EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0612

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817

COM/2020/612 final

Brussell, 23.9.2020

COM(2020) 612 final

2020/0278(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Raġunijiet

F’Settembru 2019, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li se jistabbilixxi approċċ komprensiv għall-fruntieri esterni, is-sistemi tal-ażil u tar-ritorn, iż-żona Schengen tal-moviment liberu u d-dimensjoni esterna.

Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, ippreżentat flimkien ma’ din il-proposta jirrappreżenta bidu ġdid dwar il-migrazzjoni bbażata fuq approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Din il-proposta tistabbilixxi qafas komuni għall-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni fil-livell tal-UE bħala kontribut ewlieni għall-approċċ komprensiv u tfittex li tippromwovi l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Abbażi tal-prinċipji ġenerali tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, il-Patt Ġdid jirrakkomanda t-tfassil integrat tal-politika li jgħaqqad flimkien il-politiki fl-oqsma tal-ażil, il-migrazzjoni, ir-ritorn, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni, il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u r-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi ewlenin li jirriflettu approċċ sħiħ tal-gvern. Huwa jirrikonoxxi li approċċ komprensiv ifisser ukoll espressjoni aktar b’saħħitha, aktar sostenibbli u tanġibbli tal-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà. Għalhekk, dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kollha kemm hi, li tvarja mill-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali għall-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari u l-movimenti mhux awtorizzati.

L-isfidi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, relatati b’mod partikolari mal-iżgurar ta’ identifikazzjoni rapida ta’ dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jew ritorni effettivi (għal dawk li ma għandhomx bżonn protezzjoni), għandhom jiġu ttrattati b’mod uniformi mill-UE kollha kemm hi. Id-data disponibbli turi li l-wasla ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali kif osservat fl-2015-2016 ġiet parzjalment sostitwita minn wasliet imħallta ta’ persuni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żviluppat proċess effettiv ġdid li jippermetti ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji mħallta. B’mod partikolari, huwa importanti li tinħoloq għodda li tippermetti l-identifikazzjoni, fl-aktar stadju bikri possibbli, ta’ persuni li x’aktarx mhux se jirċievu protezzjoni fl-UE 1 . Din l-għodda għandha tkun inkorporata fil-proċess tal-verifiki fuq il-fruntieri esterni, b’riżultat rapidu kif ukoll regoli ċari u ġusti, u għandha tirriżulta fl-aċċess għall-proċedura xierqa (ażil jew il-proċedura li tirrispetta d-Direttiva dwar ir-Ritorn 2 ). Din għandha twassal għat-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-verifiki fuq il-fruntieri esterni u l-proċeduri tal-ażil u r-ritorn.

Din il-proposta tistabbilixxi skrinjar ta’ qabel id-dħul li għandu jkun applikabbli għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew wara l-iżbark, wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ. Il-proposta tintroduċi regoli uniformi dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fl-istadju ta’ qabel id-dħul tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u regoli uniformi dwar it-tul tal-proċess tal-ġbir tal-informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ tali persuni.

Il-proposta toħloq ukoll qafas tal-UE billi tistabbilixxi regoli uniformi għall-iskrinjar tal-migranti irregolari maqbuda fit-territorju u li evitaw il-verifiki fuq il-fruntieri mad-dħul fiż-żona Schengen. Din għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-protezzjoni taż-żona Schengen u tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni irregolari.

L-objettivi u l-elementi ewlenin tal-iskrinjar

L-objettiv tal-iskrinjar huwa li jikkontribwixxi għall-approċċ komprensiv il-ġdid għall-migrazzjoni u l-flussi mħallta billi jiżgura li l-identità tal-persuni iżda wkoll kwalunkwe riskju għas-saħħa u s-sigurtà jiġu stabbiliti malajr u li ċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew wara l-iżbark wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ jiġu rriferuti malajr għall-proċedura applikabbli.

L-iskrinjar għandu jikkonsisti b’mod partikolari fi:

(a)Verifika preliminari tas-saħħa u tal-vulnerabbiltà;

(b)Verifika tal-identità kontra informazzjoni f’bażijiet tad-data Ewropej;

(c)Ir-reġistrazzjoni ta’ data bijometrika (jiġifieri data dwar marki tas-swaba’ u data dwar l-immaġni tal-wiċċ) fil-bażijiet tad-data xierqa, sa fejn din tkun għadha ma seħħitx; u

(d)Verifika tas-sigurtà permezz ta’ tiftixa fil-bażijiet tad-data rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), biex jiġi vverifikat li l-persuna ma tikkostitwixxix theddida għas-sigurtà interna.

L-iskrinjar propost huwa mistenni li jżid il-valur tal-proċeduri attwali fil-fruntieri esterni b’mod partikolari billi:

joħloq regoli uniformi dwar l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul kif imsemmija fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, u jissottomettihom għal verifiki tas-saħħa u s-sigurtà fil-fruntieri esterni, biex b’hekk tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen;

jiċċara li d-dħul mhuwiex awtorizzat għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament li jidħlu wara l-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dħul jew meta l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika f’każ individwali regoli speċjali msemmija fl-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

joħloq għodda uniformi biex iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew wara l-iżbark, wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ jiġu rriferuti għall-proċedura xierqa: jew proċedura li tirrispetta d-Direttiva dwar ir-Ritorn jew, fil-każ ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, il-proċedura normali tal-ażil, proċedura aċċellerata, il-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera jew, finalment, ir-rilokazzjoni lejn Stat Membru ieħor, (mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura bħal din, jew mingħajr ma jiġu ssostitwiti) u

joħloq qafas tal-UE wkoll għall-iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr awtorizzazzjoni u li jinqabdu fit-territorji tagħhom.

Il-proposta tipprevedi li d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu protetti bl-għajnuna ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti li għandu jitwaqqaf mill-Istati Membri. Dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għandu jkopri b’mod partikolari r-rispett tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-iskrinjar, kif ukoll ir-rispett tar-regoli nazzjonali applikabbli fil-każ ta’ detenzjoni u konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement. Barra minn hekk, għandu jiżgura li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u b’mod xieraq.

Fl-aħħar nett, il-proposta tirrikonoxxi r-rwol tal-aġenziji tal-UE – il-Frontex u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, li jistgħu jakkumpanjaw u jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-kompiti kollha tagħhom relatati mal-iskrinjar. Din tagħti wkoll rwol importanti lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali fl-appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ indipendenti tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-iskrinjar.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta

L-iskrinjar propost għandu japplika fil-fruntieri esterni:

għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni barra mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera li għalihom l-Istati Membri huma obbligati, skont ir-Regolament Eurodac, li jiħdulhom il-marki tas-swaba’ tagħhom, inklużi dawk li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali;

għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiżbarkaw wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ; u

għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw ruħhom f’punti ta’ qsim tal-fruntiera mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul u li japplikaw hemm għall-protezzjoni internazzjonali.

Fl-istess ħin, l-iskrinjar jeħtieġ li jiddependi fuq l-għodod stabbiliti minn strumenti leġiżlattivi oħra u jikkollega magħhom, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-Eurodac 3 , l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn 4 u tal-Proċeduri ta’ Ażil 5 .

Iċ-ċittadini ta ’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni barra mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera jew li jiżbarkaw wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ, inklużi dawk li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali



Skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen 6 , il-fruntieri esterni jistgħu jinqasmu biss fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera notifikati 7 . Il-kontroll fil-fruntieri 8 jikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntieri mwettqa fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera u sorveljanza fil-fruntieri, li titwettaq bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera biex persuni ma jitħallewx jevitaw il-verifiki fuq il-fruntieri, biex tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera mingħajr awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qasmu l-fruntieri esterni b’mod mhux awtorizzat u li ma għandhom l-ebda dritt li jibqgħu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jeħtiġilhom ikunu soġġetti għal proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva dwar ir-Ritorn 9 . Fil-każ li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jitlob protezzjoni internazzjonali, l-aċċess għall-proċedura tal-ażil irid ikun żgurat u l-persuna għandha tiġi rriferuta lill-awtoritajiet tal-ażil. Dawn ir-regoli, kif xieraq, għandhom japplikaw ukoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiżbarkaw wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ.

Biex jidħlu fil-qafas legali eżistenti, b’mod partikolari r-Regolament Eurodac u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn 10 kif ukoll id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil 11 , l-iskrinjar obbligatorju ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda barra mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera għandu jkopri dawk li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu data bijometrika skont ir-Regolament Eurodac 12 .

Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ma jipprevedi l-ebda obbligu speċifiku dwar verifiki mediċi fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda waqt is-sorveljanza fil-fruntieri. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew wara l-iżbark wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ setgħu kienu esposti għal theddid għas-saħħa (eż. meta jkunu ġejjin minn żoni ta’ gwerra, jew bħala riżultat tal-esponiment għal mard li jittieħed). Għalhekk, huwa importanti li jiġu identifikati fl-aktar stadju bikri possibbli dawk kollha li jeħtieġu kura immedjata, kif ukoll li jiġu identifikati l-minorenni u l-persuni vulnerabbli, sabiex dawn jiġu rriferuti għal proċedura tal-ażil fil-fruntieri jew aċċellerata, f’konformità mal-kriterji applikabbli għal dawn il-proċeduri. It-tifqigħa riċenti tal-COVID-19 turi wkoll il-ħtieġa ta’ verifiki tas-saħħa sabiex jiġu identifikati persuni li jeħtieġu iżolament minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Għalhekk, hemm bżonn ta’ regoli uniformi dwar il-verifiki preliminari tas-saħħa, li jkunu japplikaw għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jiġu soġġetti għall-iskrinjar.

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għad-dħul u li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-kontroll fil-fruntieri għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tar-refuġjati u taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jitolbu protezzjoni internazzjonali. Madankollu, il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ma jipprevedix biżżejjed istruzzjonijiet għall-gwardji tal-fruntiera dwar kif għandhom jittrattaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali f’punti ta’ qsim tal-fruntiera 13 u huma osservati prattiki differenti f’dan ir-rigward madwar l-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jitħallew jidħlu fit-territorju minkejja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul, abbażi tat-talba għal protezzjoni internazzjonali, jistgħu jaħarbu.

Barra minn hekk, anki għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’din is-sitwazzjoni, bħalissa ma hemm l-ebda regola dwar verifiki mediċi. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali biex il-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni jiġi kkollegat mingħajr xkiel mal-proċeduri sussegwenti rilevanti skont l-acquis dwar l-ażil jew ir-ritorn.

Huwa wkoll meħtieġ li jiġi ċċarat li matul l-iskrinjar, jiġifieri matul il-kontrolli biex tiġi/jiġu ddeterminata/i l-proċedura/i xierqa li ġejja/in, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati ma għandhomx ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri. Din ir-regola għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jiġu soġġetti għall-iskrinjar fil-fruntieri esterni.

Garanziji li jirriżultaw mill-proċeduri applikabbli u l-applikabbiltà tar-rilokazzjoni

Għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jiġu soġġetti għall-iskrinjar, jekk japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-mument li jinqabdu jew waqt il-kontroll fil-fruntieri fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera jew waqt l-iskrinjar, dawn għandhom jitqiesu bħala applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Madankollu, l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament [APR] XXXX kif ukoll l-effetti legali li jikkonċernaw id-[Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza] XXXX għandhom japplikaw biss wara li l-iskrinjar ikun intemm.

Bl-istess mod, il-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva dwar ir-Ritorn għandhom jibdew japplikaw biss għal persuni koperti minn din il-proposta wara li jkun intemm l-iskrinjar.

L-iskrinjar jista’ jiġi segwit minn rilokazzjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà stabbilit mir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni] jekk Stat Membru jkun qed jikkontribwixxi għas-solidarjetà fuq bażi volontarja jew jekk l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ma jkunux soġġetti għall-proċedura fuq il-fruntiera skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil), jew taħt il-mekkaniżmu li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi stabbiliti mir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar sitwazzjonijiet ta’ kriżi].

Esklużjoni ġenerali

L-iskrinjar mhuwiex maħsub biex japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2016/399 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen). Jekk matul l-iskrinjar ikun jidher li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, l-iskrinjar għandu jintemm minnufih u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jkun awtorizzat jidħol fit-territorju tal-Istat Membru. Dan ma jaffettwax il-possibbiltà li jiġu applikati penali għall-qsim ta’ fruntiera esterna mingħajr awtorizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Bl-istess mod, l-iskrinjar ma għandux japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru jista’ jew huwa obbligat li japplika deroga fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-dħul. Lista eżawrjenti ta’ dawn il-każijiet hija pprovduta fl-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u tinkludi każijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul minn Stat Membru ieħor u li għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju għall-finijiet ta’ tranżitu, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma awtorizzati minn Stat Membru f’deċiżjoni individwali biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji (pereżempju għall-fini ta’ trattament mediku). Madankollu, jekk l-Istat Membru jqis li l-persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali jistgħu jibbenefikaw minn deċiżjoni individwali li tawtorizza d-dħul kif imsemmi fl-Artikolu 6(5)(c), tali persuna għandha tiġi rriferuta għall-iskrinjar u l-awtorizzazzjoni tad-dħul għandha tiġi sospiża sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċedura xierqa għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali.

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda fit-territorju

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda mill-pulizija jew minn awtoritajiet kompetenti oħra fit-territorju ta’ Stat Membru filwaqt li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul u ta’ soġġorn għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ ritorn skont id-Direttiva dwar ir-Ritorn, sakemm ma jitolbux protezzjoni internazzjonali. F’dan l-aħħar każ, it-talba tagħhom għandha tiġi eżaminata jew għandhom jingħataw awtorizzazzjoni jew dritt ta’ soġġorn fl-Istat Membru kkonċernat.

Sabiex iż-żona Schengen tiġi protetta aħjar u tiġi żgurata ġestjoni xierqa tal-migrazzjoni irregolari, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati wkoll jissottomettu lil dawn il-persuni għall-iskrinjar. Madankollu, dan l-obbligu ma għandux japplika fil-każ ta’ persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta (iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qabżu l-perjodu tal-viżi tagħhom, pereżempju billi baqgħu fl-Istati Membri għal perjodu itwal minn 90 jum minn perjodu ta’ 180 jum, jew billi joqogħdu għal perjodu itwal minn dak permess minn permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul li għandhom) minħabba li persuni f’din is-sitwazzjoni kienu soġġetti għal verifiki fuq il-fruntieri mal-wasla tagħhom.

L-iskrinjar tal-persuni maqbuda fit-territorju ta’ Stat Membru (filwaqt li tiġi rrispettata l-limitazzjoni msemmija hawn fuq) għandu jikkumpensa għall-fatt li dawn il-persuni preżumibbilment irnexxielhom jevitaw il-verifiki fuq il-fruntieri mad-dħul fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona Schengen. Bl-inklużjoni ta’ dawn il-każijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost, jiġi żgurat li dan l-iskrinjar ukoll se jsegwi regoli u standards uniformi.

