sewqan (drive-by) għandhomx jitqiesu li jinqraw mill-bogħod jew le. L-apparati li jinqraw mill-bogħod ma jeħtiġux aċċess għal appartamenti jew unitajiet individwali biex jinqraw.

🡻 2018/2002 premessa 34

(77)L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-fatt li l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ teknoloġiji ġodda għall-kejl tal-konsum tal-enerġija teħtieġ it-tisħiħ tal-investiment fl-edukazzjoni u fil-ħiliet għall-utenti u anki għall-fornituri tal-enerġija.

🡻 2018/2002 premessa 35

(78)L-informazzjoni dwar il-kontijiet u r-rendikonti annwali huma mezz importanti biex il-klijenti jibqgħu informati dwar il-konsum tagħhom tal-enerġija. Id-data dwar il-konsum u l-kostijiet tista’ wkoll tagħti informazzjoni oħra li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-kuntratt attwali tagħhom ma’ offerti oħra u jużaw mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti u mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li t-tilwim relatat mal-kontijiet hu sors komuni ta’ lmenti tal-konsumaturi u fattur li jikkontribwixxi għal livelli persistentement baxxi ta’ sodisfazzjon tal-konsumaturi u ta’ kwistjonijiet mal-provdituri tal-enerġija tagħhom, hu meħtieġ li jsiru kontijiet aktar sempliċi, aktar ċari u eħfef biex jinftiehmu, filwaqt li jkun żgurat li l-istrumenti separati, pereżempju informazzjoni dwar il-kontijiet, għodod tal-informazzjoni u dikjarazzjonijiet annwali, ikunu jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tal-enerġija tagħhom, iqabblu l-offerti u jaqilbu minn provditur għal ieħor.

🡻 2012/27/UE premessa 26

Meta jitfasslu miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, għandhom jitqiesu ż-żidiet fl-effiċjenza u l-iffrankar miksuba permezz tal-applikazzjoni mifruxa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi kosteffettivi bħall-arloġġi intelliġenti. Fejn ikunu ġew installati arloġġi intelliġenti, huma m'għandhomx jintużaw minn kumpanniji għall-kontijiet b’lura mhux ġustifikati.

🡻 2012/27/EU premessa 27 (adattat)

Fir-rigward tal-elettriku, u f’konformità mad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku 83 , fejn l-introduzzjoni tal-arloġġi intelliġenti tiġi vvalutata b'mod pożittiv, mill-inqas 80 % tal-konsumaturi għandu jkollhom sistemi ta' arloġġi intelliġenti sal-2020. Fir-rigward tal-gass, u f'konformità mad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali 84 , fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' arloġġi intelliġenti tiġi vvalutata b'mod pożittiv, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li jagħżlu għandhom iħejju skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' arloġġi intelliġenti.

🡻 2012/27/EU premessa 28 (adattat)

L-użu ta' arloġġi individwali jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin għall-kejl tal-konsum individwali tat-tisħin f'bini b'għadd ta' appartamenti li għandu provvista ta' tisħin distrettwali jew tisħin ċentrali komuni huwa ta' benefiċċju meta l-klijenti aħħarin ikollhom mezz biex jikkontrollaw il-konsum individwali tagħhom. Għaldaqstant, l-użu tagħhom jagħmel sens biss f'bini fejn ir-radjaturi jkollhom valvijiet tar-radjaturi termostatiċi.

🡻 2012/27/EU premessa 29 (adattat)

F'xi bini b'aktar minn appartament wieħed ipprovvdut b'tisħin distrettwali jew tisħin ċentrali komuni, l-użu ta' arloġġi individwali tat-tisħin preċiżi jkun teknikament ikkomplikat u ta' spiża għolja minħabba l-fatt li l-misħun użat għat-tisħin jidħol u joħroġ mill-appartamenti f'bosta punti. Wieħed jista' jassumi li l-kejl individwali tal-konsum tat-tisħin f'bini b'aktar minn appartament wieħed huwa, madankollu, teknikament possibbli meta l-installazzjoni ta' arloġġi individwali ma tkunx tirrikjedi l-bidla tal-pajpijiet eżistenti fil-bini għat-tisħin tal-misħun fil-bini. F'bini bħal dan, il-kejl tal-konsum individwali tas-sħana mbagħad jista' jitwettaq permezz ta' allokaturi individwali tal-ispiża għat-tisħin installati fuq kull radjatur.

🡻 2012/27/EU premessa 30 (adattat)

Id-Direttiva 2006/32/KE tirrikjedi lill-Istati Membri li jiżguraw li l-klijenti aħħarin jiġu pprovduti b'arloġġi individwali bi prezzijiet kompetittivi li jirriflettu bi preċiżjoni l-konsum tal-enerġija attwali tagħhom u jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin attwali tal-użu. Fil-maġġoranza tal-każijiet, dan ir-rekwiżit huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li huwa għandu jkun teknikament possibbli, finanzjarjament raġonevoli, u proporzjonali fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija. Meta ssir konnessjoni f'bini ġdid jew bini jsirulu rinnovazzjonijiet kbar, kif iddefinit fid-Direttiva 2010/31/UE, dawn l-arloġġi individwali dejjem għandhom, madankollu, ikunu pprovduti. Id-Direttiva 2006/32/KE tirrikjedi wkoll li għandhom jiġu pprovduti kontijiet ċari, f'intervalli frekwenti biżżejjed, ibbażati fuq il-konsum attwali, biex jippermettu lill-konsumaturi jirregolaw l-użu enerġetiku tagħhom stess.

🡻 2012/27/EU premessa 31 (adattat)

Id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE jirrikjedu li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' arloġġi intelliġenti biex jassistu l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fis-swieq ta' provvista tal-elettriku u l-gass. Fir-rigward tal-elettriku, fejn l-introduzzjoni ta' arloġġii intelliġenti tinsab li hija kost-effettiva, mill-anqas 80 % tal-konsumaturi għandhom ikunu atrezzati b'sistemi ta' arloġġi intelliġenti sal-2020. Fir-rigward tal-gass naturali, ma ngħatat ebda skadenza iżda hija meħtieġa t-tħejjija ta' skeda taż-żmien. Dawk id-Direttivi jiddikjaraw ukoll li l-klijenti aħħarin għandhom ikunu infurmati kif suppost dwar il-konsum u l-ispejjeż attwali tal-elettriku/il-gass spiss biżżejjed biex jippermettilhom jirregolaw il-konsum tagħhom stess.

🡻 2012/27/EU premessa 32 (adattat)

L-impatt tad-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi tal-arloġġi u tal-kontjiet fid-Direttivi 2006/32/KE, 2009/72/KE u 2009/73/KE fuq l-iffrankar tal-enerġija kien limitat. F'ħafna partijiet tal-Unjoni, dawn id-dispożizzjonijiet ma wasslux biex il-klijenti jirċievu informazzjoni aġġornata dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom, lanqas kontijiet ibbażati fuq il-konsum attwali fi frekwenza li l-istudji juru li huma meħtieġa biex jippermettu lill-klijenti jirregolaw l-użu enerġetiku tagħhom. Fis-setturi tat-tisħin tal-ispazju u l-ilma sħun f'bini b'diversi appartamenti, in-nuqqas ta' ċarezza ta' dawn id-dispożizzjonijiet ukoll wassal għal bosta lmenti miċ-ċittadini.

🡻 2012/27/EU premessa 33 (adattat)

Sabiex tisaħħaħ il-pożizzjoni tal-klijenti aħħarin fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-arloġġi u l-kontijiet għall-konsum tal-enerġija individwali tagħhom, waqt li jitqiesu l-opportuniajiet assoċjati mal-proċess tal-implimentazzjoni ta' sistemi ta' arloġġi intelliġenti u l-introduzzjoni ta' arloġġi intelliġenti fl-Istati Membri, huwa importanti li r-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni jiġu ċċarati. Dan għandu jgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni ta' sistemi ta' arloġġi intelliġenti mgħammra b'funzjonijiet li jtejbu l-iffrankar tal-enerġija u li jappoġġaw l-iżvilupp ta' swieq għas-servizzi tal-enerġija u ġestjoni tal-provvista. L-implimentazzjoni ta' sistemi ta' arloġġi intelliġenti tippermetti kontijiet frekwenti abbażi ta' konsum attwali. Madankollu, hemm anke l-ħtieġa li jiġu kkjarifikati r-rekwiżiti għall-aċċess għall-informazzjoni u l-kontijiet ġusti u preċiżi bbażati fuq il-konsum attwali f'każijiet fejn il-arloġġi intelliġenti ma jkunux disponibbli sal-2020, inkluż f'rabta mal-arloġġi u l-kontijiet ta' konsum individwali ta' tisħin, tkessiħ u ilma sħun f'bini b'diversi appartamenti pprovduti mis-sistema distrettwali tat-tisħin/tkessiħ jew is-sistema ta' tisħin komuni proprja installata f'dan it-tip ta' bini.

🡻 2012/27/EU premessa 34 (adattat)

(79)Meta jfasslu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-funzjonament korrett tas-suq intern u l-implimentazzjoni koerenti tal-acquis, skont it-TFUE  it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

🡻 2012/27/EU premessa 35 (adattat)

 ġdid

(80)Il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti għandhom potenzjal sinifikanti biex tiġi ffrankat  li jiffrankaw l-enerġija primarja , li fil-parti l-kbira mhuwiex sfruttat fl-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għal koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti . Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu aġġornati, fuq talba mill-Kummissjoni, sabiex l-investituri jkunu pprovduti b'informazzjoni dwar il-pjani ta’ żvilupp nazzjonali u jingħata kontribut sabiex jissawwar ambjent għal investimenti stabbli u ta’ appoġġ  jenħtieġ li jkunu koerenti mal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u mal-istrateġiji fit-tul ta’ rinnovazzjoni . Soġġett għal analiżi tal-kostbenefiċċji li turi eċċess tal-kostbenefiċċji, l-installazzjonijiet ġodda tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-installazzjonijiet eżistenti li jiġu rinnovati sostanzjalment jew li l-permess jew il-liċenzja tagħhom jiġu aġġornati, jenħtieġ li jiġu attrezzati b’unitajiet tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja biex tiġi rkuprata s-sħana mormija waqt il-produzzjoni tal-elettriku.  Bl-istess mod, faċilitajiet oħra b’input tal-enerġija medju annwali sostanzjali jenħtieġ li jiġu attrezzati b’soluzzjonijiet tekniċi ħalli tintuża s-sħana mormija mill-faċilità, meta l-analiżi tal-kostbenefiċċji turi eċċess tal-kostbenefiċċji.  Din is-sħana mormija mbagħad tista’ tiġi ttrasportata skont il-ħtieġa minn netwerks tat-tisħin distrettwali. L-avvenimenti li jwasslu biex jiġi applikat rekwiżit għal kriterji ta’ awtorizzazzjoni ġeneralment ikunu avvenimenti li jwasslu wkoll għal rekwiżiti għal permessi skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali 85 u għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/72/KE id-Direttiva (UE) 2019/944.

🡻 2012/27/UE premessa 36

(81)Jista’ jkun xieraq li installazzjonijiet tal-enerġija nukleari, jew l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li huma maħsubin biex jużaw ħażna ġeoloġika kif permess skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju 86 , jitqiegħdu f’postijiet fejn l-irkupru tas-sħana mormija minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jew minn provvista ta’ network tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali ma jkunx kosteffettiv. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżentaw lil dawk l-installazzjonijiet mill-obbligu li jwettqu analiżi tal-kostbenefiċċji biex jipprovdu lill-installazzjoni b’tagħmir li jippermetti l-irkupru tas-sħana mormija permezz ta’ unità tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja. Jenħtieġ li jkun ukoll possibbli li jiġu eżentati installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku peak-load u back-up li huma ppjanati li joperaw għal anqas minn 1500 siegħa ta’ operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perjodu ta' ħames snin mir-rekwiżit li jipprovdu wkoll is-sħana. heat.

🡻 2012/27/UE premessa 37

 ġdid

(82)Jixraq li l-Istati Membri jħeġġu l-introduzzjoni ta’ miżuri u proċeduri li jippromwovu l-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni b’input termali kklassifikat totali ta’ inqas minn 20  5  MW biex iħeġġu l-ġenerazzjoni ta’ enerġija distribwita.

 ġdid

(83)Biex jiġu implimentati valutazzjonijiet komprensivi nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-valutazzjonijiet tal-potenzjal għal koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti fil-livell reġjonali u lokali. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu passi biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tal-potenzjal kosteffiċjenti identifikat tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti.

(84)Ir-rekwiżiti għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-għanijiet ta’ politika klimatiċi fit-tul, u mal-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, u jenħtieġ li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2020/85. Is-sistemi kollha tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jenħtieġ li jimmiraw li jtejbu l-abbiltà ta’ interazzjoni ma’ partijiet oħra tas-sistema tal-enerġija biex jiġi ottimizzat l-użu tal-enerġija u jkun evitat l-iskart tal-enerġija billi jinħataf il-potenzjal kollu tal-bini li jaħżen is-sħana jew il-kesħa, inkluż is-sħana żejda minn faċilitajiet ta’ servizz u minn ċentri tad-data fil-qrib. Għal dik ir-raġuni, sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti jenħtieġ li tiżgura ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika primarja u integrazzjoni progressiva tal-enerġija rinnovabbli u tas-sħana jew il-kesħa mormijin. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti aktar stretti ta’ din id-Direttiva b’rabta mal-provvista tat-tisħin u tat-tkessiħ jenħtieġ li jiġu introdotti progressivament, jenħtieġ li jkunu applikabbli tul perjodi taż-żmien speċifiċi stabbiliti, u jenħtieġ li jkunu applikabbli b’mod permanenti mill-1 ta’ Jannar 2050 ’il quddiem.

🡻 2012/27/EU premessa 38 (adattat)

 ġdid

(85)Il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja għandha tkun  ġiet definita bl-iffrankar tal-enerġija miksub minn produzzjoni kkombinata minflok minn produzzjoni separata ta’ sħana u elettriku. Ir-rekwiżiti għal koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-għanijiet ta’ politika klimatika fit-tul. Id-definizzjonijiet ta’ koġenerazzjoni u ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja użati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ definizzjonijiet differenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal finijiet oħra għajr dawk tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni. Biex jiġi massimizzat l-iffrankar tal-enerġija u jkun evitat it-telf tal-opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija, jenħtieġ li tingħata l-akbar attenzjoni lill-kundizzjonijiet operazzjonali tal-unitajiet ta’ koġenerazzjoni.

🡻 2012/27/EU premessa 39 (adattat)

(86)Biex tiżdied  tiżgura t-trasparenza għal  u tippermetti lill-klijent finali sabiex ikun jista’ jagħżel bejn elettriku ta’ koġenerazzjoni u elettriku ġġenerat b’tekniki oħra, l-oriġini tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jenħtieġ li tiġi ggarantita abbażi ta’ valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza. L-iskemi tal-garanziji tal-oriġini minnhom innifishom ma jimplikawx dritt ta’ benefiċċju minn mekkaniżmi ta’ appoġġ nazzjonali. Huwa importanti li kull forma ta’ elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jkunu jistgħu jiġu koperti b’garanziji tal-oriġini. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-garanziji tal-oriġini u ċ-ċertifikati skambjabbli.

🡻 2012/27/UE premessa 40

(87)L-istruttura speċifika tas-setturi tal-koġenerazzjoni u tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, li tinkludi bosta produtturi żgħar u medji, jenħtieġ li titqies b’mod speċjali meta jkunu qed jiġu eżaminati l-proċeduri amministrattivi għall-kisba ta’ permess biex tinbena kapaċità ta’ koġenerazzjoni jew networks assoċjati, b’applikazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”.

🡻 2012/27/UE premessa 41

(88)Ħafna min-negozji tal-Unjoni huma SMEs. Dawn jirrappreżentaw potenzjal enormi ta’ ffrankar tal-enerġija għall-Unjoni. Biex jgħinuhom jadottaw miżuri tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu qafas favorevoli bil-għan li l-SMEs jingħataw assistenza teknika u informazzjoni mmirata.

🡻 2012/27/EU premessa 42 (adattat)

Id-Direttiva 2010/75/UE tinkludi l-effiċjenza fl-enerġija fost il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-Aħjar Tekniki Disponibbli li għandhom iservu ta' referenza sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tagħha, inklużi l-installazzjonijiet ta' kombustjoni b'input termali kklassifikat totali ta' 50 MW jew iktar. Madankollu, dik id-Direttiva tagħti lill-Istati Membri l-għażla li ma jimponux rekwiżiti relatati mal-effiċjenza fl-enerġija fuq unitajiet ta' kombustjoni jew unitajiet oħrajn li jemettu d-dijossidu tal-karbonju fis-sit, għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. L-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-livelli ta' effiċjenza tal-enerġija fir-rappurtar tagħhom taħt id-Direttiva 2010/75/UE.

🡻 2012/27/UE premessa 43

(89)L-Istati Membri jenħtieġ, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji, jistabbilixxu regoli li jikkontrollaw is-sostenn u l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-konnessjonijiet mal-grilja u tat-tisħiħ tal-grilja, u għall-adattamenti tekniċi meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi ġodda tal-elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, filwaqt li jqisu linji gwida u kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 87  tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-network għall-iskambji transkonfinali fl-elettriku 88 u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali 89 . Il-produtturi tal-elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jenħtieġ li jitħallew joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni. L-aċċess għas-sistema tal-grilja għall-elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, speċjalment għal unitajiet ta’ skala żgħira u ta’ mikrokoġenerazzjoni, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat. F’konformità mal-Artikolu 939(2) tad-Direttiva (UE) 2019/9442009/72/KE u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku, inkluż b’rabta mal-effiċjenza enerġetika, fuq l-impriżi li jaħdmu fis-setturi tal-elettriku u tal-gass.

 ġdid

(90)Jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet relatati mal-kontijiet, punt ta’ kuntatt uniku, ir-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti, il-faqar enerġetiku u d-drittijiet kuntrattwali bażiċi, bil-għan li jiġu allinjati, meta xieraq, mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-elettriku skont id-Direttiva (UE) 2019/944, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi u biex il-klijenti finali jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni aktar frekwenti, ċara u aġġornata dwar il-konsum tat-tisħin, it-tkessiħ jew l-misħun domestiku tagħhom u biex jirregolaw l-użu tal-enerġija tagħhom.

(91)Jenħtieġ li bid-disponibbiltà ta’ mekkaniżmi effettivi u indipendenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti għall-konsumaturi kollha, bħal ombudsman tal-enerġija, korp tal-konsumaturi jew awtorità regolatorja, tkun żgurata b’aktar protezzjoni tal-konsumaturi. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi għat-trattament tal-ilmenti.

ġdid

(92)Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut il-kontribut tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 90 , u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, skont id-Direttiva (UE) 2019/944 favur l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini. Dawk il-komunitajiet jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva billi javvanzaw l-effiċjenza enerġetika fil-livell lokali jew tal-unitajiet domestiċi. Dawn jistgħu jagħtu s-setgħa u jinvolvu lill-konsumaturi u jippermettu li ċerti gruppi ta’ klijenti domestiċi, inkluż fiż-żoni rurali u mbiegħda jipparteċipaw fi proġetti u interventi tal-effiċjenza enerġetika. Il-komunitajiet tal-enerġija jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku billi jiffaċilitaw proġetti tal-effiċjenza enerġetika, b’inqas konsum tal-enerġija u b’tariffi aktar baxxi tal-provvista.

(93)Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut il-kontribut ta’ punti uniċi ta’ servizz jew ta’ strutturi simili bħala mekkaniżmi li jistgħu jippermettu li diversi gruppi fil-mira, inkluż iċ-ċittadini, l-SMEs u l-awtoritajiet pubbliċi, ifasslu u jimplimentaw proġetti u miżuri relatati mat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Dak il-kontribut jista’ jinkludi l-għoti ta’ konsulenza u assistenza tekniċi, amministrattivi u finanzjarji, l-iffaċilitar tal-proċeduri amministrattivi meħtieġa jew tal-aċċess għas-swieq finanzjarji, jew gwida mal-qafas legali nazzjonali u Ewropew, inkluż regoli u kriterji tal-akkwist pubbliku, u t-Tassonomija tal-UE.

(94)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-impatt tal-miżuri tagħha li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ pjattaformi li jinvolvu, fost l-oħrajn, lill-korpi tad-djalogu soċjali Ewropew fit-tfassil ta’ programmi ta’ taħriġ għall-effiċjenza enerġetika, u għandha tressaq aktar miżuri jekk ikun xieraq. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ ukoll lis-sħab soċjali Ewropej fid-diskussjonijiet tagħhom dwar l-effiċjenza enerġetika, speċjalment b’rabta mal-klijenti u l-utenti finali vulnerabbli, inkluż dawk fil-faqar enerġetiku.

(95)Tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, proklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017, jinkludi l-enerġija fost is-servizzi essenzjali li kulħadd għandu d-dritt jaċċessa. Għandu jkun hemm disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawn is-servizzi għall-persuni fil-bżonn 91 .

(96)Jeħtieġ ikun żgurat li l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali jiġu protetti u, għal dan il-għan, li jkollhom is-setgħa jipparteċipaw b’mod attiv f’interventi u miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, u f’miżuri relatati ta’ informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi li jkunu qed jimplimentaw l-Istati Membri.

(97)Il-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi investit b’mod strateġiku f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-klijenti vulnerabbli, tal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u tal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu vantaġġ minn kull kontribuzzjoni finanzjarja li jirċievu mill-Fond Soċjali għall-Klima [ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima], u mid-dħul mill-kwoti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. Dan id-dħul se jappoġġa lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jimplimentaw miżuri tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta’ politika skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli u l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, li jistgħu jinkludu lill-persuni li jgħixu f’reġjuni rurali u mbiegħda.

(98)L-iskemi ta’ finanzjament nazzjonali jenħtieġ li jiġu kkumplimentati bi skemi adegwati ta’ informazzjoni aħjar, assistenza teknika u amministrattiva, aċċess aktar faċli għall-finanzjament li jippermetti l-aħjar użu tal-fondi disponibbli speċjalment minn persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, minn klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, minn persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

(99)L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-persuni kollha b’mod ugwali, irrispettivament mill-ġeneru, l-età, id-diżabbiltà, ir-razza jew l-oriġini etnika, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, u jiżguraw li l-aktar persuni affettwati jew li għandhom riskju akbar li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku, jew li huma l-aktar esposti għall-impatti negattivi tal-faqar enerġetiku, ikunu protetti kif xieraq. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika ma jaggravawx l-inugwaljanzi eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-faqar enerġetiku.

🡻 2012/27/EU premessa 44 (adattat)

Ir-risposta għad-domanda hija strument importanti għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, minħabba li din iżżid b'mod sinifikanti l-opportunitajiet għall-konsumaturi jew partijiet terzi nominati minnhom biex jieħdu azzjoni dwar l-informazzjoni rigward il-konsum u l-fattura u b'hekk tipprovdi mekkaniżmu biex jitnaqqas jew jitmexxa l-konsum li jirriżulta fl-iffrankar tal-enerġija kemm fil-konsum finali kif ukoll, permezz tal-użu aktar ottimali ta' netwerks u assi ta' ġenerazzjoni, fil-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija.

🡻 2012/27/UE premessa 45

 ġdid

(100)Ir-risposta għad-domanda tista' tkun ibbażata fuq ir-risposti tal-klijenti aħħarin għas-sinjali tal-prezzijiet jew fuq il-bini tal-awtomazzjoni. Il-kondizzjonijiet u l-aċċess għar-risposta għad-domanda għandhom jitjiebu, inkluż għall-konsumaturi aħħarin żgħar. Għaldaqstant, u b'kont meħud tal-istazzjonament kontinwu ta' grilji intelliġenti, l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jkunu jistgħu jiżguraw li t-tariffi u r-regolamenti tan-netwerks jagħtu inċentiva għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u jappoġġaw prezzijiet dinamiċi għal miżuri dwar rispota għad-domanda mill-klijenti aħħarin. Għandha ssir integrazzjoni tas-swieq u jkun hemm opportunitajiet ugwali ta' dħul fis-swieq għar-riżorsi fuq in-naħa tad-domanda (tagħbijiet tal-provvista u tal-konsumatur) flimkien mal-ġenerazzjoni. Barra minn hekk, L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jħaddmu approċċ integrat li jinkludi l-iffrankar potenzjali fil-provvista tal-enerġija u s-setturi tal-użu finali.  Mingħajr preġudizzju għas-sigurtà tal-provvista, l-integrazzjoni tas-suq u l-investimenti antiċipatorji fi grilji offshore għall-użu tal-enerġija rinnovabbli offshore, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jenħtieġ li jiżguraw li l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” jiġi applikat fil-proċessi tal-ippjanar u tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li t-tariffi tan-network u r-regolamentazzjoni jinċentivaw titjib fl-effiċjenza enerġetika. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jqisu l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. Dan jgħin lill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jqisu soluzzjonijiet aħjar tal-effiċjenza enerġetika u kostijiet inkrimentali mġarrba għall-akkwist ta’ riżorsi min-naħa tad-domanda, kif ukoll l-impatti ambjentali u soċjoekonomiċi ta’ investimenti u pjanijiet operazzjonali differenti tan-network. Approċċ bħal dan jeħtieġ bidla minn perspettiva dejqa tal-effiċjenza ekonomika għal benesseri soċjali massimizzati. Il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” jenħtieġ b’mod partikolari jiġi applikat fil-kuntest tat-tiswir ta’ xenarji għall-espansjoni tal-infrastruttura tal-enerġija meta s-soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda jistgħu jitqiesu bħala alternattivi vijabbli u jeħtieġ jiġu vvalutati kif xieraq, u jenħtieġ li jsir parti intrinsika mill-valutazzjoni tal-proġetti tal-ippjanar tan-network. L-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi skrutinizzata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. 

🡻 2012/27/UE premessa 46

 ġdid

(101)Jenħtieġ li jkun disponibbli għadd biżżejjed ta’ professjonisti affidabbli u kompetenti fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin ta’ din id-Direttiva, pereżempju rigward il-konformità mar-rekwiżiti tal-awditjar tal-enerġija u l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu skemi ta’ ċertifikazzjoni  u/jew kwalifika ekwivalenti u t-taħriġ xieraq  għall-provdituri ta’ servizzi tal-enerġija, awditjar tal-enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza enerġetika  b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, il-fornituri tat-taħriġ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. L-iskemi jenħtieġ li jiġu vvalutati kull erba’ snin minn Diċembru 2024 u jekk ikun meħtieġ jiġu aġġornati biex ikun żgurat il-livell meħtieġ ta’ kompetenzi għall-provdituri ta’ servizzi tal-enerġija, l-awdituri tal-enerġija, il-maniġers tal-enerġija u l-installaturi ta’ elementi tal-bini. 

🡻 2012/27/EU premessa 47 (adattat)

 ġdid

(102)Jeħtieġ jissokta l-iżvilupp tas-suq għas-servizzi tal-enerġija biex tkun żgurata d-disponibbiltà tad-domanda u tal-provvista tas-servizzi tal-enerġija. It-trasparenza, pereżempju permezz ta’ listi ta’ fornituri ta’ servizzi tal-enerġija  ċċertifikati  , tista’ tikkontribwixxi għal dan.  u bid-disponibbiltà ta’  mIl-kuntratti mudell, l-iskambju tal-aqwa prattiċi u linji gwida, b’mod partikolari  jikkontribwixxu għall-użu tas-servizzi tal-enerġija u  għall-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija,  u jistgħu wkoll jgħinu biex jingħata stimolu lid-domanda  u tiżdied il-fiduċja fil-provdituri ta’ servizzi tal-enerġija . L-istess bħal f’forom oħrajn ta; arranġamenti ta’ finanzjament ma’ partijiet terzi, Bf’kuntratt għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-benefiċjarju tas-servizz tal-enerġija jevita l-kostijiet tal-investiment billi juża parti mill-valur finanzjarju tal-iffrankar tal-enerġija biex iħallas lura l-investiment totali jew parzjali li tkun għamlet parti terza.  Dan jista’ jgħin biex jattira kapital privat li hu fundamentali biex jiżdiedu r-rati tar-rinnovazzjoni tal-bini fl-Unjoni, jitwassal għarfien espert fis-suq u jinħolqu mudelli tan-negozju innovattivi. Għalhekk, il-bini mhux residenzjali b’erja utli tal-art ta’ aktar minn 1000 m² jenħtieġ li jkun meħtieġ jivvaluta l-fattibbiltà li jsir ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għar-rinnovazzjoni. Dan ikun pass ’il quddiem biex tiżdied il-fiduċja fil-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija u titwitta t-triq għal aktar proġetti bħal dawn fil-futur. 

ġdid

(103)Minħabba l-objettivi ambizzjużi tar-rinnovazzjoni tul id-deċennju li ġej fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa tar-Rinnovazzjoni”, jeħtieġ jiżdied ir-rwol tal-intermedjarji indipendenti tas-suq inkluż tal-punt uniku ta’ servizz jew ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ simili biex jiġi stimulat l-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u tal-provvista u jiġi promoss ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjoni tal-bini privat u pubbliku. L-aġenziji tal-enerġija lokali jistgħu jaqdu rwol ewlieni f’dan ir-rigward, u biex jidentifikaw u jappoġġaw l-istabbiliment ta’ faċilitaturi potenzjali jew punti uniċi ta’ servizz.

(104)L-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għadu jġarrab ostakli importanti f’diversi Stati Membri minħabba l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji pendenti. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu indirizzati l-ambigwitajiet tal-oqfsa leġiżlattivi nazzjonali, in-nuqqas ta’ għarfien espert, speċjalment b’rabta mal-proċeduri tal-offerti, u self u għotjiet kompetittivi.

(105)L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu jappoġġaw lis-settur pubbliku fl-adozzjoni ta’ kkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija billi jipprovdu mudelli ta’ kuntratti li jqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali disponibbli, il-linji gwida għas-sejħiet għall-offerti u l-Gwida għat-Trattament Statistiku tal-Kuntratti għar-Rendiment tal-Enerġija 92 ppubblikata f’Mejju 2018 mill-Eurostat u mill-Bank Ewropew tal-Investiment dwar it-trattament tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern, li jkunu taw opportunitajiet biex jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji pendenti għal dawn il-kuntratti fl-Istati Membri.

🡻 2012/27/EU premessa 48 (adattat)

 ġdid

(106) L-Istati Membri ħadu miżuri biex jidentifikaw u jindirizzaw l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji. Madankollu,  hHemm ħtieġa li jiġu identifikati u mneħħija  bżonn jiżdiedu l-isforzi biex jitneħħew  l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-użu ta’ kkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u ta’ arranġamenti ta’ finanzjament ma’ partijiet terzi oħrajn għal  li jgħinu biex jinkiseb  l-iffrankar tal-enerġija. Dawn l-ostakli jinkludu regoli u prattika tal-kontabbiltà li jxekklu l-investimenti kapitali u l-iffrankar finanzjarju annwali li jinkiseb minn miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika milli jiġu riflessi kif xieraq fil-kontabbiltà għall-perjodu taż-żmien kollu tal-investiment. L-ostakli għar-rinovazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti bbażati fuq qsim tal-inċentivi bejn l-atturi differenti kkonċernati għandhom ukoll jiġu indirizzati fuq il-livell nazzjonali.

 ġdid

(107)L-Istati Membri użaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika (NEEAPs) tal-2014 u tal-2017 biex jirrapportaw il-progress fit-tneħħija tal-ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika, b’rabta mal-qsim tal-inċentivi bejn is-sidien u l-inkwilini jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unitajiet tal-bini. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu jaħdmu f’dik id-direzzjoni u jaħtfu l-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika fil-kuntest tal-istatistika tal-Eurostat tal-2016, irrappreżentata mill-fatt li aktar minn erbgħa minn kull għaxar Ewropej jgħixu f’appartamenti u li aktar minn tlieta minn kull għaxar Ewropej huma inkwilini.

🡻 2012/27/EU premessa 49 (adattat)

ġdid

(108)L-Istati Membri u r-reġjuni jenħtieġ li jitħeġġu jużaw bis-sħiħ  il-fondi Ewropej disponibbli fil-QFP u f’NextGenerationEU, inkluż il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza,  mill-Fondi Strutturali u il-Fondi ta’ Politika ta’ Koeżjoni    , il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji u l-assistenza teknika disponibbli permezz ta’ InvestEU,  biex jixprunaw investimenti  privati u pubbliċi  f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika. L-investiment fl-effiċjenza enerġetika għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi, għall-innovazzjoni u biex jonqos il-faqar tal-fjuwil fid-djar  enerġetiku tal-unitajiet domestiċi  u b’hekk jikkontribwixxi b’mod pożittiv għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali  u għal irkupru ekoloġiku . L-oqsma potenzjali għal finanzjament jinkludu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-akkomodazzjoni pubbliċi, u li jingħataw il-ħiliet ġodda biex ikunu promossi l-impjiegi fis-settur tal-effiċjenza enerġetika.  Il-Kummissjoni se tiżgura sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-fondi b’ġestjoni konġunta u b’ġestjoni diretta (bħall-programmi b’ġestjoni ċentrali: Orizzont Ewropa jew LIFE), kif ukoll bejn għotjiet, self u assistenza teknika biex jiġi massimizzat l-effett ta’ ingranaġġ tagħhom fuq il-finanzjament privat u l-impatt tagħhom fuq il-kisba tal-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika. 

