Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0600

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà

COM/2019/600 final

Brussell, 2.7.2019

COM(2019) 600 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jimmobilizzaw l-Istrument ta’ Flessibilità għal ammont ta’ EUR 1 164 miljun: EUR 179 miljun għall-intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi biex jissaħħu l-programmi ewlenin tal-kompetitittività (jiġifieri Orizzont 2020 u Erasmus+), u EUR 985,6 miljun għall-intestatura 3 kif propost mill-Kummissjoni.

Illum, il-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2019 1 li jinkludi tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kemm għall-intestatura 1a kif ukoll għall-intestatura 3 u, għaldaqstant, inaqqas il-ħtieġa li jintuża l-Istrument ta’ Flessibbiltà. Din il-proposta takkumpanja dan l-ABE u għandha l-għan li taġġusta l-ammonti mmobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà skont dan filwaqt li tirrispetta l-iskop tal-mobilizzazzjoni.

Il-mobilizzazzjoni aġġustata tal-Istrument ta’ Flessibbiltà se tammonta għal EUR 1 090 miljun (minn EUR 1 164 miljun), li EUR 160 miljun minnhom huma għall-intestatura 1a u EUR 930 miljun minnhom huma għall-intestatura 3.

Din id-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni proposta se temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tat-12 ta’ Diċembru 2018 2 .

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament indikattivi li jikkorrispondu għat-tnaqqis propost tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f’miljuni ta’ EUR, bil-prezzijiet kurrenti)

Sena

Approprjazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-mobilizzazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà fl-2019

2019

511,5

2020

242,3

2021

126,3

2022

132,0

2023

78,3

Total

1 090,4

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 3 , u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Istrument ta’ Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta’ intestatura jew intestaturi oħra.

(2)Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibilità jlaħħaq is-EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 4 , żdied, fejn applikabbli mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.

(3)Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 5 li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà għas-sena finanzjarja 2019 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) bl-ammont ta’ EUR 178 715 475 biex jissaħħu l-programmi ewlenin ta’ kompetittività u lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3(Sigurtà u ċittadinanza) bl-ammont ta’ EUR 985 629 138 biex jiġu ffinanzjati l-miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, ir-rifuġjati u s-sigurtà.

(4)L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4/2019 6 jinkludi tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kemm għall-intestatura 1a kif ukoll għall-intestatura 3 u, għaldaqstant, inaqqas il-ħtieġa li jintuża l-Istrument ta’ Flessibbiltà. Għaldaqstant huwa neċessarju li l-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2019 jiġu aġġustati skont dan. Huwa neċessarju wkoll li jiġi aġġustat il-profil tal-pagament mistenni.

(5)Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tiġi emendata skont dan.

(6)Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà hija adottata simultanjament mal-emenda tal-baġit tal-2019 billi din tippermetti l-finanzjament ta’ xi azzjonijiet lil hinn mil-limitu massimu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dik l-emenda, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/276 huwa emendat kif ġej: “EUR 178 715 475” huwa sostitwit b’”EUR 160 195 475” u “EUR 985 629 138” huwa sostitwit b’”EUR 930 188 138”. Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)    EUR 511 468 976 fl-2019;

(b)    EUR 242 308 256 fl-2020;

(c)    EUR 126 300 853 fl-2021;

(d)    EUR 131 990 641 fl-2022;

(e)    EUR 78 314 887 fl-2023.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(2019) 610, 2.7.2019.
(2)    ĠU L54, 22.2.2019, p.3.
(3)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(5)    Id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3).
(6)    COM(2019) 610 tat-2 ta’ Lulju 2019.
Top