L-iskrinjar f’każijiet bħal dawn għandu jiġi skattat min-nuqqas ta’ timbru tad-dħul f’dokument tal-ivvjaġġar jew in-nuqqas totali ta’ dokument tal-ivvjaġġar, għalhekk, mill-inabbiltà li jsir każ kredibbli mill-fatt li dawn ikunu qasmu fruntiera esterna b’mod regolari. Bil-bidu tat-tħaddim tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ fl-2022, it-timbri se jiġu ssostitwiti minn rekords aktar affidabbli fis-sistema elettronika disponibbli wkoll għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, biex b’hekk tiġi pprovduta ċertezza addizzjonali fir-rigward tad-dħul legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Il-proposta tindirizza sfidi relatati mal-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-prevenzjoni ta’ movimenti mhux awtorizzati fiż-żona mingħajr verifiki fuq il-fruntieri interni. L-iskrinjar jikkomplementa r-regoli dwar il-kontroll fil-fruntieri esterni kif stabbilit fir-Regolament 2016/399 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen). Tikkomplementa b’mod partikolari l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-Artikoli 3 u 13 tal-Kodiċi fir-rigward tal-obbligu li jiġi evitat dħul mhux awtorizzat, kif ukoll l-obbligu li jitwettqu verifiki fuq il-fruntieri mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ refuġjati u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Tirrifletti wkoll il-fatt li n-nuqqas ta’ konformità tal-kundizzjonijiet tad-dħul huwa preżunt fin-nuqqas ta’ timbru f’dokument tal-ivvjaġġar (jew, wara l-bidu tat-tħaddim tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ fl-2022, fin-nuqqas ta’ entrata fis-sistema elettronika disponibbli wkoll għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi) fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda fit-territorju ta’ Stat Membru.

Il-proposta tirrifletti l-iżviluppi riċenti tal-acquis ta’ Schengen, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ 14 , skedata għall-2022. Tqis ukoll il-qafas tal-interoperabbiltà stabbilit mir-Regolamenti (UE) 2019/817 15 u (UE) 2019/818 16 . Il-bidliet meħtieġa fl-atti legali li jistabbilixxu l-bażijiet tad-data speċifiċi, bħas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) huma limitati biex jipprovdu drittijiet ta’ aċċess għall-awtoritajiet maħtura fil-kuntest tal-iskrinjar.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Din il-proposta hija waħda mill-elementi kostitwenti leġiżlattivi tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u tipprevedi element addizzjonali fil-ġestjoni tal-migrazzjoni b’konsistenza sħiħa mal-proposti għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni, għal Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil, għal Regolament dwar sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-proposta emendata għal Regolament Eurodac imfassal mill-ġdid.

Flimkien ma’ tal-ewwel, din il-proposta għandha l-għan li tikkontribwixxi għal approċċ komprensiv għall-migrazzjoni billi tistabbilixxi rabta bla xkiel bejn l-istadji kollha tal-proċess tal-migrazzjoni, mill-wasla sal-ipproċessar tat-talbiet għall-protezzjoni internazzjonali sa, fejn applikabbli, ir-ritorn. Dan għandu jimxi id f’id mar-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Għal dak il-għan, qed jiġi propost li jiġi żgurat li kull Stat Membru jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti, biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu osservati fir-rigward tal-iskrinjar u li kwalunkwe allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiġi investigata sew.

Il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għall-iskrinjar għandu jkun parti mill-governanza u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni migratorja previsti fir-Regolament il-ġdid dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni (AMMR). L-Istati Membri għandhom jintegraw ir-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ nazzjonali tagħhom skont dan ir-Regolament fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom previsti fl-AMMR.

Din il-proposta ma taffettwax il-proċeduri eżistenti fil-qasam tal-ażil u r-ritorn u lanqas ma tqassar l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali iżda sempliċiment torganizza aħjar l-istadju ta’ qabel id-dħul biex tiffaċilita użu aħjar ta’ dawk il-proċeduri.

Sa tmiem l-iskrinjar, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu rriferuti lill-awtoritajiet xierqa, li – bl-użu tal-informazzjoni miġbura matul l-iskrinjar fil-forma ta’ debriefing– għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti.

Għalhekk, l-informazzjoni miġbura matul l-iskrinjar għandha tgħin biex l-għanijiet tal-proċeduri rispettivi jintlaħqu b’mod aktar effiċjenti. B’mod partikolari għandha tgħin lill-awtoritajiet tal-ażil rilevanti biex jidentifikaw dawk l-applikanti għall-ażil li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera, f’konformità mal-emendi proposti għar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil. Għandha tgħin ukoll fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u ttejjeb il-verifiki fuq il-fruntieri billi tifhem aħjar il-flussi migratorji.

Id-data bijometrika msemmija fir-Regolament XXXX [ir-Regolament Eurodac] miġbura matul l-iskrinjar, flimkien mad-data msemmija fl-Artikoli [12, 13, 14 u 14a] ta’ dak ir-regolament, għandha tiġi trażmessa lill-Eurodac fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-marki tas-swaba’. Billi jirrikjedi dan il-ġbir u t-trażmissjoni matul l-iskrinjar, dan ir-regolament jispeċifika b’mod temporali u b’hekk jikkonferma l-obbligi li jikkonċernaw it-teħid tal-marki tas-swaba’ u r-reġistrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. L-iskrinjar se jiffaċilita wkoll il-verifika ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira, bħas-Sistema ta’Informazzjoni ta’ Schengen, għall-finijiet tar-ritorn.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jikkonċerna l-iżvilupp ta’ politika bil-għan li jitwettqu kontrolli fuq il-persuni u monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni.

Fir-rigward tal-emendi għar-regolamenti li jistabbilixxu bażijiet tad-data differenti (VIS, EES, ETIAS) u għar-regolament li jistabbilixxi l-interoperabbiltà, il-proposta hija bbażata wkoll fuq l-Artikolu 77(2)(d) tat-TFUE, li jikkonċerna l-iżvilupp ta’ politika bil-ħsieb ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi)

L-azzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja taqa’ f’qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4(2) TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: L-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jitnlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri (la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali), iżda fil-livell tal-Unjoni (minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta).

L-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Dan għaliex jikkonċernaw il-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri esterni u l-monitoraġġ effiċjenti tal-qsim ta’ dawn il-fruntieri. Kif inhu spjegat fil-Premessa 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, “il-kontrolli fuq il-fruntieri huma fl-interess mhux biss tal-Istat Membru li fil-fruntieri esterni tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jgħinu fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex tkun prevenuta kull theddida għas-sigurtà interna, l-politika pubblika, is-saħħa pubblika u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri”.

Il-miżuri proposti jikkomplementaw ir-regoli eżistenti dwar il-kontroll fil-fruntieri esterni previsti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u miżuri oħra adottati skont l-Artikolu 77(2)(b) TFUE. Billi jtejbu l-ħarsa ġenerali mill-awtoritajiet kompetenti ta’ min qed jaqsam il-fruntiera esterna u billi jikkontribwixxu għal determinazzjoni aktar effiċjenti tal-proċedura li għandha tiġi applikata għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, il-miżuri proposti jikkontribwixxu għall-preservazzjoni taż-żona mingħajr verifiki fuq il-fruntieri interni. Għaldaqstant, l-Unjoni tista’ tadotta l-miżuri proposti, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata għall-objettivi identifikati.

Il-proposta twieġeb għan-nuqqasijiet identifikati fil-ġestjoni ta’ flussi mħallta ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew wara l-iżbark, wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali.

Il-proposta tintroduċi obbligu li tiġi vverifikata d-data bijometrika taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati kontra r-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità (CIR) stabbilit mir-Regolament dwar l-Interoperabbiltà, li fih id-data kollha dwar l-identità ta’ persuni magħrufa fis-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-migrazzjoni, is-sigurtà u l-ġustizzja. Dan l-obbligu huwa maħsub b’tali mod li jkun hemm aċċess għal dik id-data biss li hija strettament meħtieġa biex jiġu identifikati ċittadini ta’ pajjiżi terzi (id-data aċċessata hija simili għal dik f’dokument tal-ivvjaġġar) u li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni jew ġbir ġdid ta’ data f’sistema tal-IT fuq skala kbira.

Il-verifika tas-sigurtà għandha tuża s-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej rilevanti u, sa fejn ikun possibbli, għandha titwettaq abbażi ta’ data bijometrika, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ identifikazzjoni falza.

Il-proposta għandha l-għan li tibni sinerġiji bejn il-proċeduri u l-istadji differenti tal-ġestjoni tal-migranti u ta’ dawk li jfittxu l-ażil. Pereżempju, matul l-iskrinjar, kwalunkwe konsultazzjoni preċedenti possibbli tal-bażijiet tad-data rilevanti, b’mod partikolari tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, se jkollha titqies. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera, li għalihom il-bażijiet tad-data diġà kellhom jiġu kkonsultati matul il-verifiki fuq il-fruntieri.

Il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u komprensiva dwar iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati huwa mistenni li jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-ażil sa tmiem l-iskrinjar.

Bl-istess mod, ir-regoli uniformi proposti fir-rigward tal-verifiki tas-saħħa u l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’vulnerabbiltajiet fil-fruntieri esterni huma limitati għal dak li huwa assolutament meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-proposta, jiġifieri li jiġu identifikati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu kura immedjata jew li jeħtieġu iżolament minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, kif ukoll persuni b’vulnerabbiltajiet jew akkoljenza speċjali jew ħtiġijiet proċedurali u biex jiġi żgurat appoġġ adegwat għalihom. Il-proposta teħtieġ ukoll aġġustament tal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-iskrinjar għall-ħtiġijiet tal-minorenni u l-iżgurar tal-preżenza ta’ persunal imħarreġ u kkwalifikat biex jittratta l-minorenni.

Il-proposta tiċċara li matul l-iskrinjar fil-fruntiera esterna, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati ma għandhomx ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru. Dan huwa mistenni li jgħin fl-indirizzar ta’ każijiet partikolari fejn l-intenzjoni li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiġi espressa matul il-verifiki fuq il-fruntieri iżda mbagħad ma tiġix segwita jew tiġi segwita biss aktar tard fi Stat Membru ieħor. Ir-regola li wieħed ma jkunx awtorizzat jidħol matul l-iskrinjar tirrifletti l-obbligu tal-gwardji tal-fruntieri li jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul ma jkunux awtorizzati jidħlu. Id-determinazzjoni f’liema sitwazzjonijiet l-iskrinjar jeħtieġ detenzjoni u l-modalitajiet tiegħu jitħallew f’idejn il-liġi nazzjonali.

Il-proposta tipprevedi wkoll li l-iskrinjar jiġi applikat għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri fejn ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li dawn ikunu qasmu fruntiera esterna biex jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri b’mod awtorizzat. Dan ma jikkonċernax lil "persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta", bħad-detenturi ta’ viża għal soġġorn qasir li jibqgħu għal aktar minn tliet xhur, jew persuni b’permess ta’ residenza li jibqgħu wara li jiskadi dan tal-aħħar. Dawk il-persuni kienu soġġetti għal verifiki fuq il-fruntieri mal-wasla tagħhom fiż-żona Schengen; il-karattru irregolari tas-soġġorn tagħhom mhuwiex relatat mal-mod kif daħlu, iżda jirriżulta mill-fatt li ma telqux fiż-żmien li suppost.

L-għażla tal-istrument

Il-proposta tikkomplementa u tispeċifika r-regoli uniformi dwar il-kontroll fil-fruntieri esterni li jinsabu fir-Regolament tal-Fruntieri ta’ Schengen, billi tirrikjedi mill-Istati Membri li fit-tliet tipi ta’ sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jgħaddu minn skrinjar li jikkonsisti f’verifika tal-identità, verifika tas-sigurtà u verifika tas-saħħa fejn meħtieġa, sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirreferuhom għall-proċeduri xierqa fir-rigward tal-ażil jew ir-ritorn. Sabiex jikkontribwixxu b’dan il-mod għas-sigurtà taż-żona Schengen u għall-effettività tal-politika tal-ażil u l-migrazzjoni tal-Unjoni, dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu skont standards uniformi. Sabiex jiġu stabbiliti dawk l-istandards, huma meħtieġa dispożizzjonijiet applikabbli direttament. Minn dan isegwi li Regolament huwa l-istrument xieraq biex jiġi organizzat dan l-iskrinjar.

 

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-Kummissjoni timplimenta tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza u tirreferi għad-dokument separat (XXX) li jagħti dettalji dwar id-data u l-elementi li jappoġġaw l-approċċ propost għall-isfidi varji identifikati mill-2016 għall-finalizzazzjoni tar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA). Id-data u l-informazzjoni ppreżentati f’dak id-dokument huma wkoll rilevanti għall-proposta li tintroduċi l-iskrinjar bħala parti mill-proċess bla xkiel għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul meta jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-partijiet ikkonċernati f’għadd ta’ okkażjonijiet biex tiġbor il-fehmiet tagħhom dwar il-Patt futur dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Fl-istess ħin, il-Presidenzi tar-Rumanija, tal-Finlandja u tal-Kroazja kellhom skambji kemm strateġiċi kif ukoll tekniċi dwar il-futur ta’ bosta aspetti tal-politika dwar il-migrazzjoni, inklużi l-ażil, ir-ritorn, ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni. Dawn il-konsultazzjonijiet urew appoġġ għal bidu ġdid dwar il-politika Ewropea dwar l-ażil u l-migrazzjoni biex jiġu indirizzati b’mod urġenti n-nuqqasijiet fis-SEKA, biex tittejjeb l-effettività tas-sistema ta’ ritorn, biex ir-relazzjonijiet tagħna mal-pajjiżi terzi jiġu strutturati u mgħammra aħjar fir-rigward tar-riammissjoni u biex tiġi żgurata r-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw.

Qabel it-tnedija tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni kienet involuta f’diskussjonijiet kontinwi mal-Parlament Ewropew li, b’mod partikolari, enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Il-Viċi President Schinas u l-Kummissarju Johansson kellhom ukoll konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kollha fl-ewwel 100 jum tal-mandat u konsultazzjonijiet bilaterali ta’ segwitu mal-Istati Membri kollha. L-Istati Membri rrikonoxxew il-ħtieġa għall-unità, il-progress gradwali fis-soluzzjoni tad-dgħufijiet tas-sistema attwali, il-ħtieġa għal sistema ġdida tat-tqassim ġust tar-responsabbiltà li l-Istati Membri kollha jistgħu jikkontribwixxu għaliha, protezzjoni qawwija fil-fruntieri, l-importanza tad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni, u ritorni mtejba. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri esprimew l-interess tagħhom li jkollhom proċeduri ċari u effiċjenti fil-fruntieri esterni, b’mod partikolari biex jipprevjenu movimenti mhux awtorizzati u jiffaċilitaw ir-ritorn. Madankollu, xi Stati Membri enfasizzaw li wieħed ma għandux joħloq piż amministrattiv bla bżonn.

Il-Kummissarju Johansson organizzat ukoll f’diversi okkażjonijiet konsultazzjonijiet immirati mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), l-organizzazzjonijiet lokali mhux governattivi rilevanti fl-Istati Membri, is-sħab soċjali u ekonomiċi.