🡻 2012/27/EU premessa 50 (adattat)

(109)L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament biex jilħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Dawn il-faċilitajiet ta’ finanzjament jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji u multi meta ma jitwettqux ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 93 ; ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika fil-fondi u l-programmi Ewropej  fil-qafas finanzjarji pluriennali, b’mod partikolari l-fondi ta’ koeżjoni u ta’ żvilupp strutturali u rurali, u strumenti finanzjarji Ewropej iddedikati, bħall-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika.

🡻 2012/27/UE premessa 51

(110)Dawn il-faċilitajiet ta’ finanzjament jistgħu jiġu bbażati, meta applikabbli, fuq ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika mill-bonds tal-proġetti tal-Unjoni; ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika mill-Bank Ewropew tal-Investiment u minn istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej oħra, b’mod partikolari l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa; ir-riżorsi ingranati fl-istituzzjonijiet finanzjarji; ir-riżorsi naturali, inkluż bil-ħolqien ta’ oqfsa regolatorji u fiskali li jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi u programmi tal-effiċjenza enerġetika; id-dħul mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94 .

🡻 2012/27/UE premessa 52

(111)Il-faċilitajiet ta’ finanzjament jistgħu b’mod partikolari jużaw dawn il-kontributi, ir-riżorsi u d-dħul li jippermettu u jħeġġu l-investiment kapitali privat, b’mod partikolari permezz ta’ investituri istituzzjonali, filwaqt li jintużaw kriterji li jiżguraw il-kisba tal-objettivi ambjentali u soċjali għall-għoti tal-fondi; jużaw mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament (pereżempju garanziji fuq is-self għall-kapital privat, garanziji fuq is-self għat-trawwim ta’ kkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, għotjiet, self sussidjat u linji ta’ kreditu dedikati, sistemi ta’ finanzjament minn partijiet terzi) li jnaqqsu r-riskji tal-proġetti tal-effiċjenza enerġetika u jippermettu rinnovazzjonijiet kosteffettivi anki fost l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju; ikunu marbutin ma’ programmi jew aġenziji li jaggregaw u jivvalutaw il-kwalità tal-proġetti tal-iffrankar tal-enerġija, jipprovdu assistenza teknika, jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u jgħinu fil-ġenerazzjoni tad-domanda tal-konsumaturi għal servizzi tal-enerġija.

🡻 2012/27/UE premessa 53

(112)Il-faċilitajiet ta’ finanzjament jistgħu jipprovdu wkoll riżorsi xierqa biex jappoġġaw il-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni li jtejbu u jakkreditaw il-ħiliet għall-effiċjenza enerġetika; jipprovdu r-riżorsi għal riċerka dwar teknoloġiji fuq skala żgħira u mikro tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, u għat-turija u l-adozzjoni malajr tagħhom, u għall-ottimizzazzjoni tal-konnessjonijiet ta’ dawn il-ġeneraturi mal-grilja; ikunu marbutin ma’ programmi li jieħdu azzjoni biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika fid-djar kollha biex ikun evitat il-faqar enerġetiku u biex is-sidien li jikru l-proprjetà tagħhom jitħeġġu jagħmluhom effiċjenti fl-enerġija kemm jista’ jkun; jipprovdu r-riżorsi xierqa biex jappoġġaw id-djalogu soċjali u jinħolqu standards biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u jiżguraw kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

🡻 2012/27/UE premessa 54

 ġdid

(113) Il-programmi ta’ finanzjament,  l-istrumenti finanzjarji u l-mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament disponibbli fl-Unjoni jenħtieġ li jintużaw għal twettiq fil-prattika tal-objettiv li jitjieb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-bini tal-korpi pubbliċi. F’dak ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi bħal dawn b’mod volontarju u filwaqt li jqisu r-regoli baġitarji nazzjonali.

🡻 2012/27/EU premessa 55 (adattat)

(114)Fl-implimentazzjoni tal-mira ta’ 20 % tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni se jkollha  jenħtieġ li timmonitorja l-impatt tal-miżuri l-ġodda  rilevanti fuq id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi l-iskema tal-UE tal-iskambju tal-emissjonijiet (ETS) biex iżżomm l-inċentivi fis-sistema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet li jippremjaw l-investimenti b’livelli baxxi tal-karbonju u tipprepara lis-setturi tal-ETS għall-innovazzjonijiet meħtieġa fil-futur. Din jeħtieġ timmonitorja l-impatt fuq dawk is-setturi industrijali li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju kif determinat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE 95  tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju 96 , biex ikun żgurat li din id-Direttiva tippromwovi l-iżvilupp ta’ dawn is-setturi u mhux tfixkilhom.

🡻 2012/27/EU premessa 56 (adattat)

Id-Direttiva 2006/32/KE teżiġi li l-Istati Membri jadottaw, u jkollhom l-għan li jilħqu, mira indikattiva nazzjonali totali ta' ffrankar tal-enerġija ta' 9 % sal-2016, li għandha tintlaħaq billi jintużaw is-servizzi ta' enerġija u miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija. Dik id-Direttiva tgħid li t-tieni Pjan għall-Effiċjenza fl-enerġija adottat mill-Istati Membri għandu jiġi segwit, kif ikun xieraq u fejn ikun meħtieġ, minn proposti tal-Kummissjoni għal miżuri addizzjonali, inkluża l-estensjoni tal-perijodu ta' applikazzjoni tal-miri. Jekk rapport jikkonkludi li ma sarx biżżejjed progress sabiex jintlaħqu l-miri indikattivi nazzjonali stabbiliti minn dik id-Direttiva, dawn il-proposti għandhom jindirizzaw il-livell u n-natura tal-miri. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja lil din id-Direttiva tgħid li l-Istati Membri qegħdin fit-triq it-tajba sabiex jilħqu l-mira ta' 9 %, li hija sostanzjalment inqas ambizzjuża mill-mira għall-iffrankar tal-enerġija ta' 20 % sal-2020 li ġiet adottata sussegwentement, u għalhekk ma hemmx għalfejn jiġi indirizzat il-livell tal-miri.

🡻 2012/27/EU premessa 57 (adattat)

Il-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) 97 kien strumentali għall-ħolqien ta' ambjent ta' possibbiltajiet għall-implimentazzjoni adegwata tal-linji ta' politika tal-enerġija sostenibbli tal-Unjoni, billi jitneħħew l-ostakoli tas-suq bħas-sensibilizzazzjoni insuffiċjenti u l-kapaċità tal-atturi tas-suq u l-istituzzjonijiet, l-ostakoli tekniċi nazzjonali jew amministrattivi għall-funzjonament adegwat tas-suq intern tal-enerġija jew is-swieq tax-xogħol sottożviluppati biex jaffaċċjaw l-isfida ta' ekonomija b'livell baxx ta' karbonju. Bosta minn dawk l-ostakoli għadhom rilevanti.

🡻 2012/27/EU premessa 58 (adattat)

Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' ffrankar tal-enerġija konsiderevoli tal-prodotti relatati mal-enerġija, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija 98 u d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija 99 għandha tkun aċċellerata u mwessgħa. Għandha tingħata prijorità lill-prodotti li joffru l-ogħla potenzjal ta' ffrankar tal-enerġija kif identifikat mill-Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn u r-reviżjoni, fejn adegwat, tal-miżuri eżistenti.

🡻 2012/27/EU premessa 59 (adattat)

Sabiex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija skont id-Direttiva 2010/31/UE filwaqt li jirrispettaw id-Direttiva 2009/125/KE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, id-Direttiva 2009/125/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

🡻 2018/2002 premessa 36 (adattat)

 ġdid

(115)Il-miżuri tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġati bi strumenti finanzjarji tal-Unjoni mfassla sew u effettivi skont  bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, il-programm InvestEU u bil-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), li jenħtieġ li jappoġġaw investimenti fl-effiċjenza enerġetika fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija u jużaw analiżi komprensiva tal-kostbenefiċċji b’mudell ta’ rati ta’ skonti differenzjati. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiffoka fuq metodi kosteffettivi li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jwasslu biex jonqos il-konsum tal-enerġija. Jenħtieġ li l-BEI u l-BERŻ, flimkien mal-banek promozzjonali nazzjonali, ifasslu, jiġġeneraw u jiffinanzjaw programmi u proġetti ddedikati għas-settur tal-effiċjenza, inkluż għall-unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku.

 ġdid

(116)Il-liġi transettorjali tipprevedi bażi soda għall-protezzjoni tal-konsumaturi għal firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-enerġija attwali, u din aktarx tevolvi. Madankollu, ċerti drittijiet kuntrattwali bażiċi tal-konsumaturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom disponibbli informazzjoni sempliċi u mhux ambigwa dwar id-drittijiet tagħhom b’rabta mas-settur tal-enerġija.

(117)Id-disponibbiltà ta’ mekkaniżmi effettivi u indipendenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti għall-konsumaturi kollha, bħal ombudsman tal-enerġija, korp tal-konsumaturi jew awtorità regolatorja, hija żgurata b’aktar protezzjoni tal-konsumaturi. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi għat-trattament tal-ilmenti.

🡻 2018/2002 premessa 38 (adattat)

 ġdid

(118)Biex tkun tista’ tiġi evalwata l-effettività ta’ d-Direttiva 2012/27/UE kif emendate minn din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi stabbilit rekwiżit ta’ rieżami ġenerali ta’ dik  din  id-Direttiva u li jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta’ Frar  2027  2024    jiġi introdott. Dak ir-rieżami jenħtieġ li jsir wara l-bilanċ globali mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fl-2023, sabiex jippermetti li jiġu introdotti l-allinjamenti meħtieġa għal dak il-proċess, b’kunsiderazzjoni woll tal-iżviluppi ekonomiċi u fl-innovazzjoni.

🡻 2018/2002 premessa 39 (adattat)

(119)L-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jingħataw rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tfassil, fl-eżekuzzjoni u fil-valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti  f’din  id-Direttiva 2012/27/EU, biex ikunu jistgħu jindirizzaw sew il-karatteristiċi speċifiċi tal-klima, tal-kultura u tas-soċjetà tagħhom.

🡻 2018/2002 premessa 40 (adattat)

 ġdid

(120)Biex jirrifletti l-progress teknoloġiku u s-sehem dejjem akbar tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-koeffiċjent awtomatiku għall-iffrankar f’kWh ta’ elettriku, jenħtieġ li jiġi rivedut biex jirrifletti t-tibdil fil-fattur tal-enerġija primarja (PEF) għall-elettriku  u għal vetturi oħra tal-enerġija  . Il-kalkoli li jirriflettu t-taħlita tal-enerġija tal-PEF għall-elettriku huma bbażati fuq valuri medji annwali. Il-metodu tal-kontabbiltà tal-“kontenut tal-enerġija fiżika” jintuża għall-ġenerazzjoni nukleari tal-elettriku u tas-sħana, u l-metodu tal-“effiċjenza tal-konverżjoni teknika” jintuża għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana minn fjuwils fossili u mill-bijomassa. Għall-enerġija rinnovabbli mhux kombustibbli, il-metodu hu l-ekwivalenti dirett abbażi tal-approċċ tal-“enerġija primarja totali”. Biex jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija primarja għall-elettriku fil-koġenerazzjoni, jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness II ta’  din  id-Direttiva 2012/27/UE. Tintuża pożizzjoni medja tas-suq aktar milli waħda marġinali. L-effiċjenzi tal-konverżjoni huma preżunti li huma 100 % għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli mhux kombustibbli, 10 % għall-impjanti ġeotermali u 33 % għall-impjanti tal-enerġija nukleari. Il-kalkolu tal-effiċjenza totali għall-koġenerazzjoni hu bbażat fuq l-aktar data riċenti tal-Eurostat. Fir-rigward tal-konfini tas-sistema, il-PEF hu 1 għas-sorsi kollha tal-enerġija. Il-valur tal-PEF jirriferi għall-2018 u hu bbażat fuq data interpolata mill-aktar verżjoni riċenti tax-Xenarju ta’ Referenza PRIMES għall-2015 u għall-2020 u aġġustat b’data tal-Eurostat sal-2016. L-analiżi tkopri l-Istati Membri u n-Norveġja. Is-sett tad-data għan-Norveġja hu bbażat fuq id-data tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku  tal-ENTSO-E .

🡻 2018/2002 premessa 41

(121)L-iffrankar tal-enerġija miksub bl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jenħtieġ ma jiġix dikjarat sakemm ma jinkisibx minn miżura li tmur lil hinn mill-minimu meħtieġ mill-att legali tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta’ rekwiżiti aktar ambizzjużi tal-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-Istat Membru u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Il-bini jippreżenta potenzjal sostanzjali għal aktar żidiet fl-effiċjenza enerġetika, u r-rinnovazzjoni tal-bini hi element essenzjali u fit-tul, flimkien mal-ekonomiji ta’ skala biex jiżdied l-iffrankar tal-enerġija. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li jista’ jiġi dikjarat l-iffrankar tal-enerġija kollu miksub minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti, diment li dan jaqbeż l-iffrankar li kien jinkiseb bin-nuqqas tal-miżura ta’ politika u diment li l-Istat Membru juri li l-parti parteċipanti jew inkarigata obbligata fil-fatt ikkontribwiet għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat.

🡻 2018/2002 premessa 42 (adattat)

(122)F’konformità mal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li tingħata aktar prominenza lir-regoli dwar il-monitoraġġ u l-verifika għall-implimentazzjoni tal-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri ta’ politika alternattivi, inkluż ir-rekwiżit ta’ verifika ta’ kampjun statistikament rappreżentattiv tal-miżuri. F’din id-Direttiva 2012/27/UE kif emendata minn id-Direttiva, jenħtieġ li proporzjon statistikament sinifikanti u kampjun rappreżentattiv tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jinftiehmu li jeħtieġu l-istabbiliment ta’ subsett ta’ popolazzjoni statistika tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija inkwistjoni, b’tali mod li dan ikun jirrifletti b’mod preċiż il-popolazzjoni kollha tal-miżuri kollha tal-iffrankar tal-enerġija, biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru konklużjonijiet raġonevolment affidabbli rigward il-fiduċja fit-totalità tal-miżuri.

🡻 2018/2002 premessa 43

 ġdid

(123)L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-ammont ta’ enerġija fornut mill-fjuwils fossili. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex jonqsu d-dipendenza enerġetika u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni, b’mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi marbutin mal-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll tal-impenn dinji li sar fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Pariġi. Għall-finijiet tal-obbligu tagħhom ta’ ffrankar kumulattiv tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu iqisu, fejn applikabbli, l-iffrankar tal-enerġija  minn miżuri ta’ politika li jippromwovu  tal-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq jew fil-bini għall-użu proprju  t-teknoloġiji rinnovabbli  biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija  skont il-metodoloġija tal-kalkolu prevista f’din id-Direttiva .  L-iffrankar tal-enerġija b’miżuri ta’ politika dwar l-użu ta’ teknoloġiji diretti tal-kombustjoni tal-fjuwils fossili jenħtieġ ma jingħaddx. 

 ġdid

(124)Uħud mill-bidliet introdotti b’din id-Direttiva jistgħu jeħtieġu emenda sussegwenti fir-Regolament (UE) 2018/1999 biex tkun żgurata l-koerenza bejn iż-żewġ atti legali. Id-dispożizzjonijiet ġodda, b’mod partikolari dawk relatati mal-istabbiliment tal-kontributi nazzjonali, il-mekkaniżmi li jxejnu d-distakki u l-obbligi tar-rappurtar, jenħtieġ li jiġu simplifikati u trasferiti f’dak ir-Regolament, ladarba jiġi emendat. Fid-dawl tal-bidliet proposti f’din id-Direttiva, jaf ikun hemm bżonn ukoll valutazzjoni mill-ġdid ta’ xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1999. Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ rappurtar u ta’ monitoraġġ jenħtieġ ma jkunux joħolqu sistemi ġodda ta’ rappurtar iżda jkunu soġġetti għall-qafas eżistenti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar skont ir-Regolament (EU) 2018/1999.

(125)Biex trawwem l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibqa’ tappoġġa l-iskambju ta’ esperjenzi dwar il-prattiki, valutazzjoni komparattiva, attivitajiet ta’ networking, u prattiki innovattivi bi pjattaforma online.

🡻 2012/27/EU premessa 60 (adattat)

Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li sal-2020 tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni ta' 20 % u titwitta t-triq lejn iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn mill-2020, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri mingħajr ma jieħdu miżuri addizzjonali ta' effiċjenza fl-enerġija, u jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

🡻 2018/2002 premessa 45

 ġdid

(126)Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni ta’ 20 % sal-2020 u ta’ mill-inqas 32,5 % sal-2030 u li titwitta t-triq lejn aktar titjib fl-effiċjenza enerġetika wara dawk id-dati,  u lejn in-newtralità klimatika,  ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

🡻 2012/27/EU premessa 61 (adattat)

(127)Biex ikun jista’ jsir adattament għall-progress tekniku u jkunu jistgħu jsiru bidliet fid-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li  tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza stabbiliti abbażi ta’ din id-Direttiva 2004/8/KE u fir-rigward tal-valuri, il-metodi tal-kalkolu, il-koeffiċjent prestabbilit tal-enerġija primarja, u r-rekwiżiti fl-Annessi ta’ din id-Direttiva. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

🡻 2018/2002 premessa 37 (adattat)

(128)Sabiex ikun possibbli li l-Annessi tad-Direttiva 2012/27/UE u l-valuri ta' referenza armonizzati għall-effiċjenza jiġu aġġornati, jenħtieġ li d-delega tas-setgħat mogħtija tiġi estiża lill-Kummissjoni. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 100 . B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin kif jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

🡻 2012/27/UE premessa 62

(129)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 101 .

🡻 2012/27/EU premessa 63 (adattat)

Id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha tad-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE għandhom jiġu rrevokati, ħlief l-Artikolu 4(1) sa (4) u l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2006/32/KE. Dawk id-dispożizzjonijiet tal-aħħar għandhom jibqgħu japplikaw sal-iskadenza biex tintlaħaq il-mira ta' 9 %. L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE, li jipprevedi obbligu għall-Istati Membri biss li jagħmlu ħilithom biex jakkwistaw prodotti li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija, għandhom jiġu mħassra. 

🡻 2012/27/EU premessa 64 (adattat)

L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonjiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta pparagunati mad-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jirriżulta taħt dawk id-Direttivi.

 ġdid

(130)L-obbligu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttiva ta’ qabel. L-obbligu ta’ traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula joħroġ mid-Direttiva ta’ qabel.

🡻 2012/27/EU premessa 65 (adattat)

ġdid

(131)Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun bla preġudizzju għal  ma taffettwax  l-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi   u d-data tal-applikazzjoni    stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XV  2004/8/KE u 2006/32/KE,

🡻 2012/27/EU premessa 66 (adattat)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom ma' dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' dawn id-dokumenti għandha tkun ġustifikata,

🡻 2012/27/UE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U MIRI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

🡻 2018/2002 Art. 1.1 (adattat)

 ġdid

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta’ miżuri li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni biex ikun żgurat li l-mira ewlenija għall-2020 tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni ta’ 20% u l-mira ewlenija tagħha ta' mill-inqas 32.5 % effiċjenza fl-enerġija għall-2030  tintlaħaq  jintlaħqu u jwittu t-triq għal  tkun tippermetti aktar titjib fl-effiċjenza enerġetika wara dawk id-dati.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli mfassla biex  jimplimentaw l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità fost is-setturi kollha,  ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u jxejnu l-fallimenti tas-suq li jxekklu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija., u  Barra minn hekk, din tipprevedi li jiġu stabbiliti miri u kontributi nazzjonali indikattivi tal-effiċjenza enerġetika għall-2020 u għall-2030.

Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”,  u b’hekk tikkontribwixxi għall-Unjoni bħala soċjetà inklużiva, ġusta u prospera b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva .

🡻 2012/27/UE

2. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhom ixekklu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew idaħħal miżuri aktar stretti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi miżuri aktar stretti, l-Istat Membru għandu jinnotifika din il-leġiżlazzjoni lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“enerġija” tfisser kull forma ta’ prodotti tal-enerġija, fjuwils kombustibbli, sħana, enerġija rinnovabbli, elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta’ enerġija, kif definit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija 102 ;

 ġdid

(2)“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(3)“sistema tal-enerġija” tfisser sistema ddisinjata primarjament biex tipprovdi servizzi tal-enerġija biex tissodisfa d-domanda tas-setturi tal-użu finali għall-enerġija fil-forma ta’ sħana, fjuwils u elettriku.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

(42)“konsum tal-enerġija primarja” tfisser  l-enerġija disponibbli grossa  il-konsum intern gross esklużi l-użu,  għajr il-bunkers marittimi internazzjonali, il-konsum  mhux tal-enerġija  finali   u s-sħana ambjentali ;

(53)“konsum tal-enerġija finali” tfisser kull enerġija fornuta lill-industrija, lit-trasport  (inkluż il-konsum tal-enerġija fl-avjazzjoni internazzjonali) , lill-unitajiet domestiċi, lis-servizzi  pubbliċi u privati,  , u lill-agrikoltura  , lill-forestrija u s-sajd, u lil utenti finali oħra (il-konsumaturi tal-enerġija finali). Din teskludi l-konsum tal-enerġija fil-bunkers marittimi internazzjonali, is-sħana ambjentali u l-konsenji għas-settur tat-trasformazzjoni, is-settur tal-enerġija u t-telf minħabba t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni (japplikaw id-definizzjonijiet fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008)  Dan jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija nfushom;

(64)“effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon tal-output ta’ rendiment, servizz, oġġett jew enerġija, għall-input tal-enerġija;

(75)“iffrankar tal-enerġija” tfisser ammont ta’ enerġija ffrankata u ddeterminata b’kejl u/jew stima tal-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta’ miżura li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li tkun żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;

(86)“titjib fl-effiċjenza enerġetika” tfisser żieda fl-effiċjenza enerġetika permezz ta’ bidliet teknoloġiċi, komportamentali u/jew ekonomiċi;

(97)“servizz tal-enerġija” tfisser il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ miksubin minn kombinament ta’ enerġija ma’ teknoloġija jew azzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tista’ tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll meħtieġa biex jitwassal is-servizz, li jitwassal abbażi ta’ kuntratt u li f’ċirkostanzi normali wriet li tikseb titjib fl-effiċjenza enerġetika jew iffrankar tal-enerġija primarja li jista’ jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;

(108)“korpi pubbliċi” tfisser “awtoritajiet kontraenti” kif definit fid-Direttiva 2014/24/UE2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 103  tal-31ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi 104 ;

(9)“gvern ċentrali” tfisser id-dipartimenti amministrattivi kollha li l-kompetenzi tagħhom jestendu fuq it-territorju kollu ta' Stat Membru;

(1110)“erja tal-art utli totali” tfisser l-erja tal-art ta’ binja jew ta’ parti minn binja, fejn l-enerġija tintuża biex tikkondizzjona l-klima interna;

 ġdid

(12)“awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif definit fl-Artikoli 6(1), 2(1) u 3(1) tad-Direttivi 2014/23/UE, id-Direttiva 2014/24/UE u d-Direttiva 2014/25/UE rispettivament;

(13)“entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet kontraenti kif definit fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE rispettivament;

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

(1411)“sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija” tfisser sett ta’ elementi interrelatati jew interattivi ta’ pjan li jistabbilixxi objettiv tal-effiċjenza enerġetika u strateġija biex jinkiseb dak l-objettiv  , inkluż il-monitoraġġ tal-konsum reali tal-enerġija, l-azzjonijiet meħuda biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u l-kejl tal-progress ;

(1512)“standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;

(1613)“standard internazzjonali” tfisser standard adottat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni u magħmul disponibbli għall-pubbliku;

(1714)“parti obbligata” tfisser distributur tal-enerġija jew kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut  jew operatur tas-sistema tat-trażmissjoni  li huma marbuta bl-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 87;

(1815)“parti inkarigata” tfisser entità legali b’setgħa delegata minn gvern jew minn korp pubbliku ieħor biex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta’ finanzjament f’isem il-gvern jew il-korp pubbliku l-ieħor;

(1916)“parti parteċipanti” tfisser intrapriża jew korp pubbliku li impenjaw ruħhom li jilħqu ċerti objettivi bħala parti minn ftehim volontarju, jew li huma koperti bi strument ta’ politika regolatorju nazzjonali;

(2017)“awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni” tfisser korp regolat minn liġi pubblika li hu responsabbli għat-twettiq jew il-monitoraġġ ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija jew il-karbonju, skemi u strumenti finanzjarji, inċentivi fiskali, standards u normi, skemi tat-tikkettar tal-enerġija, taħriġ jew edukazzjoni;

(2118)“miżura ta’ politika” tfisser strument regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew tal-għoti tal-informazzjoni stabbilit u implimentat formalment fi Stat Membru biex jinħoloq qafas ta’ appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq biex jipprovdu u jixtru servizzi tal-enerġija u biex jieħdu miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza enerġetika;

(2219)“azzjoni individwali” tfisser azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza enerġetika li jista’ jiġi verifikat, u mkejjel jew stmat, u li sar bis-saħħa ta’ miżura ta’ politika;

(2320)“distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni, li hi responsabbli għat-twassil tal-enerġija bil-għan li titwassal għand klijenti finali jew għand stazzjonijiet tad-distribuzzjoni li jbigħu l-enerġija lil klijenti finali;

(2421)“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser “operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni” kif definit fl-Artikolu 2(29) tad-Direttiva (UE) 2019/9442009/72/KE  fir-rigward tal-elettriku,  u fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 2009/73/KE  , fir-rigward tal-gass  rispettivament;

(2522)“kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti finali;

(2623)“klijent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu finali tagħha stess;

(2724)“fornitur ta’ servizz tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta’ enerġija jew miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’faċilità jew f’bini tal-klijent finali;

(2825)“awditjar tal-enerġija” tfisser proċedura sistematika bil-għan li jinkiseb għarfien adegwat tal-profil eżistenti tal-konsum tal-enerġija ta’ binja jew ta’ grupp ta’ bini, ta’ operazzjoni jew ta’ installazzjoni industrijali jew kummerċjali jew ta’ servizz privat jew pubbliku, li jiġu identifikati u kwantifikati opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv,  jiġi identifikat il-potenzjal għal użu jew produzzjoni kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli,  u jiġu rrapportati s-sejbiet;

(26)“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi kif definiti fit-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 105 ; il-kategorija ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat totali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 43 miljun;

(2927)“ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-provditur ta’ miżura li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika, ivverifikata u monitorjata tul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn l-investimenti (ix-xogħol, il-provvista jew is-servizz) f’dik il-miżura jitħallsu b’mod relattiv ma’ livell ta’ titjib tal-effiċjenza enerġetika miftiehem kuntrattwalment jew ma’ kriterju ieħor miftiehem tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħall-iffrankar finanzjarju;

(3028)“sistema ta’ metraġġ intelliġenti” tfisser sistema elettronika li tista' tkejjel il-konsum tal-enerġija, billi tipprovdi aktar informazzjoni minn arloġġ konvenzjonali, u jista' jittrasmetti d-data billi juża forma ta' komunikazzjoni elettronika  “sistema ta’ arloġġi intelliġenti” kif definit fid-Direttiva (UE) 2019/944 ;

(3129)“operatur tas-sistema tat-trażmissjoni” tfisser “operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni” kif definit fl-Artikolu 2(35) tad-Direttiva (UE) 2019/9442009/72/KE u fid-Direttiva 2009/73/KE  , għall-elettriku u għall-gass,  rispettivament;

(3230)“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termali u ta’ enerġija elettrika jew mekkanika;

(3331)“domanda ġustifikabbli ekonomikament” tfisser domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet tat-tisħin jew tat-tkessiħ u li kieku tiġi ssodisfata f’kundizzjonijiet tas-suq bi proċessi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, għajr il-koġenerazzjoni;

(3432)“sħana utli” tfisser sħana ġġenerata bi proċess ta’ koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ġustifikabbli ekonomikament għal tisħin jew tkessiħ;

(3533)“elettriku minn koġenerazzjoni” tfisser elettriku ġġenerat bi proċess marbut mal-produzzjoni ta’ sħana utli u kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness III;

(3634)“koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IIIII;

(3735)“effiċjenza kumplessiva” tfisser it-total annwali tal-produzzjoni tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika u tal-output tas-sħana utli diviża bl-input tal-fjuwil użat għas-sħana ġġenerata bi proċess ta’ koġenerazzjoni u bil-produzzjoni grossa tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika;

(3836)“proporzjon tal-enerġija għas-sħana” tfisser il-proporzjon tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għas-sħana utli waqt operazzjoni fil-modalità ta’ koġenerazzjoni sħiħa bl-użu ta’ data operazzjonali tal-unità speċifika;

(3937)“unità ta’ koġenerazzjoni” tfisser unità li tista’ topera f’modalità ta’ koġenerazzjoni;

(4038)“unità ta’ koġenerazzjoni ta’ skala żgħira” tfisser unità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità installata inqas minn 1 MWe;

(4139)“unità ta’ mikrokoġenerazzjoni” tfisser unità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità massima inqas minn 50 kWe;

(40)“proporzjon ta' biċċa art” tfisser il-proporzjon tal-erja tal-qiegħa tal-art għall-bini għall-erja tal-art f'territorju speċifikat;

(4241)“tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” tfisser sistema ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali li tuża mill-inqas 50 % enerġija rinnovabbli, 50 % sħana mitlufa, 75 % sħana koġenerata jew 50 % ta’ kombinazzjoni ta’ tali enerġija u sħana  li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 24 ;

(4342)“tisħin u tkessiħ effiċjenti” tfisser alternattiva ta’ tisħin u tkessiħ li, meta mqabbla ma’ xenarju bażiku li jirrifletti s-sitwazzjoni attwali, tnaqqas b’mod miżurabbli l-input tal-enerġija primarja meħtieġa biex tiġi fornuta unità waħda tal-enerġija mwassla fi ħdan konfini ta’ sistema rilevanti b’mod kosteffettiv, kif ivvalutata fl-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija f’din id-Direttiva, b’kunsiderazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, il-ġarr u d-distribuzzjoni;

(4443)“tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti” tfisser alternattiva ta’ provvista ta’ tisħin u tkessiħ individwali li, meta mqabbla ma’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, tnaqqas b’mod miżurabbli l-input tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli meħtieġa biex tiġi fornuta unità waħda tal-enerġija mwassla fi ħdan konfini ta’ sistema rilevanti, jew teħtieġ l-istess input ta’ enerġija primarja mhux rinnovabbli iżda b’inqas kost, b’kunsiderazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, il-ġarr u d-distribuzzjoni;

 ġdid

(45)“ċentru tad-data” tfisser struttura, jew grupp ta’ strutturi, bil-għan ta’ akkomodazzjoni, interkonnessjoni u operazzjoni ċentralizzati ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tagħmir tat-telekomunikazzjoni tan-network li jipprovdu servizzi ta’ ħżin, ipproċessar u ġarr tad-data flimkien mal-faċilitajiet u l-infrastrutturi kollha għad-distribuzzjoni tal-enerġija u l-kontroll ambjentali u l-livelli ta’ reżiljenza u sigurtà li huma meħtieġa biex tinkiseb id-disponibbiltà mixtieqa tas-servizz.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

(4644)“rinnovazzjoni sostanzjali” tfisser rinnovazzjoni li l-kost tagħha jaqbeż il-50 % tal-kost tal-investiment għal unità ġdida komparabbli;

(4745)“aggregatur” tfisser fornitur ta’ servizz li għalih hemm domanda li jgħaqqad tagħbijiet multipli ta’ tul qasir tal-konsumaturi għall-bejgħ jew għall-bejgħ bl-irkant fis-swieq tal-enerġija organizzati  għandha t-tifsira attribwita lil “aggregatur indipendenti” kif definit fl-Artikolu 2(19) tad-Direttiva (UE) 2019/944 .

 ġdid

(49)“faqar enerġetiku” tfisser in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-għajxien u tas-saħħa diċenti, inkluż tisħin, tkessiħ, tidwil adegwati u enerġija għall-apparati domestiċi, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, tal-politika soċjali eżistenti u ta’ politiki rilevanti oħra.

(50)“utent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri t-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun domestiku għall-użu finali tagħha stess, jew persuna fiżika jew ġuridika li tokkupa binja jew unità individwali f’binja b’diversi appartamenti jew b’diversi użi, fornuta b’tisħin, tkessiħ jew misħun domestiku minn sors ċentrali li ma jkollha l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

(52)“inċentivi maqsuma” tfisser in-nuqqas ta’ distribuzzjoni ġusta u raġonevoli ta’ obbligi finanzjarji u premjijiet relatati ma’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika fost l-atturi kkonċernati, pereżempju s-sidien u l-inkwilini jew is-sidien differenti tal-unitajiet tal-bini, jew is-sidien u l-inkwilini jew is-sidien differenti ta’ bini b’diversi appartamenti jew b’diversi użi.

Artikolu 3

Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”

1. F’konformità mal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika jitqiesu fid-deċiżjonijiet tal-ippjanar, ta’ politika u tal-investiment maġġuri relatati mas-setturi li ġejjin:

(a)sistemi tal-enerġija, u

(b)setturi mhux tal-enerġija, meta dawk is-setturi jkunu jħallu impatt fuq il-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” tiġi vverifikata mill-entitajiet rilevanti meta d-deċiżjonijiet ta’ politika, tal-ippjanar u tal-investiment ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni u ta’ monitoraġġ.

3. Fl-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, l-Istati Membri għandhom:

(a)jippromwovu u, meta jkun hemm bżonn isiru valutazzjonijiet tal-kostbenefiċċji, jiżguraw l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji tal-kostbenefiċċji li jippermettu valutazzjoni xierqa tal-benefiċċji usa’ tas-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika mill-perspettiva tas-soċjetà;

(b)jidentifikaw entità responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u l-impatti ta’ deċiżjonijiet ta’ ppjanar, ta’ politika u ta’ investiment fuq il-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika;

(c)jirrapportaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar kif il-prinċipju tqies fl-ippjanar nazzjonali u reġjonali, fil-politika u fid-deċiżjonijiet ta’ investiment ewlenin relatati mas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u reġjonali.

🡻 2012/27/UE

Artikolu 43

Miri tal-effiċjenza enerġetika

 ġdid

1. L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw tnaqqis fil-konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 9 % fl-2030 meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 biex il-konsum tal-enerġija finali tal-Unjoni jammonta għal mhux aktar minn 787 Mtoe u l-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni għall-2030 jammonta għal mhux aktar minn 1023 Mtoe fl-2030 106 .

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

21. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija , abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, l-iffrankar  l-kontributi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika għall-konsum  tal-enerġija finali u primarja jew primarja, jew l-intensità tal-enerġija  biex kollettivament l-Istati Membri jissodisfaw il-mira vinkolanti tal-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1 . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miri  il-kontributi flimkien ma’ trajettorja indikattiva għal dawk il-kontributi  lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24(1) u l-Parti 1 tal-Anness XIV  bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fil-proċedura, u skontha, stabbilita fl-Artikolu 3 u fl-Artikoli 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999 . Meta jagħmlu dan, dawn  l-Istati Membri  għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f’termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom  jużaw il-formola definita fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u  jispjegaw kif, u abbażi ta’ liema data, dan ġie kkalkulat  ġew ikkalkulati l-kontributi 

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll is-sehem tal-konsum tal-enerġija tas-setturi tal-użu finali tal-enerġija, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija, inkluż tal-industrija, residenzjali, tas-servizzi u tat-trasport, fil-kontributi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza enerġetika. Anki l-projezzjonijiet għall-konsum tal-enerġija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għandhom jiġu indikati.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

  Meta jistabbilixxu dawk il-miri  il-kontributi , l-Istati Membri għandhom iqisu:

🡻 2013/12/EU Art. 1 and Annex .a

 new

(a)li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni  fl-2030  2020 ma jridx ikun aktar minn 1483  787 Mtoe ta’ enerġija finali jew mhux aktar minn 1023  Mtoe ta’ konsum ta’ enerġija primarju mhux aktar minn 1086 Mtoe ta’ enerġija finali  konsum ta’ enerġija primarja ;

🡻 2012/27/UE (adattat)

(b)il-miżuri previsti f’din id-Direttiva;

(c)il-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; kif ukoll

(cd)miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni;.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:

 ġdid

(d)kwalunkwe fattur rilevanti li jaffettwa l-isforzi tal-effiċjenza, bħal:

i.il-livell kollettiv ta’ ambizzjoni meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi;

ii.id-distribuzzjoni ekwa tal-isforzi madwar l-Unjoni;

iii.l-intensità tal-enerġija tal-ekonomija;

🡻 2012/27/UE

(iva)il-potenzjal pendenti tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv;

 ġdid

(e)ċirkostanzi nazzjonali oħra li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija, b’mod partikolari:

🡻 2012/27/UE

 ġdid

(ib)l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;

(iic)bidliet fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet tal-enerġija  , żviluppi fit-taħlita tal-enerġija, l-adozzjoni ta’ fjuwils sostenibbli ġodda ;

(iiid)l-iżvilupp tas-sorsi kollha tal-enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;

(iv)id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensive fl-enerġija.

(e)azzjoni bikrija.

🡻 2013/12/UE Art. 1 u l-Anness .b (adattat)

2.    Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1086 Mtoe ta’ enerġija finali fl-2020.

🡻 2012/27/UE (adattat)

3.    Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:

(a)tgħodd il-miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;

(b)tivvaluta jekk it-total ta' dawk il-miri jistax jiġi kkundirat gwida affidabbli dwar jekk l-Unjoni bis-sħiħ hijiex fit-triq it-tajba, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ewwel rapport annwali skont l-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);

(c)tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:

(i)valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija finali jew l-iffrankar tal-enerġija finali, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta’ dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva;

(ii)riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward ta' xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni;

🡻 2013/12/UE Art. 1 u l-Anness .c (adattat)

(d)qabbel ir-riżultati taħt il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tinħtieġ biex jintlaħaq konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1086 ta’ enerġija finali fl-2020.

🡻 2019/504 Art. 1

5.    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva skont l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 107 . Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma għandux ikun aktar minn 1,128 Mtoe tal-enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 846 Mtoe tal-enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fi, u b’konformità mal-proċedura skont l-Artikoli 3 u 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

 ġdid

3. Meta l-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, li ma sarx biżżejjed progress biex jintlaħqu l-kontributi tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri li jaqbżu t-trajettorji indikattivi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li jiġu implimentati miżuri addizzjonali fi żmien sena mid-data tal-wasla tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex ikun żgurat li jissokta l-perkors it-tajjeb biex jiksbu l-kontributi tagħhom tal-effiċjenza enerġetika. Għalkemm ma għandhomx ikunu limitati għalihom, dawk il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu l-miżuri li ġejjin:

a.il-miżuri nazzjonali li jipprovdu iffrankar tal-enerġija addizzjonali, inkluż b’assistenza aktar b’saħħitha għall-iżvilupp tal-proġetti li jimplimentaw miżuri ta’ investiment fl-effiċjenza enerġetika;

b.iż-żieda tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 8;

c.l-aġġustament tal-obbligu għas-settur pubbliku;

d.l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja volontarja lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika msemmi fl-Artikolu 25 jew strument ta’ finanzjament ieħor maħsub għall-effiċjenza enerġetika, meta l-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali għandhom ikunu daqs l-investimenti meħtieġa biex tintlaħaq it-trajettorja indikattiva.

Meta Stat Membru jkun ’il fuq mit-trajettorja indikattiva tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jinkludi spjegazzjoni ta’ kif se jkopri d-diskrepanza fir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, biex jiżgura li jilħaq il-kontributi nazzjonali tiegħu tal-effiċjenza enerġetika.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri nazzjonali msemmija f’dan il-paragrafu humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u teżerċita s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet biex tiżgura, b’mod partikolari, li tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030.

4. Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull bidla metodoloġika fid-data rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fil-metodoloġija tal-kalkolu tal-bilanċ tal-enerġija u fil-mudelli tal-enerġija għall-użu Ewropew tal-enerġija u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi aġġustamenti tekniċi fil-kalkolu tal-miri tal-Unjoni għall-2030 bil-ħsieb li jinżamm il-livell ta’ ambizzjoni stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

🡻 2018/2002 Art. 1.2

6.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miri ewlenin tal-Unjoni ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 1(1), bil-ħsieb li tippreżenta proposta leġislattiva sal-2023 biex tirrevedi dawk il-miri ’l fuq fil-każ ta' tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż li jirriżulta minn żviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi, jew fejn meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni.

🡻 2012/27/UE (adattat)

KAPITOLU II

L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA  IR-RWOL EŻEMPLARI TAS-SETTUR PUBBLIKU 

 ġdid

Artikolu 5

Is-settur pubbliku fuq quddiem nett fl-effiċjenza enerġetika

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsum totali finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha flimkien jitnaqqas b’mill-inqas 1,7 % kull sena, meta mqabbel mas-sena X-2 (X hija is-sena meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ).

Meta jikkalkulaw il-konsum finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru.

2. Fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jinkludu lista ta’ korpi pubbliċi li għandhom jikkontribwixxu biex jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ammont ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li jrid jinkiseb minn kull wieħed minnhom, u l-miżuri ppjanati biex jinkiseb dan. Bħala parti mir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni t-tnaqqis fil-konsum finali tal-enerġija miksub kull sena.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistabbilixxu miżuri speċifiċi tal-effiċjenza enerġetika fil-pjanijiet tad-dekarbonizzazzjoni tagħhom wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku, inkluż il-gruppi partikolari li jinsabu fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew aktar suxxettibbli għall-effetti tiegħu, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, it-tfal, u l-persuni ta’ sfond razzjali jew etniku minoritarju.

4. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-korpi pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, billi jipprovdu linji gwida, jippromwovu l-bini ta’ kompetenzi u opportunitajiet tat-taħriġ, u jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, inkluż fost l-aġenziji.

5. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jikkunsidraw l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-attivitajiet ta’ investiment u ta’ politika tal-korpi pubbliċi tagħhom.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

Artikolu 65

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 108 , kull Stat Membru għandu jiżgura li kull sena tiġi rinnovata, mill-1 ta’ Jannar 2014,  mill-anqas  3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà ta’ u okkupata mill-gvern ċentrali tiegħu  korpi pubbliċi  biex  din mill-anqas  ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti  tiġi ttrasformata f’bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEBs)  b’applikazzjoni ta’  f’konformità  mal-Artikolu 4  9  tad-Direttiva 2010/31/UE.

Meta l-korpi pubbliċi jokkupaw binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, dawn għandhom jeżerċitaw id-drittijiet kuntrattwali tagħhom sa fejn ikun possibbli u jħeġġu lil sid il-binja biex jirrinovaha f’Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB) f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE. Meta l-korpi pubbliċi jikkonkludu kuntratt ġdid għall-okkupanza ta’ binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, dawn għandhom jimmiraw li dik il-binja tikseb fl-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika fuq iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Ir-rata ta’ 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta’ art utilizzabbli li tkun il-proprjetà ta' u okkupata mill-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta’ Lulju 2015.

Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-obbligu li kull sena tiġi rinovata 3 % tal-erja totali tal-art jestendi għall-erja tal-art li hija proprjetà ta' u okkupata mid-dipartimenti amministrattivi f'livell taħt il-gvern ċentrali, ir-rata ta' 3 %  Ir-rata ta’ mill-anqas 3 %  għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali tal-art  utli  utilizzabbli ta’ iktar minn 500 m2 u, mid-9 ta’ Lulju 2015, aktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta’ u kkontrollatat mill-gvern ċentrali jew dawn id-dipartimenti amministrattivi  korpi pubbliċi  tal-Istat Membru kkonċernat  u li  , fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE  2024, ma tkunx Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB) .

Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-gvern ċentrali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-gvern ċentrali bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.

2.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)binjiet uffiċjalment protetti bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tibdel b’mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b)binjiet li huma proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintużaw għal finijiet ta’ difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta’ għajxien singoli jew binjiet tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;

(c)binjiet użati bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi.

3.    Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-gvern ċentrali f'sena speċifika, huwa jista'jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.

24. F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali tal-bini tal-gvern ċentrali il-binjiet ġodda li jkunu l-proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku tal-gvern ċentrali  ta’ korpi pubbliċi  li jkun twaqqa’ f’waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss meta jkunu aktar kosteffettivi u sostenibbli f’termini ta’ enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja miksubin meta mqabbla mar-rinnovazzjonijiet ta’ dan il-bini. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri biex jiġu identifikati dawn il-każijiet eċċezzjonali għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

35. Għall-finijiet  ta’ dan l-Artikolu  tal-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju ta’ bini tal-gvern ċentrali  tal-korpi pubbliċi msaħħan u mkessaħ b’erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta’ Lulju 2015,  ta’ aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2.  Dan l-inventarju għandu jiġi aġġornat mill-anqas darba fis-sena.  L-inventarju għandu jkun fih  mill-anqas  id-data li ġejja:

(a)l-erja tal-art f’m2; kif ukoll

(b) iċ-ċertifikati  tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ kull binja jew data tal-enerġija rilevanti  maħruġin skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/31/UE .

6.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà ta' u okkupat mill-gvern ċentrali tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.

Għall-finijiet tal-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta’ bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta’ bini ta’ riferiment tal-gvern ċentrali għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta’ tali bini tal-gvern ċentrali.

L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2013, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-gvern ċentrali.

7.    L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta’ akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b’konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:

(a)jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa’ għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet u azzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-gvern ċentrali stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;

(b)jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

(c)jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.

Artikolu 76

 L-akkwist pubbliku  Xiri minn korpi pubbliċi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-gvern ċentrali  l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE, fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE,  jixtru biss prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet b’rendiment għoli tal-effiċjenza enerġetika, dment li dak ikun konsistenti mal-kost-effettività, il-fattibilità ekonomika, is-sostenibilità aktar wiesgħa, l-adattabbiltà teknika kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, kif imsemmi  f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva .

L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kuntratti għax-xiri ta’ prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi sa fejn tali kuntratti jkollhom valur ugwali għal jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/18/KE.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li meta jikkonkludu l-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, inkluż għal dawk il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet li għalihom m’hemm previst l-ebda rekwiżit speċifiku fl-Anness IV.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-kuntratti tal-forzi armati biss safejn l-applikazzjoni tiegħu ma toħloqx kunflitt man-natura u mal-għan primarju tal-attivitajiet tal-forzi armati. L-obbligu ma għandux japplika għall-kuntratti tat-tagħmir militari kif definit fid-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà 109 .

3. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, b'rispett dovut għall-kompetenzi rispettivi u l-istruttura amministrattiva tagħhom, biex isegwu r-rwol eżemplari tal-gvernijiet ċentrali tagħhom biex jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja tal-effiċjenza fl-enerġija.  Minkejja l-paragrafu 4 tal-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva,  l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi  jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti  , meta jinħarġu offerti għal kuntratti ta’ servizzi b’kontenut sinifikanti ta' enerġija, biex jivvalutaw il-possibbiltà  il-fattibbiltà  li jiġu konklużi kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-tul li jipprovdu ffrankar tal-enerġija fit-tul  meta jiffirmaw kuntratti ta’ servizzi b’kontenut sinifikanti ta’ enerġija. 

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta jinxtara pakkett ta’ prodotti kopert għalkollox minn att  kollu mill-att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 110  id-Direttiva 2010/30/UE, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-effiċjenza enerġetika aggregata għandha tieħu prijorità fuq l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti individwali f’dak il-pakkett, billi jinxtara l-pakkett ta’ prodotti li jkun konformi mal-kriterju li jappartjeni għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika.

 ġdid

5. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu, meta xieraq, aspetti usa’ ta’ sostenibbiltà, soċjali, ambjentali u tal-ekonomija ċirkolari fil-prattiki tal-akkwist biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tad-dekarbonizzazzjoni u ta’ tniġġis żero. Meta xieraq u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni.

Biex tkun żgurata t-trasparenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist, l-Istati Membri għandhom jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ta’ kuntratti b’valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeħtieġu li l-offerenti jiżvelaw informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin dinji tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid u jistgħu jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għall-kuntratti, b’mod partikolari għal bini ġdid b’erja tal-art akbar minn 2000 metru kwadru.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, billi jipprovdu regoli u linji gwida ċari, inkluż metodoloġiji, dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-impatti u l-kostijiet ambjentali, jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi, iħeġġu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri, u jużaw l-akkwist aggregat u l-akkwist diġitali meta possibbli.

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, li huma meħtieġa biex ikun żgurat li awtoritajiet kontraenti individwali ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u milli jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mekkaniżmi ta’ finanzjament oħra ta’ partijiet terzi fuq bażi kuntrattwali fit-tul.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

7.(b)  L-Istati Membri għandhom ineħħu kwalunkwe ostaklu regolatorju u mhux regolatorju għall-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari fir-rigward  tad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, biex ikun żgurat li l-korpi pubbliċi individwali ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u l-minimizzar tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja mistennija u milli jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mekkaniżmi ta’ finanzjament oħra ta’ partijiet terzi fuq bażi kuntrattwali fit-tul.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw l-ostakli għall-adozzjoni tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

🡻 2018/2002 Art. 1.3 (adattat)

 ġdid

KAPITOLU III

 L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA 

Artikolu 87

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija

1. L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali ekwivalenti mill-anqas għal:

(a)iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 ta’ 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lil klijenti finali skont il-volum, b’medja tal-aktar tliet snin riċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2013. Il-bejgħ tal-enerġija, bil-volum, użata fit-trasport jista’ jiġi eskluż parzjalment jew għalkollox minn dak il-kalkolu;

(b)iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030  2023  ta’ 0,8 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali, b’medja tal-aktar tliet snin riċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019. B’deroga minn dak ir-rekwiżit, Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030  2023  ekwivalenti għal 0,24 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali, b’medja tal-aktar tliet snin riċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019.

 ġdid

(c)iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2030 ta’ 1,5 % tal-konsum tal-enerġija finali annwali, b’medja tal-aktar tliet snin riċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2020.

🡻 2018/2002 Art. 1.3 (adattat)

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif iqassmu f’fażijiet il-kwantità kkalkulata ta’ ffrankar ġdid tul kull perjodu msemmi fil-punti (a), (b) u  (c)  tal-ewwel subparagrafu, diment li l-iffrankar tal-enerġija kumulattiv totali meħtieġ fl-użu finali jkun intlaħaq sal-aħħar ta’ kull perjodu ta’ obbligu.

L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid, skont il-punt (b)  ir-rata tal-iffrankar prevista fil-punt (c)  tal-ewwel subparagrafu għal perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030, sakemm reviżjonijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom ma jikkonkludux li dan mhuwiex meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.

(2) L-Istati Membri għandhom jiksbu l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jistabbilixxu skema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika kif imsemmi fl-Artikolu 97a jew billi jadottaw miżuri ta’ politika alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 107b. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika ma’ miżuri ta’ politika alternattivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-miżuri ta’ politika msemmijin fl-Artikoli 97a u 107b u fl-Artikolu 28(11)20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.

 ġdid

(3) L-Istati Membri għandhom jimplimentaw skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, miżuri ta’ politika alternattivi, jew kombinament tat-tnejn, jew programmi jew miżuri ffinanzjati minn Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika, bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ politika implimentati skont dan l-Artikolu ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq dawk il-persuni. Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-finanzjament, inkluż il-finanzjament pubbliku, il-faċilitajiet ta’ finanzjament stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u d-dħul mill-kwoti skont l-Artikolu 22(3)(b) biex jitneħħew l-effetti negattivi u tkun żgurata tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva.

Fit-tfassil ta’ dawn il-miżuri ta’ politika, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini fil-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ politika.

L-Istati Membri għandhom jiksbu sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan is-sehem għandu tal-anqas ikun daqs il-proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom stabbilit skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament 2018/1999 dwar il-Governanza. Jekk Stat Membru ma jkunx innotifika s-sehem ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tiegħu, is-sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, għandu tal-anqas ikun daqs is-sehem medju aritmetiku tal-indikaturi li ġejjin għas-sena 2019 jew, jekk mhux disponibbli għall-2019, għall-estrapolazzjoni lineari tal-valuri tagħhom għall-aħħar tliet snin disponibbli:

a)Inabbiltà li d-dar tinżamm sħuna kif xieraq (Eurostat, SILC [ilc_mdes01]);

b)Arretrati fuq il-kontijiet tal-utilità (Eurostat, SILC, [ilc_mdes07]); kif ukoll

c)Struttura tan-nefqa tal-konsum skont il-kwintili tal-introjtu u l-iskop tal-konsum COICOP (Eurostat, HBS, [hbs_str_t223], data dwar [CP045] Elettriku, gass u fjuwils oħra).

(4) L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-indikaturi applikati, is-sehem medju aritmetiku u l-eżitu tal-miżuri ta’ politika stabbiliti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, fil-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 3 u 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u fir-rapporti ta’ progress rispettivi f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament.

🡻 2018/2002 Art. 1.3 (adattat)

 ġdid

5. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-miżuri ta' politika, kemm dawk introdotti sal-31 ta’ Diċembru 2020 u anki dawk introdotti wara dik id-data, diment li dawk il-miżuri jwasslu għal azzjonijiet individwali ġodda imwettqa wara l-31 ta’ Diċembru 2020.  L-iffrankar tal-enerġija miksub tul kwalunkwe perjodu ta’ obbligu ma jgħoddx għall-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija għall-perjodi ta’ obbligu preċedenti stabbiliti fil-paragrafu 1.  

62. Diment li l-Istati Membri jwettqu mill-inqas l-obbligu tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1), dawn jistgħu jikkalkulaw l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija  msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1  b’wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin:

(a)japplikaw rata ta’ ffrankar annwali fuq il-bejgħ tal-enerġija lil klijenti finali jew fuq il-konsum tal-enerġija finali, b’medja tal-aktar tliet snin riċenti qabel l-1 ta’ Jannar 2019;

(b)jeskludu, għalkollox jew parzjalment, l-enerġija użata fit-trasport mix-xenarju bażi tal-kalkolu;

(c)jużaw xi waħda mill-alternattivi msemmijin fil-paragrafu 4.

73. Meta l-Istati Membri jużaw  xi wieħed  mill-possibbiltajiet previsti il-punti (a), (b) jew (c) ta’ fil-paragrafu 6  rigward l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 , dawn għandhom jistabbilixxu:

(a)ir-rata ta’ ffrankar annwali tagħhom li se tiġi applikata fil-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali, li għandha tiżgura li l-ammont finali tal-iffrankar tal-enerġija nett tagħhom ma jkunx anqas minn dak meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1; kif ukoll

(b)ix-xenarju bażi tal-kalkolu tagħhom stess, li jista’ jeskludi, parzjalment jew għalkollox, l-enerġija użata fit-trasport.

84. Soġġett għall-paragrafu 9, kull Stat Membru jista’:

(a)jagħmel il-kalkolu meħtieġ skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 bil-valuri ta’ 1 % fl-2014 u fl-2015; 1,25 % fl-2016 u fl-2017; u 1,5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;

(b)jeskludi mill-kalkolu l-bejgħ kollu jew parti mill-bejgħ tal-enerġija użata, bil-volum, rigward il-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew l-enerġija finali kkunsmata, rigward il-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu, mill-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)jgħodd, mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija  fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 , l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija, inkluż l-infrastruttura tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti, bl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23(4), fil-punt (b) tal-Artikolu 2414(4), u fl-Artikolu 251(1) sa (10). L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ politika maħsuba tagħhom skont dan il-punt għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 u sal-31 ta’ Diċembru 2030 bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima. L-impatt ta’ dawk il-miżuri għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness V u jiġi inkluż f’dawk il-pjanijiet;

(d)jgħodd mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija, l-iffrankar tal-enerġija miksub minn azzjonijiet individwali ġodda li jkunu ġew implimentati mill-31 ta’ Diċembru 2008 u li baqa’ jkollhom impatt fl-2020 rigward il-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u wara l-2020 rigward il-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u li jista’ jiġi mkejjel u verifikat;

(e)jgħodd, mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija, l-iffrankar tal-enerġija miksub minn miżuri ta’ politika, diment li jkun jista’ jintwera li dawk il-miżuri jwasslu għal azzjonijiet individwali mwettqa mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u li jiksbu ffrankar wara l-31 ta’ Diċembru 2020;

(f)jeskludi mill-kalkolu tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija  skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 , 30 % tal-ammont verifikabbli ta’ enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju permezz ta’ miżuri ta’ politika li jippromwovu installazzjonijiet ġodda ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli;

(g)jgħodd mal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija  skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 , l-iffrankar tal-enerġija li jaqbeż l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu ta’ obbligu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, diment li dak l-iffrankar jinkiseb minn azzjonijiet individwali mwettqa skont il-miżuri ta’ politika msemmijin fl-Artikoli 9a u 107b, notifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza Enerġetika u rrappurtati fir-rapporti ta’ progress tagħhom skont l-Artikolu 24.

95. L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkulaw l-effett tal-għażliet li saru skont il-paragrafu 84 għall-perjodui msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 separatament:

(a)għall-kalkolu tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija għall-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 84. L-għażliet kollha li jsiru skont il-paragrafu 4 meħudin flimkien għandhom jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)għall-kalkolu tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija għall-perjodu ta’ obbligu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-punti (b) sa (g) tal-paragrafu 84, diment li l-azzjonijiet individwali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 jibqa’ jkollhom impatt li jista’ jiġi verifikat u mkejjel wara l-31 ta’ Diċembru 2020. L-għażliet kollha li jsiru skont il-paragrafu 84 meħudin flimkien ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis ta’ aktar minn 35 % tal-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija kkalkulat skont il-paragrafi 6273.

Irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jeskludux għalkollox jew parzjalment l-enerġija użata fit-trasport mix-xenarju bażi tal-kalkolu tagħhom jew jużawx xi alternattiva minn fost dawk elenkati fil-paragrafu 84, dawn għandhom jiżguraw li l-ammont nett ikkalkulat ta’ ffrankar ġdid jinkiseb fil-konsum tal-enerġija finali tul il-perjodu ta’ obbligu  msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1  mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030  2023  ma jkunx inqas mill-ammont miksub mill-applikazzjoni tar-rata ta’ ffrankar annwali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

106.    L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu  fl-aġġornamenti  tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima  f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, fil-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 3 u 7 sa 12 u  f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1999,  u fir-rapporti ta’ progress rispettivi,  il-kalkolu tal-ammont tal-iffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030 imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandhom, jekk ikun rilevanti, jispjegaw kif ġew stabbiliti r-rata ta’ ffrankar annwali u x-xenarju bażi tal-kalkolu u kif, u sa liema punt, l-għażliet imsemmija fil-paragrafu 84 ta’ dan l-Artikolu ġew applikati.

 ġdid

(11)    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu ta’ 3, deskrizzjoni tal-miżuri ta’ politika li jridu jiġu implimentati biex jinkiseb l-ammont totali meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali, u l-metodoloġiji tal-kalkolu tagħhom skont l-Anness V ta’ din id-Direttiva, bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fil-proċedura, u skontha, skont l-Artikoli 3 u 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell tar-rappurtar mogħti lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

(12)    Meta, abbażi tal-valutazzjoni tar-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, jew tal-abbozz jew l-aġġornament finali tal-aħħar pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima notifikat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, jew tal-valutazzjoni tal-abbozz u tal-verżjoni finali sussegwenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta’ politika tagħhom ma jiżgurawx il-kisba tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali sa tmiem il-perjodu ta’ obbligu, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 għall-Istati Membri li l-miżuri ta’ politika tagħhom jidhrilha li mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom.

🡻 2018/2002 Art. 1.3

7.    L-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta’ Diċembru 2020 ma għandux jgħodd mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

 ġdid

13. Meta Stat Membru ma jkunx kiseb l-iffrankar tal-enerġija kumulattiv meħtieġ fl-użu finali sa tmiem kull perjodu ta’ obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jikseb l-iffrankar tal-enerġija pendenti flimkien mal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali meħtieġ sa tmiem il-perjodu ta’ obbligu ta’ wara.

🡻 2018/2002 Art. 1.3

 ġdid

8.    B’deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jippermettu lill-partijiet obbligati jużaw l-għażla msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7a(6) jistgħu, għall-iskop tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub fi kwalunkwe sena partikolari wara l-2010 u qabel il-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu daqslikieku l-iffrankar tal-enerġija minflok kien inkiseb wara l-31 ta’ Diċembru 2013 u qabel l-1 ta’ Jannar 2021, sakemm ikunu japplikaw iċ-ċirkostanzi kollha hawn taħt:

(a)l-iskema ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija kienet fis-seħħ fi kwalunkwe punt bejn il-31 ta’ Diċembru 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2014 u kienet inkluża fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Istat Membru, ippreżentat skont l-Artikolu 24;

(b)l-iffrankar ikun ġie ġġenerat skont l-iskema ta' obbligu;

(c)l-iffrankar jiġi kkalkulat f’konformità mal-Anness V;

(d)is-snin li għalihom l-iffrankar jingħadd bħala li nkiseb ikunu ġew irrappurtati fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 24(2).

9.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri ta' politika msemmijin fl-Artikoli 7a u 87b u fl-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.

10.    L-Istati Membri għandhom jiksbu l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi jistabbilixxu skema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7a jew billi jadottaw miżuri ta' politika alternattivi msemmija fl-Artikolu 87b. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija ma' miżuri ta' politika alternattivi.

11.    Fit-tfassil ta' miżuri ta' politika biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jiffrankaw l-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku, skont il-kriterji stabbiliti minnhom u filwaqt li jqisu l-prattiki disponibbli tagħhom fil-qasam, billi jitolbu, sa fejn xieraq, sehem ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fl-iskemi nazzjonali tagħhom ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija, il-miżuri ta' politika alternattivi tagħhom, jew il-programmi jew miżuri tagħhom iffinanzjati fil-qafas ta' Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija li għandu jiġi implimentat bħala prijorità fost unitajiet domestiċi vulnerabbli, inkluż dawk milquta mill-faqar enerġetiku u, fejn xieraq, fl-akkomodazzjoni soċjali.

L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar ir-riżultat tal-miżuri biex jittaffa l-faqar enerġetiku fil-kuntest ta' din id-Direttiva fir-rapporti ta' progress integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

1412.  Bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom u tar-rapporti ta’ progress rispettivi tagħhom, u tal-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti għall-enerġija u l-klima tagħhom, innotifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999  l-Istati Membri,  inkluż meta xieraq b’evidenza u b’kalkoli,  għandhom juru:

(a)    li meta kien hemm duplikazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta’ politika jew ta’ azzjonijiet individwali, dan l-iffrankar tal-enerġija ma ngħaddx darbtejn;.

 ġdid

(b)    kif l-iffrankar tal-enerġija miksub skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jikkontribwixxi għall-kisba tal-kontribut nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 4.

(c)    li l-miżuri ta’ politika huma stabbiliti biex jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom, imfassla skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, u li dawk il-miżuri ta’ politika huma eliġibbli u xierqa biex jiżguraw il-kisba tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali sa tmien kull perjodu ta’ obbligu.

🡻 2018/2002 Art. 1.4

 ġdid

Artikolu 97a

Skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika

1. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta’ ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 87(1) permezz ta’ skema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, dawn għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li joperaw fit-territorju ta’ kull Stat Membru jissodisfaw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(94) u (105), ir-rekwiżit tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali stabbilit fl-Artikolu 87(1).

Meta applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-partijiet obbligati jwettqu dak l-iffrankar, kollu jew parti minnu, bħala kontribuzzjoni għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika skont l-Artikolu 28(11)20(6).

2. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati minn fost  l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni,  id-distributuri tal-enerġija, il-kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut u d-distributuri tal-fjuwil tat-trasport jew il-bejjiegħa bl-imnut tal-fjuwil tat-trasport li joperaw fit-territorju tagħhom. L-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandhom jiksbuh il-partijiet obbligati fost il-klijenti finali, deżinjati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu li sar skont l-Artikolu 87(1) jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, bi ffrankar iċċertifikat miksub minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (a) tal-paragrafu 106 ta’ dan l-Artikolu.

3. Meta kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut jiġu deżinjati bħala partijiet obbligati skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt li jkunu qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom, il-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut ma joħolqu l-ebda ostaklu li jxekkel lill-konsumaturi milli jaqilbu minn fornitur għal ieħor.

 ġdid

(4) L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jiksbu sehem tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-partijiet obbligati jilħqu miri ta’ tnaqqis fil-kostijiet tal-enerġija u jiksbu ffrankar tal-enerġija billi jippromwovu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż miżuri ta’ appoġġ finanzjarju li jtaffu l-effetti tal-prezz tal-karbonju fuq l-SMEs u l-mikroSMEs.