Il-Kummissjoni qieset ħafna rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali 17 , l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u internazzjonali, bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) 18 , l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) 19 , kif ukoll ta’ gruppi ta’ riflessjoni u ta’ akkademiċi, dwar kif għandu jiġi previst bidu ġdid u jiġu indirizzati l-isfidi attwali tal-migrazzjoni skont l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni qieset ukoll il-kontribuzzjonijiet u l-istudji tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni 20 , li tnedew fuq l-inizjattiva tiegħu u li matul l-aħħar snin ħarġu diversi studji speċjalizzati, kif ukoll mistoqsijiet ad hoc.

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fl-atti li ġejjin:

·il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

·l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali, b’mod partikolari mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati,

·il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

·il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u

·l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura.

L-iskrinjar għandu jitwettaq b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta, inkluż

·id-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1);

·il-projbizzjoni tat-tortura u tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti (l-Artikolu 4),

·id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18),

·il-protezzjoni f’każ ta’ tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni (l-Artikolu 19),

·il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21) u

·livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (l-Artikolu 35).

Sabiex jiġi żgurat li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u obbligi oħra tal-UE u dawk internazzjonali jiġu rrispettati fir-rigward tal-iskrinjar, inkluż il-fatt li l-aċċess għall-proċeduri dejjem se jkun meħtieġ li jiġi pprovdut, l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti. Dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għandu jkopri b’mod partikolari r-rispett tad-drittijiet fundamentali f’kull mument waqt l-iskrinjar, kif ukoll ir-rispett tar-regoli nazzjonali applikabbli fil-każ ta’ detenzjoni. L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għandha tistabbilixxi gwida ġenerali dwar it-twaqqif u l-funzjonament indipendenti ta’ dan il-mekkaniżmu. Barra minn hekk, fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-iżvilupp tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment tas-salvagwardji għall-indipendenza tiegħu kif ukoll l-istabbiliment ta’ metodoloġija għall-monitoraġġ kif ukoll miżuri ta’ taħriġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-liġi nazzjonali tagħhom tipprevedi investigazzjonijiet f’allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali matul l-iskrinjar, inkluż billi jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u b’mod xieraq.

Din il-proposta tqis bis-sħiħ id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta’ persuni vulnerabbli, billi tipprovdi appoġġ f’waqtu u adegwat fid-dawl tas-saħħa fiżika u mentali tagħhom. Fil-każ tal-minorenni, għandu jingħata appoġġ minn persunal imħarreġ u kkwalifikat biex jittratta l-minorenni, filwaqt li jiġu infurmati l-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal.

Il-proposta taffettwa d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta) bi tliet modi, li madankollu huma strettament meħtieġa u proporzjonati biex jintlaħqu l-objettivi segwiti, biex tiżdied is-sigurtà taż-żona Schengen u jiġi żgurat proċess bla xkiel biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna jiġu rriferuti mingħajr ma jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tad-dħul għall-proċeduri xierqa rigward l-ażil jew ir-ritorn.

L-ewwel nett, il-konsultazzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, l-ipproċessar ta’ data bijometrika u l-konsultazzjoni ta’ bażijiet tad-data fil-kuntest tal-verifika tal-identità u l-verifika tas-sigurtà jikkostitwixxu forom ta’ pproċessar ta’ data personali, li huma inerenti fl-isforzi biex wieħed isir jaf min hi l-persuna li trid – jew li qed tipprova – taqsam il-fruntiera esterna, u jekk dik il-persuna tikkostitwixxix riskju għas-sigurtà tal-Istati Membri. Dawk il-forom ta’ pproċessar ta’ data personali huma diġà previsti mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. F’dan ir-regolament, huma speċifikati għat-tliet settijiet ta’ sitwazzjonijiet partikolari fejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul u li fihom l-iskrinjar jitqies meħtieġ biex tiżdied is-sigurtà taż-żona Schengen u biex jiġi żgurat proċess bla xkiel fejn il-persuni kkonċernati jiġu rriferuti għall-proċeduri xierqa rigward l-asil jew ir-ritorn.

It-tieni nett, il-formola ta’ debriefing mimlija sa tmiem l-iskrinjar fiha informazzjoni li hija meħtieġa biex tippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jirreferu lill-persuni kkonċernati għall-proċedura xierqa. Għalhekk, il-mili u l-qari tal-formola ta’ debriefing mill-awtoritajiet jikkostitwixxu forom ta’ pproċessar ta’ data personali li huma inerenti fir-referenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul għall-proċeduri xierqa rigward l-ażil jew ir-ritorn.

It-tielet nett, l-ispeċifikazzjoni temporali tal-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament Eurodac li jiġbru u jittrażmettu d-data personali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati ma tinvolvi l-ebda pproċessar addizzjonali ta’ data personali. Minflok din tobbliga lill-Istati Membri jwettqu dan l-ipproċessar, li huma obbligati jagħmlu skont ir-regolament Eurodac, matul l-iskrinjar.

Peress li l-iskrinjar fih innifsu huwa biss stadju ta’ ġbir ta’ informazzjoni li jtawwal jew jikkomplementa l-kontrolli fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera esterna u li ma jinvolvi l-ebda deċiżjoni li taffettwa d-drittijiet tal-persuna kkonċernata, mhija prevista l-ebda reviżjoni ġudizzjarja fir-rigward tar-riżultat tal-iskrinjar. Ladarba jintemm l-iskrinjar, il-persuna li kienet soġġetta għall-iskrinjar issir soġġetta għal proċedura ta’ ritorn jew ażil, fejn jittieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jiġu ppreżentati għal reviżjoni ġudizzjarja, jew tirċievi rifjut ta’ dħul, li tista’ tiġi kkontestata wkoll quddiem awtorità ġudizzjarja. L-iskrinjar għandu jdum perjodu kemm jista’ jkun qasir, u t-tul massimu għandu jintlaħaq biss f’każijiet rari, diffiċli jew f’sitwazzjonijiet fejn ħafna persuni jeħtieġu li jkunu soġġetti għal skrinjar fl-istess ħin. Fejn jintlaħaq it-tul massimu ta’ ħamest ijiem, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ 10 ijiem, fir-rigward ta’ persuna, l-iskrinjar għandu jintemm minnufih u għandha tinbeda proċedura li twassal għal deċiżjoni li tista’ tiġi riveduta ġudizzjarjament minnufih fir-rigward ta’ dik il-persuna.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ir-Regolament propost għandu implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE.

Ir-riżorsi finanzjarji totali meħtieġa għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ din il-proposta huma stmati għal ammont ta’ EUR 417,626 miljun, għall-perjodu 2021-2027. B’mod partikolari, l-elementi li ġejjin tal-iskrinjar potenzjalment se jkunu jeħtieġu appoġġ finanzjarju:

infrastruttura għall-iskrinjar: il-ħolqien u l-użu/aġġornament tal-bini eżistenti fil-Punti ta’ Qsim tal-Fruntiera, iċ-ċentri ta’ akkoljenza eċċ.;

l-aċċess għall-bażijiet tad-data rilevanti f’postijiet ġodda;

il-kiri ta’ persunal addizzjonali biex iwettaq l-iskrinjar;

it-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u persunal ieħor biex iwettqu l-iskrinjar;

ir-reklutaġġ ta’ persunal mediku;

it-tagħmir mediku u l-bini għall-verifiki preliminari tas-saħħa, fejn xieraq;

it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti tad-drittijiet fundamentali matul l-iskrinjar.

L-ispejjeż relatati ma’ dawn il-kompiti l-ġodda jistgħu jiġu koperti mir-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid għall-2021-2027.

Mhuma mitluba l-ebda riżorsi finanzjarji jew umani addizzjonali fil-kuntest ta’ din il-proposta leġiżlattiva.

Informazzjoni aktar dettaljata f’dan ir-rigward tista’ tinstab fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja lil din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jispjega s-suġġett tar-Regolament. Huwa jispeċifika li għandu japplika fil-fruntieri esterni u fit-territorji tal-Istati Membri, fejn ma hemm l-ebda indikazzjoni li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kienu soġġetti għal kontrolli fil-fruntiera esterna.

L-Artikolu 2 jipprevedi definizzjonijiet applikabbli fil-kuntest tal-iskrinjar.

L-Artikolu 3 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni personali billi jidentifika ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom jiġu sottomessi għall-obbligu tal-iskrinjar fil-fruntieri esterni: iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul u li għalihom l-Istati Membri huma meħtieġa jiġbru l-marki tas-swaba’ skont ir-Regolament Eurodac, il-persuni żbarkati fit-territorju tal-Istati Membri wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jitolbu protezzjoni internazzjonali f’punt ta’ qsim tal-fruntiera.

Mhumiex soġġetti għall-iskrinjar iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma awtorizzati jidħlu abbażi tad-derogi msemmija fl-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (detenturi ta’ permessi ta’ residenza jew viża fit-tul għall-finijiet ta’ tranżitu, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu viża f’każ li tinħareġ viża fil-fruntiera, u persuni ammessi minn Stat Membru abbażi ta’ deċiżjoni individwali għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, ħlief għal persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali li għandhom jingħaddew għall-iskrinjar).

L-Artikolu 4 jistipula li matul l-iskrinjar, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar fil-fruntiera esterna mhumiex awtorizzati jidħlu fit-territorju. Jistipula wkoll li l-iskrinjar jintemm hekk kif jidher li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta’ penali relatati mal-qsim tal-fruntiera esterna mingħajr awtorizzazzjoni, f’konformità mar-regoli attwali stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

L-Artikolu 5 jispeċifika li l-Istati Membri tal-iskrinjar għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda fit-territorju, fejn ikun hemm indikazzjonijiet li huma jkunu evitaw il-verifiki fuq il-fruntieri fil-fruntiera esterna mad-dħul.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi regoli dwar il-post u t-tul tal-iskrinjar. Il-post huwa fil-fruntieri esterni, ħlief f’każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 5. It-tul ta’ żmien propost tal-proċess ta’ skrinjar huwa ta’ ħamest ijiem, sakemm il-persuna kkonċernata ma tkunx diġà nżammet fil-fruntiera għal 72 siegħa kif imsemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 [ir-Regolament Eurodac], fir-rigward ta’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera esterna. F’każ bħal dan, l-iskrinjar ma għandux ikun itwal minn jumejn. F’każ ta’ skrinjar ta’ persuni maqbuda fit-territorju, l-iskrinjar ma għandux jaqbeż it-tlitt ijiem. Dan l-artikolu jelenka wkoll l-elementi kollha tal-iskrinjar u jipprevedi l-possibbiltà li l-Istati Membri jiġu appoġġati mill-aġenziji rilevanti tal-UE fl-iskrinjar, fil-mandati rispettivi tagħhom. Huwa jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tat-tfal u lir-rapporteurs nazzjonali kontra t-traffikar f’każijiet ta’ persuni vulnerabbli jew minorenni.

L-Artikolu 7 jistabbilixxi l-obbligu għal kull Stat Membru li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti għad-drittijiet fundamentali u jiddefinixxi r-rwol tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali f’dan il-proċess.

L-Artikolu 8 jindika l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi kkomunikata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati matul l-iskrinjar, filwaqt li jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li ċerti standards f’dan ir-rigward jiġu rrispettati, sabiex l-informazzjoni tiġi kkomunikata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’mod adegwat, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfal.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi r-regoli dwar il-verifika tas-saħħa u l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’vulnerabbiltajiet u ħtiġijiet speċjali ta’ akkoljenza jew proċedurali fil-fruntieri esterni.

L-Artikolu 10 jipprevedi regoli speċifiċi dwar l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ konsultazzjoni tar-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità (CIR) stabbilit mir-Regolament dwar l-Interoperabbiltà. Il-konsultazzjoni tas-CIR tippermetti li tiġi kkonsultata d-data dwar l-identità preżenti fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN f’daqqa, b’mod rapidu u affidabbli, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni massima tad-data u jiġi evitat l-ipproċessar bla bżonn tad-data jew id-duplikazzjoni tagħha.

L-Artikolu 11 jistipula regoli speċifiċi dwar il-verifiki tas-sigurtà. Dan jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jikkonsultaw l-EES, l-ETIAS, il-VIS, l-ECRIS-TCN u l-bażi tad-data tal-Interpol tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN) sabiex jivverifikaw jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jippreżentawx theddida għas-sigurtà. Dawn il-kontrolli kollha għandhom jitwettqu, sa fejn ikun possibbli, abbażi ta’ data bijometrika, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ identifikazzjoni falza, u r-riżultati tat-tiftix għandhom ikunu ristretti għal data affidabbli biss.

L-Artikolu 12 jikkomplementa l-Artikolu 11 billi jipprovdi r-regoli speċifiċi tal-verifiki tas-sigurtà.

L-Artikolu 13 jipprevedi formola ta’ debriefing li għandha timtela mill-awtoritajiet kompetenti sa tmiem l-iskrinjar.

L-Artikolu 14 jipprevedi r-riżultati possibbli tal-iskrinjar għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ppreżentati fih. B’mod partikolari, jirreferi għal proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva (UE) 2008/115/KE (id-Direttiva dwar ir-Ritorn) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’applikawx għall-protezzjoni internazzjonali u li fir-rigward tagħhom l-iskrinjar ma jkunx żvela li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul. Jistabbilixxi wkoll li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rriferuti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu [XY] ta’ dak ir-Regolament. Il-formola msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi trażmessa simultanjament mar-riferiment tal-persuna kkonċernata għand l-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 14 jirreferi wkoll għall-possibbiltà ta’ rilokazzjoni taħt il-mekkaniżmu għas-solidarjetà stabbilit mill-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Migrazzjoni u l-Ażil]. Id-dispożizzjoni tirreferi wkoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu soġġetti għall-iskrinjar wara li jkunu nqabdu fit-territorju. Tali ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti jew għal proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE jew għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil). Id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li matul l-iskrinjar l-awtoritajiet għandhom jieħdu d-data bijometrika msemmija fl-Artikoli [10, 13, 14 u 14a] tar-Regolament UE Nru XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] tal-persuni kollha li għalihom japplika dak ir-Regolament, u għandha tittrażmetti d-data skont dan ir-Regolament tal-aħħar, fejn dan ikun għadu ma sarx.

L-Artikolu 15 jintroduċi l-proċedura tal-kumitat għall-fini tal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-kuntest tal-verifiki tal-identifikazzjoni u s-sigurtà fl-Artikoli 10 u 11, rispettivament.

L-Artikoli 16 - 19 jipprevedu bidliet fl-atti legali rispettivi li huma r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, u (UE) 2019/817 li jistabbilixxu l-bażijiet tad-data li għandhom jiġu kkonsultati matul l-iskrinjar u l-interoperabbiltà bejniethom.

L-Artikolu 20 jipprevedi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

L-Artikolu 21 jinkludi d-dispożizzjonijiet finali.

2020/0278 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Iż-żona Schengen inħolqot biex tilħaq l-objettiv tal-Unjoni li tistabbilixxi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-persuni, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Il-funzjonament tajjeb ta’ dan il-qasam jiddependi fuq fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u l-ġestjoni effiċjenti tal-fruntiera esterna.