(5) L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jaħdmu mal-awtoritajiet lokali jew mal-muniċipalitajiet biex jippromwovu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi partikolari fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew suxxettibbli aktar għall-effetti tiegħu. Biex jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet obbligati jwettqu azzjonijiet bħal rinnovazzjoni tal-bini, inkluż l-akkomodazzjoni soċjali, sostituzzjoni tal-apparat domestiku, appoġġ finanzjarju u inċentivi għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’konformità mal-iskemi nazzjonali ta’ finanzjament u appoġġ, jew awditjar tal-enerġija.

(6) L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-partijiet obbligati jirrappurtaw annwalment dwar l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-partijiet obbligati bl-azzjonijiet promossi fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u għandhom jeżiġu informazzjoni statistika aggregata dwar il-klijenti finali tagħhom (li tidentifika l-bidliet fl-iffrankar tal-enerġija f’informazzjoni sottomessa qabel) u dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju mogħti.

🡻 2018/2002 Art. 1.4 (adattat)

 ġdid

74. L-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija minn kull parti obbligata f’termini ta’ konsum tal-enerġija finali jew primarja. Il-metodu magħżul biex jiġi espress l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija għandu jintuża wkoll għall-kalkolu tal-iffrankar dikjarat mill-partijiet obbligati.  Waqt il-konverżjoni tal-iffrankar tal-enerġija,  Ggħandhom japplikaw il-valuri kalorifiċi netti  il-fatturi tal-konverżjoni stabbiliti  fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 111 u l-fattur tal-enerġija primarja skont l-Artikolu 29  fl-Anness IV  sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat l-użu ta’ fatturi tal-konverżjoni oħrajn .

85. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li permezz tagħhom issir  li fil-qafas tagħhom issir verifika dokumentata ta’  fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika implimentati mill-partijiet obbligati. Il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom isiru indipendentement mill-partijiet obbligati.  Meta entità tkun parti obbligata skont skema nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 9 u skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq [Referenza għall-proposta], is-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifika għandha tiżgura li l-prezz tal-karbonju mgħoddi waqt ir-rilaxx tal-fjuwil għall-konsum [f’konformità mal-Artikolu XX tad-Direttiva XX] għandu jitqies fil-kalkolu u fir-rappurtar tal-iffrankar tal-enerġija tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija tal-entità. 

 ġdid

(9) L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar is-sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika stabbiliti inkluż, iżda mhux biss, il-metodi użati, il-kwistjonijiet identifikati u kif dawn ġew indirizzati.

🡻 2018/2002 Art. 1.4 (adattat)

 ġdid

106. Fl-iskema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jistgħu  jawtorizzaw lill-partijiet obbligati biex iwettqu  jagħmlu waħda jew it-tnejn minn dan li ġej:

(a)iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta’ servizzi tal-enerġija jew minn partijiet terzi oħra, inkluż meta l-partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta’ korpi oħra approvati mill-Istat jew permezz ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jinvolvu sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament. Meta l-Istati Membri jippermettu dan, dawn għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija timxi skont proċess ta’ approvazzjoni mħaddem fl-Istati Membri, li jkun ċar, trasparenti, u miftuħ għall-parteċipanti kollha tas-suq, u li jkollu l-għan li jnaqqas kemm jista’ jkun il-kostijiet taċ-ċertifikazzjoni;

(b)iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub f’sena partikolari bħallikieku nkiseb f’xi waħda mill-erba’ snin preċedenti jew mit-tliet snin sussegwenti, diment li dan il-perjodu ma jaqbiżx it-tmiem tal-perjodi ta’ obbligu stabbiliti fl-Artikolu 87(1).

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk xieraq, jieħdu miżuri biex jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt tal-kostijiet diretti u indiretti tal-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika fuq il-kompetittività tal-industriji intensivi fl-enerġija li huma esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali.

117. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew minn kull subkategorija ta’ parti obbligata, u bħala total permezz tal-iskema.

Artikolu 107b

Miżuri ta’ politika alternattivi

1. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jiksbu l-iffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 87(1) permezz ta’ miżuri ta’ politika alternattivi, dawn għandhom jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(94) u (105), li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 87(1) jinkiseb fost il-klijenti finali.

2. Għall-miżuri kollha għajr dawk relatati mat-tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li permezz tagħhom issir verifika dokumentata ta’ mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika implimentati mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati. Il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom isiru indipendentement mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati.

 ġdid

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar is-sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika stabbiliti inkluż, iżda mhux biss, il-metodi użati, il-kwistjonijiet identifikati u kif dawn ġew indirizzati.

4. Meta jirrapportaw miżura ta’ tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom juru kif fit-tfassil tal-miżura ta’ tassazzjoni ġiet żgurata l-effikaċja tas-sinjal tal-prezz, bħal pereżempju r-rata tat-taxxa u l-viżibbiltà maż-żmien. Meta jkun hemm tnaqqis fir-rata tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw kif il-miżuri ta’ tassazzjoni għadhom iwasslu għal iffrankar tal-enerġija ġdid.

🡻 2012/27/UE (adattat)

Artikolu 118

 Il-verifiki tal-enerġija u Sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija  u awditjar tal-enerġija 

 ġdid

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi b’konsum annwali medju ogħla minn 100TJ ta’ enerġija tul it-tliet snin preċedenti u filwaqt li jqisu l-vetturi tal-enerġija kollha flimkien, jimplimentaw sistema tal-ġestjoni tal-enerġija. Is-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi ċċertifikata minn korp indipendenti skont l-Istandards Ewropej jew Internazzjonali rilevanti.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi b’konsum annwali medju ta’ aktar minn 10TJ ta’ enerġija tul it-tliet snin preċedenti, u filwaqt li jqisu l-vetturi tal-enerġija kollha flimkien, jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija. L-awditjar tal-enerġija għandu jsir b’mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kwalifikati jew akkreditati skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 26 jew implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-awditjar tal-enerġija għandu jsir mill-inqas kull erba’ snin mid-data tal-awditjar tal-enerġija preċedenti.

Ir-riżultati tal-awditjar tal-enerġija, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan l-awditjar, iridu jiġu trażmessi lill-maniġment tal-intrapriża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet implimentati jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-intrapriża, meta applikabbli.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

31. L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà lill-klijenti finali kollha ta’ awditjar tal-enerġija ta’ kwalità għolja, kosteffettiv u:

(a)imwettaq b’mod indipendenti minn esperti kwalifikati u/jew akkreditati skont il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni; jew

(b)implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-awditjar tal-enerġija msemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir minn esperti interni jew awdituri tal-enerġija diment li l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa skema li tiżgura u tivverifika l-kwalità tagħhom inkluż, meta xieraq, għażla aleatorja annwali ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti tal-awditjar kollu tal-enerġija li jagħmlu.

Għall-fini biex tkun garantita l-kwalità għolja tal-awditjar tal-enerġija u tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji minimi trasparenti u nondiskriminatorji għall-awditjar tal-enerġija abbażi tal-Anness VI.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki tal-kwalità jsiru biex ikunu żgurati l-validità u l-eżattezza tal-awditjar tal-enerġija. 

L-awditjar tal-enerġija ma għandux jinkludi klawżoli li jwaqqfu s-sejbiet tal-awditjar milli jiġu trasferiti lil xi fornitur ta’ servizzi tal-enerġija kwalifikat/akkreditat, bil-kundizzjoni li l-klijent ma joġġezzjonax.

42. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi li jħeġġu lill-SMEs  li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 1 jew 2  biex iwettqu awditjar tal-enerġija u l-implimentazzjoni sussegwenti tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan l-awditjar.

Abbażi ta’ kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta’ appoġġ għall-SMEs, anki jekk dawn ikunu kkonkludew ftehimiet volontarji, biex ikopru l-kostijiet tal-awditjar tal-enerġija u tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kosteffettivi ħafna tal-awditjar tal-enerġija, jekk il-miżuri proposti jiġu implimentati.

L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-SMEs, inkluż permezz tal-organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi rispettivi tagħhom, għal eżempji konkreti ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jistgħu jgħinu lin-negozji tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri billi tappoġġa l-iskambji tal-aqwa prattiki f’dan il-qasam.

3.    L-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw programmi biex iqajmu kuxjenza fost id-djar dwar il-benefiċċji ta' tali kontrolli permezz ta' servizzi xierqa ta' konsulenza.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu programmi ta' taħriġ għall-kwalifika tal-awdituri tal-enerġija sabiex jiffaċilitaw disponibbiltà suffiċjenti ta' esperti.

4.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi li mhumiex SMEs ikunu soġġetti għal verifika tal-enerġija li ssir b'mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kkwalifikati u/jew akkreditati jew implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta' Diċembru 2015 u tal-anqas kull erba' snin mid-data tal-verifika tal-enerġija preċedenti.

 ġdid

5. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi li jħeġġu lill-intrapriżi li mhumiex SMEs u li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 1 jew 2 biex iwettqu awditjar tal-enerġija u l-implimentazzjoni sussegwenti tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dan l-awditjar.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

65. L-awditjar tal-enerġija għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 4  2  meta dan isir b’mod indipendenti, abbażi ta’ kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI, u jiġi implimentati skont ftehimiet volontarji konklużi bejn organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u korp maħtur u sorveljat mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn korpi oħra ddelegati bir-responsabbiltà kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-Kummissjoni.

L-aċċess għall-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi tal-enerġija għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.

 ġdid

7. L-intrapriżi li jimplimentaw kuntratt tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 diment li l-kuntratt tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIV.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

86. L-intrapriżi li mhumiex SMEs u li qed jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ta’ enerġija jew ambjentali – iċċertifikata minn korp indipendenti skont l-il-Istandards Ewropej jew iInternazzjonali rilevanti – għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-paragrafu 4  tal-paragrafi 1 u 2 , diment li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata tinkludi awditjar tal-enerġija abbażi tal-kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI.

97. L-awditjar tal-enerġija jista’ jkun awtonomu jew parti minn awditjar ambjentali usa’. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li bħala parti mill-awditjar tal-enerġija ssir valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika u ekonomika ta’ konnessjoni ma’ network ippjanat jew eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali.

Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw skemi ta’ inċentiv u ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-enerġija u miżuri simili.

 ġdid

10. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 9, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu, sal-15 ta’ Marzu 2024 u kull sena sussegwenti, li s-sidien u l-operaturi ta’ kull ċentru tad-data fit-territorju tagħhom b’konsum sinifikanti ta’ enerġija jagħmlu l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness VI disponibbli għall-pubbliku, u sussegwentement l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

🡻 2012/27/UE

Artikolu 129

🡻 2019/944 Art. 70.1(a)

Metraġġ għall-gass naturali

🡻 2019/944 Art. 70.1(b)

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn hu teknikament possibbli, finanzjarjament raġonevoli, u proporzjonat għall-iffrankar tal-enerġija potenzjali, fir-rigward tal-gass naturali, il-klijenti finali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompetittiv li jirriflettu eżatt il-konsum reali tal-enerġija tal-klijent finali u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.

🡻 2012/27/UE

Dawn l-arloġġi individwali bi prezz kompetittiv għandhom jingħataw dejjem meta:

(a)jinbidel arloġġ eżistenti, sakemm dan ma jkunx teknikament impossibbli jew ma jkunx kosteffettiv meta wieħed jikkunsidra l-iffrankar potenzjali stmat fuq tul ta’ żmien;

(b)issir konnessjoni ġdida f’bini ġdid jew f’bini li fih isiru rinnovazzjonijiet kbar, kif stipulat fid-Direttiva 2010/31/UE.

🡻 2019/944 Art. 70.1(c)

2. Meta, u sa fejn, l-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta’ metraġġ intelliġenti u jintroduċu arloġġi intelliġenti għall-gass naturali f’konformità mad-Direttiva 2009/73/KE, dawn għandhom:

🡻 2012/27/UE

(a)jiżguraw li s-sistemi tal-metraġġ jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali u li l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika u l-benefiċċji tal-klijenti finali jitqiesu bis-sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-arloġġi u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti fis-suq;

(b)jiżguraw is-sigurtà tal-arloġġi intelliġenti u l-komunikazzjoni tad-data, u l-privatezza tal-klijenti finali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-protezzjoni tad-data u l-privatezza;

(ce)jeżiġu li jingħataw pariri u informazzjoni xierqa lill-klijenti waqt l-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti, b’mod partikolari dwar il-potenzjal kollu tagħhom b’rabta mal-ġestjoni tal-qari tal-arloġġi u mal-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija.

🡻 2018/2002 Art. 1.6 (adattat)

Artikolu 139 a

Metraġġ għall-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għat-tisħin distrettwali, għat-tkessiħ distrettwali u għall-misħun domestiku, il-klijenti finali jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu eżatt il-konsum reali tal-enerġija tagħhom.

2. Meta t-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun domestiku jiġu fornuti lil binja minn sors ċentrali li jaqdi bosta binjiet jew minn sistema tat-tisħin distrettwali jew tat-tkessiħ distrettwali, għandu jiġi installat arloġġ fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt tal-konsenja.

Artikolu 149b

Submetraġġ u allokazzjoni tal-kost għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku

1. F’binjiet b’diversi appartamenti u f’binjiet b’diversi użi li għandhom sors ċentrali tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew li huma fornuti minn sistema tat-tisħin distrettwali jew tat-tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun domestiku għal kull unità tal-bini, meta dan ikun teknikament fattibbli u kosteffettiv mil-lat ta’ proporzjon għall-iffrankar tal-enerġija potenzjali.

Meta l-użu ta’ arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew meta ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejjel il-konsum tat-tisħin f’kull unità tal-bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-kost tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f’kull radjatur, sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta’ dawn l-allokaturi tal-kost tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F’dawk il-każijiet, jistgħu jitqiesu metodi kosteffiċjenti alternattivi għall-kejl tal-konsum tat-tisħin. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri biex jiġu ddeterminati n-nuqqas ta’ fattibbiltà teknika u n-nuqqas ta’ kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati b’mod ċar minn kull Stat Membru.

2. F’bini ġdid b’diversi appartamenti u fil-partijiet residenzjali ta’ bini ġdid b’diversi użi li għandhom sors ċentrali tat-tisħin għall-misħun domestiku jew li jiġu fornuti minn sistemi tat-tisħin distrettwali, minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom xorta jingħataw arloġġi individwali għall-misħun domestiku.

3. Meta l-binjiet b’diversi appartamenti jew b’diversi użi jiġu fornuti minn tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, jew meta s-sistemi komuni tagħhom tat-tisħin jew tat-tkessiħ għal dan il-bini jkunu prevalenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u disponibbli għall-pubbliku dwar l-allokazzjoni tal-kost tal-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku f’dan il-bini biex tkun żgurata t-trasparenza u l-eżattezza tal-kontabbiltà tal-konsum individwali. Meta xieraq, dawn ir-regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-mod kif issir l-allokazzjoni tal-kost tal-enerġija li tintuża kif ġej:

(a)il-misħun domestiku;

(b)is-sħana rradjata mill-installazzjoni tal-bini u għall-fini tat-tisħin taż-żoni komuni, meta t-tromba tat-taraġ u l-kurituri jkollhom radjaturi;

(c)għall-fini tat-tisħin jew tat-tkessiħ tal-appartamenti.

Artikolu 159c

Rekwiżit ta’ qari remot

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 139a u 149b, l-arloġġi u l-allokaturi tal-kost tat-tisħin installati ġodda  wara l-25 ta’ Ottubru 2020 għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod. Il-kundizzjonijiet tal-fattibbiltà teknika u tal-kosteffettività stipulati fl-Artikolu 149b(1) għandhom jibqgħu japplikaw.

2. L-arloġġi u l-allokaturi tal-kost tat-tisħin li ma jistgħux jinqraw mill-bogħod iżda li diġà ġew installati għandhom isiru jinqraw mill-bogħod jew jinbidlu b’apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta’ Jannar 2027, għajr meta l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhux kosteffiċjenti.

🡻 2012/27/UE

Artikolu 1610

🡻 2019/944 Art. 70.2(a)

Informazzjoni fil-kontijiet għall-gass naturali

🡻 2019/944 Art. 70.2(b) (adattat)

1. Meta l-klijenti finali ma jkollhomx arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta’ Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-gass naturali tkun affidabbli, eżatta u bbażata fuq il-konsum reali, f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, meta dak ikun possibbli teknikament u ġustifikat ekonomikament.

🡻 2012/27/UE

Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat minn sistema ta’ awtoqari regolari mill-klijenti finali, fejn dawn jikkomunikaw il-qari tal-arloġġ tagħhom stess lill-fornitur tal-enerġija. Huwa biss meta l-klijent finali ma jkunx għadda l-qari tal-arloġġ tiegħu għal perjodu partikolari ta’ żmien li l-kontijiet għandhom jiġu bbażati fuq il-konsum stmat jew rata fissa.

🡻 2019/944 Art. 70.2(c)

2. L-arloġġi installati f’konformità mad-Direttiva 2009/73/KE għandhom jippermettu l-għoti ta’ informazzjoni eżatta dwar il-kontijiet li tkun ibbażata fuq il-konsum reali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali għandu jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment l-informazzjoni kumplimentari dwar il-konsum storiku biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu awtokontrolli dettaljati.

🡻 2012/27/UE (adattat)

L-informazzjoni kumplimentari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:

(a)data kumulattiva dwar mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perjodi li għalihom tkun ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar il-kontijiet; kif ukoll

(b)data dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kull ġurnata, ġimgħa, xahar u sena. Din id-data għandha ssir disponibbli lill-klijent finali bl-internet jew bl-interfaċċja tal-arloġġ għall-perjodu ta’ mill-anqas 24 xahar preċedenti jew għall-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar.

3. Indipendentement minn jekk l-arloġġi intelliġenti jkunux ġew installati jew le, l-Istati Membri:

(a)għandhom jeżiġu li, sa fejn l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-klijenti finali tkun disponibbli, din issir disponibbli, meta jintalab dan mill-klijenti finali, għall-fornitur ta’ servizzi tal-enerġija deżinjat mill-klijent finali;

(b)għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jingħataw l-għażla ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi u li jirċievu, meta jitolbu dan, spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta’ kif ġie derivat il-kont tagħhom, speċjalment meta l-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali;

(c)għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha xierqa tkun disponibbli mal-kont biex il-klijent finali jkollu kont komprensiv tal-kostijiet attwali tal-enerġija, f’konformità mal-Anness VII;

(d)jistgħu jistipulaw li, meta jintalab mill-klijent finali, l-informazzjoni f'dawn il-kontijiet ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi talba għal ħlas. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-sorsi tal-enerġija joffru arranġamenti flessibbli għall-ħlasijiet proprja;

(e)għandhom jeżiġu li l-informazzjoni u l-estimi għall-kostijiet tal-enerġija jingħataw lill-konsumaturi, meta jintalbu, fil-ħin u b’format li jiftiehem faċilment, biex il-konsumaturi jkollhom offerti paragunabbli.

🡻 2018/2002 Art. 1.8 (adattat)

Artikolu 1710 a

Informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġu installati arloġġi jew allokaturi tal-kost tat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum tkun affidabbli, eżatta u bbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-kost tat-tisħin, f’konformità mal-punti 1 u 2 tal-Anness VIIIVIIa għall-utenti finali kollha, jiġifieri, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku għall-użu aħħari proprju tagħhom, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jokkupaw bini individwali jew unità f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew f'bini b'diversi użi fornuta b'tisħin, tkessiħ jew ilma sħun domestiku minn sors ċentrali li ma jkollhom ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

Dan l-obbligu jista’, meta Stat Membru jipprevedi dan, għajr fil-każ ta’ konsum b’submetraġġ ibbażat fuq allokaturi tal-kost tat-tisħin skont l-Artikolu 149b, jiġu ssodisfat b’sistema ta’ awtoqari regolari mill-klijent finali jew mill-utent finali, fejn dawn jikkomunikaw il-qari tal-arloġġ tagħhom stess. Huwa biss meta l-klijent finali jew l-utent finali ma jkunux għaddew il-qari tal-arloġġ tagħhom għal perjodu partikolari ta’ żmien li l-kontijiet għandhom jiġu bbażati fuq il-konsum stmat jew rata fissa.

2. L-Istati Membri għandhom:

(a)jeżiġu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-kost tat-tisħin tal-utenti finali tkun disponibbli, din issir disponibbli, meta jintalab dan mill-klijenti finali, għall-fornitur ta’ servizzi tal-enerġija deżinjat mill-utent finali;

(b)jiżguraw li l-klijenti finali jingħataw l-għażla ta’ informazzjoni elettronika dwar il-kontijiet u ta’ kontijiet elettroniċi;

(c)jiżguraw li mal-kont tingħata informazzjoni ċara u li tinftiehem lill-utenti finali kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIIVIIa; kif ukoll

(d)jippromwovu ċ-ċibersigurtà u jiżguraw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utenti finali f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, meta jintalab dan mill-klijenti finali, l-għoti tal-informazzjoni dwar il-kontijiet ma għandux jitqies li jikkostitwixxi talba għal ħlas. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali.

3. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-utenti finali mingħajr kuntratt dirett jew individwali ma’ fornitur tal-enerġija.

🡻 2018/2002 Art. 1.9

Artikolu 1811

🡻 2019/944 Art. 70.3

Il-kost tal-aċċess għall-metraġġ u għal informazzjoni dwar il-kontijiet għall-gass naturali

🡻 2018/2002 Art. 1.9

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jirċievu l-kontijiet kollha tagħhom u l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-klijenti finali jkollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b’mod adegwat u mingħajr ħlas.

🡻 2018/2002 Art. 1.10

Artikolu 1911 a

Il-kost tal-aċċess għall-metraġġ u għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jirċievu l-kontijiet kollha tagħhom u l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-utenti finali jkollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b’mod adegwat u mingħajr ħlas.

2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni tal-kostijiet tal-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-konsum individwali tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku f’bini b’diversi appartamenti u f’bini b’diversi użi skont l-Artikolu 149b għandha ssir mingħajr qligħ. Il-kostijiet imġarrba bl-assenjar ta’ dak il-kompitu lil parti terza, bħal lil fornitur ta’ servizz jew lill-fornitur lokali tal-enerġija, li jkopru l-kejl, l-allokazzjoni u l-kontabbiltà għall-konsum individwali reali f’bini bħal dan, jistgħu jingħaddu lill-utenti finali, diment li dawn il-kostijiet ikunu raġonevoli.

3. Biex ikunu żgurati kostijiet raġonevoli għas-servizzi ta’ submetraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistimolaw il-kompetizzjoni f’dak is-settur tas-servizzi billi jieħdu miżuri xierqa, bħal pereżempju billi jirrakkomandaw jew jippromwovu mod ieħor l-użu ta’ sejħiet għall-offerti jew l-użu ta’ apparati u sistemi interoperabbli li jiffaċilitaw il-bdil bejn il-fornituri tas-servizzi.

 ġdid

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI U GĦOTI TA’ SETGĦA LILL-KONSUMATURI

Artikolu 20

Drittijiet kuntrattwali bażiċi għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 112 u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 113 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali u, meta msemmija b’mod espliċitu, l-utenti finali għandhom jingħataw id-drittijiet previsti fil-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.

2. Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta’ kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:

(a)l-identità u l-indirizz tal-fornitur;

(b)is-servizzi pprovduti u l-livelli tal-kwalità tas-servizz offruti;

(c)it-tipi ta’ servizzi ta’ manutenzjoni offruti;

(d)    il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi applikabbli, dwar it-tariffi għall-manutenzjoni, u dwar il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett;

(e)    it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inkluż il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett ma’ dawk is-servizzi, u jekk titħalliex issir terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;

(f)    kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta’ rifużjoni li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizz ikkuntrattat, inkluż kontijiet mhux eżatti jew li jdumu ma jinħarġu;

(g)    il-metodu biex tinbeda proċedura għal riżoluzzjoni ta’ tilwima barra mill-qorti f’konformità mal-Artikolu 21;

(h)    informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, inkluż informazzjoni dwar it-trattament tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b’mod ċar fuq il-kont jew fuq is-sit web tal-impriża.

Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ġusti u magħrufa minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jiġu konklużi permezz ta’ intermedjarji, anki l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f’dan il-paragrafu għandha tingħata qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-klijenti finali u l-utenti finali għandhom jingħataw sommarju tal-kundizzjonijiet kuntrattwali prinċipali b’mod li jinftiehem u konċiż, u b’lingwaġġ sempliċi.

3. Il-klijenti finali għandhom jingħataw notifika adegwata dwar kull intenzjoni ta’ modifika tal-kundizzjonijiet kuntrattwali. Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-klijenti finali tagħhom, b’mod trasparenti u li jinftiehem, direttament dwar kull aġġustament fil-prezz tal-provvista u r-raġunijiet u l-prekundizzjonijiet għall-aġġustament u l-ambitu tiegħu, fi żmien xieraq sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn, jew sa mhux aktar tard minn xahar fil-każ tal-klijenti domestiċi, qabel jidħol fis-seħħ l-aġġustament.

4. Il-fornituri għandhom joffru għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas lill-klijenti finali. Dawn il-metodi tal-ħlas ma għandhomx jiddiskriminaw b’mod mhux dovut bejn il-klijenti. Kwalunkwe differenza fit-tariffi relatati mal-metodi tal-ħlas jew ma’ sistemi tal-ħlas bil-quddiem għandha tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata, u ma għandhiex taqbeż il-kostijiet diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu ta’ metodu tal-ħlas speċifiku jew ta’ sistema tal-ħlas bil-quddiem, f’konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 114 .

5. Skont il-paragrafu 6, il-klijenti tal-unitajiet domestiċi li għandhom aċċess għal sistemi tal-ħlas bil-quddiem ma għandhomx jitqiegħdu fi żvantaġġ mis-sistemi tal-ħlas bil-quddiem.

6. Il-fornituri għandhom joffru termini ġenerali u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti lill-klijenti finali, li għandhom jingħataw b’lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu, u ma għandhomx jinkludu ostakli nonkuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi, bħal dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. Il-klijenti għandhom jiġu protetti minn metodi inġusti jew qarrieqa tal-bejgħ. L-utenti finali għandhom jingħataw aċċess għal dawn it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali, meta jintalab dan. Il-klijenti finali u l-utenti finali għandhom jiġu protetti minn metodi inġusti u qarrieqa tal-bejgħ. Il-klijenti finali b’diżabbiltà jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kuntratt tagħhom mal-fornitur tagħhom b’formati aċċessibbli.

7. Il-klijenti finali u l-utenti finali għandu jkollhom id-dritt għal standard tajjeb ta’ servizz u trattament tal-ilmenti mill-fornituri tagħhom. Il-fornituri għandhom jittrattaw l-ilmenti b’mod sempliċi, ġust u malajr.

🡻 2012/27/UE (adattat)

Artikolu 2112

 Iinformazzjoni lill-konsumaturi u programm ta’ għoti ta’ setgħa  sensibilizzazzjoni 

 ġdid

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali tkun trasparenti u disseminata b’mod wiesa’ fost l-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-klijenti finali, l-utenti finali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aġenziji tal-enerġija, il-fornituri tas-servizzi soċjali, il-bennejja, il-periti, l-inġiniera, l-awdituri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

21. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti , żgħar tal-enerġija, inklużi l-klijenti domestiċi  finali u mill-utenti finali . Dawn il-miżuri jistgħu  għandhom  ikunu parti minn strateġija nazzjonali  bħall-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, jew l-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul kif definit fid-Direttiva 2010/31/UE .

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1  ta’ dan l-Artikolu , dawn il-miżuri għandhom jinkludu element wieħed jew aktar elenkati taħt il-punt (a) jew (b):

(a)firxa ta’ strumenti u politiki li jippromwovu l-bidla komportamentali li jistgħu jinkludu , bħal :

(i)inċentivi fiskali;

(ii)aċċess għal finanzi,  vawċers,  għotjiet jew sussidji;

(iii)għoti tal-informazzjoni  b’format aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà ;

(iv)proġetti eżemplari;

(v)attivitajiet fuq il-post tax-xogħol;

 ġdid

(vi)attivitajiet tat-taħriġ;

(vii)għodod diġitali.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

 Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll, iżda mhux biss, dawn  il-modi u l-mezzi għall-involviment tal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi matul l-implimentazzjoni possibbli tal-arloġġi intelliġenti permezz  tal-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 :

 ġdid

(i)il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili għall-għoti ta’ pariri tekniċi, amministrattivi u finanzjarji u għal assistenza dwar l-effiċjenza enerġetika, inkluż b’rabta ma’ rinnovazzjonijiet tal-enerġija tal-bini u l-użu tal-enerġija rinnovabbli għall-bini, lil klijenti finali u utenti finali, speċjalment dawk tal-unitajiet domestiċi u dawk żgħar li mhux tal-unitajiet domestiċi.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

(ii)komunikazzjoni dwar:

(i)bidliet kosteffettivi u li jistgħu jinkisbu faċilment fl-użu tal-enerġija;

(iiiii) disseminazzjoni ta’  informazzjoni dwar il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika  u strumenti ta’ finanzjament ;.

 ġdid

(iv)il-forniment ta’ punti uniċi ta’ kuntatt, biex il-klijenti finali u l-utenti finali jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim disponibbli għalihom f’każ ta’ tilwim. Dawn il-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jkunu parti minn punti ta’ informazzjoni ġenerali għall-konsumaturi.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

32. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-operaturi tas-swieq  għall-atturi tas-suq biex jipprovdu informazzjoni adegwata u mmirata u konsulenza lill-konsumaturi finali  tal-enerġija consumers  , inkluż il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali  dwar l-effiċjenza enerġetika.

 ġdid

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali, l-utenti finali, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, jkollhom aċċess għal mekkaniżmi barra l-qorti sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim rigward id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva, permezz ta’ mekkaniżmu indipendenti bħal Ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, jew permezz ta’ awtorità regolatorja. Meta jkun klijent finali kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 115 , dawn il-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.

Meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim jikkooperaw biex jipprovdu mekkaniżmi sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti, għal kull tilwima li tinqala’ minn prodotti jew servizzi relatati jew magħquda ma’ xi prodott jew servizz li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-parteċipazzjoni tal-impriżi b’mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti għall-klijenti domestiċi għandha tkun obbligatorja sakemm l-Istat Membru ma jurix lill-Kummissjoni li hemm mekkaniżmi oħra effettivi daqshom.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

Artikolu 19

Miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza fl-enerġija

51.  Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-liġijiet tagħhom dwar il-proprjetà u dwar il-kiri,  l-Istati Membri għandhom jevalwaw u jekk ikun meħtieġ jieħdu l-miżuri xierqa  meħtieġa  biex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-proprjetà u l-liġi dwar il-kera tal-Istati Membri, b'mod partikolari rigward:

(a)il-qsim tal-inċentivi bejn is-sid  is-sidien u l-kerrej  l-inkwilini  ta’ bini jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini , biex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza minħabba l-fatt li individwalment ma jiksbux benefiċċji sħaħ jew minħabba nuqqas ta’ regoli għall-qsim tal-kostijiet u l-benefiċċji bejniethom inklużi r-regoli u l-miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proprjetà b'diversi sidien;

Tali Mmiżuri li jneħħu  dawn  l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta’ inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta’ dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jew l-adozzjoni ta’ linji gwida u ta’ komunikazzjonijiet interpretattivi, jew is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi  , inkluż regoli u miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi proprjetajiet b’diversi sidien . Il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza enerġetika  lill-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 .

2.    L-evalwazzjoni tal-ostakli u tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija msemmi fl-Artikolu 24(2). Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali f'dan ir-rigward.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jappoġġaw djalogu multilaterali bil-parteċipazzjoni tas-sħab pubbliċi u soċjali rilevanti bħall-organizzazzjonijiet tas-sidien u l-inkwilini, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-aġenziji, bil-għan li jiġu stabbiliti proposti dwar miżuri, inċentivi u linji gwida aċċettati b’mod konġunt li huma rilevanti għall-qsim tal-inċentivi bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini.

Kull Stat Membru għandu jirrapporta dawn l-ostakli u l-miżuri meħuda fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

65. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iskambju u d-distribuzzjoni wiesgħa tal-informazzjoni dwar l-aqwa prattiki  tajba  tal-effiċjenza enerġija  u metodoloġiji li jtaffu l-qsim tal-inċentivi  fl-Istati Membri.

 ġdid

Artikolu 22

Nagħtu s-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u ntaffu l-faqar enerġetiku

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

Fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli skont l-Artikoli 28(1) u 29 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-utenti finali.

2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u miżuri relatati ta’ informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 21 fl-Artikolu 8(3), bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali biex itaffu l-faqar enerġetiku.

3. Biex iwieżnu lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom:

a)jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex itaffu l-effetti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra, bħall-miżuri tat-tassazzjoni implimentati skont l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, jew l-applikazzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u t-trasport f’konformità mad-Direttiva tal-ETS [Referenza għall-proposta];

b)jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż meta applikabbli, mill-kontribuzzjoni finanzjarja li l-Istat Membru jkun irċieva mill-Fond Soċjali għall-Klima skont [l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima], u mid-dħul minn irkanti bl-iskambju tal-kwoti skont l-ETS tal-UE, għal investimenti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħala azzjonijiet ta’ prijorità;

c)meta applikabbli, iwettqu investimenti bikrija u progressivi f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika qabel ma l-impatti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra juru l-effett tagħhom;

d)jibnu assistenza teknika u jintroduċu finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, bħal skemi fuq il-kont, riżerva lokali ta’ telf mis-self, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi u rinnovazzjonijiet bi gwadanji minimi fl-enerġija;

e)irawmu assistenza teknika għall-atturi soċjali biex jippromwovu l-involviment attiv tal-konsumaturi vulnerabbli fis-suq tal-enerġija, u bidliet pożittivi fl-imġiba tagħhom tal-konsum tal-enerġija;

f)jiżguraw aċċess għal finanzjament, għotjiet jew sussidji marbuta ma’ gwadanji minimi fl-enerġija.

4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu network ta’ esperti minn diversi setturi bħas-settur tas-saħħa, is-settur tal-bini u s-setturi soċjali biex jiżviluppaw strateġiji li jappoġġaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali biex jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u jtaffu l-faqar enerġetiku, miżuri li jiġġeneraw soluzzjonijiet sodi fit-tul biex itaffu l-faqar enerġetiku u jiżviluppaw assistenza teknika u għodod finanzjarji xierqa. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw network ta’ kompożizzjoni tal-esperti li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u jirrifletti l-perspettivi tan-nies fid-diversità kollha tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw l-istess network ta’ esperti biex:

a)jistabbilixxi definizzjonijiet, indikaturi u kriterji nazzjonali tal-faqar enerġetiku, ta’ persuni milquta mill-faqar enerġetiku, u ta’ kunċetti ta’ klijenti vulnerabbli, inkluż l-utenti finali;

b)jiżviluppa jew itejjeb indikaturi u settijiet tad-data rilevanti, pertinenti għall-kwistjoni tal-faqar enerġetiku, li jenħtieġ li jintużaw u jsiru rapporti dwarhom, u

c)jistabbilixxu metodi u miżuri li jiżguraw l-affordabbiltà, il-promozzjoni tan-newtralità tal-kost tal-akkomodazzjoni, jew modi li jiżguraw li l-fondi pubbliċi investiti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jkunu ta’ benefiċċju għas-sidien u għall-inkwilini tal-bini u tal-unitajiet tal-bini, b’mod partikolari b’rabta mal-klijenti vulnerabbli, mal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, u, meta applikabbli, mal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

d)jivvalutaw, u meta applikabbli, jipproponu miżuri li jevitaw jew jirrimedjaw sitwazzjonijiet meta ċerti gruppi partikolari jkunu affettwati aktar jew f’riskju akbar li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku jew ikunu aktar suxxettibbli għall-impatti negattivi tal-faqar enerġetiku, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, it-tfal, u l-persuni ta’ sfond razzjali jew etniku minoritarju.

🡻 2012/27/UE (adattat)

3.    Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatt tal-miżuri tagħha biex tappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi li jinvolvu, fost l-oħrajn, korpi ta' djalogu soċjali Ewropew fit-trawwim ta' programmi ta' taħriġ għall-effiċjenza fl-enerġija, u għandha tressaq aktar miżuri jekk ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lis-sħab soċjali Ewropej fid-diskussjonijiet tagħhom dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

KAPITOLU VIII

L-EFFIĊJENZA FIL-PROVVISTA TAL-ENERĠIJA

Artikolu 2314

Promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u t-tkessiħ Valutazzjoni u ppjanar tat-tisħin u t-tkessiħ  

 ġdid

1. Bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima, il-pjan nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu għall-enerġija u l-klima, u r-rapporti ta’ progress rispettivi notifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’valutazzjoni komprensiva tat-tisħin u t-tkessiħ. Dik il-valutazzjoni komprensiva għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX u għandha tkun mehmuża mal-valutazzjoni li ssir skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

🡻 2012/27/UE (adattat)

1. Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom iwettqu u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VIII. Jekk ikunu diġà wettqu valutazzjoni ekwivalenti, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwarha.

Il-valutazzjoni komprensiva għandha tieħu kont sħiħ tal-analiżi tal-potenzjali nazzjonali għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza kbira li titwettaq taħt id-Direttiva 2004/8/KE.

Fuq talba tal-Kummissjoni, il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata u l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata dwarha kull ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali talba tal-inqas sena qabel id-data ta' skadenza.

2.    L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki li jinkoraġġixxu li jittieħed kont debitu fil-livelli lokali u reġjonali tal-potenzjal tal-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti, b'mod partikolari dawk li jużaw koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. Għandu jittieħed kont tal-potenzjal għall-iżvilupp ta' swieq lokali u reġjonali ta' sħana.

 ġdid

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata l-opportunità jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva, u fil-politiki u l-miżuri.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

3. Għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-kostbenefiċċji li tkopri t-territorju tagħhom u abbażi tal-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fattibbiltà ekonomika jew l-adegwatezza teknika skont il-Parti 1 tal-Anness IX. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji għandha tkun kapaċi tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji tista’ tkun parti minn valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent 116 .

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-analiżi tal-kostbenefiċċji, jipprovdu l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet dettaljati skont l-Anness X u jistabbilixxu u jippubblikaw il-proċeduri għall-analiżi ekonomika.

4. Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 jidentifikaw potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u/jew għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li l-benefiċċji tagħhom jisbqu l-kostijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex tiġi żviluppata infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u/jew biex jiġu akkomodati l-iżvilupp ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u l-użu tat-tisħin u tat-tkessiħ mis-sħana mormija u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija skont il-paragrafi 1, 5, u 7  f’konformità mal-paragrafu 1 u l-Artikolu 24(4) u (6) .

Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jisbqu l-kostijiet, inkluż il-kostijiet amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fl-Artikolu 24(4)fil-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu.

 ġdid

5. L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki u miżuri, li jiżguraw li jinħataf il-potenzjal identifikat fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1. Dawn il-politiki u l-miżuri għandhom jinkludu mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness IX. Kull Stat Membru għandu jinnotifika dawn il-politiki u l-miżuri bħala parti mill-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima, tal-pjan nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu għall-enerġija u l-klima, u tar-rapporti ta’ progress rispettivi notifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.

6. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iħejju pjanijiet lokali tat-tisħin u t-tkessiħ tal-anqas fil-muniċipalitajiet li għandhom popolazzjoni totali ta’ aktar minn 50 000. Dawk il-pjanijiet jenħtieġ mill-inqas:

(a)ikunu bbażati fuq l-informazzjoni u d-data pprovduti fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1, jipprovdu stima u mmappjar tal-potenzjal għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, inkluż bl-irkupru tas-sħana mormija, u l-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ f’dik iż-żona partikolari;

(b)jinkludu strateġija għall-użu tal-potenzjal identifikat skont il-paragrafu 6(a);

(c)jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati reġjonali jew lokali rilevanti kollha u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali;

(d)jikkunsidraw il-ħtiġijiet komuni tal-komunitajiet lokali u ta’ diversi unitajiet amministrattivi lokali jew reġjonali, jew ta’ diversi reġjuni;

(e)jinkludu l-monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri identifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata l-opportunità jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva, u fil-politiki u l-miżuri.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku.

Artikolu 24

Provvista tat-tisħin u tat-tkessiħ

1. Biex jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika primarja u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ, sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti hija sistema li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

a.sal-31 ta’ Diċembru 2025, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 75 % ta’ sħana koġenerata jew 50 % ta’ kombinament ta’ dawn it-tipi ta’ enerġija u sħana;

b.mill-1 ta’ Jannar 2026, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 80 % ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jew mill-anqas kombinament ta’ din l-enerġija termali li tidħol fin-network fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 5 % u s-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 50 %;

c.mill-1 ta’ Jannar 2035, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, meta s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 20 %;

d.mill-1 ta’ Jannar 2045, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ -sħana mormija, fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 40 %;

e.mill-1 ta’ Jannar 2050, sistema li tuża enerġija rinnovabbli u sħana mormija biss, meta s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 60 %.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali tinbena jew tiġi rinnovata sostanzjalment, din tkun tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 applikabbli f’dak iż-żmien meta tibda jew tkompli topera wara r-rinnovazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta sistema tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali tinbena jew tiġi rinnovata sostanzjalment, ma jkun hemm l-ebda żieda fl-użu tal-fjuwils fossili għajr il-gass naturali fis-sorsi tas-sħana eżistenti meta mqabbel mal-medja tal-konsum annwali, b’medja tal-aktar tliet snin kalendarji riċenti ta’ operazzjoni sħiħa qabel ir-rinnovazzjoni, u li kull sors ġdid tas-sħana f’dik is-sistema ma jużax fjuwils fossili għajr il-gass naturali.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2025 u kull ħames snin sussegwenti, l-operaturi tas-sistemi kollha eżistenti tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali b’output totali tal-enerġija li jaqbeż il-5 MW u li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1(b) sa (e), iħejju pjan biex jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika primarja u l-enerġija rinnovabbli. Il-pjan għandu jinkludi miżuri biex jintlaħqu l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1(b) sa (e) u għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

45.  Biex jivvalutaw il-fattibbiltà ekonomika ta’ żieda fl-effiċjenza enerġetika ta’ provvista tas-sħana u tal-kesħa,  l-Istati Membri għandhom jiżguraw li  fil-livell ta’ installazzjoni  ssir analiżi tal-kostbenefiċċji skont il-Parti 2 ta’ l-Anness XIX meta , wara l-5 ta’ Ġunju 2014  l-installazzjonijiet li ġejjin ikunu ġew ippjanati mill-ġdid jew rinnovati sostanzjalment :

(a)tkun ippjanata installazzjoni ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku termali b’input  tal-enerġija  totali termali  annwali medju  li jaqbeż l-20  il-5  MW, biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ forniment għall-operazzjoni tal-installazzjoni bħala installazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;

(b)tkun modernizzata installazzjoni termali eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju li din tiġi kkonvertita għal waħda ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(c)tkun ippjanata jew sostanzjalment modernizzata installazzjoni industrijali[…] b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW li jiġġenera sħana żejda b'livell utli ta' temperatura, sabiex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji tal-użu tas-sħana żejda biex tintlaħaq id-domanda ekonomikament ġustifikata, inkluż permezz tal-koġenerazzjoni, u tal-konnessjoni ta' dik l-installazzjoni għal netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti;

(d)tkun ippjanata netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali jew, f'netwerk eżistenti, tiġi ppjanata installazzjoni ġdida għall-produzzjoni tal-enerġija b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW jew tkun ser tiġi sostanzjalment irrinovata installazzjoni eżistenti li taqbeż l-20 MW, biex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji li tintuża s-sħana mitlufa minn installazzjonijiet industrijali fil-qrib.

 ġdid

(b)installazzjoni industrijali b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż il-5 MW biex jiġi vvalutat l-użu tas-sħana mormija fis-sit u barra mis-sit;

(c)faċilità ta’ servizz b’input tal-enerġija totali annwali medju li jaqbeż il-5 MW, bħal faċilitajiet tat-trattament tal-ilma mormi u faċilitajiet tal-LNG biex jiġi vvalutat l-użu tas-sħana mormija fis-sit u barra mis-sit,

(d)ċentru tad-data b’input tal-enerġija kklassifikat totali li jaqbeż il-livell ta’ 1 MW, biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji tal-użu tas-sħana mormija biex tiġi ssodisfata d-domanda ekonomikament ġustifikata, u tal-konnessjoni ta’ dik l-installazzjoni ma’ network tat-tisħin distrettwali jew ma’ sistema ta’ tkessiħ distrettwali effiċjenti/ibbażata fuq l-RES. L-analiżi għandha tikkunsidra soluzzjonijiet tas-sistema tat-tkessiħ li jippermettu t-tneħħija jew il-ġbir tas-sħana mormija f’livell ta’ temperatura utli b’inputs tal-enerġija anċillari minimi.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tas-sħana mormija fis-sit għall-fini tal-punti (b) sa (d), minflok l-analiżi tal-kostbenefiċċji stabbilita f’dan il-paragrafu, jista’ jsir awditjar tal-enerġija f’konformità mal-Anness VI.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

L-attrezzament ta’ tagħmir għall-ġbir tad-diossidu tal-karbonju prodott minn installazzjoni tal-kombustjoni bil-ħsieb li jinħażen ġeoloġikament kif previst fid-Direttiva 2009/31/KE ma għandux jitqies bħala rinnovazzjoni għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d)  (b) u (c)  ta’ dan il-paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu  għandhom jitolbu  li l-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fil-punti (c) u (d) ssir b’kooperazzjoni mal-kumpaniji responsabbli għall-operazzjoni tan-networks tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali  tal-faċilità .

56. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-paragrafu 45:

(a)lil dawk l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku peak-load u back-up li huma ppjanati biex joperaw għal anqas minn 1500 siegħa ta’ operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perjodu ta’ ħames snin, abbażi ta’ proċedura ta’ verifika stabbilita mill-Istati Membri li tiżgura li dan il-kriterju għall-eżenzjoni jiġi ssodisfat;

(b)installazzjonijiet ta’ enerġija nukleari;

(bc)lill-installazzjonijiet li jeħtieġ ikunu jinsabu qrib sit tal-ħżin ġeoloġiku approvat skont id-Direttiva 2009/31/KE;.

 ġdid

(c)ċentri tad-data li s-sħana mormija tagħhom tintuża jew tkun se tintuża f’network tat-tisħin distrettwali jew direttament għat-tisħin tal-post, għall-preparazzjoni tal-misħun domestiku jew għal użi oħra fil-bini jew fil-grupp ta’ binjiet fejn tkun tinsab.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti, espressi f’termini tal-ammont tas-sħana mormija utli disponibbli, id-domanda għas-sħana jew id-distanzi bejn l-installazzjonijiet industrijali u n-networks tat-tisħin distrettwali, biex jeżentaw lil installazzjonijiet individwali mid-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d)  (c) u (d)  tal-paragrafu 5.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-eżenzjonijiet adottati skont dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013 u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom wara.

67. L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta’ awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 87 tad-Direttiva (UE) 2019/9442009/72/KE, jew kriterji ta’ permess ekwivalenti, biex:

(a)iqisu l-eżitu tal-valutazzjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 13;

(b)jiżguraw li r-rekwiżiti tal-paragrafu 45 jiġu ssodisfati; kif ukoll

(c)iqisu l-eżitu tal-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fil-paragrafu 45.

78. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil installazzjonijiet individwali milli jkollhom, skont il-kriterji ta’ awtorizzazzjoni u ta’ permess imsemmija fil-paragrafu 67, jimplimentaw għażliet li l-benefiċċji tagħhom jisbqu l-kostijiet tagħhom, jekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ liġi, ta’ sjieda jew ta’ finanzjament biex dan isir  jagħmlu dan . F’dawn il-każijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta notifika motivata tad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data meta ttieħdet.  Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar in-notifika fi żmien tliet xhur minn meta taslilha. 

89. Il-paragrafi 45, 56, 67 u78 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

 ġdid

9. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-analiżi tal-kostbenefiċċji mwettqa skont il-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li jkun fiha tal-anqas id-data dwar l-ammonti ta’ provvista tas-sħana disponibbli u l-parametri tas-sħana, in-numru ta’ sigħat ta’ operazzjoni ppjanati kull sena, u l-pożizzjoni ġeografika tas-siti. Dik id-data għandha tiġi ppubblikata bir-rispett dovut għas-sensittività potenzjali tagħha.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

10. Abbażi tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza msemmija fil-punt (f) tal-Anness IIIII, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja tista’ tiġi ggarantita skont kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji stabbiliti minn kull Stat Membru. Dawn għandhom jiżguraw li din il-garanzija tal-oriġini tikkonforma mar-rekwiżiti u tkun tinkludi mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XIX. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku l-garanziji tal-oriġini tagħhom, esklużivament bħala prova tal-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu. Kwalunkwe rifjut ta’ rikonoxximent ta’ garanzija tal-oriġini bħala prova ta’ din ix-xorta, b’mod partikolari għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, irid ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan ir-rifjut u bil-ġustifikazzjoni għalih. Fil-każ ta' rifjut ta’ rikonoxximent ta’ garanzija tal-oriġini, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni biex teżiġi li l-parti rifjutanti tirrikonoxxiha, b’mod partikolari b’rabta ma’ kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji li abbażi tagħhom ikun dak ir-rikonoxximent.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrieżamina, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 2923 ta’ din id-Direttiva, l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni 2011/877/UE 117  fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 118  fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/8/KE sal-31 ta’ Diċembru 2014.

11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull appoġġ disponibbli għall-koġenerazzjoni jkun soġġett għall-fatt li l-elettriku ġġenerat ikun ġej minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u li s-sħana mormija tintuża effettivament biex jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja. L-appoġġ pubbliku għall-koġenerazzjoni, u għall-ġenerazzjoni u n-networks tat-tisħin distrettwali, għandu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, meta applikabbli.

Artikolu 2515

Trasformazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li Ll-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jikkunsidraw debitament  għandhom japplikaw il-prinċipju  “l-Effiċjenza Enerġetika  tiġi l-ewwel” f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva  fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi (UE) 2019/9442009/72/KE u 2009/73/KE fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku  , inkluż id-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tariffi tan-network .

L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta' tariffi u regolamenti tan-netwerk, fil-qafas tad-Direttiva 9442009/72/KE u b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull miżura, jipprovdu inċentivi għall-operaturi tal-grilja sabiex jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema lill-utenti tan-netwerk li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimplimentaw miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fil-kuntest tal-użu kontinwu tal-grilji intelliġenti.

Tali servizzi ta’ sistemi jistgħu jkunu determinati mill-operatur tas-sistema u ma għandux ikollhom impatt negattiv tas-sigurtà tas-sistema.

 ġdid

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass u tal-elettriku japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva fl-ippjanar tan-network, fl-iżvilupp tan-network u fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. Filwaqt li jqisu s-sigurtà tal-provvista u l-integrazzjoni tas-suq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni ma jinvestux f’assi mhux irkuprabbli biex jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu metodoloġiji u gwida dwar kif iridu jiġu vvalutati l-alternattivi fl-analiżi tal-kostbenefiċċji, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji usa’, u kif trid tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jew mill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni meta jkunu qed japprovaw, jivverifikaw jew jimmonitorjaw il-proġetti ppreżentati mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jew mill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-network tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jimmappjaw it-telf tan-network u jieħdu miżuri kosteffettivi biex inaqqsu t-telf tan-network. L-operaturi tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom jirrapportaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-enerġija dwar dawk il-miżuri u dwar l-iffrankar tal-enerġija mistenni bi tnaqqis fit-telf tan-network. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija għandhom jillimitaw il-possibbiltà li l-operaturi tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jirkupraw it-telf evitabbli tan-network mit-tariffi mħallsa mill-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jivvalutaw il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika b’rabta mas-sistemi eżistenti tagħhom tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-gass jew tal-elettriku u jtejbu l-effiċjenza enerġetika fid-disinn u fl-operazzjoni tal-infrastruttura. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tas-sistemi eżistenti permezz ta’ regolamenti bbażati fuq l-inċentivi.

4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija għandhom jinkludu taqsima speċifika dwar il-progress miksub fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika b’rabta mal-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku fir-rapport annwali mfassal skont l-Artikolu 59(l) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE. F’dawn ir-rapporti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija għandhom jipprovdu valutazzjoni tat-telf tan-network fl-operazzjoni tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, il-miżuri li ħadu l-operaturi tan-network tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u, meta applikabbli, jagħtu rakkomandazzjonijiet biex titjieb l-effiċjenza enerġetika.

🡻 2012/27/UE (adattat)

5. Għall-elettriku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolazzjoni tan-networks u t-tariffi tan-networks jissodisfaw il-kriterji fl-Anness XIIXI, b’kunsiderazzjoni għal-linji gwida u l-kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament (UE) 2019/943(KE) Nru 714/2009.

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sat-30 ta’ Ġunju 2015, li:

(a)issir valutazzjoni tal-potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tat-tagħbiji u tal-interoperabbiltà, kif ukoll tal-konnessjoni mal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, inklużi l-possibbiltajiet ta' aċċess għal ġeneraturi tal-enerġija mikro;

(b)jiġu identifikati miżuri u investimenti konkreti għall-introduzzjoni ta' titjib kosteffettiv tal-effiċjenza fl-enerġija fl-infrastruttura tan-netwerks, bi skeda ta' żmien għall-introduzzjoni tagħhom.

🡻 2018/2002 Art. 1.11

2a.    Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji metodoloġija komuni sabiex l-operaturi tan-netwerks jiġu inkoraġġuti jnaqqsu t-telf, jimplimentaw programm ta' investiment fl-infrastruttura kosteffiċjenti u effiċjenti fl-enerġija u jagħtu rendikont xieraq tal-effiċjenza fl-enerġija u l-flessibbiltà tal-grilja.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

63. L-Istati Membri jistgħu jippermettu komponenti ta’ skemi u ta’ strutturi tariffarji b’għan soċjali għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni tal-enerġija destinata għan-network, diment li kwalunkwe effett fixkiel għas-sistema tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jinżamm għall-minimu meħtieġ u ma jkunx sproporzjonat mal-għan soċjali.

74. L-Istati Membri  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali  għandhom jiżguraw it-tneħħija ta’ dawk l-inċentivi fit-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni li jagħmlu ħsara l-effiċjenza ġenerali (inkluża lill-effiċjenza enerġetika) tal-ġenerazzjoni, tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-provvista tal-elettriku  u tal-gass  jew dawk li jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni ta’ rispons ta’ domanda, fl-ibbilanċjar tas-swieq u fl-akkwist tas-servizzi anċillari. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerk ikunu inċentivati biex itejbu l-effiċjenza fid-disinn u l-ħidma tal-infrastruttura, u, fil-qafas tad-Direttiva (UE) 2019/9442009/72/KE, li t-tariffi jippermettu lill-fornituri jtejbu l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi fl-effiċjenza tas-sistema, inkluż ir-rispons tad-domanda skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali.

🡻 2019/944 Art. 70.5(a)

85. L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIIXII.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw, b'mod partikolari, il-konnessjoni mas-sistema tal-grilja tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja minn unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' skala żgħira u ta' mikroġenerazzjoni. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jieħdu passi biex jinkoraġġixxu lill-operaturi tan-netwerks biex jadottaw notifika sempliċi ta' proċess ta' 'installa u informa' għall-installazzjoni ta' unitajiet mikro ta' koġenerazzjoni għas-simplifikazzjoni u t-tqassir tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għaċ-ċittadini u l-installaturi individwali.

6.    Soġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li, fejn dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli mal-mod ta' operazzjoni tal-installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-operaturi tal-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jistgħu joffru servizzi ta' bbilanċjar u servizzi operattivi oħrajn fuq il-livell tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jew tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni fejn dan ikun konsistenti mal-modalità ta' tħaddim tal-installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiżguraw li tali servizzi jkunu parti minn proċess ta' tfigħ ta' offerti għas-servizzi li jkun trasparenti, mhux diskriminatorji u miftuħa għal skrutinju.

9. Meta xieraq, l-Istati Membri  l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali  jistgħu jeżiġu li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jħeġġu li l-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja titqiegħed f’siti qrib iż-żoni tad-domanda  għas-sħana  billi jnaqqsu t-tariffi tal-konnessjoni u tal-użu tas-sistema.

107. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-produtturi tal-elettriku minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja li jixtiequ jikkollegaw mal-grilja joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni.

119. Fir-rappurtar skont id-Direttiva 2010/75/UE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jinkludu informazzjoni dwar il-livelli tal-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet li jwettqu l-kombustjoni tal-fjuwils b’input termali kklassifikat totali ta’ 50 MW jew aktar fid-dawl tal-aqwa tekniki disponibbli rilevanti, kif żviluppat skont id-Direttiva 2010/75/UE u d-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis 119 .

L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-installazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu biex itejbu r-rati operattivi netti medji annwali tagħhom.

KAPITOLU VIIV

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

Artikolu 2616

Disponibbiltà ta’ skemi ta’ kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni

1.    Fejn Stat Membru jikkunsira li l-livell nazzjonali ta' kompetenza, oġġettività u affidabbiltà teknika mhux suffiċjenti, huwa għandu jiżgura li, sal-31 ta' Diċembru 2014, l-iskemi ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' akkreditazzjoni u/jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti, inkluż, fejn meħtieġ, programmi xierqa ta' taħriġ, isiru jew ikunu disponibbli għall-fornituri ta' servizzi tal-enerġija, għall-verifiki tal-enerġija, għall-managers tal-enerġija u għall-installaturi tal-elementi tal-bini relatati mal-enerġija kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1 jipprovdu trasparenza għall-konsumaturi, ikunu affidabbli u jikkontribwixxu għall-objettivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija.

 ġdid

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-livell xieraq ta’ kompetenzi għall-professjonijiet tal-effiċjenza enerġetika li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tas-suq. L-Istati Membri b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u/jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, inkluż, meta meħtieġ, il-programmi xierqa ta’ taħriġ, ikunu disponibbli għall-professjonijiet tal-effiċjenza enerġetika inkluż il-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija, il-fornituri tal-awditjar tal-enerġija, il-maniġers tal-enerġija, l-esperti indipendenti u l-installaturi tal-elementi tal-bini skont id-Direttiva 2010/31/UE, u li dawn ikunu affidabbli u jikkontribwixxu għall-objettivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika u għall-objettivi ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni tal-UE.

Il-fornituri ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, inkluż, meta meħtieġ, il-programmi xierqa ta’ taħriġ għandhom jiġu akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 120 .

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifiki ekwivalenti, inkluż, meta meħtieġ, il-programmi ta’ taħriġ, iqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali eżistenti.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, u/jew l-iskemi ta’ akkreditazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifiki ekwivalenti  , jew il-programmi xierqa ta’ taħriġ  imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni dwar il-paraguni bejn l-iskemi u għar-rikonoxximent tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu lill-konsumaturi konxji mid-disponibbiltà tal-iskemi ta’ kwalifika u/jew ċertifikazzjoni   f’konformità mal-Artikolu 2718(1).

 ġdid

4. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw sal-31 ta’ Diċembru 2024 u kull erba’ snin sussegwenti jekk l-iskemi jiżgurawx il-livell meħtieġ ta’ kompetenzi għall-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija, l-awdituri tal-enerġija, il-maniġers tal-enerġija, l-esperti indipendenti u l-installaturi tal-elementi tal-bini skont id-Direttiva 2010/31/UE, u għandhom jagħmlu l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

Artikolu 17

Informazzjoni u taħriġ

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-mekkaniżmi disponibbli tal-effiċjenza fl-enerġija u l-oqfsa finanzjarji u legali jkunu trasparenti u distribwiti b'mod wiesa' mal-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-konsumaturi, il-bennejja, l-arkitetti, l-inġiniera, l-awditjarri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fid-Direttiva 2010/31/UE.

4.    L-Istati Membri għandhom, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jippromwovu l-informazzjoni xierqa, is-sensibilizzazzjoni u l-inizjattivi ta' taħriġ biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet li jittieħdu miżuri ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

Artikolu 2718

Servizzi tal-enerġija

1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u l-aċċess tal-SMEs għalih  għal dan is-suq billi: 

   (a)    jqassmu informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment dwar:

(ai)il-kuntratti tas-servizzi tal-enerġija disponibbli u l-klawżoli li jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kuntratti ta’ din ix-xorta biex ikunu garantiti l-iffrankar tal-enerġija u d-drittijiet tal-klijenti finali;

(bii)l-istrumenti finanzjarji, l-inċentivi, l-għotjiet  , il-fondi rotanti, il-garanziji, l-iskemi tal-assigurazzjoni,  u s-self biex jingħata appoġġ lill-proġetti ta’ servizzi tal-effiċjenza enerġetika;

 ġdid

(c)il-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija disponibbli li huma kkwalifikati u/jew iċċertifikati, u l-kwalifiki u/jew iċ-ċertifikazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 26.

(d)il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ u ta’ verifika disponibbli, u l-iskemi ta’ kontroll tal-kwalità.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

2.(b) jinkoraġġixxu  L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ tikketti tal-kwalità, fost l-oħrajn, minn assoċjazzjonijiet kummerċjali  , abbażi ta’ standards Ewropej jew internazzjonali meta rilevanti ;

3.(c) jagħmlu pubblikament disponibbli  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment lista ta’ fornituri disponibbli ta’ servizzi tal-enerġija li huma kwalifikati u/jew ċertifikati  iċċertifikati, u l-kwalifiki u/jew iċ-ċertifikazzjonijiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 2616, jew jipprovdu pjattaforma fejn  biex il-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni.

 ġdid

4. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjonijiet ta’ binjiet kbar. Għar-rinnovazzjonijiet tal-binjiet kbar mhux residenzjali b’erja tal-art utli ta’ aktar minn 1000 m2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi jivvalutaw il-fattibbiltà tal-użu tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jikkombinaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma’ servizzi tal-enerġija estiżi, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

5.(d) jappoġġaw  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lis-settur pubbliku biex jieħu offerti ta’ servizz tal-enerġija, b’mod partikolari għar-rinnovazzjoni tal-bini, billi:

(ai)jipprovdu mudell ta’ kuntratti għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XIIIXIII  u jqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali eżistenti, il-linji gwida disponibbli għas-sejħiet għall-offerti u l-gwida tal-Eurostat għat-trattament statistiku tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern ;

(bii)jipprovdu informazzjoni dwar l-aqwa prattiki għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż jekk ikunu disponibbli, analiżi tal-kostbenefiċċji permezz ta’ approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja;

 ġdid

(c)id-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ bażi tad-data ta’ proġetti tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija implimentati u li qed jiġu implimentati, inkluż l-iffrankar tal-enerġija previst u miksub.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

62. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, fejn xieraq, billi jieħdu dawn il-miżuri li ġejjin :

(a)jidentifikaw u jippubbliċizzaw punt(i) ta’ kuntatt biex il-klijenti finali jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)jieħdu, jekk ikun meħtieġ, miżuri biex jitneħħew  ineħħu l-ostakoli regolatorji u mhux regolatorji li jxekklu l-użu ta’ kkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u mudelli oħra ta’ servizzi tal-effiċjenza enerġetika biex jiġu identifikati u/jew implimentati miżuri tal-iffrankar tal-enerġija;

(c)jikkunsidraw l-implimentazzjoni jew l-assenjament tar-rwol ta' mekkaniżmu indipendenti, bħal ombudsman, biex jiġi żgurat it-trattament effiċjenti tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jirriżulta mill-kuntratti tas-servizzi tal-enerġija.

 ġdid

(c)jistabbilixxu u jippromwovu r-rwol tal-korpi konsultattivi u tal-intermedjarji indipendenti tas-suq, inkluż punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi ta’ appoġġ simili biex jistimulaw l-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u tal-provvista, u jagħmlu l-informazzjoni dwar dawk il-mekkaniżmi ta’ appoġġ disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli għall-atturi tas-suq.

7. Għall-fini ta’ appoġġ għall-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu individwali jew jiddeżinjaw ombudsperson biex jiżguraw it-trattament effiċjenti tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni barra mill-qorti tat-tilwim li jinqala’ minn kuntratti ta’ servizzi tal-enerġija u ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

(d)jippermettu li intermedjarji tas-suq indipendenti ikollhom rwol fl-istimolu tal-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u l-provvista.

83. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni u l-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija bl-imnut ma jwettqux attivitajiet li jistgħu jxekklu d-domanda għal servizzi tal-enerġija, u t-twassil tagħhom, jew miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, jew li jfixklu l-iżvilupp tas-swieq għal dawn is-servizzi jew il-miżuri, inkluż l-għeluq tas-suq għall-kompetituri jew l-abbuż b’pożizzjonijiet dominanti.

Artikolu 2820

Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika, Finanzjament u Appoġġ Tekniku

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108  tat-TFUE  tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament, jew l-użu ta’ dawk eżistenti, għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament  u l-kombinament ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza teknika .

2. Il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, direttament jew permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament u skemi ta’ appoġġ tekniku  faċilitajiet ta’ assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali  bil-għan li jiżdiedu  l-investimenti  fl-effiċjenza enerġetika f’setturi differenti  , filwaqt li jipproteġu u jagħtu setgħa lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, inkluż b’integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza biex ħadd ma jinqata’ lura. 