(2)Ir-regoli li jirregolaw il-kontroll fil-fruntieri ta’ persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) 21 kif adottat skont l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Sabiex tiġi żviluppata aktar il-politika tal-Unjoni bil-ħsieb li jitwettqu kontrolli fuq persuni u jiġi ssorveljat b’mod effiċjenti l-qsim tal-fruntieri esterni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 77 TFUE, miżuri addizzjonali jenħtieġ li jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jirnexxilhom jevitaw il-verifiki fuq il-fruntieri fil-fruntiera esterna, jew fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu żbarkati wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ kif ukoll fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitolbu protezzjoni internazzjonali f’punt ta’ qsim tal-fruntiera mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul. Dan ir-regolament jikkomplementa u jispeċifika r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward ta’ dawk it-tliet settijiet ta’ sitwazzjonijiet.

(3)Huwa essenzjali li jiġi żgurat li f’dawk it-tliet settijiet ta’ sitwazzjonijiet, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu skrinjati, sabiex tiġi ffaċilitata identifikazzjoni xierqa u sabiex ikunu jistgħu jiġu rriferuti b’mod effiċjenti għall-proċeduri rilevanti li, skont iċ-ċirkostanzi, jistgħu jkunu proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali jew proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar ir-Ritorn”) 22 . L-iskrinjar jenħtieġ li jikkomplementa mingħajr xkiel il-kontrolli mwettqa fil-fruntiera esterna jew jikkumpensa għall-fatt li dawk il-kontrolli ġew evitati miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi meta qasmu l-fruntiera esterna.

(4)Il-verifiki fuq il-fruntieri mhumiex biss fl-interess tal-Istati Membri li fil-fruntieri esterni tagħhom isiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-verifiki fuq il-fruntieri interni. Il-verifiki fuq il-fruntieri għandhom jgħinu fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex tiġi evitata kull theddida għas-sigurtà interna, il-politika pubblika, is-saħħa pubblika u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri. Bħala tali, il-miżuri meħuda fil-fruntieri esterni huma elementi importanti ta’ approċċ komprensiv għall-migrazzjoni, li jippermetti li tiġi indirizzata l-isfida ta’ flussi mħallta ta’ migranti u persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali.

(5)Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399, il-verifiki fuq il-fruntieri jikkonsistu f’verifiki fuq il-fruntieri mwettqa fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera u sorveljanza fil-fruntieri, li jitwettqu bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera, sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jitħallewx jevitaw il-verifiki fuq il-fruntieri. Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/399, persuna li tkun qasmet fruntiera b’mod mhux awtorizzat u li ma jkollhiex dritt li tibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li tinqabad u tkun soġġetta għall-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/399, il-verifiki fuq il-fruntieri jenħtieġ li jitwettqu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tan-non-refoulement.

(6)Il-gwardji tal-fruntiera spiss jiffaċċjaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jitolbu protezzjoni internazzjonali mingħajr dokumenti tal-ivvjaġġar, kemm wara li jinqabdu waqt is-sorveljanza fil-fruntieri kif ukoll waqt kontrolli fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera. Barra minn hekk, f’xi sezzjonijiet tal-fruntiera l-gwardji tal-fruntiera huma kkonfrontati b’għadd kbir ta’ wasliet fl-istess ħin. F’ċirkostanzi bħal dawn, huwa partikolarment diffiċli li jiġi żgurat li l-bażijiet tad-data rilevanti kollha jiġu kkonsultati u li tiġi ddeterminata minnufih il-proċedura xierqa ta’ ażil jew ritorn.

(7)Sabiex jiġi żgurat l-immaniġġjar rapidu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jevitaw verifiki fuq il-fruntieri jew li jitolbu protezzjoni internazzjonali f’punt ta’ qsim tal-fruntiera mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew li jiġu żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, jeħtieġ li jiġi pprovdut qafas aktar b’saħħtu għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti responsabbli għall-kontroll fil-fruntieri, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-eżami tal-ħtieġa għall-protezzjoni internazzjonali u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ritorn.

(8)B’mod partikolari, l-iskrinjar jenħtieġ li jgħin biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jiġu rriferuti għall-proċeduri xierqa mill-aktar fis possibbli u li l-proċeduri jitkomplew mingħajr interruzzjoni u dewmien. Fl-istess ħin, l-iskrinjar jenħtieġ li jgħin biex tiġi miġġielda l-prattika li biha xi applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jaħarbu wara li jkunu ġew awtorizzati jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru abbażi tat-talba tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, sabiex jagħmlu talbiet bħal dawn fi Stat Membru ieħor jew ma jagħmlu xejn.

(9)Fir-rigward ta’ dawk il-persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskrinjar jenħtieġ li jkun segwit minn eżami tal-ħtieġa għall-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li jippermetti l-ġbir u l-qsim mal-awtoritajiet kompetenti għal dak l-eżami kwalunkwe informazzjoni li hija rilevanti għal dawn tal-aħħar biex jidentifikaw il-proċedura xierqa għall-eżami tal-applikazzjoni, u b’hekk titħaffef dak l-eżami. L-iskrinjar jenħtieġ li jiżgura wkoll li persuni bi bżonnijiet speċjali jiġu identifikati fi stadju bikri, sabiex kwalunkwe ħtieġa ta’ akkoljenza u proċedurali speċjali jitqiesu b’mod sħiħ fid-determinazzjoni tal-proċedura applikabbli u fit-twettiq tagħha.

(10)L-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali regolata fir-Regolament (UE) Nru XX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni].

(11)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat li jinqabdu b’konnessjoni mal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera esterna ta’ Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru, ħlief għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom l-Istat Membru mhuwiex meħtieġ li jieħu d-data bijometrika skont l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament Eurodac għal raġunijiet oħra għajr l-età tagħhom, kif ukoll għal persuni li jkunu żbarkaw wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ, irrispettivament minn jekk japplikawx għall-protezzjoni internazzjonali jew le. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal dawk li jfittxu protezzjoni internazzjonali fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul.

(12)L-iskrinjar jenħtieġ li jitwettaq fiil-fruntiera esterna jew qrib tagħha, qabel ma l-persuni kkonċernati jkunu awtorizzati jidħlu fit-territorju. L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw miżuri skont id-dritt nazzjonali biex jipprevjenu lill-persuni kkonċernati milli jidħlu fit-territorju matul l-iskrinjar. F’każijiet individwali, fejn meħtieġ, dawn jistgħu jinkludu detenzjoni, soġġetta għal-liġi nazzjonali li tirregola dik il-kwistjoni.

(13)Kull meta jkun jidher ċar matul l-iskrinjar li ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għalih jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, l-iskrinjar għandu jintemm u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jenħtieġ li jkun awtorizzat jidħol fit-territorju, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ penali kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-regolament.

(14)Fid-dawl tal-għan tad-deroga msemmija fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-persuni li d-dħul tagħhom ikun ġie awtorizzat minn Stat Membru skont dik id-dispożizzjoni f’deċiżjoni individwali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar minkejja l-fatt li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha tad-dħul.

(15)Il-persuni kollha soġġetti għall-iskrinjar jenħtieġ li jiġu soġġetti għal kontrolli sabiex tiġi stabbilita l-identità tagħhom u sabiex jiġi żgurat li ma jkunux ta’ theddida għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika. Fil-każ ta’ persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali f’punti ta’ qsim tal-fruntiera, il-kontrolli tal-identità u s-sigurtà mwettqa fil-kuntest tal-verifiki fuq il-fruntieri jenħtieġ li jitqiesu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(16)Mat-tlestija tal-iskrinjar, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jenħtieġ li jiġu rriferuti għall-proċedura rilevanti biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għall-eżami ta’ applikazzjoni u għall-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ protezzjoni internazzjonali, jew ikunu soġġetti għal proċeduri li jikkonformaw mad-Direttiva 2008/115 (id-Direttiva dwar ir-Ritorn), kif xieraq. L-informazzjoni rilevanti miksuba matul l-iskrinjar jenħtieġ li tingħata lill-awtoritajiet kompetenti biex tappoġġa l-valutazzjoni ulterjuri ta’ kull każ individwali, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Il-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva 2008/115 jenħtieġ li jibdew japplikaw biss wara li jkun intemm l-iskrinjar. L-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil jenħtieġ li japplikaw biss wara li l-iskrinjar ikun intemm. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-mument li jinqabdu, waqt il-kontroll fil-fruntieri fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera jew waqt l-iskrinjar, jenħtieġ li jitqiesu bħala applikanti.

(17)L-iskrinjar jista’ jiġi segwit ukoll minn rilokazzjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà stabbilit mir-Regolament (UE) XXX/XXX [il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni] meta Stat Membru jkun qed jikkontribwixxi għas-solidarjetà fuq bażi volontarja jew jekk l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ma jkunux soġġetti għall-proċedura fuq il-fruntiera skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil), jew taħt il-mekkaniżmu li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi stabbiliti mir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar sitwazzjonijiet ta’ kriżi].

(18)F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/399, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet tad-dħul u l-awtorizzazzjoni tad-dħul huma espressi b’timbru tad-dħul f’dokument tal-ivvjaġġar. Għalhekk, in-nuqqas ta’ timbru tad-dħul bħal dan jew in-nuqqas ta’ dokument tal-ivvjaġġar jista’ jitqies bħala indikazzjoni li d-detentur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tad-dħul. Mal-bidu tat-tħaddim tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ li jwassal għas-sostituzzjoni tat-timbri b’entrata fis-sistema elettronika, dik il-preżunzjoni se ssir aktar affidabbli. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw l-iskrinjar għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li diġà jinsabu fit-territorju u li ma jistgħux jippruvaw li huma ssodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri. L-iskrinjar ta’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi huwa meħtieġ sabiex jikkumpensa għall-fatt li preżumibbilment irnexxielhom jevitaw il-verifiki tad-dħul mal-wasla tagħhom fiż-żona Schengen u għalhekk ma setgħux jiġu rrifjutati d-dħul jew rriferuti għall-proċedura xierqa wara l-iskrinjar. L-applikazzjoni tal-iskrinjar tista’ tgħin ukoll fl-aċċertament, permezz tal-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data msemmija f’dan ir-Regolament, li l-persuni kkonċernati ma jkunux ta’ theddida għas-sigurtà interna. Sa tmiem l-iskrinjar fit-territorju, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ ritorn jew, fejn japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, għall-proċedura ta’ ażil xierqa. Il-fatt li l-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi soġġett għal skrinjar ripetut jenħtieġ li jiġi evitat kemm jista’ jkun.

(19)L-iskrinjar jenħtieġ li jitlesta kemm jista’ jkun malajr, u jenħtieġ li ma jaqbiżx il-ħamest ijiem meta jitwettaq fil-fruntiera esterna u t-tlitt ijiem meta jitwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru. Kwalunkwe estensjoni tal-limitu ta’ żmien ta’ ħamest ijiem jenħtieġ li tkun riżervata għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali fil-fruntieri esterni, fejn il-kapaċitajiet tal-Istat Membru li jimmaniġġja l-iskrinjar jinqabżu għal raġunijiet li ma jkollux kontroll fuqhom bħas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament XXX/XXX [proposta dwar il-kriżijiet].

(20)L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw il-postijiet xierqa għall-iskrinjar fiil-fruntiera esterna jew qrib tagħha b’kunsiderazzjoni tal-ġeografija u l-infrastrutturi eżistenti, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda kif ukoll dawk li jippreżentaw ruħhom f’punt ta’ qsim tal-fruntiera jkunu jistgħu jiġu soġġetti malajr għall-iskrinjar. Il-kompiti relatati mal-iskrinjar jistgħu jitwettqu f’żoni hotspot kif imsemmi fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 .

(21)Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-iskrinjar, jenħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament 2016/399, dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] kif ukoll dawk responsabbli għat-twettiq ta’ proċeduri ta’ ritorn li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115. L-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal ukoll jenħtieġ li jkunu involuti mill-qrib fl-iskrinjar kull fejn ikun neċessarju biex jiżguraw li l-aħjar interessi tat-tfal jitqiesu kif xieraq matul l-iskrinjar. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jagħmlu użu mill-appoġġ tal-aġenziji rilevanti, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil], fil-limiti tal-mandati tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu lir-Rapporteurs nazzjonali kontra t-traffikar kull fejn l-iskrinjar jiżvela fatti rilevanti għat-traffikar f’konformità mad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 .

(22)Meta jitwettaq l-iskrinjar, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jiżguraw li tiġi rrispettata d-dinjità tal-bniedem, u jenħtieġ li ma jiddiskriminawx kontra persuni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-aħjar interessi tat-tfal.

(23)Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, matul l-iskrinjar, kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u jimplimenta salvagwardji adegwati għall-indipendenza tiegħu. Il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jkopri b’mod partikolari r-rispett għad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-iskrinjar, kif ukoll ir-rispett għar-regoli nazzjonali applikabbli fir-rigward tad-detenzjoni u l-konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) 2016/399. L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li tistabbilixxi gwida ġenerali dwar l-istabbiliment u l-funzjonament indipendenti ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jitolbu l-appoġġ tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għall-iżvilupp tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jitħallew jiksbu parir mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali fir-rigward tal-istabbiliment tal-metodoloġija għal dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u fir-rigward ta’ miżuri ta’ taħriġ xierqa. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jitħallew jistiednu organizzazzjonijiet u korpi nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi rilevanti u kompetenti biex jipparteċipaw fil-monitoraġġ. Il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali pprovdut mill-osservaturi tad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta previsti fir-Regolament (UE) 2019/1896. L-Istati Membri jenħtieġ li jinvestigaw allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali matul l-iskrinjar, inkluż billi jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u b’mod xieraq.

(24)Sa tmiem l-iskrinjar, l-awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar jenħtieġ li jimlew formola ta’ debriefing. Il-formola jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-awtoritajiet li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jew lill-awtoritajiet kompetenti għar-ritorn – skont lil min jiġi rriferut l-individwu. Fil-każ preċedenti, l-awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar jenħtieġ li jindikaw ukoll kwalunkwe element li jidher li jista’ jkun rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġx li jissottomettu l-applikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għal proċedura aċċellerata ta’ eżami jew għall-proċedura fuq il-fruntiera.

(25)Id-data bijometrika meħuda matul l-iskrinjar jenħtieġ li, flimkien mad-data msemmija fl-Artikoli [12, 13, 14 u 14a] tar-Regolament Eurodac tiġi trażmessa lill-Eurodac mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-iskadenzi previsti f’dak ir-Regolament.

(26)Jenħtieġ li jsir eżami preliminari tas-saħħa fuq il-persuni kollha soġġetti għall-iskrinjar fil-fruntieri esterni bil-għan li jiġu identifikati persuni li jeħtieġu kura immedjata jew li jeħtieġu li jittieħdu miżuri oħra, pereżempju iżolament minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-minorenni u ta’ persuni vulnerabbli. Jekk ikun ċar miċ-ċirkostanzi li eżami bħal dan ma jkunx meħtieġ, b’mod partikolari minħabba li l-kundizzjoni ġenerali tal-persuna tidher li hija tajba ħafna, l-eżami jenħtieġ li ma jsirx u l-persuna kkonċernata jenħtieġ li tiġi infurmata b’dan il-fatt. L-eżami preliminari tas-saħħa jenħtieġ li jsir mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istat Membru kkonċernat. Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda fit-territorju, l-eżami mediku preliminari jenħtieġ li jsir fejn jitqies meħtieġ mal-ewwel daqqa t’għajn.