 3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jiżguraw li l-prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika, bħal ipoteki ekoloġiċi u self ekoloġiku, garantiti u mhux garantiti, jiġu offruti b’mod wiesa’ u nondiskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u, ikunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri l jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzjament fuq il-kont u fuq it-taxxa.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għoti tal-informazzjoni lil  jiżguraw li  l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra  jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jieħdu sehem fil-finanzjament ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika  dwar il-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni, inkluż il-ħolqien ta’ sħubijiet pubbliċi/privati, fil-finanzjament ta’ miżuri ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika.

43. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat annwali tal-korpi regolatorji, bażijiet tad-data pubbliċi bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri mill-Istati Membri, u paragun bejn il-pajjiżi.

🡻 2018/2002 Art. 1.12 (adattat)

 ġdid

53a. Biex jiġi mobilizzat finanzjament privat għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika u rinnovazzjoni tal-enerġija, f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni għandha twettaq djalogu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati biex tesplora azzjonijiet possibbli li tista’ tieħu.

63b. L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 43a għandhom jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

(a)jiġi mobilizzat investiment tal-kapital fl-effiċjenza enerġetika billi jitqiesu l-impatti aktar mifruxa tal-iffrankar tal-enerġija għall-ġestjoni tar-riskju finanzjarju;

(b)tiġi żgurata data dwar rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija u tal-finanzi billi:

(i)jiġi eżaminat aktar kif investimenti fl-effiċjenza enerġetika jtejbu l-valuri tal-assi sottostanti;

(ii)jiġu appoġġati studji li jivvalutaw il-monetizzazzjoni tal-benefiċċji mhux tal-enerġija ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika.

73c. Għall-fini tal-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika u tar-rinnovazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva:

(a)jikkunsidraw modi kif jużaw aħjar l-awditjar tal-enerġija skont l-Artikolu 118 biex jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet;

(b)jagħmlu l-aqwa użu tal-possibbiltajiet u tal-għodod  disponibbli mill-baġit tal-Unjoni u  proposti fl-inizjattiva ta’ finanzi intelliġenti għal bini intelliġenti  u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni”. 

83d. Sal-1 ta’ Jannar 2020  Sal-31 ta’ Diċembru 2024  il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri  u lill-atturi tas-suq  dwar kif jinkiseb l-investiment privat.

 ġdid

Il-gwida għandu jkollha l-għan li tgħin lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza enerġetika fid-diversi programmi tal-Unjoni, u se tipproponi mekkaniżmi u soluzzjonijiet finanzjarji adegwati, b’taħlita ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti, biex iżżid l-inizjattivi eżistenti u tuża l-finanzjament tal-Unjoni bħala katalista biex tingrana u tistimola l-finanzjament privat.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

94. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika. Dan il-fond għandu l-għan li  jimplimenta miżuri tal-effiċjenza enerġetika, inkluż miżuri skont l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 22 bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u  li jappoġġja  jimplimenta miżuri nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika  inizjattivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika  li jappoġġaw lill-Istati Membri biex jissodisfaw il-kontributi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza enerġetika u t-trajettorji indikattivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(2). Il-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika jista’ jiġi ffinanzjat bi dħul mill-irkanti tal-kwoti skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet fis-settur tal-bini u tat-trasport. 

105. L-Istati Membri jistgħu jippermettu  lill-korpi pubbliċi jissodisfaw  li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 65(1) jintlaħqu  permezz ta’ kontribuzzjonijiet annwali lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika ta’ ammont ugwali  ekwivalenti  għall-  għall-ammont ta’ investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.

116. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fl-Artikolu 97(1) u 4 billi kull sena jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika ammont ekwivalenti għall-investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.

127. L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għall-iżvilupp ta’ finanzjament innovattiv mekkaniżmi biex jagħtu effett prattiku għall-objettiv fl-Artikolu 65 tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini  biex titjieb l-effiċjenza enerġetika .

Artikolu 2921

Fatturi tal-konverżjoni  u fatturi tal-enerġija primarja 

1. Għall-finijiet tal-paragun tal-iffrankar tal-enerġija u l-konverżjoni tal-enerġija lejn unità paragunabbli, għandhom japplikaw  il-valuri kalorifiċi netti fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 121 u l-fatturi tal-enerġija primarja  il-fatturi ta’ konverżjoni stipulati fil-paragrafu 2 fl-Anness IV sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat l-użu ta’ fatturi ta’ konverżjoni  valuri jew fatturi  oħrajn.

 ġdid

2. Fattur tal-enerġija primarja għandu jkun applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f’termini ta’ enerġija primarja u jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar tal-elettriku f’kWh, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent biex jikkalkulaw eżatt l-iffrankar miksub fil-konsum tal-enerġija primarja. L-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent prestabbilit ta’ 2,1 sakemm ma jużawx id-diskrezzjoni tagħhom biex jiddefinixxu koeffiċjent differenti abbażi ta’ ċirkostanzi nazzjonali ġustifikati.

4. Għall-iffrankar ta’ vetturi oħra tal-enerġija f’kWh, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent biex jikkalkulaw eżatt l-iffrankar miksub fil-konsum tal-enerġija primarja. 5. Meta l-Istati Membri jistabbilixxu l-koeffiċjent tagħhom stess għal valur prestabbilit previst skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dan b’metodoloġija trasparenti abbażi ta’ ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu sostanzjati, verifikabbli u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

6. Meta jistabbilixxu koeffiċjent tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu t-taħlita tal-enerġija inkluża fl-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima u fil-pjan nazzjonali integrat sussegwenti għall-enerġija u l-klima li jridu jiġu notifikati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Jekk jiddevjaw mill-valur prestabbilit, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-koeffiċjent li jużaw lill-Kummissjoni flimkien mal-metodoloġija tal-kalkolu u d-data sottostanti fl-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima u fil-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti għall-enerġija u l-klima f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.

7. Sal-25 ta’ Diċembru 2022 u kull erba’ snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-koeffiċjent prestabbilit abbażi ta’ data osservata. Dik ir-reviżjoni għandha ssir billi jitqiesu l-effetti tagħha fuq liġijiet oħra tal-Unjoni bħad-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament (UE) 2017/1369.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

KAPITOLU VIIV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 3013

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont Artikoli 7 sa 11a u l-Artikolu 18(3)  din id-Direttiva  u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawk id-dispożizzjonijiet  sa [id-data tat-traspożizzjoni]  sal-5 ta’ Ġunju 2014 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 3122

Atti delegati

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata   s-setgħa li tadotta atti delegat skont l-Artikolu 3223 sabiex tirrevedi l-valuri   dwar ir-rieżami tal-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2414(10).

🡻 2018/2002 Art. 1.13 (adattat)

2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 3223 biex temenda u tissupplimenta   din id-Direttiva billi tadatta l-valuri, il-metodi tal-kalkolu, il-koeffiċjenti prestabbiliti tal-enerġija primarja u r-rekwiżiti msemmija   fl-Artikolu 29, l-Annessi II, III, V, VII sa XI, u XIII I sa V, VII sa X, u XII għall-progress tekniku.

 ġdid

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, skema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data li jinsabu fit-territorju tagħha. L-iskema għandha tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ indikaturi tas-sostenibbiltà taċ-ċentri tad-data u, skont il-paragrafu 9 tal-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, tiddefinixxi l-limiti minimi għall-konsum sinifikanti tal-enerġija u tistabbilixxi l-indikaturi ewlenin u l-metodoloġija biex dawn jitkejlu.

🡻 2012/27/UE

Artikolu 3223

Eżerċizzju ta’ delega

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

🡻 2018/2002 Art. 1.14(a)

 ġdid

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3122 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-24 ta’ Diċembru 2018  minn [id-data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU] . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi taż-żmien identiċi, għajr meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

🡻 2012/27/UE

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3122 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun fis-seħħ.

🡻 2018/2002 Art. 1.14(b)

43a. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 122 .

🡻 2012/27/UE

54. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

65. Att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 3122 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġġedded b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 3324

Rieżami u monitoraġġ tal-implimentazzjoni

🡻 2018/2002 Art. 1.15(a)

14 a. Fil-kuntest tar-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju skont l-Artikolu 35(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li tqis l-effetti tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

🡻 2012/27/UE (adattat)

5.    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa kontinwa għall-possibbiltà ta' eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(6) għall-ewwel darba fil-valutazzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u kull tliet snin wara dan. Meta r-reviżjoni turi li kwalunkwe wieħed mill-kriterji għal dawn l-eżenzjonijiet m'għadux jista' jiġi ġġustifikat billi titqies id-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana u l-kondizzjonijiet operattivi reali tal-installazzjonijiet eżenti, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa.

 ġdid

2. Sal-31 ta’ Ottubru 2025 u kull erba’ snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri eżistenti biex tinkiseb żieda fl-effiċjenza enerġetika u dekarbonizzazzjoni fit-tisħin u fit-tkessiħ. L-evalwazzjoni għandha tqis:

(a)L-effiċjenza enerġetika u x-xejriet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-tisħin u t-tkessiħ, inkluż fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;

(b)Interkonnessjonijiet bejn il-miżuri meħuda;

(c)Bidliet fl-effiċjenza enerġetika u fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-tisħin u fit-tkessiħ;

(d)Il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati dwar l-effiċjenza enerġetika, u l-politiki u l-miżuri għal tnaqqis tal-gassijiet serra fil-livell nazzjonali u tal-UE; u

(e)Il-miżuri li l-Istati Membri pprovdew fil-valutazzjonijiet komprensivi tagħhom skont l-Artikolu 23(1) u nnotifikaw skont l-Artikolu 17(b)(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi, jekk ikun xieraq, miżuri biex tiżgura l-kisba tal-miri tal-Unjoni tal-enerġija u l-klima.

🡻 2012/27/UE

36. Qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw statistika lill-Kummissjoni dwar il-produzzjoni nazzjonali tal-elettriku u tas-sħana minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u baxxa, skont il-metodoloġija murija fl-Anness III, b’rabta mal-produzzjoni totali tas-sħana u tal-elettriku. Għandhom jippreżentaw ukoll statistika annwali dwar il-kapaċitajiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku u l-fjuwils għall-koġenerazzjoni, u dwar il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, b’rabta mal-produzzjoni u l-kapaċitajiet totali tas-sħana u tal-elettriku. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw statistika dwar l-iffrankar tal-enerġija primarja miksub bl-applikazzjoni tal-koġenerazzjoni skont il-metodoloġija murija fl-Anness IIIII.

🡻 2012/27/UE (adattat)

7.    Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għal miżuri oħrajn.

8.    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 sa sal-5 ta' Diċembru 2015, b'kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

9.    Sat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġislattiva għal għan wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)sabiex tinbidel id-data finali stabbilita fl-Artikolu 67(1);

(b)sabiex jiġu riveduti l-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 67(1), (2) u (3);

(c)sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 67(7).

10.    Sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li għamlu l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji msemmijin fl-Artikolu 19(1). Din il-valutazzjoni għandha tkun segwita, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

🡻 2018/2002 Art. 1.15(b) (adattat)

 ġdid

12.    Sal-31 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-finijiet tal-Artikolu 8(4), u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kemm jista’ jkun malajr wara l-preżentazzjoni ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tadotta proposti leġiżlattivi.

413. Sal-1 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-potenzjal għall-effiċjenza enerġetika fil-konverżjoni, it-trasformazzjoni, it-trażmissjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu, jekk xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi.

514.  Soġġetta għal bidliet fid-dispożizzjonijiet dwar is-suq bl-imnut fid-Direttiva 2009/73/KE,  ssal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni, għandha, sakemm sadanittant ma jkunux ġew proposti bidliet għad-dispożizzjonijiet dwar is-suq fil-livell tal-konsum tad-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass, twettaq valutazzjoni, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-metraġġ, il-kontijiet u l-informazzjoni tal-konsumaturi għall-gass naturali, biex dawn jiġu allinjati, meta xieraq, mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-elettriku fid-Direttiva (UE) 2019/9442009/72/EC, biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi u biex il-klijenti finali jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni aktar frekwenti, ċara u aġġornata dwar il-konsum tagħhom tal-gass naturali u jirregolaw l-użu tagħhom tal-enerġija. Kemm jista’ jkun malajr wara l-preżentazzjoni ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, meta  jekk xieraq, tadotta proposti leġiżlattivi.

🡻 2018/2002 Art. 1.2 (adattat)

64. Sal-31 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Unjoni tkunx laħqet il-miramiri ewlenija tagħha tal-effiċjenza enerġetika għall-2020.

🡻 2018/2002 Art. 1.15(b)

 ġdid

715. Sat-28 ta’ Frar 2024  2027  u kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi:

(a)eżami jekk jiġux adattati, wara l-2030, ir-rekwiżiti u l-approċċ alternattiv stipulati fl-Artikolu 5;

(ab)valutazzjoni tal-effikaċja ġenerali ta’ din id-Direttiva u tal-ħtieġa li l-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika tiġi aġġustata aktar skont l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima konsegwentement għall-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima 123 u fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u fl-innovazzjoni;

 ġdid

(b)il-miri ewlenin tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 4(1) biex tirrevedi dawk il-miri ’l fuq fil-każ ta’ tnaqqis sostanzjali fil-kostijiet miksub permezz ta’ żviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi, jew meta meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni għall-2040 jew għall-2050, jew l-impenji internazzjonali tagħha għad-dekarbonizzazzjoni;

(c)jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 għall-perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030;

(d)jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiżguraw li mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun proprjetà ta’ korpi pubbliċi jiġi rinnovat kull sena f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 6 biex tiġi riveduta r-rata tar-rinnovazzjoni f’dak l-Artikolu;

(e)jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu sehem ta’ ffrankar tal-enerġija fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 għall-perjodi ta’ għaxar snin wara l-2030;

(f)jekk l-Istati Membri għandhomx ikomplu jiksbu tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali f’konformità mal-Artikolu 5(1).

🡻 2018/2002 Art. 1.15(b)

Ma’ dak ir-rapport għandhom jinhemżu, jekk ikun xieraq, proposti għal aktar miżuri.

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

Artikolu 25

Pjattaforma onlajn

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma online biex titrawwem l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Dik il-pjattaforma għandha tappoġġa l-iskambju ta' esperjenzi fuq il-prattiki, il-punti ta' riferiment, l-attivitajiet ta' netwerking, kif ukoll il-prattiki innovattivi.

Artikolu 3426

Proċedura ta’ kumitat

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta’ kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 3528

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva  mal-Artikoli […] u mal-Annessi […] [Artikoli u Annessi li ġew emendati fis-sustanza meta mqabbla mad-Direttiva revokata] sa  […]  sal-5 ta’ Ġunju 2014.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(6), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 7(9), l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) u l-punt (4) tal-Anness V sad-dati speċifikati fihom.

Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet  il-miżuri lill-Kummissjoni .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri  id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li kull referenza fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva revokata b’din id-Direttiva, għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni. .

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3627

Emendi u Rrevoka

1.Id-Direttiva 2012/27/UE2006/32/KE  , kif emendata bl-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness XV, hija revokata b’effett minn  […]  [l-għada tad-data fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(1)] 5 ta' Ġunju 2014, minbarra għall-Artikolu 4(1) sa (4) tagħha l-Annessi I, III u IV għaliha, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu  mal-limiti  taż-żmien għat-traspożizzjoni tagħha   fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XV . L-Artikolu 4(1) sa (4) tal-Annessi I, III u IV għad-Direttiva 2006/32/KE għandhom jiġu mħassra b’effett mill-1 ta' Jannar 2017. 

Id-Direttiva 2004/8/KE hija rrevokata mill-5 ta’ Ġunju 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali.

Ir-referenzi għad-Direttiva revokata 2006/32/KE u 2004/8/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-Tabella ta’ Korrelazzjoni  stabbilita fl-Anness XVIXV.

2.    L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE huwa mħassar mill-5 ta’ Ġunju 2014.

3.    Id-Direttiva 2009/125/KE hija emendata kif ġej:

(1)tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(35a)Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija bħall-bini 124 ta’ elementi li jagħmlu parti mill-allokazzjoni għall-bini u rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija, l-installazzjoni xierqa, u d-dimensjonar, aġġustament u kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi għall-bini li jkunu installati fil-bini eżistenti. Huwa konsistenti mal-objettivi ta’ din id-Direttiva li dawn ir-rekwiżiti jistgħu f’ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-installazzjoni ta’ prodotti relatati mal-enerġija li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostakolu mhux ġustifikat għas-suq.”

(2)is-sentenza li ġejja tiżdied mal-aħħar tal-Artikolu 6(1):

“Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni u r-rekwiżiti għas-sistema stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/31/UE.”.

Artikolu 3729

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli […] u l-Annessi […] [l-Artikoli u l-Annessi li ma jinbidlux meta mqabbla mad-Direttiva revokata] għandhom japplikaw minn […] [l-għada tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(1)].

Artikolu 3830

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final).
(2)    Anness tal-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku, il-paġna 2.
(3)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insaħħu l-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-poplu tagħna, COM/2020/562 final.
(4)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.
(5)    https://www.consilium.europa.eu/media/47296/1011-12-20-euco-conclusions-en.pdf.
(6)    COM(2020) 690 final
(7)    Il-Komunikazzjoni: Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (COM/2018/773 final), tivvaluta r-rwol tal-effiċjenza enerġetika bħala kundizzjoni sine qua non għax-xenarji kollha tad-dekarbonizzazzjoni.
(8)    SWD(2021) 623.
(9)    COM(2020) 299 final.
(10)    https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/energy-efficient-cloud-computing-technologies-and-policies-eco-friendly-cloud-market.
(11)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (COM(2020) 67 final).
(12)    SWD(2021) 623, it-Taqsima 2.2.2.
(13)    Evalwazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (2012/27/UE) (SWD(2016) 403 final; https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/3_en_autre_document_travail_service_part1_v3.pdf ).
(14)    SWD(2021) 623, l-Anness H.
(15)    SWD(2021) 623, it-Taqsima 2.2.2.
(16)

   Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ (COM/2016/051 final).

(17)

   Ara pereżempju; it-Tieni Rapport tas-CEER dwar it-Telf tal-Enerġija; il-Kunsill tar-Regolaturi Ewropej tal-Enerġija; 2020.

(18)    SWD(2021) 623, it-Taqsima 2.2.2.
(19)    https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2021/05/08/the-porto-declaration/
(20)    SWD(2021) 623, it-Taqsima 2.2.2 u l-Anness L.
(21)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
(22)    Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija; ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija; u r-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra rispettivament.
(23)    Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tar-rieżamijiet tal-prodotti skont il-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2020-2024 u l-Pjan ta’ Azzjoni “Rinnovazzjoni”, flimkien mar-rieżami tal-EPBD, se jagħtu kontribut importanti biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika għall-2030.
(24)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, PE/48/2018/REV/1, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82-209.
(25)    SWD(2021) 623, l-Anness M. 
(26)    ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1-77.
(27)    SWD(2021) 623, l-Anness M.
(28)    SWD(2021) 623, l-Anness M.
(29)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE.
(30)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51-70.
(31)    Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(32)    SWD(2021) 623, it-Taqsima 2.
(33)    SWD(2021) 623.
(34)    ĠU L 123, 12.05.2016, p. 1.
(35)    SWD(2021) 623.
(36)    Ara, pereżempju https://www.eiif.org/sites/default/files/2020-12/EiiF_White%20paper_2020_REV.15.pdf.
(37)    SWD(2021) 623.
(38)    SWD(2021) 623.
(39)    ĠU C […], […], p. […].
(40)    ĠU C […], […], p. […].
(41)    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(42)    Ara l-Anness XV, il-Parti A.
(43)    ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.
(44)    ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(45)    ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.
(46)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insaħħu l-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-poplu tagħna, COM/2020/562 final.
(47)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.
(48)    https://www.consilium.europa.eu/media/47296/1011-12-20-euco-conclusions-en.pdf.
(49)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021 – Unjoni ta’ vitalità f’dinja ta’ fraġilità, COM/2020/690 final.
(50)    Il-Komunikazzjoni, Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (COM/2018/773 final), tivvaluta r-rwol tal-effiċjenza enerġetika bħala kundizzjoni sine qua non għax-xenarji kollha tad-dekarbonizzazzjoni.
(51)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa, (COM(2020) 67 final).
(52)    ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(53)    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(54)    ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13-43.
(55)    Regulation (EU) 2018/1999 of the European Parliament and of the Council of 11 December 2018 on the Governance of the Energy Union and Climate Action, amending Regulations (EC) No 663/2009 and (EC) No 715/2009 of the European Parliament and of the Council, Directives 94/22/EC, 98/70/EC, 2009/31/EC, 2009/73/EC, 2010/31/EU, 2012/27/EU and 2013/30/EU of the European Parliament and of the Council, Council Directives 2009/119/EC and (EU) 2015/652 and repealing Regulation (EU) No 525/2013 of the European Parliament and of the Council, PE/55/2018/REV/1 (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1-77).
(56)    Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija, COM(2020) 299 final.
(57)    Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(58)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku (C(2020) 9600 final).
(59)    Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(60)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
(61)    Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija; ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija; u r-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra rispettivament.
(62)    Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tar-rieżamijiet tal-prodotti skont il-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2020-2024 u l-Pjan ta’ Azzjoni “Rinnovazzjoni”, flimkien mar-rieżami tal-EPBD, se jagħtu kontribut importanti biex tintlaħaq il-mira tal-iffrankar tal-enerġija għall-2030.
(63)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment – Pjaneta Nadifa għal Kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (COM(2018) 773 final).
(64)    ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(65)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94 28.3.2014, p. 65).
(66)    COM/2020/562 final.
(67)    Ara r-Resource Efficiency and Climate Change tal-IRP, 2020, u l-Environment Emissions Gap Report tan-Nazzjonijiet Uniti, 2019. Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-użu u l-operazzjoni tal-bini, inkluż l-emissjonijiet indiretti fis-settur tal-enerġija u tas-sħana, u mhux għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu. Il-karbonju inkorporat fil-kostruzzjoni hu stmat li jammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra annwali globali totali, ara r-Resource Efficiency and Climate Change tal-IRP, 2020, u l-Environment Emissions Gap Report tan-Nazzjonijiet Uniti, 2019.
(68)    COM/2020/662 final.
(69)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(70)    https://www.unfpa.org/world-population-trends
(71)    https://www.un.org/en/ecosoc/integration/pdf/fact_sheet.pdf
(72)    Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(73)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(74)    ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(75)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(76)    Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(77)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13-43).
(78)    L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) (2021), Net Zero by 2050 A Roadmap for the Global Energy Sector, https://www.iea.org/reports/net-zero-by-2050.
(79)    Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(80)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(81)    Commission Recommendation of 14.10.2020 on energy poverty, C(2020) 9600 final.
(82)    https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/energy-efficient-cloud-computing-technologies-and-policies-eco-friendly-cloud-market
(83)    ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(84)    ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(85)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(86)    Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(87)    Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(88)    ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
(89)    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).
(90)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(91)    L-EPSR, il-Prinċipju 20 “Aċċess għal servizzi essenzjali”: https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights/european-pillar-social-rights-20-principles_en
(92)     https://ec.europa.eu/eurostat/documents/1015035/8885635/guide_to_statistical_treatment_of_epcs_en.p df/f74b474b-8778-41a9-9978-8f4fe8548ab1
(93)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(94)    Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
(95)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE tas-27 ta’ Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 114).
(96)    ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10.
(97)    ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(98)    ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(99)    ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(100)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(101)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(102)    Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).
(103)    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(104)    ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(105)    ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36
(106)    Il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni kienet inizjalment stabbilita u kkalkulata bl-użu tal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2007 għall-2030 bħala xenarju bażi. Il-bidla fil-metodoloġija tal-kalkolu tal-bilanċ tal-enerġija tal-Eurostat u t-titjib fil-projezzjonijiet tal-immudellar sussegwenti jeżiġu bidla fix-xenarju bażi. Għaldaqstant, bl-istess approċċ kif ġiet definita l-mira, jiġifieri t-tqabbil tagħha mal-projezzjonijiet futuri tax-xenarju bażi, l-ambizzjoni tal-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030 hija stabbilita bi tqabbil mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 għall-2030 li jirriflettu l-kontributi nazzjonali mill-NECPs. B’dak ix-xenarju bażi aġġornat, l-Unjoni jeħtieġ tkompli żżid l-ambizzjoni tagħha tal-effiċjenza enerġetika b’mill-inqas 9 % fl-2030 meta mqabbla mal-livell tal-isforzi fix-Xenarju ta’ Referenza tal-2020. Il-mod ġdid kif jiġi espress il-livell ta’ ambizzjoni għall-miri tal-Unjoni ma jaffettwax il-livell reali tal-isforzi meħtieġ.
(107)    Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(108)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(109)    Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 7).
(110)    Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(111)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1-93).
(112)    Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(113)    Il-Council Directive 93/13/EEC of 5 April 1993 on unfair terms in consumer contracts (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(114)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35-127).
(115)    Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(116)    Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
(117)    ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91.
(118)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li jirrevedi l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 54).
(119)    Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8).
(120)    Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93.
(121)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1-93).
(122)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(123)    ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(124)    ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.;
Top

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 558 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-effiċjenza enerġetika, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (riformulazzjoni)

{SEC(2021) 558 final} - {SWD(2021) 623 final} - {SWD(2021) 624 final} - {SWD(2021) 625 final} - {SWD(2021) 626 final} - {SWD(2021) 627 final}


 ġdid

ANNESS I

KONTRIBUTI NAZZJONALI GĦALL-MIRI TAL-UNJONI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA FL-2030 FIL-KONSUM TAL-ENERĠIJA FINALI U/JEW PRIMARJA

1.Il-livell tal-kontributi nazzjonali jiġi kkalkulat abbażi tal-formula indikattiva:

Fejn CEU huwa l-fattur ta’ korrezzjoni, Mira hija l-livell ta’ ambizzjoni speċifiku għall-pajjiż, u FECB2030 PECB2030 huwa x-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 użat bħala xenarju bażi għall-2030.

2.Din il-formula indikattiva li ġejja tirrappreżenta l-kriterji oġġettivi li jirriflettu l-fatturi elenkati fil-punti (d)(i) sa (iv) tal-Artikolu 4(3), kull wieħed użat għad-definizzjoni tal-livell ta’ ambizzjoni speċifika nazzjonali bħala % (Mira) u bl-istess piż fil-formula (0,25):

a)kontribut b’rata fissa ("Ffissa");

b)kontribut dipendenti fuq il-PDG għal kull ras ("Fġid");

c)kontribut dipendenti fuq l-intensità enerġetika ("Fintensità");

d)kontribut potenzjali tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv ("Fpotenzjal").

3.L-Ffissa tirrappreżenta l-mira tal-Unjoni għall-2030 li tinkludi l-isforzi addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni fil-FEC u fil-PEC meta mqabbla mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 għall-2030.

4.L-Fġid għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru abbażi tal-medja tiegħu ta’ tliet snin tal-indiċi reali medju ta’ tliet snin tal-PDG għal kull ras tal-Eurostat, għall-medja ta’ tliet snin tal-Unjoni tul il-perjodu 2017-2019, espressa f’Paritajiet tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPPs).

5.L-Fintensità għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru abbażi tal-indiċi medju ta’ tliet snin (FEC jew PEC għal kull PDG reali f’PPPs) tal-intensità enerġetika finali tiegħu, għall-medja ta’ tliet snin tal-Unjoni tul il-perjodu 2017-2019.

6.L-Fpotenzjal għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru abbażi tal-iffrankar tal-enerġija finali jew primarja skont ix-xenarju PRIMES MIX 55 % għall-2030. L-iffrankar huwa espress b’rabta mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 għall-2030.

7.Għal kull kriterju mogħti fil-punt 2(a) sa (d), għandu jiġi applikat limitu aktar baxx u ogħla. Il-livell ta’ ambizzjoni għal kull fattur għandu jkun limitat għal 50 % u 150 % tal-livell medju ta’ ambizzjoni tal-Unjoni f’xi fattur partikolari.

8.Is-sors tad-data tal-input użat għall-kalkolu tal-fatturi huwa l-Eurostat sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor.

9.Ftotal għandu jiġi kkalkulat bħala l-għadd totali ponderat tal-erba’ fatturi kollha (Ffissa, Fġid, Fintensità, u Fpotenzjal). Il-mira għandha mbagħad tiġi kkalkulata bħala l-multiplikazzjoni tal-fattur totali Ftotal u l-mira tal-UE.

10.Għandu jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni tal-enerġija primarja u finali CUE għall-Istati Membri kollha biex jiġi kkalibrat l-għadd totali tal-kontributi nazzjonali kollha għall-miri tal-konsum tal-enerġija primarja u finali tal-Unjoni fl-2030. Il-fattur CUE huwa identiku għall-Istati Membri kollha.

_____________

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

ANNESS III

IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI

Parti I

Prinċipji ġenerali

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-operazzjoni mistennija jew attwali tal-unità waqt kundizzjonijiet tal-użu normali. Għall-unitajiet tal-mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu jista’ jkun ibbażat fuq valuri ċċertifikati.

(a)Il-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandha titqies ugwali għall-produzzjoni annwali totali tal-elettriku tal-unità mkejla fl-iżbokk tal-ġeneraturi ewlenin;  diment li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin  ;:

(i)f’unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g) u (h) imsemmija fil-Parti II b’effiċjenza ġenerali annwali stabbilita mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 75 %;, u

(ii)f’unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (a) u (c) imsemmija fil-Parti II b’effiċjenza ġenerali annwali stabbilita mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 80 %.

(b)F’unitajiet tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza ġenerali annwali inqas mill-valur imsemmi fil-punt (a)(i) tal-punt (a) (unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g), u (h) imsemmija fil-Parti II) jew b’effiċjenza ġenerali annwali inqas mill-valur imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-punt (a) (unitajiet tal-koġenerazzjoni tat-tipi (a) u (c) imsemmija fil-Parti II), l-elettriku mill-koġenerazzjoni jiġi kkalkolat bil-formula li ġejja:

ECHP=HCHP*C

fejn:

ECHP hija l-ammont ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni;

C hija l-proporzjon tal-enerġija għas-sħana;

HCHP hija l-ammont ta’ sħana utli mill-koġenerazzjoni (ikkalkulat għal dan il-għan bħala l-produzzjoni totali tas-sħana, bit-tnaqqis ta’ kull sħana ġġenerata f’bojlers separati jew bl-estrazzjoni ta’ fwar taħt pressjoni (live steam) mill-ġeneratur tal-fwar qabel it-turbina).

Il-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni jrid ikun ibbażat fuq il-proporzjon proprja tal-potenza għas-sħana. Jekk il-proporzjon proprja tal-potenza għas-sħana ta’ unità tal-koġenerazzjoni mhux magħruf, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti li ġejjin, b’mod partikolari għall-finijiet statistiċi, għall-unitajiet tat-tipi (a), (b), (c), (d) u (e) imsemmija fil-Parti II, diment li l-elettriku mill-koġenerazzjoni kkalkolat ikun daqs jew inqas mill-produzzjoni totali tal-elettriku tal-unità:

Tip tal-unità

Il-proporzjon prestabbilit tal-potenza għas-sħana, C

Turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana

0,95

Turbina ta’ kontropressjoni tal-fwar

0,45

Turbina ta’ estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar

0,45

Turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana

0,55

Magna ta’ kombustjoni interna

0,75

Jekk l-Istati Membri jintroduċu valuri prestabbiliti għall-proporzjonijiet tal-potenza għas-sħana għall-unitajiet tat-tipi (f), (g), (h), (i), (j) u (k) imsemmija fil-Parti II, dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu ppubblikati u notifikati lill-Kummissjoni.

(c)Jekk sehem mill-kontenut tal-enerġija tal-input tal-fjuwil fil-proċess tal-koġenerazzjoni jiġi rkuprat f’kimiċi u jiġi riċiklat, dan is-sehem jista’ jitnaqqas mill-input tal-fjuwil qabel ma tiġi kkalkolata l-effiċjenza ġenerali użata fil-punti (a) u (b).

(d)L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-proporzjon tal-potenza għas-sħana bħala l-proporzjon tal-elettriku għas-sħana utli meta l-operazzjoni ssir fil-modalità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità aktar baxxa li tuża data operazzjonali tal-unità speċifika.

(e)L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi tar-rappurtar oħrajn minflok ta’ sena għall-finijiet tal-kalkoli skont il-punti (a) u (b).

Parti II

Teknoloġiji tal-koġenerazzjoni koperti minn din id-Direttiva

(a)Turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana

(b)Turbina ta’ kontropressjoni tal-fwar

(c)Turbina ta’ estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar

(d)Turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana

(e)Magna ta’ kombustjoni interna

(f)Mikroturbini

(g)Magni Stirling

(h)Ċelloli tal-fjuwil

(i)Magni tal-fwar

(j)Ċikli Rankine organiċi

(k)Kwalunkwe tip ieħor ta’ teknoloġija jew kombinazzjoni tagħhom li jaqa’ fid-definizzjoni stabbilità fil-punt (30) tal-Artikolu 2(30).

Meta jimplimentaw u japplikaw il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Linji Gwida dettaljati stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/952/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 .

_____________

🡻 2012/27/UE

ANNESS IIIII

METODOLOĠIJA BIEX TIĠI DDETERMINATA L-EFFIĊJENZA TAL-PROĊESS TAL-KOĠENERAZZJONI

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-effiċjenza tal-koġenerazzjoni, u tal-iffrankar tal-enerġija primarja għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-operazzjoni mistennija jew attwali tal-unità waqt kundizzjonijiet tal-użu normali.

(a)Koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja għandha tissodisfa dawn il-kriterji li ġejjin:

il-produzzjoni tal-koġenerazzjoni mill-unitajiet tal-koġenerazzjoni għandhom jipprovdu ffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont il-punt (b) ta’ mill-inqas 10 % meta mqabbla mar-referenzi għal produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku;,

il-produzzjoni minn unitajiet ta’ skala żgħira u tal-mikrokoġenerazzjoni li jipprovdu ffrankar tal-enerġija primarja jistgħu jikkwalifikaw bħala koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;.

 ġdid

l-emissjonijiet diretti tad-diossidu tal-karbonju mill-produzzjoni tal-koġenerazzjoni alimentata bil-fjuwils fossili, huma inqas minn 270 g CO2 għal kull 1 kWh ta’ output ta’ enerġija mill-ġenerazzjoni kkombinata (inkluż tisħin/tkessiħ, potenza u enerġija mekkanika).

Meta unità tal-koġenerazzjoni tinbena jew tiġi rinnovata sostanzjalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-użu tal-fjuwils fossili għajr il-gass naturali f’sorsi tas-sħana eżistenti mqabbla mal-konsum annwali medjat għat-tliet snin kalendarji preċedenti ta’ operazzjoni sħiħa qabel ir-rinnovazzjoni, u li kull sors tas-sħana ġdid f’dik is-sistema ma jużax fjuwils fossili għajr il-gass naturali. 

🡻 2012/27/UE

(b)Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja

L-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija primarja miksub bil-produzzjoni tal-koġenerazzjoni definit skont l-Anness III għandu jiġi kkalkolat bil-formula li ġejja:

Fejn:

PES huwa l-iffrankar tal-enerġija primarja.

CHPHη hija l-effiċjenza tas-sħana tal-produzzjoni tal-koġenerazzjoni definita bħala l-output tas-sħana utli annwali diviż bl-input tal-fjuwil użat biex jinkiseb it-total ta’ output tas-sħana utli u l-elettriku mill-koġenerazzjoni.

RefHη huwa l-valur ta’ referenza tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana.

CHPEη hija l-effiċjenza elettrika tal-produzzjoni tal-koġenerazzjoni definita bħala l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni diviż bl-input tal-fjuwil użat biex jinkiseb it-total ta’ output tas-sħana utli u l-elettriku mill-koġenerazzjoni. Meta unità tal-koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista’ jiżdied b’element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta’ elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali ma joħloqx dritt ta’ ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 2414(10).

RefEη huwa l-valur ta’ referenza tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku.

(c)Kalkoli tal-iffrankar tal-enerġija bil-kalkolu alternattiv

L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija primarja minn produzzjoni tas-sħana u tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika kif indikat hawn taħt mingħajr ma japplikaw l-Anness III biex jeskludu l-partijiet tas-sħana u tal-elettriku nonkoġenerati tal-istess proċess. Produzzjoni bħal din tista’ titqies bħala koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja jekk tkun tissodisfa l-kriterji tal-effiċjenza fil-punt (a) ta’ dan l-Anness u, għall-unitajiet tal-koġenerazzjoni b’kapaċità elettrika aktar minn 25 MW, l-effiċjenza ġenerali tkun aktar minn 70 %. Madankollu, speċifikazzjoni tal-kwantità tal-elettriku mill-koġenerazzjoni ġġenerat bi produzzjoni bħal din, għall-ħruġ ta’ garanzija tal-oriġini u għall-finijiet statistiċi, għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Anness III.

Jekk l-iffrankar tal-enerġija primarja għal proċess jiġi kkalkolat bil-kalkolu alternattiv kif indikat hawn fuq, l-iffrankar tal-enerġija primarja għandu jiġi kkalkolat bil-formula tal-punt (b) ta’ dan l-Anness li tissostitwixxi: “CHPHη” bi “Hη”, u “CHPEη” bi “Eη”, fejn:

Hη għandha tfisser l-effiċjenza tas-sħana tal-proċess definita bħala l-output tas-sħana annwali diviż bl-input tal-fjuwil użat biex jinkiseb it-total ta’ output tas-sħana u ta’ output tal-elettriku.

Eη għandha tfisser l-effiċjenza tal-elettriku tal-proċess definita bħala l-output tal-elettriku annwali diviż bl-input tal-fjuwil użat biex jinkiseb it-total ta’ output tas-sħana u ta’ output tal-elettriku. Meta unità tal-koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista’ jiżdied b’element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta’ elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhux se joħloq dritt ta’ ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 2414(10).

(d)    L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi tar-rappurtar oħrajn minflok ta’ sena għall-finijiet tal-kalkoli skont il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Anness.

(e)    Għall-unitajiet tal-mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja jista’ jkun ibbażat fuq data ċċertifikata.

(f)Valuri ta’ referenza tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku

Il-valuri armonizzati ta’ referenza tal-effiċjenza għandhom jikkonsistu f’matriċi ta’ valuri differenzjati skont fatturi rilevanti, inkluż is-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta’ fjuwils, u jridu jkunu bbażati fuq analiżi dokumentata sew li fost l-oħrajn tqis id-data minn użu operazzjonali f’kundizzjonijiet realistiċi, it-taħlita tal-fjuwils u l-kundizzjonijiet klimatiċi, u t-teknoloġiji tal-koġenerazzjoni applikati.

Il-valuri ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku skont il-formula stabbilita fil-punt (b) għandhom jistabbilixxu l-effiċjenza operatorja tal-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku li l-koġenerazzjoni jkun beħsiebha tissostitwixxi.

Il-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipji li ġejjin:

(i)1.gGħall-unitajiet tal-koġenerazzjoni, il-paragun ma’ produzzjoni separata tal-elettriku għandu jsir abbażi tal-prinċipju li jqabbel l-istess kategoriji ta’ fjuwils;.

(ii)2.kKull unità tal-koġenerazzjoni għandha titqabbel mal-aqwa teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli fis-suq għal produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku fis-sena tal-kostruzzjoni tal-unità tal-koġenerazzjoni;.

(iii)3.iIl-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza għall-unitajiet tal-koġenerazzjoni li għandhom iżjed 10 snin għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-valuri ta; referenza tal-unitajiet li għandhom 10 snin;.

(iv)4.iIl-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana għandhom jirriflettu d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri.

_____________

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

ANNESS IVIII

REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦALL-AKKWIST PUBBLIKU, SERVIZZI U BINI MILL-GVERN ĊENTRALI

Il-gvernijiet ċentrali  Fil-proċeduri tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li l-jixtru prodotti, servizzi, jew bini  u xogħlijiet , diment li dak ikun konsistenti mal-kosteffettività, il-fattibilità ekonomika, is-sostenibilità aktar wiesgħa, l-adattabbiltà teknika kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, għandhom:

(a)meta prodott jiġi kopert minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369id-Direttiva 2010/30/UE jew b’direttiva ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni relatata, dawn għandhom jixtru biss prodotti konformi mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza fl-enerġija possibbli fid-dawl tal-ħieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti  stabbilit fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament ;

(b)meta prodott li mhux kopert mill-punt (a) jiġi kopert minn miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jixtru biss prodotti konformi mal-parametri referenzjarji tal-effiċjenza enerġija speċifikati f’dik il-miżura ta’ implimentazzjoni;

(c)jixtru prodotti ta’ tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji 2 li jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ effiċjenza fl-enerġija mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma' dik id-Deċiżjoni;

 ġdid

(c)meta prodott jew servizz ikun kopert mill-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni, b’rilevanza għall-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tas-servizz, dawn għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jixtru biss prodotti u servizzi li jirrispettaw mill-inqas l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-livell “ċentrali” fil-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni rilevanti inkluż fost l-oħrajn għaċ-ċentri tad-data, il-kmamar tas-servers u s-servizzi tal-cloud, il-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni għat-tidwil tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku, il-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni għall-kompjuters, il-moniters, it-tablets u l-ismartphones;

🡻 2012/27/UE

 ġdid

(d)għandhom jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-aqwa klassi ta’ effiċjenza enerġetika tal-fjuwil, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra 3 mir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 . Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers tal-aqwa klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tat-tidwir, meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika;

(e)fis-sejħiet għall-offerti tagħhom tal-kuntratti tas-servizzi, għandhom jeżiġu li, għall-finijiet ta’ forniment tas-servizzi inkwistjoni, il-fornituri tas-servizzi jużaw biss prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għal prodotti ġodda mixtrija mill-fornituri tas-servizzi parzjalment jew kompletament għall-finijiet ta’ forniment tas-servizz inkwistjoni;

(f)għandhom jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ġodda għall-kiri ta’, bini biss li jikkonforma mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1)  4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE  diment li l-finijiet tax-xiri jkun:

(i)biex isiru rinnovazzjoni kompleta jew twaqqigħ;

(ii)fil-każ tal-korpi pubbliċi, biex jerġa’ jbigħ il-bini mingħajr ma jużah għall-finijiet tal-korp pubbliku; jew

(iii)biex jippreservah bħala bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu.

Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi vverifikata permezz taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-enerġija msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.

_____________

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

ANNESS V

Metodi u prinċipji komuni għall-kalkolu tal-impatt tal-iskemi tal-obbligu tal-effiċjenza enerġetika jew ta’ miżuri oħra ta' politika skont l-Artikoli 87, 97a u 107b u tal-Artikolu 28(11)20(6)

1.Il-metodi għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għajr dak li jinkiseb b’miżuri tat-tassazzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 87, 97a u 107b u tal-Artikolu 28(11)20(6).

Il-partijiet parteċipanti jew inkarigati obbligati, jew l-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni, jistgħu jużaw il-metodi li ġejjin għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija:

(a)iffrankar meqjus, b’referenza għar-riżultati ta’ titjib enerġetiku preċedenti mmonitorjat b’mod indipendenti f’installazzjonijiet simili. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ “ex ante”;

(b)iffrankar imkejjel b’metraġġi, fejn l-iffrankar bl-installazzjoni ta’ miżura, jew ta’ pakkett ta’ miżuri, jiġi ddeterminat bir-reġistrazzjoni tat-tnaqqis reali fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jqis fatturi bħall-addizzjonalità, l-okkupanza, il-livelli tal-produzzjoni u t-temp, li jistgħu jaffettwaw il-konsum. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ “ex post”;

(c)iffrankar skalat li juża stimi tal-inġinerija tal-iffrankar. Dan l-approċċ jista’ jintuża biss meta l-istabbiliment ta’ data mkejla soda għal installazzjoni speċifika jkun diffiċli jew għali b’mod sproporzjonat, pereżempju s-sostituzzjoni ta’ kompressur jew mutur elettriku b’rata ta’ kWh differenti minn dik li għaliha tkejlet l-informazzjoni indipendenti dwar l-iffrankar, jew meta dawk l-istimi jsiru b’metodoloġiji u parametri referenzjarji stabbiliti b’mod nazzjonali minn esperti kwalifikati jew akkreditati li jkunu indipendenti mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati obbligati, involuti;

(d)iffrankar mistħarreġ, li jiddetermina r-rispons tal-konsumaturi għal pariri, kampanji informattivi, tikkettar jew skemi taċ-ċertifikazzjoni, jew għal metraġġ intelliġenti. Dan l-approċċ jista’ jintuża biss għall-iffrankar miksub b’tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi. Ma għandux jintuża għall-iffrankar miksub bl-installazzjoni ta’ miżuri fiżiċi.

2.Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija għal miżura tal-effiċjenza enerġetika għall-finijiet tal-Artikoli 87, 97a u 107b u tal-Artikolu 28(11)20(6), għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

 ġdid

(a)l-Istati Membri għandhom juru li l-miżura ta’ politika twettqet biex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija u biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali skont l-Artikolu 8(1). L-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza u d-dokumentazzjoni tagħhom li l-iffrankar tal-enerġija nkiseb b’miżura ta’ politika, inkluż bi ftehimiet volontarji.

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

 ġdid

(ba)lL-iffrankar għandu jintwera li huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet parteċipanti jew inkarigati obbligati, jew tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ implimentazzjoni. Biex jiġi ddeterminat l-iffrankar li jista’ jiġi ddikjarat bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għaliha jevolvu fin-nuqqas tal-miżura ta’ politika inkwistjoni billi jqisu mill-inqas il-fatturi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, il-bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u l-bidliet ikkawżati b’miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;.

(cb)lL-iffrankar li jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-liġi obbligatorja tal-Unjoni għandu jitqies bħala ffrankar li kien iseħħ fi kwalunkwe każ, u b’hekk ma għandux jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-finijiet tal-Artikolu 87(1). B’deroga minn dak ir-rekwiżit, l-iffrankar marbut mar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti jista’ jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-finijiet tal-Artikolu 87(1), diment li jkun żgurat il-kriterju tal-materjalità msemmi fil-punt 3(h) ta’ dan l-Anness. L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti minimi nazzjonali stabbiliti għal bini ġdid qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE jista’ jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-punt (a) tal-Artikolu 7(1) dment li jkun żgurat il-kriterju ta' materjalità msemmi fil-punt 3(h) ta’ dan l-Anness u dak l-iffrankar tkun ingħatat notifika dwaru mill-Istati Membri fil-Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 24(2).  Il-miżuri li jippromwovu titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur pubbliku skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 jistgħu jkunu eliġibbli biex jitqiesu biex jiġi ssodisfat l-iffrankar tal-enerġija li jeżiġi l-Artikolu 8(1), diment li dawn iwasslu għal iffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jista’ jiġi verifikat u mkejjel jew stmat. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

 ġdid

(d)il-miżuri meħuda skont ir-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jistgħu jitqiesu bħala materjali, iżda l-Istati Membri jridu juru li dawn jirriżultaw f’titjib fl-effiċjenza enerġetika li jista’ jiġi verifikat u mkejjel jew stmat. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

(e)l-Istati Membri ma jistgħux jgħoddu l-użu mnaqqas tal-enerġija fis-setturi, inkluż fis-settur tat-trasport u tal-bini, li kien isir fi kwalunkwe każ minħabba l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva tal-ETS tal-UE biex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija skont l-Artikolu 8(1). Jekk entità tkun parti obbligata skont skema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE għall-bini u t-trasport bit-triq [Referenza għall-proposta], is-sistema ta’ monitoraġġ u verifika għandha tiżgura li l-prezz tal-karbonju li jingħadda waqt ir-rilaxx tal-fjuwil għall-konsum [skont l-Artikolu XX tad-Direttiva XX] jitqies fil-kalkolu u fir-rappurtar tal-iffrankar tal-enerġija tal-miżuri tagħha tal-iffrankar tal-enerġija.

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

 ġdid

(fc)kKreditu jista’ jingħata biss għall-iffrankar li jaqbeż il-livelli li ġejjin:

(i)l-istandards tal-Unjoni għall-prestazzjoni b’rabta mal-emissjonijiet għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda wara l-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 5 u (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6  tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 ; L-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza, is-suppożizzjonijiet tagħhom u l-metodoloġija tal-kalkolu tagħhom biex juru l-addizzjonalità għar-rekwiżiti tas-CO2 tal-vetturi l-ġodda tal-Unjoni;

(ii)ir-rekwiżiti tal-Unjoni relatati mat-tneħħija mis-suq ta’ ċerti prodotti relatati mal-enerġija wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE;.  L-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza, is-suppożizzjonijiet tagħhom u l-metodoloġija tal-kalkolu tagħhom biex juru l-addizzjonalità;

(gd)iIl-politiki bl-iskop li jħeġġu livell ogħla ta’ effiċjenza enerġetika ta’ prodotti, tagħmir, sistemi tat-trasport, vetturi u fjuwils, bini u elementi tal-bini, proċessi jew swieq għandhom ikunu permessi , għajr dawk il-miżuri ta’ politika rigward l-użu ta’ teknoloġiji ta’ kombustjoni diretta tal-fjuwils fossili, li jiġu implimentati mill-1 ta’ Jannar 2024 ;

 ġdid

(h)L-iffrankar tal-enerġija miksub b’miżuri ta’ politika rigward l-użu tal-kombustjoni diretta tal-fjuwils fossili fil-prodotti, fit-tagħmir, fis-sistemi tat-trasport, fil-vetturi, fil-bini jew fix-xogħlijiet ma għandux jgħodd biex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija mill-1 ta’ Jannar 2024.

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

 ġdid

(ie)iIl-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq il-bini jew fil-bini jistgħu jkunu eliġibbli biex jitqiesu biex jiġi ssodisfat l-iffrankar tal-enerġija li jeżiġi l-Artikolu 87(1), diment li dan iwassal għal iffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jista’ jiġi verifikat, u mkejjel jew stmat. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness;.

 ġdid

(j)il-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta’ teknoloġiji termali solari jistgħu jkunu eliġibbli biex jitqiesu biex jiġi ssodisfat l-iffrankar tal-enerġija li jeżiġi l-Artikolu 8(1), diment li dan iwassal għal iffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jista’ jiġi verifikat, u mkejjel jew stmat. Is-sħana ambjentali maqbuda mit-teknoloġiji termali solari tista’ tiġi eskluża mill-konsum tal-enerġija fl-użu finali tagħhom;

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2 (adattat)

 ġdid

(kf)gGħall-politiki li jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ prodotti u vetturi aktar effiċjenti, għajr dawk rigward l-użu tal-kombustjoni diretta tal-fjuwils fossili, tista’ ssir dikjarazzjoni għal kreditu sħiħ, diment li jintwera li din l-adozzjoni ssir qabel jgħaddi t-tul tal-ħajja medju mistenni tal-prodott jew tal-vettura, jew qabel ma l-prodott jew il-vettura normalment jiġu sostitwiti, u diment li l-iffrankar jiġi ddikjarat biss għall-perjodu sa tmiem it-tul tal-ħajja medju mistenni tal-prodott jew tal-vettura li jridu jiġu sostitwiti;.

(lg)fFil-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri għandhom, meta rilevanti, jiżguraw li jinżammu l-istandards ta’ kwalità għall-prodotti, għas-servizzi u għall-installazzjoni ta’ miżuri, jew li dawn jiġu introdotti meta ma jkunux jeżistu;.

(mh)bBiex jitqiesu l-varjazzjonijiet klimatiċi bejn ir-reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jaġġustaw l-iffrankar għal valur standard jew li jippermettu ffrankar tal-enerġija differenti skont il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn ir-reġjuni;.

(ni)iIl-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul tal-ħajja tal-miżuri u r-rata tat-tnaqqis tal-iffrankar maż-żmien. Dak il-kalkolu għandu jgħodd l-iffrankar li tikseb kull azzjoni individwali tul il-perjodu mid-data tal-implimentazzjoni tagħha sa tmiem kull perjodu ta’ obbligu  sal-31 ta’ Diċembru 2020 jew sal-31 ta’ Diċembru 2030 skont il-każ. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li hu stmat li jikseb mill-inqas l-istess ammont totali tal-iffrankar. Meta jużaw metodu ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali tal-iffrankar tal-enerġija kkalkulat b’dak il-metodu ma jkunx jaqbeż l-ammont tal-iffrankar tal-enerġija li kien jinkiseb bil-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li tikseb kull azzjoni individwali tul il-perjodu mid-data tal-implimentazzjoni tagħha l-31 ta’ Diċembru 2020 jew sal-31 ta’ Diċembru sal-2030 skont il-każ. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, il-metodu l-ieħor u d-dispożizzjonijiet li saru biex ikun żgurat li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit vinkolanti tal-kalkolu.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti li ġejjin għall-miżuri ta’ politika li ttieħdu skont l-Artikolu : 1087b u l-Artikolu 28(11)20(6):

(a)il-miżuri ta’ politika u l-azzjonijiet individwali li jiksbu ffrankar tal-enerġija fl-użu finali li jista’ jiġi verifikat;

(b)ir-responsabbiltà ta’ kull parti parteċipanti, parti inkarigata jew awtorità pubblika tal-implimentazzjoni, kif rilevanti, tiġi definita b’mod ċar;

(c)l-iffrankar tal-enerġija li jinkiseb jew li jrid jinkiseb jiġi ddeterminat b’mod trasparenti;

(d)l-ammont tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li jrid jinkiseb mill-miżura ta’ politika jiġi espress fil-konsum tal-enerġija finali jew primarja, bl-użu tal-fatturi ta’  valuri kalorifiċi netti jew enerġija primarja  konverżjoni  imsemmija fl-Artikolu 29  mniżżla fl-Anness IV;

(e)għandu jiġi pprovdut u jsir disponibbli għall-pubbliku rapport annwali dwar l-iffrankar tal-enerġija li kisbu l-partijiet inkarigati, il-partijiet parteċipanti u l-awtoritajiet pubbliċi tal-implimentazzjoni, u anki data dwar ix-xejra annwali tal-iffrankar tal-enerġija;

(f)isir monitoraġġ tar-riżultati u jittieħdu l-miżuri xierqa jekk il-progress ma jkunx sodisfaċenti;

(g)l-iffrankar tal-enerġija minn azzjoni individwali ma jiġix dikjarat minn aktar minn parti waħda;

(h)għandu jintwera li l-attivitajiet tal-parti parteċipanti, tal-parti inkarigata jew tal-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni jkunu materjali għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat;.

 ġdid

(i)l-attivitajiet tal-parti parteċipanti, tal-parti inkarigata jew tal-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni ma għandhom l-ebda effett negattiv fuq il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

 ġdid

4.Għad-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ politika relatati mat-tassazzjoni introdotti skont l-Artikolu 107b, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:

(a)għandu jingħata kreditu biss għall-iffrankar tal-enerġija minn miżuri tat-tassazzjoni li jaqbżu l-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils kif teżiġi d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE 8 jew 2006/112/KE 9 ;

(b)l-elastiċità tal-prezzijiet  ta’ żmien qasir  għall-kalkolu tal-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni (tal-enerġija) għandha tirrappreżenta r-rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet, u għandha tiġi stmata abbażi ta’ sorsi tad-data uffiċjali riċenti u rappreżentattivi;  li japplikaw għall-Istat Membru u, meta applikabbli, abbażi ta’ studji ta’ akkumpanjament minn istitut indipendenti. Jekk tintuża elastiċità differenti tal-prezzijiet minn elastiċitajiet ta’ żmien qasir, l-Istati Membri għandhom jispjegaw kif it-titjib fl-effiċjenza enerġetika bl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni ġie inkluż fix-xenarju bażi użat biex jiġi stmat l-iffrankar tal-enerġija, jew kif ġie evitat l-għadd doppju tal-iffrankar tal-enerġija minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni; 

(c)l-iffrankar tal-enerġija minn strumenti ta’ politika tat-tassazzjoni ta’ akkumpanjament, inkluż inċentivi fiskali jew pagament għal fond, għandu jitqies b’mod separat;.

 ġdid

(d)jenħtieġ li jintużaw stimi tal-elastiċità ta’ żmien qasir biex jiġi vvalutat l-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta’ tassazzjoni biex jiġi evitat kwalunkwe trikkib fuq il-liġi tal-Unjoni u fuq miżuri oħra ta’ politika.

(e)L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-effetti distribuzzjonali tat-tassazzjoni u miżuri ekwivalenti fuq il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u juru l-effetti tal-miżuri ta’ mitigazzjoni implimentati f’konformità mal-Artikolu 22(1) sa (3).

(f)L-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza, inkluż metodoloġiji tal-kalkolu, li meta jkun hemm trikkib fl-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni tal-enerġija jew tal-karbonju jew bl-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva tal-ETS tal-UE, m’hemmx għadd doppju tal-iffrankar tal-enerġija.

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2 (adattat)

5.Notifika tal-metodoloġija

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-metodoloġija dettaljata proposta tagħhom għall-operazzjoni tal-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u tal-miżuri alternattivi msemmija fl-Artikoli 97a u 107b, u l-Artikolu 28(11)20(6). Għajr fil-każ tat-tassazzjoni, din in-notifika għandha tinkludi dettalji dwar:

(a)il-livell tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(1) jew l-iffrankar li mistenni jinkiseb tul il-perjodu kollu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2030;

 ġdid

(b)kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid tal-enerġija meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) jew tal-iffrankar tal-enerġija mistenni li jinkiseb se titqassam f’fażijiet tul il-perjodu ta’ obbligu;

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

(cb)il-partijiet parteċipanti jew inkarigati, obbligati jew l-awtoritajiet pubbliċi tal-implimentazzjoni;

(dc)is-setturi fil-mira;

(ed)il-miżuri ta’ politika u l-azzjonijiet individwali, inkluż l-ammont totali mistenni tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv għal kull miżura;

 ġdid

(f)informazzjoni dwar il-miżuri jew il-programmi ta’ politika jew il-miżuri ffinanzjati minn Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika implimentat bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

(g)is-sehem u l-ammont tal-iffrankar tal-enerġija li jridu jinkisbu fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

(h)meta applikabbli, informazzjoni dwar l-indikaturi applikati, is-sehem medju aritmetiku, u l-eżitu tal-miżuri ta’ politika stabbiliti skont l-Artikolu 8(3);

(i)meta applikabbli, informazzjoni dwar l-impatti u l-effetti negattivi tal-miżuri ta’ politika implimentati skont l-Artikolu 8(3) fuq il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

(je)it-tul tal-perjodu ta’ obbligu għall-iskema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika;

 ġdid

(k)meta applikabbli, l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija jew il-miri ta’ tnaqqis fil-kost li jridu jintlaħqu mill-partijiet obbligati fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .2

(lf)l-azzjonijiet previsti mill-miżura ta’ politika;

(mg)il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż kif ġew iddeterminati l-addizzjonalità u l-materjalità u liema metodoloġiji u parametri referenzjarji jintużaw għall-iffrankar meqjus u skalat u, meta applikabbli, il-valuri kalorifiċi netti u l-fatturi ta’ konverżjoni użati;

(nh)it-tulijiet tal-ħajja tal-miżuri u kif dawn jiġu kkalkulati jew abbażi ta’ xiex;

(oi)l-approċċ imħaddem biex jiġu indirizzati l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru;

(pj)is-sistemi tal-monitoraġġ u tal-verifika għall-miżuri skont l-Artikoli 97a u 107b u kif tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati, obbligati;

(qk)fil-każ tat-tassazzjoni:

(i)is-setturi u t-taqsima fil-mira tal-kontribwenti;

(ii)l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni;

(iii)l-iffrankar li mistenni jinkiseb;

(iv)it-tul taż-żmien tal-miżura tat-tassazzjoni; u

(v)il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema elastiċitajiet tal-prezzijiet intużaw u kif ġew stabbiliti;

 ġdid

(vi)kif ġie evitat it-trikkib mal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva tal-ETS tal-UE, u kif tneħħa r-riskju ta’ għadd doppju.

_____________

🡻 2012/27/UE

 ġdid

ANNESS VI

Kriterji minimi għall-verifiki tal-enerġija, inkluż dawk li jsiru bħala parti mis-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija

Il-verifiki tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 118 għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida li ġejjin  il-kriterji li ġejjin :

(a)ikunu bbażati fuq data operazzjonali aġġornata, imkejla u traċċabbli fuq il-konsum tal-enerġija u l-profili tat-tagħbija (għall-elettriku);

(b)jinkludu rieżami dettaljat tal-profil tal-konsum tal-enerġija ta’ bini jew ta’ gruppi ta’ bini, operazzjonijiet industrijali, jew installazzjonijiet, inkluż it-trasport;

 ġdid

(c)jidentifikaw miżuri tal-effiċjenza enerġetika biex jonqos il-konsum tal-enerġija;

(d)jidentifikaw il-potenzjal għal użu jew produzzjoni kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli;

🡻 2012/27/UE

(ec)jibbażaw, meta possibbli, fuq analiżi tal-kost taċ-ċiklu tal-ħajja (LCCA) minflok fuq Perjodi ta’ Ripagament Sempliċi (SPP) biex jitqiesu l-iffrankar fit-tul, il-valuri residwali tal-investimenti fit-tul, u r-rati tal-iskont;

(fd)ikunu proporzjonati, u rappreżentattivi biżżejjed, biex tkun tista’ titfassal stampa affidabbli tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija u ssir identifikazzjoni affidabbli tal-aktar opportunitajiet sinifikanti għal titjib.

Il-verifiki tal-enerġija għandhom jippermettu kalkoli dettaljati u validati għall-miżuri proposti biex tingħata informazzjoni ċara fuq l-iffrankar potenzjali.

Id-data użata fil-verifiki tal-enerġija għandha tkun tista’ tinħażen għall-analiżi storika u t-traċċar tal-prestazzjoni.

 ġdid

Rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ u l-pubblikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċentri tad-data

L-informazzjoni minima li ġejja għandha tiġi monitorjata u ppubblikata rigward il-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċentri tad-data msemmija fl-Artikolu 11(10):

(a)l-isem taċ-ċentru tad-data; l-isem tas-sid u l-operaturi taċ-ċentru tad-data; il-muniċipalità fejn hu bbażat iċ-ċentru tad-data;

(b)l-erja tal-art taċ-ċentru tad-data; il-potenza installata; it-traffiku tad-data incoming u outgoing annwali; u l-ammont ta’ data maħżuna u pproċessata fiċ-ċentru tad-data;

(c)il-prestazzjoni fl-aħħar sena kalendarja sħiħa taċ-ċentru tad-data skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni dwar, fost l-oħrajn, il-konsum tal-enerġija, l-użu tal-enerġija, il-punti stabbiliti tat-temperatura, l-użu tas-sħana mormija, l-użu tal-ilma u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

_____________

🡻 2012/27/UE

ANNESS VII

🡻 2019/944 Art. 70.6

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u għall-informazzjoni fil-kontijiet, abbażi tal-konsum reali tal-gass naturali

🡻 2012/27/UE

1.Rekwiżiti minimi għall-kontijiet

1.1.Kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali

Biex il-klijenti finali jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet jenħtieġ isiru abbażi tal-konsum reali tal-inqas darba fis-sena, u l-informazzjoni fil-kontijiet jenħtieġ tkun disponibbli tal-inqas kull tliet xhur, fuq talba jew meta l-konsumaturi jkunu għażlu li jirċievu kontijiet elettroniċi, jew inkella darbtejn fis-sena. Il-gass li jintuża biss għal skopijiet ta’ tisjir jista’ jiġi eżentat minn dan ir-rekwiżit.

1.2.Informazzjoni minima li trid tkun fil-kont

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta xieraq, l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-klijenti finali b’termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-transazzjonijiet, u fl-irċevuti fl-istazzjonijiet tad-distribuzzjoni, jew inkella tiġi mehmuża magħhom:

(a)il-prezzijiet reali attwali u l-konsum reali tal-enerġija;

(b)paraguni tal-konsum attwali tal-enerġija tal-klijent finali mal-konsum fl-istess perjodu tas-sena preċedenti, preferibbilment b’format grafiku;

(c)l-informazzjoni ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti finali, l-aġenziji tal-enerġija jew korpi simili, inkluż l-indirizzi tas-siti web, imnejn jistgħu jinkisbu informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, profili komparattivi tal-utenti finali, u speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għat-tagħmir li juża l-enerġija.

Barra minn dan, kull meta possibbli u utli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paraguni, ma’ klijent finali medju normalizzat jew skont parametri referenzjarji fl-istess kategorija tal-utenti, isiru disponibbli għall-klijenti finali b’termini ċari u li jinftiehmu, fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-transazzjonijiet, u fl-irċevuti fl-istazzjonijiet tad-distribuzzjoni, jew inkella jiġu mehmużin magħhom jew indikati fihom.

1.3.Pariri dwar l-effiċjenza enerġetika mehmużin mal-kontijiet u tagħrif ieħor lill-klijenti finali

Meta jibagħtu l-kuntratti u l-bidliet fil-kuntratti, u fil-kontijiet li jirċievu l-klijenti jew fuq siti web maħsuba għal klijenti individwali, id-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni u l-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija lill-konsumaturi, dawn għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom b’mod ċar u li jinftiehem dwar l-informazzjoni ta’ kuntatt għal ċentri ta’ pariri indipendenti għall-konsumatur, aġenziji tal-enerġija jew istituzzjonijiet simili, inkluż indirizzi ta’ siti web, imnejn jistgħu jiksbu pariri dwar il-miżuri disponibbli tal-effiċjenza enerġetika, il-profili tal-parametri referenzjarji għall-konsum tal-enerġija tagħhom, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li juża l-enerġija li jistgħu jgħinu biex jonqos il-konsum ta’ dan it-tagħmir.