(27)Waqt l-iskrinjar, il-persuni kkonċernati kollha jenħtieġ li jkunu garantiti livell ta’ għajxien li jikkonforma mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali għall-mard. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-individwi b’vulnerabbiltajiet, bħal nisa tqal, anzjani, familji b’ġenitur wieħed, persuni b’diżabbiltà fiżika jew mentali immedjatament identifikabbli, persuni li viżibbilment sofrew trawma psikoloġika jew fiżika u minorenni mhux akkumpanjati. B’mod partikolari, fil-każ ta’ minorenni, l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b’mod adattat għat-tfal u għall-età. L-awtoritajiet kollha involuti fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-iskrinjar jenħtieġ li jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem, il-privatezza, u jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni jew imġiba diskriminatorja.

(28)Peress li ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar jista’ jkun li ma jkunux ġarrew id-dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar meħtieġa għall-qsim legali tal-fruntiera esterna, jenħtieġ li tiġi prevista proċedura ta’ identifikazzjoni bħala parti mill-iskrinjar.

(29)Ir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità (“CIR”) ġie stabbilit mir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar l-Interoperabbiltà) 25 biex jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”), il-Eurodac u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (“ECRIS-TCN”), inkluż ta’ persuni mhux magħrufa li ma jistgħux jidentifikaw lilhom infushom. Għal dak il-għan, is-CIR fih biss l-identità, id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika rreġistrata fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN, separata b’mod loġiku. Id-data personali li hija strettament neċessarja biex isir kontroll tal-identità preċiż biss tinħażen fis-CIR. Id-data personali rreġistrata fis-CIR tinżamm għal mhux aktar minn dak li jkun strettament neċessarju għall-finijiet tas-sistemi sottostanti u jeħtieġ li titħassar b’mod awtomatiku malli d-data titħassar mis-sistemi sottostanti. Il-konsultazzjoni tas-CIR tippermetti l-identifikazzjoni affidabbli u eżawrjenti ta’ persuni, li tagħmilha possibbli li tiġi kkonsultata d-data kollha dwar l-identità preżenti fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN f’daqqa, b’mod rapidu u affidabbli, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni massima tad-data u jiġi evitat l-ipproċessar bla bżonn tad-data jew id-duplikazzjoni tagħha.

(30)Sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuni soġġetti għall-iskrinjar, jenħtieġ li tinbeda verifika fis-CIR fil-preżenza tal-persuna waqt l-iskrinjar. Matul dik il-verifika, id-data bijometrika tal-persuna jenħtieġ li tiġi ċċekkjata kontra d-data fis-CIR. Meta ma tkunx tista’ tintuża d-data bijometrika ta’ persuna jew jekk ma tkunx tista’ ssir tiftixa b’dik id-data, it-tiftixa tista’ titwettaq bid-data tal-identità tal-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar, fejn tali data tkun disponibbli. F’konformità mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità, u meta t-tiftixa tindika li d-data dwar dik il-persuna tkun maħżuna fis-CIR, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom aċċess għas-CIR biex jikkonsultaw id-data tal-identità, id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika ta’ dik il-persuna, mingħajr ma s-CIR tipprovdi ebda indikazzjoni dwar għal liema sistema ta’ informazzjoni tal-UE tappartjeni d-data.

(31)Billi l-użu tas-CIR għal skopijiet ta’ identifikazzjoni kien limitat mir-Regolament (UE) 2019/817 għall-iffaċilitar u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni rreġistrati fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN f’sitwazzjonijiet ta’ kontrolli tal-pulizija fit-territorju tal-Istati Membri, dak ir-Regolament jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jipprevedi l-għan addizzjonali tal-użu tas-CIR biex jiġu identifikati persuni matul l-iskrinjar stabbilit b’dan ir-Regolament.

(32)Minħabba li ħafna persuni soġġetti għall-iskrinjar jista’ jkun li ma jġorru l-ebda dokument tal-ivvjaġġar, l-awtoritajiet li jwettqu l-iskrinjar jenħtieġ li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument rilevanti ieħor miżmum mill-persuni kkonċernati f’każijiet fejn id-data bijometrika ta’ dawn il-persuni ma tkunx tista’ tintuża jew ma tagħti l-ebda riżultat fis-CIR. L-awtoritajiet jenħtieġ ukoll li jitħallew jużaw id-data minn dawk id-dokumenti, minbarra d-data bijometrika, biex iwettqu kontrolli kontra l-bażijiet tad-data rilevanti.

(33)L-identifikazzjoni ta’ persuni matul il-verifiki fuq il-fruntieri fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera u kwalunkwe konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data fil-kuntest tas-sorveljanza fil-fruntieri jew tal-kontrolli tal-pulizija fiż-żona tal-fruntiera esterna mill-awtoritajiet li rreferew lill-persuna kkonċernata għall-iskrinjar jenħtieġ li jitqiesu bħala parti mill-iskrinjar u ma jenħtieġ li ma jiġux ripetuti, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jiġġustifikaw tali ripetizzjoni.

(34)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 11(5) u 12(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . Għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni rilevanti, jenħtieġ li tintuża l-proċedura ta’ eżami.

(35)L-iskrinjar jenħtieġ li jivvaluta wkoll jekk id-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni jistax ikun ta’ theddida għas-sigurtà interna jew għall-politika pubblika.

(36)Peress li l-iskrinjar jikkonċerna persuni preżenti fil-fruntiera esterna mingħajr ma jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul, jew żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, il-verifiki tas-sigurtà bħala parti mill-iskrinjar jenħtieġ li jkunu tal-anqas ta’ livell simili bħall-kontrolli mwettqa fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw minn qabel għal awtorizzazzjoni biex jidħlu fl-Unjoni għal soġġorn qasir, sew jekk ikunu taħt obbligu ta’ viża u sew jekk le.

(37)Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li abbażi taċ-ċittadinanza tagħhom huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża skont ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 , ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 (ir-Regolament ETIAS) jipprevedi li jridu japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar biex jiġu fl-UE għal soġġorn qasir. Qabel ma jirċievu dik l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, il-persuni kkonċernati jiġu soġġetti għal verifiki tas-sigurtà tad-data personali li jippreżentaw kontra għadd ta’ bażijiet tad-data tal-UE - is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), id-data tal-Europol ipproċessata għall-iskop imsemmi fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/794 29 , l-ECRIS-TCN 30 – kif ukoll il-bażi tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD) u l-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN) tal-Interpol.

(38)Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għar-rekwiżit tal-viża skont ir-Regolament (UE) 2018/1806, dawn jiġu soġġetti għal verifiki tas-sigurtà kontra l-istess bażijiet tad-data bħaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr viża, skont ir-Regolament (UE) 810/2009 u r-Regolament (UE) 767/2008, qabel ma tinħareġ viża.

(39)Mir-raġunament żviluppat fil-premessa (36) jirriżulta li fir-rigward ta’ persuni soġġetti għall-iskrinjar, jenħtieġ li jitwettqu verifiki awtomatizzati għal finijiet ta’ sigurtà kontra l-istess sistemi li huma previsti għal applikanti għal viża jew għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar taħt is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar: il-VIS, l-EES, l-ETIAS, l-SIS, l-ECRIS-TCN, il-Europol u l-SLTD u t-TDAWN tal-Interpol. Persuni soġġetti għall-iskrinjar jenħtieġ li jiġu vverifikati wkoll kontra l-ECRIS-TCN fir-rigward ta’ persuni kkundannati għal reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji, id-data tal-Europol imsemmija fil-premessa 38 preċedenti, il-bażijiet tad-data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin u tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN).

(40)Dawk il-kontrolli jenħtieġ li jitwettqu b’tali mod li jiżgura li d-data meħtieġa għat-twettiq tal-verifiki tas-sigurtà biss tinkiseb minn dawk il-bażijiet tad-data. Fir-rigward tal-persuni li jkunu talbu protezzjoni internazzjonali f’punt ta’ qsim tal-fruntiera, il-konsultazzjoni ta’ bażijiet tad-data għall-verifika tas-sigurtà bħala parti mill-iskrinjar jenħtieġ li tiffoka fuq il-bażijiet tad-data li ma kinux ikkonsultati matul il-verifiki fuq il-fruntieri fil-fruntiera esterna, u b’hekk jiġu evitati konsultazzjonijiet ripetuti.

(41)Fejn ikun ġustifikat għall-fini tal-verifika tas-sigurtà, l-iskrinjar jista’ jinkludi wkoll il-verifika ta’ oġġetti fil-pussess ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe miżura applikata f’dan il-kuntest jenħtieġ li tkun proporzjonata u jenħtieġ li tirrispetta d-dinjità tal-bniedem tal-persuni soġġetti għall-iskrinjar. L-awtoritajiet involuti jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tal-individwi kkonċernati jiġu rrispettati, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-libertà tal-espressjoni.

(42)Peress li l-aċċess għall-EES, l-ETIAS, il-VIS u l-ECRIS-TCN huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet maħtura jwettqu l-iskrinjar sabiex jiġi stabbilit jekk il-persuna tistax tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna jew għall-politika pubblika, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2018/1240 u r-Regolament (KE) Nru 2019/816, rispettivament, jenħtieġ li jiġu emendati biex jipprevedu dan id-dritt ta’ aċċess addizzjonali li bħalissa mhuwiex previst minn dawk ir-Regolamenti. Fil-każ tar-Regolament (UE) Nru 2019/816, għal raġunijiet ta’ ġeometrija varjabbli, din l-emenda jenħtieġ li sseħħ permezz ta’ regolament differenti minn dak preżenti.

(43)Il-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) stabbilit mir-Regolament (UE) 2019/817 jenħtieġ li jintuża biex jitwettqu tfittxijiet kontra l-bażijiet tad-data Ewropej, l-EES, l-ETIAS, il-VIS u l-ECRIS-TCN, għall-identifikazzjoni jew għall-fini ta’ verifiki tas-sigurtà, kif applikabbli.

(44)Peress li l-implimentazzjoni effettiva tal-iskrinjar tiddependi mill-identifikazzjoni korretta tal-individwi kkonċernati u tal-isfond tas-sigurtà tagħhom, il-konsultazzjoni ta’ bażijiet tad-data Ewropej għal dak l-għan hija ġġustifikata mill-istess objettivi li għalihom ġiet stabbilita kull waħda minn dawk il-bażijiet tad-data, jiġifieri, il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, is-sigurtà interna tal-Unjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ażil u r-ritorn.

(45)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-kontroll ta’ persuni li waslu biex jidħlu fiż-żona Schengen u r-riferiment tagħhom għall-proċeduri xierqa, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli komuni fil-livell tal-Unjoni. B’hekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(46)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(47)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 31 ; għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(48)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen , li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 32 .

(49)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 33 .

(50)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat konġuntement mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 34 .

(51)Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut mod ieħor miegħu, fit-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-iskrinjar fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri taċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jkunu qasmu l-fruntiera esterna b’mod mhux awtorizzat, ta’ dawk li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali matul il-verifiki fuq il-fruntieri mingħajr ma ssodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul, kif ukoll ta’ dawk żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, qabel ma jiġu rriferuti għall-proċedura xierqa.

L-għan tal-iskrinjar għandu jkun it-tisħiħ tal-kontroll ta’ persuni li jkunu se jidħlu fiż-żona Schengen u r-riferiment tagħhom għall-proċeduri xierqa.

L-għan tal-iskrinjar għandu jkun l-identifikazzjoni taċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi soġġetti għalih u l-verifika mal-bażijiet tad-data rilevanti li l-persuni soġġetti għalih mhumiex ta’ theddida għas-sigurtà interna. L-iskrinjar għandu jinvolvi wkoll verifiki tas-saħħa, fejn xieraq, biex jiġu identifikati persuni vulnerabbli u fil-ħtieġa tal-kura tas-saħħa kif ukoll dawk li huma ta’ theddida għas-saħħa pubblika. Dawk il-verifiki għandhom jikkontribwixxu biex dawn il-persuni jiġu rriferuti għall-proċedura xierqa.

L-iskrinjar għandu jitwettaq ukoll fit-territorju tal-Istati Membri meta ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kienu soġġetti għal verifiki fuq il-fruntieri esterni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera esterna” tfisser qsim ta’ fruntiera esterna ta’ Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru, f’postijiet li mhumiex punti ta’ qsim tal-fruntiera jew f’ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2016/399;

2.“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser theddida għas-saħħa pubblika skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

3.“verifika” tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità mistqarra (verifika ta’ wieħed ma’ wieħed);

4.“identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna inkluż permezz ta’ tfittxija fil-bażi tad-data ma’ settijiet multipli ta’ data (verifika ta’ wieħed ma’ ħafna);

5.“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-TFUE u li mhijiex persuna li tgawdi d-dritt tal-moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, skont it-tifsira tal-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 3

Skrinjar fil-fruntiera esterna

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li:

(a)jinqabdu b’konnessjoni ma’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera esterna ta’ Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru, ħlief għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom l-Istat Membru mhuwiex meħtieġ li jieħu d-data bijometrika skont l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament (UE) 603/2013 għal raġunijiet għajr l-età tagħhom, jew

(b)jiġu żbarkati fit-territorju ta’ Stat Membru wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ.

L-iskrinjar għandu japplika għal dawk il-persuni irrispettivament minn jekk ikunux applikaw għall-protezzjoni internazzjonali.

2.L-iskrinjar għandu japplika wkoll għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali f’punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna jew f’żoni ta’ tranżitu u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399.

3.L-iskrinjar huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2016/399, ħlief is-sitwazzjoni fejn il-benefiċjarju ta’ deċiżjoni individwali maħruġa mill-Istat Membru abbażi tal-Artikolu 6(5)(c) ta’ dak ir-Regolament ikun qed ifittex protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni għad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru

1.Matul l-iskrinjar, il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) ma għandhomx ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru.

2.Meta jkun jidher ċar matul l-iskrinjar li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, l-iskrinjar għandu jitwaqqaf u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jkun awtorizzat jidħol fit-territorju, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ penali kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 5

Skrinjar fit-territorju

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-iskrinjar għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinstabu fit-territorju tagħhom fejn ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li jkunu qasmu fruntiera esterna biex daħlu fit-territorju tal-Istati Membri b’mod awtorizzat.

Artikolu 6

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-iskrinjar

1.Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-iskrinjar għandu jitwettaq f’postijiet li jinsabu fil-fruntieri esterni jew qrib tagħhom.

2.Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5, l-iskrinjar għandu jitwettaq fi kwalunkwe post xieraq fit-territorju ta’ Stat Membru.