_____________

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .4 (adattat)

ANNESS VIIIVIIa

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u għall-informazzjoni dwar il-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku

1.Kontijiet abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin

Biex l-utenti finali jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin tal-inqas darba fis-sena.

2.Frekwenza minima għall-kontijiet u għall-informazzjoni dwar il-konsum

Sal-31 ta’ Diċembru 2021  Mill-25 ta’ Ottubru 2020, jekk ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-kost għat-tisħin, il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-konsum abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin għandha tingħata lill-utenti finali tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew meta l-klijenti finali jkunu għażlu li jirċievu kontijiet elettroniċi, jew inkella darbtejn fis-sena.

Mill-1 ta’ Jannar 2022, jekk ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-kost għat-tisħin, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum abbażi tal-konsum reali jew tal-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin għandhom jingħataw lill-utenti finali mill-inqas kull xahar. Dawn jistgħu jsiru disponibbli wkoll fuq l-internet u b’aġġornamenti sikwit kif jippermettu l-apparati u s-sistemi tal-kejl użati. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jiġu eżentati minn dak ir-rekwiżit barra l-istaġuni tat-tisħin jew tat-tkessiħ.

3.Informazzjoni minima li trid tkun fil-kont

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja ssir disponibbli għall-utenti finali b’termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew magħhom, meta dawn ikunu bbażati fuq il-konsum reali jew fuq il-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin:

(a)il-prezzijiet reali attwali u l-konsum reali tal-enerġija jew il-kost totali tat-tisħin u l-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin;

(b)l-informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwils użati u l-emissjonijiet annwali tal-gassijiet serra relatati, inkluż għall-utenti finali fornuti bit-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali, u deskrizzjoni tat-taxxi, tal-imposti u tat-tariffi differenti applikati. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit tal-għoti tal-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex ikun jinkludi biss il-fornimenti minn sistemi tat-tisħin distrettwali b’input termali klassifikat totali li jaqbeż l-20 MW;

(c)paraguni tal-konsum attwali tal-enerġija tal-klijent finali mal-konsum fl-istess perjodu tas-sena preċedenti, b’format grafiku u b’korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;

(d)l-informazzjoni ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti finali, l-aġenziji tal-enerġija jew korpi simili, inkluż l-indirizzi tas-siti web, imnejn jistgħu jinkisbu informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, profili komparattivi tal-utenti finali, u speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għat-tagħmir li juża l-enerġija;

(e)l-informazzjoni dwar il-proċeduri tal-ilmenti rilevanti, is-servizzi tal-Ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, kif applikabbli fl-Istati Membri;

(f)paraguni ma’ utent finali medju normalizzat jew skont parametri referenzjarji fl-istess kategorija tal-utenti. Fil-każ tal-kontijiet elettroniċi, dawn il-paraguni jistgħu minflok isiru disponibbli online u jiġu indikati fil-kontijiet.

Il-kontijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali jew fuq il-qari tal-allokaturi tal-kost għat-tisħin għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ kif ġie kkalkulat l-ammont stipulat fil-kont, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e).

_____________

🡻 826/2019 Art. 1(1) u l-Anness I (adattat)

ANNESS IXVIII

Potenzjal għal effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ

Il-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjali nazzjonali tat-tisħin u tat-tkessiħ imsemmija fl-Artikolu 2014(1) għandha tinkludi u tkun ibbażata fuq dan li ġej:

Parti I

ĦARSA KUMPLESSIVA LEJN IT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

1.id-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ f’termini ta’ enerġija utli vvalutata 10 u ta’ konsum tal-enerġija finali kkwantifikat f’GWh kull sena 11 skont is-setturi:

(a)is-settur residenzjali;

(b)is-servizzi;

(c)l-industrija;

(d)kwalunkwe settur ieħor li individwalment jikkonsma aktar minn 5 % tad-domanda nazzjonali totali għat-tisħin u t-tkessiħ utli;

2.l-identifikazzjoni, jew fil-każ tal-punt 2(a)(i), l-identifikazzjoni jew l-istima, tal-provvista attwali tat-tisħin u t-tkessiħ:

(a)skont it-teknoloġija, f’GWh kull sena 12 , fis-setturi msemmija fil-punt 1 meta possibbli, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli:

(i)ipprovduta fuq il-post f’siti residenzjali u ta’ servizz permezz ta’:

bojlers tas-sħana biss;

koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija ta’ effiċjenza għolja;

pompi tas-sħana;

teknoloġiji u sorsi oħra fuq il-post;

(ii)ipprovduta fuq il-post f’siti mhux ta’ servizz u mhux residenzjali permezz ta’:

bojlers tas-sħana biss;

koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija ta’ effiċjenza għolja;

pompi tas-sħana;

teknoloġiji u sorsi oħra fuq il-post;

(iii)ipprovduta mhux fuq il-post permezz ta’:

koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija ta’ effiċjenza għolja;

sħana mormija;

teknoloġiji u sorsi oħra mhux fuq il-post;

(b)l-identifikazzjoni ta’ installazzjonijiet li jiġġeneraw sħana jew kesħa mormija u l-forniment potenzjali tagħhom ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ, f’GWh kull sena:

(i)l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija termali li jistgħu jfornu jew li jistgħu jiġu modifikati retroattivament biex ifornu s-sħana mormija b’input termali totali li jaqbeż il-50 MW;

(ii)l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija li jużaw it-teknoloġiji msemmija fil-Parti II tal-Anness III b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW;

(iii)l-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart;

(iv)l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW, għajr l-installazzjonijiet speċifikati fil-punt 2(b)(i) u (ii) li jiġġeneraw it-tisħin jew it-tkessiħ bl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(v)l-installazzjonijiet industrijali b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW u li jistgħu jipprovdu s-sħana mormija;

(c)is-sehem rapportat tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana jew kesħa mormija fil-konsum tal-enerġija finali tas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali 13 fl-aħħar ħames snin, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001;

3.mappa li tkopri t-territorju nazzjonali kollu u li tidentifika (filwaqt li tippriserva l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva):

(a)iż-żoni tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ wara l-analiżi tal-punt 1, filwaqt li tuża kriterji konsistenti li jagħmlu enfasi fuq dawk iż-żoni tal-muniċipalitajiet u tal-konurbazzjonijiet li għandhom densità tal-enerġija;

(b)il-punti tal-provvista eżistenti tat-tisħin u tat-tkessiħ identifikati skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;

(c)il-punti tal-provvista ppjanati tat-tisħin u tat-tkessiħ tat-tip deskritt skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;

4.tbassir tax-xejriet fid-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ biex tinżamm perspettiva tat-tletin sena li ġejjin f’GWh u filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-projezzjonijiet għall-għaxar snin li ġejjin, il-bidla fid-domanda fil-bini u f’setturi differenti tal-industrija, u l-impatt tal-politiki u tal-istrateġiji relatati mal-ġestjoni tad-domanda, bħall-istrateġiji fit-tul ta’ rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva (UE) 2018/844;

Parti II

OBJETTIVI, STRATEĠIJI U MIŻURI TA’ POLITIKA

5.il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-kontributi nazzjonali tiegħu għall-ħames dimensjonijiet tal-Uunjoni tal-Eenerġija, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999, miksub b’tisħin u tkessiħ effiċjenti, b’mod partikolari b’rabta mal-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 4(b) u mal-paragrafu (4)(b) tal-Artikolu 15, li jidentifika liema minn dawn l-elementi hu addizzjonali meta mqabbel mal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima;

6.ħarsa kumplessiva ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri eżistenti kif deskritt fl-aktar rapport riċenti ppreżentat f’konformità mal-Artikoli 3, 20, 21 u 27(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Parti III

ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU TA’ EFFIĊJENZA FIT-TISĦIN U FIT-TKESSIĦ

7.analiżi tal-potenzjal ekonomiku 14 ta’ teknoloġiji differenti tat-tisħin u tat-tkessiħ għandha ssir għat-territorju nazzjonali kollu billi tintuża l-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fl-Artikolu 2014(3) u għandha tidentifika xenarji alternattivi għal teknoloġiji aktar effiċjenti u rinnovabbli tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli, meta applikabbli.

Jenħtieġ jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji li ġejjin:

(a)is-sħana u l-kesħa mormija industrijali;

(b)l-inċinerazzjoni tal-iskart;

(c)il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;

(d)sorsi tal-enerġija rinnovabbli (pereżempju l-enerġija ġeotermali, l-enerġija termali solari u l-bijomassa) għajr dawk użati għall-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;

(e)il-pompi tas-sħana;

(f)it-tnaqqis fit-telf tas-sħana u tal-kesħa min-networks distrettwali eżistenti;

8.din l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku għandha tinkludi l-passi u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)Kunsiderazzjonijiet:

(i)l-analiżi tal-kostbenefiċċji għall-finijiet tal-Artikolu 2014(3) għandha tinkludi analiżi ekonomika li tikkunsidra l-fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali 15 , u analiżi finanzjarja li tivvaluta l-proġetti mill-perspettiva tal-investituri. L-analiżi ekonomika u dik finanzjarja għandhom jużaw il-valur preżenti nett bħala kriterju għall-valutazzjoni;

(ii)ix-xenarju bażi jenħtieġ iservi ta’ parametru referenzjarju u jqis il-politiki eżistenti waqt it-tħejjija ta’ din il-valutazzjoni komprensiva 16 , u jintrabat mad-data miġbura skont il-Parti I u l-punt 6 tal-Parti II ta’ dan l-Anness;

(iii)ix-xenarji alternattivi għax-xenarju bażi għandhom iqisu l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli tar-Regolament (UE) 2018/1999. Kull xenarju għandu jippreżenta l-elementi li ġejjin imqabbla max-xenarju bażi:

il-potenzjal ekonomiku tat-teknoloġiji, eżaminat billi l-valur preżenti nett jintuża bħala kriterju;

it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

l-iffrankar tal-enerġija primarja f’GWh kull sena;

l-impatt fuq is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali.

Ix-xenarji li ma jkunux fattibbli minħabba raġunijiet tekniċi jew finanzjarji, jew minħabba regolamentazzjoni nazzjonali jistgħu jiġu esklużi fi stadju bikri tal-analiżi tal-kostbenefiċċji, jekk dan ikun ġustifikat abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet retti, espliċiti u dokumentati sew.

Il-valutazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet jenħtieġ iqisu l-iffrankar tal-kostijiet u tal-enerġija miksub b’aktar flessibbiltà fil-provvista tal-enerġija u b’operazzjoni aktar ottimali tan-networks tal-elettriku, inkluż il-kostijiet evitati u l-iffrankar miksub bit-tnaqqis fl-investiment fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.

(b)Kostijiet u benefiċċji

Il-kostijiet u l-benefiċċji msemmija fil-punt 8(a) għandhom jinkludu mill-inqas il-kostijiet u l-benefiċċji li ġejjin:

(i)Benefiċċji:

il-valur tal-output għall-konsumatur (it-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku);

benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u benefiċċji tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista’ jkun;

l-effetti fuq is-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista’ jkun.

(ii)Kostijiet:

il-kostijiet kapitali tal-impjanti u tat-tagħmir;

il-kostijiet kapitali tan-networks tal-enerġija assoċjati;

il-kostijiet operatorji varjabbli u fissi;

il-kostijiet tal-enerġija;

il-kostijiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista’ jkun;

il-kostijiet tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista’ jkun.

(c)Xenarji rilevanti għax-xenarju bażi:

Għandu jitqies kull xenarju rilevanti għax-xenarju bażi, inkluż ir-rwol ta’ tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti.

(i)l-analiżijiet tal-kostbenefiċċji jistgħu ikopru valutazzjoni ta’ proġett jew ta’ grupp ta’ proġetti għal valutazzjoni lokali, reġjonali jew nazzjonali usa’, ħalli tinstab l-aktar soluzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ kosteffettiva u ta’ benefiċċju meta mqabbla max-xenarju bażi għal żona ġeografika partikolari għall-finijiet tal-ippjanar;

(ii)l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-analiżijiet tal-kostbenefiċċji skont l-Artikolu 14. Huma għandhom jipprovdu l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet dettaljati b’konformità ma’ dan l-Anness u għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-analiżi ekonomika u jagħmluhom pubbliċi.

(d)Konfini u approċċ integrat:

(i)il-konfini ġeografiku għandu jkopri żona ġeografika adegwata u definita sew;

(ii)l-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom iqisu r-riżorsi ċentralizzati jew deċentralizzati rilevanti kollha ta’ provvista, fis-sistema u fil-konfini ġeografiku, inkluż it-teknoloġiji kkunsidrati fil-punt 7 tal-Parti III ta’ dan l-Anness, kif ukoll ix-xejriet u l-karatteristiki kollha tat-tisħin u tat-tkessiħ.

(e)Suppożizzjonijiet:

(i)l-Istati Membri għandhom jipprovdu suppożizzjonijiet, għall-finijiet tal-analiżijiet tal-kostbenefiċċji, dwar il-prezzijiet ta’ fatturi maġġuri ta’ input u ta’ output, u dwar ir-rata tal-iskont;

(ii)ir-rata tal-iskont użata fl-analiżi ekonomika biex jiġi kkalkulat il-valur preżenti nett għandha tingħażel skont linji gwida Ewropej jew nazzjonali;

(iii)l-Istati Membri għandhom jużaw projezzjonijiet nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali tal-iżvilupp tal-prezz tal-enerġija, jekk ikun xieraq, fil-kuntest nazzjonali u/jew reġjonali/lokali tagħhom;

(iv)il-prezzijiet użati fl-analiżi ekonomika għandhom jirriflettu l-kostijiet u l-benefiċċji soċjoekonomiċi. Il-kostijiet esterni, bħall-effetti ambjentali u tas-saħħa, jenħtieġ jiġu inklużi kemm jista’ jkun, jiġifieri meta jkun jeżisti prezz tas-suq jew meta dan ikun diġà inkluż fir-regolamentazzjoni Ewropea jew nazzjonali.

(f)Analiżi tas-sensittività:

(i)għandha tiġi inkluża analiżi tas-sensittività biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ proġett jew ta’ grupp ta’ proġetti abbażi ta’ fatturi varjabbli li jħallu impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli, bħal pereżempju prezzijiet differenti tal-enerġija, il-livelli tad-domanda, ir-rati tal-iskont u oħrajn.

Parti IV

STRATEĠIJI U MIŻURI TA’ POLITIKA ĠODDA POTENZJALI

9.ħarsa kumplessiva lejn il-miżuri ta’ politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ġodda 17 biex jitwettaq il-potenzjal ekonomiku identifikat f’konformità mal-punti 7 u 8, flimkien mal-projezzjonijiet tagħhom ta’:

(a)it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(b)l-iffrankar tal-enerġija primarja f’GWh kull sena;

(c)l-impatt fuq is-sehem ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;

(d)l-impatt fuq is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ;

(e)ir-rabtiet mal-programmazzjoni finanzjarja nazzjonali u l-iffrankar tal-kostijiet għall-baġit pubbliku u għall-parteċipanti tas-suq;

(f)il-miżuri stmati ta’ appoġġ pubbliku, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali tagħhom u l-identifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna potenzjali.

_____________

🡻 2012/27/UE (adattat)

 ġdid

ANNESS XIX

ANALIŻI TAL-KOSTBENEFIĊĊJI

Parti 2

Prinċipji għall-finijiet tal-Artikolu 24(4)14(5) u (67)

L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom jipprovdu informazzjoni għall-finijiet tal-miżuri fl-Artikolu 2414(45) u (67):

Jekk tiġi ppjanata installazzjoni tal-elettriku biss jew installazzjoni mingħajr irkupru tas-sħana, għandu jsir paragun bejn l-installazzjonijiet ippjanati jew il-modernizzazzjoni ppjanata u installazzjoni ekwivalenti li tipproduċi l-istess ammont ta’ elettriku jew sħana fil-proċessi, iżda li tirkupra s-sħana mormija u tforni s-sħana permezz ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u/jew networks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

F’konfini ġeografiċi partikolari, il-valutazzjoni għandha tqis l-installazzjoni ppjanata u kull punt eżistenti jew potenzjali xieraq ta’ domanda għat-tisħin jew għat-tkessiħ li jistgħu jiġu fornuti minnha, bil-kunsiderazzjoni ta’ possibbiltajiet razzjonali (pereżempju, l-fattibbiltà teknika u d-distanza).

Il-konfini tas-sistema għandu jinkludi l-installazzjoni ppjanata u t-tagħbijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ , bħall-bini u l-proċess industrijali. F’dan il-konfini tas-sistema, il-kost totali tal-forniment tas-sħana u tal-enerġija għandu jiġi ddeterminata għaż-żewġ każijiet u jitqabbel.

It-tagħbijiet tat-tisħin jew tat-tkessiħ għandhom jinkludu t-tagħbijiet eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ bħal installazzjoni industrijali jew sistema eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, u anki, f’żoni urbani, it-tagħbijiet u l-kostijiet eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ li jkun hemm jekk grupp ta’ bini jew parti minn belt jiġu fornuti bihom u/jew jiġu konnessi ma’ network ġdid tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali.

L-analiżi tal-kostbenefiċċji għandha tkun ibbażata fuq deskrizzjoni tal-installazzjoni ppjanata u l-installazzjoni(jiet) paragunati, li tkopri l-kapaċità elettrika u termali, kif applikabbli, it-tip ta’ fjuwil, l-użu ppjanat u l-għadd ta’ sigħat ta’ operazzjoni ppjanati kull sena, il-post u d-domanda elettrika u termali.

 ġdid

Il-valutazzjoni tal-użu tas-sħana mormija għandha tqis it-teknoloġiji attwali. Il-valutazzjoni għandha tqis l-użu dirett tas-sħana mormija jew l-aġġornament tagħha għal livelli ogħla ta’ temperatura, jew it-tnejn li huma. Fil-każ tal-irkupru fuq il-post tas-sħana mormija, għandu jiġi vvalutat mill-inqas l-użu ta’ skambjaturi tas-sħana, pompi tas-sħana, u teknoloġiji tas-sħana għall-enerġija. Fil-każ tal-irkupru mhux fuq il-post tas-sħana mormija, tal-inqas l-installazzjonijiet industrijali, is-siti agrikoli u n-networks tat-tisħin distrettwali għandhom jiġu vvalutati bħala punti ta’ domanda potenzjali.

🡻 2012/27/UE

 ġdid

Għall-finijiet tal-paragun, għandhom jitqiesu d-domanda għall-enerġija termali u t-tipi ta’ tisħin u tkessiħ użati mill-punti viċini tad-domanda għat-tisħin jew għat-tkessiħ . Il-paragun għandu jkopri l-kostijiet relatati mal-infrastruttura għall-installazzjoni ppjanata u paragunata.

L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għall-finijiet tal-Artikolu 24(4)14(5) għandhom jinkludu analiżi ekonomika li tkopri analiżi finanzjarja li tirrifletti t-transazzjonijiet attwali tal-flussi tal-flus kontanti mill-investimenti f’installazzjonijiet individwali u mit-tħaddim tagħhom.

Il-proġetti b’eżitu pożittiv tal-kostbenefiċċji huma dawk li t-total tal-benefiċċji skontati fl-analiżi ekonomika u finanzjarja jaqbeż it-total tal-kostijiet skontati (eċċess tal-kostbenefiċċji).

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prinċipji gwida għall-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-medda taż-żmien għall-analiżi ekonomika.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-kumpaniji responsabbli mill-operazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku termali, lill-kumpaniji industrijali, lin-networks tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, jew lil partijiet oħra influwenzati mill-konfini definit tas-sistema u mill-konfini ġeografiku, biex jipprovdu data biex tintuża għal valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji ta’ installazzjoni individwali.

_____________

🡻 2012/27/UE

ANNESS XIX

Garanzija tal-oriġini għall-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja

(a)L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li:

(i)il-garanzija tal-oriġini tal-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja:

tippermetti li l-produtturi juru li l-elettriku li jbigħu hu ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tinħareġ għal dan il-għan bħala rispons għal talba tal-produttur;,

hija preċiża, affidabbli u reżistenti għall-frodi;,

tinħareġ, tiġi trasferita u titħassar b’mod elettroniku;

(ii)l-istess unità tal-enerġija mill-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja titqies darba biss.

(b)Il-garanzija tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 2414(10) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(i)l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità (termali u elettrika) tal-installazzjoni fejn tiġi ġġenerata l-enerġija;

(ii)id-dati u l-postijiet tal-produzzjoni;

(iii)il-valur kalorifiku aktar baxx tas-sors tal-fjuwil li minnu jiġi ġġenerat l-elettriku;

(iv)il-kwantità u l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien mal-elettriku;

(v)il-kwantità tal-elettriku minn koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja skont l-Anness IIIII li tirrappreżenta l-garanzija;

(vi)l-iffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont l-Anness IIIII abbażi tal-valuri armonizzati ta’ referenza tal-effiċjenza indikati fil-punt (f) tal-Anness IIIII;

(vii)l-effiċjenza elettrika u termali nominali tal-impjant;

(viii)jekk u sa liema punt l-installazzjoni bbenefikat minn appoġġ għall-investiment;

(ix)jekk u sa liema punt l-unità tal-enerġija bbenefikat mod ieħor minn xi skema ta’ appoġġ nazzjonali, u t-tip tal-iskema ta’ appoġġ;

(x)id-data meta l-impjant sar operazzjonali; u

(xi)id-data u l-pajjiż tal-ħruġ, u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

Il-garanzija tal-oriġini għandu jkollha l-qies standard ta’ 1 MWh. Għandha tkun relatata mal-output tal-elettriku nett imkejjel fil-konfini tal-istazzjoni u esportat lejn il-grilja.

_____________

🡻 2012/27/UE

ANNESS XIIXI

Kriterji tal-effiċjenza enerġetika għal regolamentazzjoni tan-network tal-enerġija u għat-tariffi tan-network tal-elettriku

1.It-tariffi tan-network għandhom jirriflettu l-kost tal-iffrankar tal-kost fin-netwerks miksub min-naħa tad-domanda u l-miżuri ta’ rispons għad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita, inkluż l-iffrankar miksub bit-tnaqqis fil-kost tat-twassil jew tal-investiment fin-networks, u b’operazzjoni aktar ottimali tan-network.

2.Ir-regolamentazzjoni u t-tariffi tan-network ma għandhomx jipprevjenu lill-operaturi tan-network jew lill-bejjiegħa tal-enerġija milli jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema għal miżuri ta’ rispons għad-domanda, ġestjoni tad-domanda u ġenerazzjoni distribwita fis-swieq organizzati tal-elettriku, b’mod partikolari:

(a)it-trasferiment tat-tagħbija mill-ħinijiet tal-akbar domanda għall-ħinijiet li mhumiex tal-akbar domanda, u l-klijenti finali jqisu d-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija mill-koġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni distribwita;

(b)l-iffrankar tal-enerġija miksub b’rispons għad-domanda tal-konsumaturi distribwiti b’aggregaturi tal-enerġija;

(c)it-tnaqqis tad-domanda miksub b’miżuri tal-effiċjenza enerġetika mwettqa mill-fornituri tas-servizzi tal-enerġija, inkluż il-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija;

(d)il-konnessjoni u d-dispaċċ ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni b’livelli aktar baxxi ta’ vultaġġ;

(e)il-konnessjoni ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni minn post eqreb lejn il-konsum; u

(f)il-ħżin tal-enerġija.

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, it-terminu “swieq organizzati tal-elettriku” għandu jinkludi s-swieq tal-bejgħ dirett u l-iskambji tal-elettriku għall-kummerċ tal-enerġija, is-servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi anċillari fil-perjodi kollha taż-żmien, inkluż is-swieq bil-quddiem, ta’ ġurnata bil-quddiem, u ta’ dakinhar stess.

3.It-tariffi tan-network jew tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jappoġġaw l-ipprezzar dinamiku għal miżuri ta’ rispons għad-domanda mill-klijenti finali, bħal:

(a)tariffi skont il-ħin tal-użu (time-of-use tariffs);

(b)ipprezzar għall-ħinijiet kritiċi tal-aktar użu (critical peak pricing);

(c)ipprezzar fil-ħin reali; u

(d)rifużjonijiet tal-ħinijiet tal-aktar użu.

_____________

🡻 2012/27/UE

ANNESS XIIIXII

REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAD-DISTRIBUZZJONI

L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom:

🡻 2018/2002 Art. 1.16 u l-Anness .6

(a)jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mat-tiġrib u l-qsim tal-kostijiet tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja, rinfurzar tal-grilja u l-introduzzjoni ta’ grilji ġodda, operazzjoni mtejba tal-grilja u regoli dwar l-implimentazzjoni nondiskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għal integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;

🡻 2012/27/UE

(b)jipprovdu lil kull produttur ġdid tal-elettriku ġġenerat b’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja li jixtieq ikun konness mas-sistema bl-informazzjoni komprensiva u meħtieġa mitluba, inkluż:

(i)stima komprensiva u dettaljata tal-kostijiet assoċjati mal-konnessjoni;

(ii)skeda taż-żmien raġonevoli u preċiża għall-wasla u l-ipproċessar tat-talba għall-konnessjoni mal-grilja;

(iii)skeda taż-żmien indikattiva u raġonevoli għal kull konnessjoni proposta mal-grilja. Il-proċess ġenerali għal konnessjoni mal-grilja jenħtieġ ma jkunx itwal minn 24 xahar, b'kunsiderazzjoni ta’ dak li hu raġonevolment prattikabbli u nondiskriminatorju;

(c)jipprovdu proċeduri standardizzati u simplifikati għall-konnessjoni ta’ produtturi distribwiti ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja biex jiffaċilitaw il-konnessjoni tagħhom mal-grilja.

Ir-regoli standard imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kostijiet u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawk il-produtturi mal-grilja. Dawn jistgħu jipprevedu tipi differenti ta’ konnessjoni.

_____________

🡻 2012/27/UE (adattat)

ANNESS XIVXIII

Elementi minimi li jridu jiġu inkużi fil-kuntratti tal-prestazzjoni tal-enerġija mas-settur pubbliku jew fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti assoċjati

 ġdid

Sejbiet/rakkomandazzjonijiet ta’ analiżi/verifika mwettqa qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt li jkopri l-użu tal-enerġija tal-bini bil-ħsieb li jiġu implimentati miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika.

🡻 2012/27/UE

Lista ċara u trasparenti tal-miżuri ta’ effiċjenza li jridu jitwettqu jew ir-riżultati tal-effiċjenza li jridu jinkisbu.

L-iffrankar iggarantit li jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt.

It-tul u t-tappi ewlenin tal-kuntratt, it-termini u l-perjodu ta’ notifika.

Lista ċara u trasparenti tal-obbligi ta’ kull parti kontraenti.

Id-data/i ta’ referenza biex ikun stabbilit l-iffrankar miksub.

Lista ċara u trasparenti tal-passi li jridu jsiru biex titwettaq miżura jew pakkett ta’ miżuri u, meta rilevanti, il-kostijiet assoċjati.

Obbligu li ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri fil-kuntratt u dokumentazzjoni tal-bidliet kollha li jsiru tul il-proġett.

Regolamenti li jispeċifikaw l-inklużjoni ta’ rekwiżiti ekwivalenti f’kull subkuntrattar ma’ partijiet terzi.

Turija ċara u trasparenti tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proġett u distribuzzjoni tas-sehem taż-żewġ partijiet fl-iffrankar monetarju miksub (jiġifieri remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizzi).

Dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-verifika tal-iffrankar iggarantit miksub, kontrolli tal-kwalità u garanziji.

Dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-proċedura biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet qafas li qed jinbidlu u li jaffettwaw il-kontenut u l-eżitu tal-kuntratt (jiġifieri l-prezzijiet tal-enerġija li qed jinbidlu, l-intensità tal-użu ta’ installazzjoni).

Informazzjoni dettaljata tal-obbligi ta’ kull waħda mill-partijiet kontraenti u tal-penali għall-ksur tagħhom.

_____________

🡻 2012/27/UE (adattat)

ANNESS XV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva 2004/8/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 2

Artikolu 1(1)

Artikolu 3, il-punt (a)

Artikolu 2, il-punt (30)

Artikolu 3, il-punt (b)

Artikolu 2, il-punt (32)

Artikolu 3, il-punt (c)

Artikolu 2, il-punt (31)

Artikolu 3, il-punt (d)

Artikolu 2, il-punt (33)

Artikolu 3, il-punti (e) u (f)

Artikolu 3, il-punt (g)

Artikolu 2, il-punt (35)

Artikolu 3, il-punt (h)

Artikolu 3, il-punt (i)

Artikolu 2, il-punt (34)

Artikolu 3, il-punt (j)

Artikolu 3, il-punt (k)

Artikolu 2, il-punt (36)

Artikolu 3, il-punt (l)

Artikolu 2, il-punt (37)

Artikolu 3, il-punt (m)

Artikolu 2, il-punt (39)

Artikolu 3, il-punt (n)

Artikolu 2, il-punt (38)

Artikolu 3, il-punt (o)

Artikolu 2, il-punti (40), (41), (42), (43) u (44)

Artikolu 4(1)

Anness II, il-punt (f), l-ewwel subpunt

Artikolu 4(2)

Artikolu 14(10), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 5

Artikolu 14(10), l-ewwel subparagrafu u l-Anness X

Artikolu 6

Artikolu 14(1) u (3), l-Annessi VIII u IX

Artikolu 7(1)

Artikolu 14(11)

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 8

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6), (7), (8) u (9)

Artikolu 9

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 14(1) u 24(2), Anness XIV, il-Parti 2

Artikolu 10(3)

Artikolu 24(6)

Artikolu 11

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(5)

Artikolu 12(1) u (3)

Artikolu 12(2)

Anness II, il-punt (c)

Artikolu 13

Artikolu 22(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 28

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 29

Artikolu 18

Artikolu 30

Anness I

Anness I, il-Parti II

Anness II

Anness I, il-Parti I u l-Parti II, l-aħħar subparagrafu

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness VIII

Anness IX

Id-Direttiva 2006/32/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 2

Artikolu 1(1)

Artikolu 3, il-punt (a)

Artikolu 2, il-punt (1)

Artikolu 3, il-punt (b)

Artikolu 2, il-punt (4)

Artikolu 3, il-punt (c)

Artikolu 2, il-punt (6)

Artikolu 3, il-punt (d)

Artikolu 2, il-punt (5)

Artikolu 2, il-punti (2) u (3)

Artikolu 3, il-punt (e)

Artikolu 2, il-punt (7)

Artikolu 3, il-punti (f), (g), (h) u (i)

Artikolu 2, il-punti (8) sa (19)

Artikolu 3, il-punt (j)

Artikolu 2, il-punt (27)

Artikolu 2, il-punt (28)

Artikolu 3, il-punt (k)

Artikolu 3, il-punt (l)

Artikolu 2, il-punt (25)

Artikolu 2, il-punt (26)

Artikolu 3, il-punt (m)

Artikolu 3, il-punt (n)

Artikolu 2, il-punt (23)

Artikolu 3, il-punt (o)

Artikolu 2, il-punt (20)

Artikolu 3, il-punt (p)

Artikolu 2, il-punt (21)

Artikolu 3, il-punt (q)

Artikolu 2, il-punt (22)

Artikolu 3, il-punti (r) u (s)

Artikolu 2, il-punti (24), (29), (44) u (45)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikoli 5 u 6

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 7(8), il-punti (a) u (b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 18(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(1), (5), (6), (7), (9), (10), (11) u (12)

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 18(2), il-punti (b) u (c)

Artikolu 6(5)

Artikolu 7

Artikolu 17

Artikolu 8

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2) u (3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 19

Artikolu 9(2)

Artikolu 18(1), il-punt (d), is-subpunt (i)

Artikolu 18(1), il-punti (a), (b), (c), (d), is-subpunt (ii), u (e)

Artikolu 10(1)

Artikolu 15(4)

Artikolu 10(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(7), (8) u (9)

Artikolu 11

Artikolu 20

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 8(2), (3), (4), (5), (6) u (7)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(1)

Artikolu 9

Artikolu 13(2)

Artikolu 10 u Anness VII, il-punt 1.1

Artikolu 13(3)

Anness VII, il-punti 1.2 u 1.3

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 18(2), il-punti (a) u (d)

Artikolu 21

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 24(1) u (2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4) u (5)

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(4) u (7) sa (11)

Artikolu 22(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 15(2), (3) u (4)

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 27

Artikolu 18

Artikolu 28

Artikolu 19

Artikolu 29

Artikolu 20

Artikolu 30

Anness I

Anness II

Anness IV