3.Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-iskrinjar għandu jitwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ għandu jitlesta fi żmien ħamest ijiem mill-qbid fiż-żona tal-fruntiera esterna, l-iżbark fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew il-preżentazzjoni fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn għadd sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jeħtieġ li jkunu soġġetti għall-iskrinjar fl-istess ħin, li fil-prattika jagħmilha impossibbli li l-iskrinjar jiġi konkluż f’dak il-limitu ta’ żmien, il-perjodu ta’ ħamest ijiem jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ ħamest ijiem addizzjonali.

Fir-rigward tal-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) li għalihom japplikaw l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament (UE) 603/2013, fejn jibqgħu fiżikament fil-fruntiera esterna għal aktar minn 72 siegħa, il-perjodu għall-iskrinjar għandu jitnaqqas għal jumejn.

4.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 3. Huma għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni hekk kif ir-raġunijiet għall-estensjoni tal-perjodu ta’ skrinjar ma jkunux għadhom jeżistu.

5.L-iskrinjar imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jitwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ għandu jitlesta fi żmien tlitt ijiem mill-qbid.

6.L-iskrinjar għandu jinkludi l-elementi obbligatorji li ġejjin:

(a)verifika preliminari tas-saħħa u tal-vulnerabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 9;

(b) identifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10;

(c)reġistrazzjoni tad-data bijometrika fil-bażijiet tad-data xierqa kif imsemmi fl-Artikolu 14(6), sa fejn din tkun għadha ma seħħitx;

(d)verifika tas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(e)mili ta’ formola ta’ debriefing kif imsemmi fl-Artikolu 13;

(f)riferiment għall-proċedura xierqa kif imsemmi fl-Artikolu 14.

7.L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu l-iskrinjar. Huma għandhom jużaw persunal xieraq u riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l-iskrinjar b’mod effiċjenti.

L-Istati Membri għandhom jaħtru persunal mediku kwalifikat biex iwettaq il-verifika tas-saħħa prevista fl-Artikolu 9. L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal u r-rapporteurs nazzjonali kontra t-traffikar għandhom ikunu involuti wkoll, fejn xieraq.    

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu assistiti jew appoġġati fit-twettiq tal-iskrinjar minn esperti jew uffiċjali u timijiet ta’ kollegament mibgħuta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] fil-limiti tal-mandati tagħhom.

Artikolu 7

Monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet rilevanti biex jinvestigaw allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-iskrinjar.

2.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti

biex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, matul l-iskrinjar;

fejn applikabbli, biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli nazzjonali dwar id-detenzjoni tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari rigward ir-raġunijiet u t-tul ta’ żmien tad-detenzjoni;

biex jiġi żgurat li l-allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-iskrinjar, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura tal-ażil u n-nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement, jiġu ttrattati b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu salvagwardji adegwati biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-mekkaniżmu.

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għandha toħroġ gwida ġenerali għall-Istati Membri dwar l-istabbiliment ta’ tali mekkaniżmu u l-funzjonament indipendenti tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex tappoġġahom fl-iżvilupp tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ nazzjonali tagħhom, inklużi s-salvagwardji għall-indipendenza ta’ tali mekkaniżmi, kif ukoll il-metodoloġija ta’ monitoraġġ u l-iskemi ta’ taħriġ xierqa.

L-Istati Membri jistgħu jistiednu organizzazzjonijiet u korpi nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi rilevanti biex jipparteċipaw fil-monitoraġġ.

Artikolu 8

Provvista ta’ informazzjoni

1.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar għandhom ikunu infurmati fil-qosor dwar l-għan u l-modalitajiet tal-iskrinjar:

(a)il-passi u l-modalitajiet tal-iskrinjar kif ukoll ir-riżultati possibbli tal-iskrinjar;

(b)id-drittijiet u l-obbligi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi matul l-iskrinjar, inkluż l-obbligu li jibqgħu fil-faċilitajiet iddeżinjati matul l-iskrinjar.

2.Matul l-iskrinjar, huma għandhom jirċievu wkoll, kif xieraq, informazzjoni dwar:

(a)ir-regoli applikabbli dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (Nru) 2016/399 [Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen], kif ukoll dwar kundizzjonijiet oħra tad-dħul, soġġorn u residenza tal-Istat Membru kkonċernat, sa fejn din l-informazzjoni ma tkunx diġà ngħatat;

(b)fejn ikunu applikaw, jew ikun hemm indikazzjonijiet li jixtiequ japplikaw, għall-protezzjoni internazzjonali, informazzjoni dwar l-obbligu li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-ewwel dħul jew soġġorn legali stabbilit fl-Artikolu [9(1) u (2)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [l-ex-Regolament ta’ Dublin], il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità stabbiliti fl-Artikolu [10(1)] ta’ dak ir-Regolament, u l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament kif ukoll dwar il-proċeduri li jsegwu t-twettiq ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;

(c)l-obbligu ta’ ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment skont id-Direttiva XXXXX [id-Direttiva dwar ir-Ritorn];

(d)il-possibbiltajiet li jirreġistraw fi programm li jipprovdi assistenza loġistika, finanzjarja u materjali jew in natura oħra bil-għan li jiġi appoġġat it-tluq volontarju;

(e)il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fir-rilokazzjoni skont l-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ex-Dublin];

(f)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 35 [GDPR];

3.L-informazzjoni pprovduta waqt l-iskrinjar għandha tingħata f’lingwa li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jifhem jew li jkun raġonevolment mistenni li jifhem. L-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub u, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn meħtieġ, b’mod orali bl-użu ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni. Din għandha tiġi pprovduta b’mod xieraq filwaqt li jitqiesu l-età u l-ġeneru tal-persuna.

4.L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw organizzazzjonijiet u korpi nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi rilevanti u kompetenti biex jipprovdu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’informazzjoni skont dan l-artikolu matul l-iskrinjar skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 9

Verifiki tas-saħħa u vulnerabbiltajiet

1.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu soġġetti għall-iskrinjar imsemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu soġġetti għal eżami mediku preliminari bil-ħsieb li tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa ta’ kura immedjata jew iżolament minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sakemm, abbażi taċ-ċirkostanzi li jkunu jikkonċernaw l-istat ġenerali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi individwali kkonċernati u r-raġunijiet għaliex ikunu ġew riferuti għall-iskrinjar, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkunu sodisfatti li ma jkun meħtieġ l-ebda skrinjar mediku preliminari. F’dak il-każ, huma għandhom jinfurmaw lil dawk il-persuni b’dan.

2.Fejn ikun rilevanti, għandu jiġi vverifikat jekk il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 humiex f’sitwazzjoni vulnerabbli, vittmi tat-tortura jew għandhomx ħtiġijiet ta’ akkoljenza jew proċedurali speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet tal-Akkoljenza [riformulazzjoni].

3.Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta’ vulnerabbiltajiet jew ħtiġijiet ta’ akkoljenza jew proċedurali speċjali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jirċievi appoġġ f’waqtu u adegwat fid-dawl tas-saħħa fiżika u mentali tiegħu. Fil-każ tal-minorenni, għandu jingħata appoġġ minn persunal imħarreġ u kkwalifikat biex jittratta l-minorenni, u f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal.

4.Fejn jitqies meħtieġ abbażi taċ-ċirkostanzi, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom ikunu soġġetti għal eżami mediku preliminari, b’mod partikolari biex tiġi identifikata kwalunkwe kundizzjoni medika li teħtieġ kura immedjata, assistenza speċjali jew iżolament.

Artikolu 10

Identifikazzjoni

1.Sa fejn dan ikun għadu ma sarx matul l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/399, l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar skont l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 5 għandha tiġi vverifikata jew stabbilita, billi jintużaw b’mod partikolari dan li ġej, flimkien ma’ bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej:

(a)dokumenti tal-identità, tal-ivvjaġġar jew oħrajn;

(b)id-data jew l-informazzjoni pprovduta miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jew miksuba mingħandu; u

(c)data bijometrika;

2.Għall-fini tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu fi kwalunkwe bażi tad-data nazzjonali rilevanti kif ukoll fir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità (CIR) imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/817. Id-data bijometrika ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li tkun ittieħdet dak il-ħin matul l-iskrinjar, kif ukoll id-data dwar l-identità u, fejn disponibbli, id-data dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar, għandhom jintużaw għal dak il-għan.

3.Meta d-data bijometrika taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma tkunx tista’ tintuża jew meta t-tfittxija b’dik id-data msemmija fil-paragrafu 2 ma tirnexxix, it-tfittxija kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bid-data tal-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien ma’ kwalunkwe data ta’ dokument tal-identità, tal-ivvjaġġar jew dokument ieħor jew bid-data dwar l-identità pprovduta miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

4.Il-kontrolli, fejn possibbli, għandhom jinkludu wkoll il-verifika ta’ mill-inqas wieħed mill-identifikaturi bijometriċi integrati fi kwalunkwe dokument tal-identità, tal-ivvjaġġar jew dokument ieħor.

Artikolu 11

Verifika tas-sigurtà

1.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu soġġetti għall-iskrinjar skont l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 5 għandha ssirilhom verifika tas-sigurtà biex jiġi vverifikat li ma jikkostitwixxux theddida għas-sigurtà interna. Il-verifika tas-sigurtà tista’ tkopri kemm iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll l-oġġetti fil-pussess tagħhom. Il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat għandha tapplika għal kwalunkwe tiftix li jsir.

2.Bil-għan li titwettaq il-verifika tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1, u sa fejn ma jkunux diġà għamlu dan f’konformità mal-Artikolu 8(3), il-punt (a)(vi), tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu fil-bażijiet tad-data nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

3.Sa fejn ma jkunx diġà sar dan matul il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtorità kompetenti għandha tfittex fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluża l-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-sistema ECRIS-TCN sa fejn huma kkonċernati l-kundanni relatati ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji, id-data tal-Europol ipproċessata għall-fini msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, u l-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN) tal-Interpol bid-data msemmija fl-Artikolu 10(1) u bl-użu mill-inqas tad-data msemmija fil-punt (c) tiegħu.

4.Fir-rigward tal-konsultazzjoni tal-EES, l-ETIAS u l-VIS skont il-paragrafu 3, id-data miksuba għandha tkun limitata għall-indikazzjoni ta’ rifjuti ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, rifjuti ta’ dħul, jew deċiżjonijiet ta’ rifjut, annullament jew revoka ta’ viża jew permess ta’ residenza, li huma bbażati fuq raġunijiet ta’ sigurtà.

5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċedura u l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għall-ksib tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 12

Modalitajiet għall-verifiki tas-sigurtà

1.It-tiftixiet previsti fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 11(2) jistgħu jiġu mnedija, għal tiftixiet relatati mas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u s-CIR, bl-użu tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2019/818 36 .

2.Meta jinkiseb qbil wara tiftixa kif previst fl-Artikolu 11(3) mad-data f’waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta l-fajl li jikkorrispondi għal dak il-qbil fis-sistema ta’ informazzjoni rispettiva sabiex tiddetermina r-riskju għas-sigurtà interna kif imsemmi fl-Artikolu 11(1).

3.Fejn tiftixa kif prevista fl-Artikolu 11(3) tirrapporta qbil mad-data tal-Europol, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Europol sabiex tieħu, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti.

4.Fejn tiftixa kif prevista fl-Artikolu 11(3) tirrapporta qbil mal-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN) tal-Interpol, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol tal-Istat Membru li nieda t-tiftixa sabiex jieħu, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti.

5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-iskrinjar, l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, l-unità nazzjonali tal-Europol, u l-awtoritajiet ċentrali ta’ ECRIS-TCN, rispettivament, biex jiġi ddeterminat ir-riskju għas-sigurtà interna. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 13

Formola ta’ debriefing

Malli jitlesta l-iskrinjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fir-rigward tal-persuni msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5, jimlew il-formola fl-Anness I li jkun fiha:

(a)l-isem, id-data u l-post tat-twelid u s-sess;

(b)l-indikazzjoni inizjali taċ-ċittadinanzi, il-pajjiżi ta’ residenza qabel il-wasla u l-lingwi mitkellma;

(c)ir-raġuni għall-wasla mhux awtorizzata, id-dħul, u, fejn xieraq, ir-residenza jew is-soġġorn illegali, inkluża informazzjoni dwar jekk il-persuna tkunx għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;

(d)l-informazzjoni miksuba dwar ir-rotot ivvjaġġati, inkluż il-punt tat-tluq, il-postijiet ta’ residenza preċedenti, il-pajjiżi terzi ta’ tranżitu u dawk fejn setgħet ġiet mitluba jew mogħtija l-protezzjoni kif ukoll id-destinazzjoni maħsuba fl-Unjoni;

(e)l-informazzjoni dwar l-assistenza pprovduta minn persuna jew organizzazzjoni kriminali fir-rigward ta’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, u kwalunkwe informazzjoni relatata f’każijiet ta’ suspett ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali.

Artikolu 14

Riżultat tal-iskrinjar

1.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament li

ma applikawx għall-protezzjoni internazzjonali u

fir-rigward tagħhom l-iskrinjar ma jkunx żvela li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399,

għandhom jiġu rriferuti lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva (UE) 2008/115/KE (id-Direttiva dwar ir-Ritorn).

F’każijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ, id-dħul jista’ jiġi rrifjutat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament 2016/399.

Il-formola msemmija fl-Artikolu 13 għandha tintbagħat lill-awtoritajiet rilevanti li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi rriferut għandhom.

2.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu għamlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rriferuti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu XY tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil], flimkien mal-formola msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament. F’dik l-okkażjoni, l-awtoritajiet li jwettqu l-iskrinjar għandhom jindikaw fil-formola ta’ debriefing kwalunkwe element li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, ikun jidher li huwa rilevanti biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jiġu rriferuti għall-proċedura ta’ eżami aċċellerata jew għall-proċedura fuq il-fruntiera.

3.Meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu jiġi rilokat taħt il-mekkaniżmu għas-solidarjetà stabbilit mill-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX [ir-Regolament ta’ Dublin], iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jiġi rriferut lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati flimkien mal-formola msemmija fl-Artikolu 13.

4.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 5, li

ma applikawx għall-protezzjoni internazzjonali u

fir-rigward tagħhom l-iskrinjar ma jkunx żvela li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul u s-soġġorn

għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ ritorn li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.

5.Meta ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar skont l-Artikolu 5 jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil), il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika kif meħtieġ.

6.Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom japplika r-Regolament UE Nru XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu d-data bijometrika msemmija fl-Artikoli [10, 13, 14 u 14a] ta’ dak ir-Regolament (UE) u jittrażmettuha skont dak ir-Regolament.

7.Meta ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 jiġu rriferuti għal proċedura xierqa rigward l-ażil jew ir-ritorn, l-iskrinjar jintemm. Meta ma jkunux tlestew il-kontrolli kollha sad-dati ta’ skadenza msemmija fl-Artikolu 6(3) u (5), l-iskrinjar għandu madankollu jintemm fir-rigward ta’ dik il-persuna, li għandha tiġi rriferuta għal proċedura rilevanti.

Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-konsultazzjoni tad-data għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru, inkluż għal persunal debitament awtorizzat tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, maħtura skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huwa kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 22, għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-aġenziji tal-Unjoni, li huwa kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament 2019/817, u għall-awtoritajiet kompetenti previsti fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) 2020/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 . Tali aċċess għandu jkun limitat skont sa fejn tkun meħtieġa d-data għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u għandu jkun proporzjonat għall-għanijiet li jridu jintlaħqu.”;

Artikolu 17

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:

(1)tappoġġa l-għanijiet tal-iskrinjar stabbilit mir-Regolament (UE) 2020/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 , b’mod partikolari għall-kontrolli previsti fl-Artikolu 10 tiegħu.”

(2)L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej;

(a)il-paragrafu (1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2a.    L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2020/XXX għandu jkollhom aċċess għall-EES biex jikkonsultaw id-data.”;

(b)il-paragrafu (4) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“L-aċċess għad-data tal-EES maħżuna fis-CIR għandu jiġi rriżervat b’mod esklużiv għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u għall-persunal awtorizzat kif xieraq tal-aġenziji tal-Unjoni li jkunu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 20a u fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/817. Tali aċċess għandu jkun limitat sal-punt li tkun meħtieġa d-data għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u għandu jkun proporzjonat għall-għanijiet li jridu jintlaħqu.”

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1240

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 4, il-punt a huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a) tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju għas-sigurtà interna li joħolqu l-applikanti qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna, u persuni soġġetti għall-iskrinjar imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], biex jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tista’ toħloq riskju għas-sigurtà;”

(1)Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu, u l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2020/XXX, u għandu jibgħat lista ta’ dawk l-awtoritajiet lil eu-LISA mingħajr dewmien, f’konformità mal-Artikolu 87(2) ta’ dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tispeċifika għal liema skop il-persunal debitament awtorizzat ta’ kull awtorità għandu jkollu aċċess għad-data fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu.”

Artikolu 19

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/817

Ir-Regolament (UE) 2019/817 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Hu stabbilit repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR), li joħloq fajl individwali għal kull persuna li tiġi rreġistrata fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN li fiha d-data msemmija fl-Artikolu 18, għall-fini ta’ ffaċilitar u ta’ assistenza għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN f’konformità mal-Artikolu 20 u 20a, biex jiġi appoġġat il-funzjonament tal-MID f’konformità mal-Artikolu 21 u għall-faċilitazzjoni u l-issimplifikar tal-aċċess mill-awtoritajiet maħtura u mill-Europol għall-EES, il-VIS, l-ETIAS u l-Eurodac, fejn dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni jew għall-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra skont l-Artikolu 22.”

(2)Għandu jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

L-aċċess għar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għall-identifikazzjoni skont dan ir-Regolament (UE) 2020/XXX

1.It-tiftix fis-CIR għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti maħtura kif iddefinit fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) 2020/XXX, għall-fini biss li tiġi identifikata persuna skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, sakemm il-proċedura tkun inbdiet fil-preżenza ta’ dik il-persuna.

2.Fejn it-tiftixa tindika li d-data dwar dik il-persuna hija maħżuna fis-CIR, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data msemmija fl-Artikolu 18(1) kif ukoll id-data msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”

Artikolu 20

Evalwazzjoni

[Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.]

Mhux aktar kmieni minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja għall-preparazzjoni ta’ dak ir-rapport, mhux aktar tard minn sitt xhur qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien ta’ [ħames] snin.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva 

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) Nru 2017/2226 u (UE) Nru 2018/1240

1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Intestatura 4 (Ġestjoni tal-Migrazzjoni u tal-Fruntieri). Titolu 11. Ġestjoni tal-Fruntieri

Protezzjoni tal-fruntieri esterni:

twettaq kontrolli fuq persuni u monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwardja: 

azzjoni ġdida 

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn xulxin/azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 

1.4.1.Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta hija segwitu għal dak li ħabbret f’Settembru 2019 il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen dwar l-adozzjoni tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li se jistabbilixxi approċċ komprensiv għall-fruntieri esterni, is-sistemi tal-ażil u tar-ritorn, iż-żona Schengen tal-moviment liberu u d-dimensjoni esterna.

Il-proposta takkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li għandu l-għan li jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri.

Fuq medda qasira ta’ żmien, l-Istati Membri se jkollhom jaħtru lill-awtoritajiet rilevanti għall-iskrinjar u jwaqqfu l-infrastruttura li tista’ tintuża għal dak il-għan. Barra minn hekk, se jkollhom bżonn jieħdu azzjonijiet biex jistabbilixxu l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għad-drittijiet fundamentali matul l-iskrinjar. F’dan il-kuntest, l-ewwel sentejn jistgħu jeħtieġu investimenti akbar minn dawk ta’ wara, b’mod partikolari fl-Istati Membri l-aktar esposti.

Fuq medda twila ta’ żmien, l-Istati Membri se jkollhom jiżviluppaw u jmantnu ċentri ta’ skrinjar, jipprovdu r-riżorsi meħtieġa u mħarrġa b’mod adegwat, kif ukoll iżommu l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplementarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li nkella kien jinħoloq mill-Istati Membri waħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fuq livell Ewropew (ex ante)

L-objettiv tal-proposta huwa li tikkontribwixxi għal sistema komprensiva u reżiljenti ta’ verifiki fuq il-fruntieri esterni sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-ażil u r-ritorn.

L-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. F’konformità mal-Premessa 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, “il-kontrolli fuq il-fruntieri huma fl-interess mhux biss tal-Istat Membru li fil-fruntieri tiegħu jsiru dawn il-kontrolli, iżda tal-Istati Membri kollha li abolixxew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni. Il-kontrolli fuq il-fruntiera jenħtieġ li jgħinu fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex tkun prevenuta kull theddida għas-sigurtà interna, l-politika pubblika, is-saħħa pubblika u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri”.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Meta mqabbla mal-proċeduri attwali, l-iskrinjar propost se jżid il-valur b’mod partikolari billi:

   joħloq regoli uniformi dwar l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul kif imsemmija fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, u jissottomettihom għal verifiki tas-saħħa u s-sigurtà fil-fruntieri esterni;

   jiżgura li d-dħul ma jkunx awtorizzat lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-istatus tagħhom għadu ma ġiex ikkonfermat u b’hekk jgħin biex jiġi evitat li dawn jaħarbu;

   jiffaċilita d-determinazzjoni kif ukoll l-applikazzjoni tal-proċedura xierqa: ir-ritorn jew, fil-każ ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, il-proċedura normali tal-ażil, proċedura aċċellerata, il-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera jew ir-rilokazzjoni lejn Stat Membru ieħor, u

   joħloq qafas ukoll għall-iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr awtorizzazzjoni u li jinqabdu fit-territorji tagħhom.

1.4.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

Il-proposta tislet it-tagħlimiet mill-fluss tax-xogħol standard li bħalissa huwa implimentat fl-Italja u fil-Greċja fiż-żoni hotspot kif imsemmi fir-Regolament 2019/1896. Hija tipprevedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni, l-Aġenziji rilevanti tal-UE u esperti oħra tal-Istati Membri u twieġeb għall-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw l-Istati Membri li huma partikolarment esposti għall-migrazzjoni fil-fruntieri esterni.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta hija waħda mill-elementi kostitwenti leġiżlattivi tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u tipprevedi element addizzjonali fil-ġestjoni tal-migrazzjoni b’konsistenza sħiħa mal-proposti għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni, għal Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil, għal Regolament dwar sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-proposta emendata għal Regolament Eurodac imfassal mill-ġdid.

Flimkien ma’ tal-ewwel, din il-proposta għandha l-għan li tikkontribwixxi għal approċċ komprensiv għall-migrazzjoni billi tistabbilixxi rabta bla xkiel bejn l-istadji kollha tal-proċess tal-migrazzjoni, mill-wasla sal-ipproċessar tat-talbiet għall-protezzjoni internazzjonali sa, fejn applikabbli, ir-ritorn. Dan jenħtieġ li jimxi id f’id mar-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Għal dak il-għan, qed jiġi propost li jiġi żgurat li kull Stat Membru jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti, biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu osservati matul l-iskrinjar u li kwalunkwe allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiġi investigata sew.

Il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għall-iskrinjar jenħtieġ li jkun parti mill-governanza u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni migratorja previsti fir-Regolament il-ġdid dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni (AMMR). L-Istati Membri jenħtieġ li jintegraw ir-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ nazzjonali tagħhom skont ir-Regolament dwar l-Iskrinjar fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom previsti fl-AMMR.

Il-proposta ma taffettwax il-proċeduri eżistenti fil-qasam tal-ażil u r-ritorn u lanqas ma tqassar l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali iżda toħloq l-ewwel stadju ta’ qabel id-dħul maħsub biex jiffaċilita użu aħjar ta’ dawk il-proċeduri.

Ir-riżultat tal-iskrinjar jenħtieġ li jwassal biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jiġu rriferuti lill-awtoritajiet rilevanti, li – bl-użu tal-informazzjoni miġbura matul l-iskrinjar fil-forma ta’ debriefing– jenħtieġ li jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti.

Għalhekk, l-informazzjoni miġbura matul l-iskrinjar jenħtieġ li tgħin biex l-għanijiet tal-proċeduri rispettivi jintlaħqu b’mod aktar effiċjenti. B’mod partikolari jenħtieġ li tgħin lill-awtoritajiet tal-ażil rilevanti biex jidentifikaw dawk l-applikanti għall-ażil li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera, f’konformità mal-emendi proposti għar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil. Jenħtieġ li tgħin ukoll fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u ttejjeb il-verifiki fuq il-fruntieri billi tifhem aħjar il-flussi migratorji.

Id-data bijometrika kif imsemmija fir-Regolament XXXX [ir-Regolament Eurodac] flimkien mad-data msemmija fl-Artikoli [10, 13, 14 u 14a] tar-Regolament Eurodac miġbura waqt l-iskrinjar, jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Eurodac fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-obbligu tat-teħid tal-marki tas-swaba’, biex b’hekk jissaħħu l-obbligi dwar it-teħid tal-marki tas-swaba’ u r-reġistrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. L-iskrinjar se jiffaċilita wkoll il-verifika ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira tal-UE, bħas-Sistema ta’Informazzjoni ta’ Schengen, għall-finijiet tar-ritorn.

1.5.Tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju 

 durata limitata

   fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 tul ta’ żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mid-dħul fis-seħħ

u wara dan jibda’ l-operat sħiħ.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 40  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu ħatru;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Elementi tal-iskrinjar li potenzjalment jeħtieġu l-appoġġ finanzjarju:

- infrastruttura għall-iskrinjar: - il-ħolqien u l-użu/aġġornament tal-bini eżistenti fil-Punti ta’ Qsim tal-Fruntiera, iċ-ċentri ta’ akkoljenza eċċ.

- it-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u awtoritajiet rilevanti oħra biex iwettqu l-iskrinjar

- l-aċċess għall-bażijiet tad-data rilevanti fil-postijiet il-ġodda

- it-taħriġ u r-reklutaġġ tar-riżorsi ġodda biex jitwettaq l-iskrinjar

- ir-reklutaġġ tal-persunal mediku

- it-tagħmir mediku u l-bini għall-verifiki preliminari tas-saħħa

- it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti, biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu osservati matul l-iskrinjar

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018) 473 final).

Ġestjoni kondiviża:

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programm tiegħu u jiżgura l-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi, skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR). Sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu rapidu tal-implimentazzjoni, huwa possibbli li sistemi eżistenti li jiffunzjonaw sew ta’ ġestjoni u kontroll jiġu introdotti fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

F’dan il-kuntest, l-Istati Membri se jintalbu jistabbilixxu kumitat ta’ monitoraġġ li fih il-Kummissjoni għandha tipparteċipa f’funzjoni konsultattiva. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Dan għandu jevalwa l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress ta’ programm lejn l-ilħuq tal-objettivi tiegħu.

L-Istati Membri se jibagħtu rapport ta’ prestazzjoni annwali, li jenħtieġ li jistabbilixxi informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba ta’ stadji importanti u miri. Jenħtieġ li jqajjem ukoll kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u jiddeskrivi l-azzjoni meħuda biex tindirizzahom.

Fl-aħħar tal-perjodu, kull Stat Membru għandu jissottometti rapport ta’ prestazzjoni finali. Ir-rapport finali jenħtieġ li jiffoka fuq il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-programm u jenħtieġ li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet ewlenin li affettwaw il-prestazzjoni tal-programm, il-miżuri meħuda biex jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet u l-valutazzjoni tal-effettività ta’ dawn il-miżuri. Barra minn hekk jenħtieġ li jippreżenta l-kontribuzzjoni tal-programm biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-UE indirizzati lill-Istat Memru, il-progress li sar fl-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-qafas ta’ prestazzjoni, is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet rilevanti u s-segwitu li ngħata lil dawk is-sejbiet u r-riżultati tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni.

Skont l-abbozz tal-proposta tas-CPR, kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu pakkett ta’ assigurazzjoni, li jinkludi l-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni u l-opinjonijiet tal-awtorità tal-awditjar dwar il-kontijiet, is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata fil-kontijiet annwali. Dan il-pakkett ta’ assigurazzjoni jintuża mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-ammont li jista’ jiġi impost fuq il-Fond għas-sena kontabilistika ta’ wara.

Laqgħa ta’ reviżjoni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandha tiġi organizzata kull sentejn biex tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kull programm.

Sitt darbiet fis-sena l-Istati Membri jibagħtu data għal kull programm imqassma skont l-objettivi speċifiċi. Din id-data tirreferi għall-ispiża tal-operazzjonijiet u l-valuri ta’ indikaturi komuni ta’ output u riżultati.

B’mod ġenerali:

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva tal-azzjonijiet implimentati taħt dan il-Fond, skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li tkun ibbażata b’mod partikolari fuq l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Skont il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018) 473 final): 

Kemm l-evalwazzjonijiet ex-post tal-Fondi tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni 2007-2013 kif ukoll l-evalwazzjonijiet interim tal-Fondi tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni attwali juru li taħlita ta’ modi ta’ twettiq fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-affarijiet interni ppermettew mod effettiv biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fondi. Id-disinn olistiku tal-mekkaniżmi eżekuttivi nżamm u jinkludi ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Permezz ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jimplimentaw programmi li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni, li huma mfasslin apposta għall-kuntest nazzjonali tagħhom. Dawn il-programmi jistgħu jinkludu attivitajiet ta’ skrinjar. Il-ġestjoni kondiviża tiżgura li l-appoġġ finanzjarju huwa disponibbli fl-Istati parteċipanti kollha. Barra minn hekk, il-ġestjoni kondiviża tippermetti l-prevedibbiltà tal-finanzjament u tħalli lill-Istati Membri, li huma l-iżjed li jifhmu fl-isfidi li jiffaċċjaw, jippjanaw id-dotazzjonijiet fit-tul tagħhom kif xieraq. Supplimentar ta’ finanzjament għal Azzjonijiet Speċifiċi (li jirrikjedu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri jew fejn żviluppi ġodda fl-Unjoni jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar) u għal attivitajiet ta’ risistemazzjoni u trasferiment jista’ jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża. Ħaġa ġdida hija li l-Fond jista’ jipprovdi wkoll assistenza ta’ emerġenza permezz tal-ġestjoni kondiviża, flimkien mal-ġestjoni diretta u indiretta.

Permezz tal-ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tappoġġa azzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika komuni tal-Unjoni. L-azzjonijiet jippermettu appoġġ imfassal apposta għal ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fi Stati Membri individwali (“assistenza ta’ emerġenza”), jappoġġaw networks u attivitajiet transnazzjonali, jittestjaw attivitajiet innovattivi li jistgħu jsiru fuq skala akbar taħt programmi nazzjonali u jkopru studji fl-interess tal-Unjoni kollha (“azzjonijiet tal-Unjoni”).

Permezz tal-ġestjoni indiretta, il-Fond iżomm il-possibbiltà li jiddelega kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil, fost oħrajn, Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Aġenziji tal-Affarijiet Interni għal skopijiet partikolari.

B’kunsiderazzjoni tal-objettivi u l-ħtiġijiet differenti, hija proposta faċilità tematika taħt il-Fond bħala mod kif tiġi bbilanċjata l-prevedibbiltà tal-allokazzjoni pluriennali tal-finanzjament għall-programmi nazzjonali mal-flessibilità fl-iżborż perjodiku tal-finanzjament għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni. Il-faċilità tematika se tintuża għal azzjonijiet speċifiċi fi ħdan u fost l-Istati Membri, l-azzjonijiet tal-Unjoni, l-assistenza ta’ emerġenza, ir-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni. Hija se tiżgura li l-fondi jistgħu jiġu allokati u ttrasferiti fost il-modalitajiet differenti ta’ hawn fuq, abbażi ta’ programmazzjoni ta’ sentejn.

Il-modalitajiet ta’ ħlas għal ġestjoni kondiviża huma deskritti fl-abbozz tal-proposta tas-CPR, li tipprevedi prefinanzjament annwali, segwit minn massimu ta’ erba' pagamenti interim kull programm u sena bbażati fuq l-applikazzjonijiet għal ħlas mibgħuta mill-Istati Membri matul is-sena kontabilistika. Skont l-abbozz tal-proposta tas-CPR il-prefinanzjament jiġi approvat fl-aħħar sena kontabilistika tal-programmi.

L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju ġdid u fuq ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-abbozz tal-proposta għal CPR jenħtieġ li jestendi l-użu tal-forom simplifikati tal-għotjiet bħal somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji. Dan għandu jintroduċi wkoll forom ġodda ta’ ħlas, ibbażati fuq ir-riżultati miksuba, minflok fuq il-kost. Il-benefiċjarji se jkunu jistgħu jirċievu ammont fiss ta’ flus jekk jagħtu prova li seħħew ċerti azzjonijiet bħal taħriġ jew twassil ta’ għajnuna umanitarja. Dan huwa mistenni li jissimplifika l-piż tal-kontroll kemm fil-livell tal-benefiċjarju kif ukoll fil-livell tal-Istat Membru (eż. verifika ta’ kontijiet u rċevuti għall-ispejjeż).

Għal ġestjoni kondiviża, l-abbozz tal-proposta tas-CPR jibni fuq l-istrateġija ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 iżda jintroduċi xi miżuri bl-għan li jissimplifikaw l-implimentazzjoni u jnaqqsu l-piż tal-kontroll fil-livell kemm ta’ benefiċjarji kif ukoll ta’ Stati Membri. In-novitajiet jinkludu:

- it-tneħħija tal-proċedura tal-ħatra (li mistennija twassal għal implimentazzjoni aktar rapida tal-programmi)

- verifiki (amministrattivi u fuq il-post) tal-ġestjoni li għandhom jitwettqu mill-awtorità maniġerjali fuq bażi ta’ riskju (meta mqabbel mal-kontrolli 100 % amministrattivi meħtieġa fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020). Barra minn hekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet maniġerjali jistgħu japplikaw arranġamenti ta’ kontroll proporzjonati skont il-proċeduri nazzjonali.

- kundizzjonijiet biex jiġu evitati awditi multipli fuq l-istess operazzjoni/nefqa

L-awtoritajiet tal-programm se jissottomettu ħlas interim lill-Kummissjoni bbażat fuq in-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji. L-abbozz tal-proposta tas-CPR jippermetti lill-awtoritajiet maniġerjali jwettqu verifiki tal-ġestjoni fuq bażi ta’ riskju u jipprevedi wkoll kontrolli speċifiċi (eż. verifiki fuq il-post mill-awtorità maniġerjali u awditi ta’ operazzjonijiet/nefqa mill-awtorità tal-awditjar) wara li n-nefqa assoċjata tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fit-talbiet għal ħlas interim. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tar-rimborż ta’ nfiq ineliġibbli, l-abbozz tas-CPR jipprevedi li l-ħlasijiet interim tal-Kummissjoni jkunu limitati għal 90 %, minħabba li sa dak il-mument ikunu twettqu biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-Kummissjoni tħallas il-bilanċ li jifdal wara l-eżerċizzju annwali ta’ approvazzjoni tal-kontijiet, ladarba tirċievi l-pakkett ta’ assigurazzjoni mill-awtoritajiet tal-programm. Kwalunkwe irregolarità identifikata mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-pakkett ta’ assigurazzjoni annwali tista’ twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.

2.2.2.Informazzjoni rigward ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti biex inaqqsuhom

Id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat min-nuqqas ripetut ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri.

F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi attwali jikkonċernaw l-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-Fond mill-Istati Membri u l-iżbalji possibbli li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli u d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. L-abbozz tas-CPR jissimplifika l-qafas regolatorju billi jarmonizza r-regoli u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll bejn il-Fondi differenti implimentati b’ġestjoni kondiviża. Dan jissimplifika wkoll ir-rekwiżiti ta’ kontroll (eż. verifiki tal-ġestjoni bbażati fuq ir-riskju, il-possibbiltà għal arranġamenti ta’ kontroll proporzjonati bbażati fuq proċeduri nazzjonali, limitazzjonijiet tax-xogħol tal-awditjar f’termini ta’ żmien u/jew operazzjonijiet speċifiċi).

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-ispejjeż tal-kontrolli huma mistennija li jibqgħu l-istess jew potenzjalment jitnaqqsu għall-Istati Membri. Għaċ-ċiklu ta’ programmazzjoni attwali 2014-2020, mill-2017, l-ispiża kumulattiva ta’ kontroll mill-Istati Membri hija stmata li hi madwar 5 % tal-ammont totali ta’ ħlasijiet mitluba mill-Istati Membri għas-sena 2017.

Dan il-perċentwal huwa mistenni li jonqos b’titjib fl-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programmi u b’żieda fil-ħlasijiet lill-Istati Membri.

Bl-introduzzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni u l-kontrolli fl-abbozz tas-CPR flimkien ma’ motivazzjoni msaħħa li jiġu adottati għażliet ta’ spejjeż issimplifikati (SCOs), l-ispejjeż tal-kontrolli għall-Istati Membri huma mistennija li jkomplu jonqsu.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni se jkompli japplika l-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (CAFS) biex jiġi żgurat li, fost l-oħrajn, il-kontrolli interni kontra l-frodi tagħha jkunu allinjati bis-sħiħ mas-CAFS u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi jkun immirat biex jidentifika oqsma b’riskju ta’ frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati.

Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kont sottomess lill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu irregolaritajiet. Bħal fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni attwali 2014-2020, l-Istati Membri huma obbligati li jpoġġu fis-seħħ proċeduri għad-detezzjoni ta’ irregolaritajiet u kontra l-frodi flimkien mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni speċifiku dwar ir-rapportar ta’ irregolaritajiet. Miżuri Kontra l-Frodi se jibqgħu prinċipju u obbligu trażversali għall-Istati Membri.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti 

Intesatatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura Nru 4: “Ġestjoni tal-Migrazzjoni u tal-Fruntieri”

Diff./Mhux diff 41 .

minn pajjiżi tal-EFTA 42

minn pajjiżi kandidati 43

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

4

11.02.01 — “Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viżi” 

Diff.

LE

LE

IVA

LE

4

11.01.01 – Nefqa ta’ appoġġ għall-“Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) — Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi (BMVI)”

Mhux diff.

LE

LE

IVA

LE

Kumment:

Ta’ min jinnota li l-approprjazzjonijiet mitluba fil-kuntest tal-proposta huma koperti mill-approprjazzjonijiet diġà previsti fl-LFS li hija l-bażi tar-Regolament tal-BMVI. Mhuma mitluba l-ebda riżorsi finanzjarji jew umani addizzjonali fil-kuntest ta’ din il-proposta leġiżlattiva.

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

4

“Ġestjoni tal-Migrazzjoni u tal-Fruntieri”

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji mniżżla taħt 3.1)

Impenji

(1)

66,510

67,470

62,450

55,174

55,174

55,174

55,174

 

417,126

Pagamenti

(2)

17,918

27,079

28,591

24,930

25,868

33,452

47,439

211,850

417,126

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 44  

Impenji = Pagamenti

(3)

0,250

0,250

 

 

 

 

 

 

0,500

TOTAL ta’ approprazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

66,760

67,720

62,450

55,174

55,174

55,174

55,174

-

417,626

Pagamenti

=2+3

18,168

27,329

28,591

24,930

25,868

33,452

47,439

211,850

417,626



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela bl-użu tad-“data tal-baġit ta’ natura amministrattiva” li se tiġi introdotta għall-ewwel darba fl- Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (LFS) , li hija mtella’ fuq DECIDE għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

0,060

0,060

-

-

-

-

-

 

0,120

TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,060

0,060

-

-

-

-

-

 

0,120

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

66,820

67,780

62,450

55,174

55,174

55,174

55,174

-

417,746

Pagamenti

18,228

27,389

28,591

24,930

25,868

33,452

47,439

211,850

417,746

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

0,060

0,060

0,120

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,060

0,060

0,120

Barra INTESTATURA 7 45  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal 
barra l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,060

0,060

0,120

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li jkunu diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riskjerati ġewwa d-DĠ, flimkien jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  46

Intestatura 7

Iffinanzjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  47

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompliti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Stati Membri parteċipanti, inklużi l-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

tbd

tbd

tbd

tbd

tbd

tbd

tbd

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/inizjattiva 48

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i).

   

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kalunkwe informazzjoni oħra). 

(1)    Is-sehem tal-migranti li jkunu ġejjin minn pajjiżi b’rati ta’ rikonoxximent ta’ inqas minn 25 % żdied minn 14 % fl-2015 għal 57 % fl-2018.
(2)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(3)    Proposta tar-Regolament (UE) XXXX li jemenda r-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.
(4)    Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali, ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1.
(5)    Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE
(6)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
(7)    Artikolu 5 tar-Regolament 2016/399.
(8)    Artikolu 2 tar-Regolament 2016/399.
(9)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(10)    Ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(11)    Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60.
(12)    Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux qed jitolbu protezzjoni internazzjonali li la jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul u lanqas ma jaqgħu taħt xi waħda mill-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen għandhom jiġu rrifjutati d-dħul skont l-Artikolu 14 tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen).
(13)    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20.
(14)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.
(15)    Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85.
(16)    Pereżempju, il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Berlin dwar Politika Ewropea ġdida dwar l-Ażil, 25 ta’ Novembru 2019, iffirmat minn 33 organizzazzjoni u muniċipalità.
(17)    Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-UNHCR għall-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil propost tal-Kummissjoni Ewropea, Jannar 2020.
(18)    Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-IOM għall-Patt il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil tal-Unjoni Ewropea, Frar 2020.
(19)    L-istudji u r-rapporti kollha tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/networks/european_migration_network_en.
(20)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
(21)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(22)    Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
(23)    Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(24)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726, u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27.
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(26)    Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39).
(27)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(28)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53–114).
(29)    Ir-Regolament (KE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1–26)
(30)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(31)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(32)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(33)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016
(35)    Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85.
(36)    Ir-Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...] li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817].
(37)    Ir-Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...] li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817].
(38)    Ir-Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...] li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817].
(39)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(40)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(41)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(42)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(43)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(44)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(45)    AC= Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = persunal tal-aġenzija; JPD= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(46)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu l-linji “BA”).
(47)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
Top

Brussell, 23.9.2020

COM(2020) 612 final

ANNESS

ta' [...]

PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tintroduċi skrinjar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-fruntieri esterni u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817




























ANNESS

Formola standard ta’ debriefing

1.Isem:                            2.Sess:

3.Data tat-twelid:                    4.Post tat-twelid:

5.Nazzjonalità/Nazzjonalitajiet (indikazzjoni inizjali):

6.Lingwi mitkellma:

7.Raġuni għat-twettiq tal-iskrinjar:

A. Dħul irregolari

Jekk jogħġbok speċifika wkoll, kif xieraq:

L-ebda dokument tal-ivvjaġġar/ dokument tal-ivvjaġġar falz/ dokument tal-ivvjaġġar iffalsifikat

L-ebda viża jew awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar/ viża jew awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar falza/ viża jew awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar iffalsifikata

oħrajn

B. Wasla permezz ta’ tiftix u salvataġġ

C. Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’Punt ta’ Qsim tal-Fruntiera

D. L-ebda indikazzjoni ta’ verifika fuq il-fruntiera fi fruntiera esterna:

   l-ebda timbru f’dokument tal-ivvjaġġar/l-ebda entrata fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ

   l-ebda dokument tal-ivvjaġġar:

8. Saret identifikazzjoni bl-użu ta’ bażijiet tad-data tal-IT:            Iva        Le

Jekk iva, ir-riżultat tal-identifikazzjoni:

9. Riżultati tal-konsultazzjoni għal skopijiet ta’ sigurtà:    

   Hit (żid il-bażijiet tad-data u r-raġunijiet)    

   L-Ebda Hit

10. Kura immedjata pprovduta:            Iva        Le

11. Iżolament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika:        Iva        Le

Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi dati, raġunijiet speċifiċi, post:

12. Itinerarju:

a)postijiet/pajjiżi ta’ residenza preċedenti:

b)punt tat-tluq:

c)pajjiżi terzi u postijiet (eż. belt, provinċja) ta’ tranżitu u t-tul tas-soġġorn:

d)modalitajiet ta’ tranżitu (eż. mezzi ta’ trasport, ma’ grupp, individwali), assistenza riċevuta (eż. faċilitaturi, modi ta’ komunikazzjoni użati), pagamenti magħmula/li għandhom isiru, eċċ.:

e)pajjiżi terzi fejn intalbet il-protezzjoni:

f)pajjiżi terzi fejn ingħatat il-protezzjoni:

g)destinazzjoni maħsuba fl-Unjoni:

13. Assistenza pprovduta għal remunerazzjoni minn persuna terza jew organizzazzjoni fir-rigward ta’ qsim irregolari tal-fruntiera u kwalunkwe informazzjoni relatata f’każ ta’ traffikar suspettat:

14.    Bidu tal-iskrinjar: [JJ/XX/SS]

   Tmiem tal-iskrinjar: [JJ/XX/SS]

15. Awtorità li tirreferi l-persuna lil:

16. Kummenti u informazzjoni rilevanti oħra

Firma

Il-persuna li qed timla l-formola

(Isem + servizz)

Top