Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0610

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2019 Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenji u ħlasijiet f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)

COM/2019/610 final

Brussell, 2.7.2019

COM(2019) 610 final

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 4
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2019

Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenji u ħlasijiet f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)


Wara li kkunsidrat:

it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, kif adottat fit-12 ta' Diċembru 2018 2 ,

l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2019 3 , adottat fil-15 ta’ April 2019,

l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2019 4 , adottat fil-15 ta’ Mejju 2019,

l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2019 5 , adottat fit-22 ta’ Mejju 2019,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4 tal-baġit tal-2019.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u t-taqsimiet individwali (I, III, V u X) huma disponibbli fil-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm ).

WERREJ

Contents

1.    Introduzzjoni    

2.    Aġġornament tan-nefqa    

2.1.    Tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament    

2.1.1    Awtoritajiet superviżjoni finanzjarja (EBA, EIOPA u ESMA)    

2.1.2    L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)    

2.1.3    Riformulazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III    

2.1.4.    L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)    

2.1.5.    Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali    

2.1.6.    Strument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI)    

2.1.7.    Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)    

2.1.8.    Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)    

2.1.9.    Aġġustament tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali    

2.2.    Posponiment tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea: l-impatt fuq l-istituzzjonijiet tal-UE    

2.2.1    Il-Parlament Ewropew (PE)    

2.2.1    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA)    

2.2.3    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)    

2.2.4     Ħarsa ġenerali    

3.    Aġġornament tad-dħul    

3.1    Impatt ġenerali tal-ABE 4/2019 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri    

3.2    Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT u tal-ING    

3.3    Korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-2015    

3.3.1    Introduzzjoni    

3.3.2    Kalkolu tal-korrezzjonijiet    

3.3.3    Entrata fl-ABE 4/2019 tal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015    

4.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

L-iskop ta’ Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2019 huwa li jaġġorna kemm in-naħa tan-nefqa kif ukoll in-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi:

fuq in-naħa tan-nefqa:

li jiġu rilaxxati l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tal-linji baġitarji tal-intestaturi 1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, 3 Sigurtà u Ċittadinanza, 4 Ewropa Globali kif ukoll il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

l-aġġustament tal-baġit 2019 ta’ xi istituzzjonijiet minħabba l-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru 2019.

fuq in-naħa tad-dħul, li jirrevedi l-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), il-bażijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u li jibbaġitja l-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-iffinanzjar tagħhom, li kollha jaffettwaw id-distribuzzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ riżorsi proprji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE.

2.    Aġġornament tan-nefqa

2.1.    Tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament

2.1.1    Awtoritajiet superviżjoni finanzjarja (EBA, EIOPA u ESMA)

F’Settembru 2017 6 , il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni maġġuri tal-mandati tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li teħtieġ żieda sostanzjali fir-riżorsi umani u finanzjarji, b’mod partikolari għall-ESMA. Element ewlieni tal-proposta kien ċaqliq lejn mudell ġdid ta’ finanzjament, fejn il-fattur ta’ finanzjament attwali bejn il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE (40%) u l-kontribuzzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali (60%), jkun sostitwit b’kombinament ta’ finanzjament ta’ tariffi u kontribuzzjoni ta’ bilanċ mill-baġit tal-UE. B’mod parallel 7 , il-Kummissjoni pproponiet ukoll mandat ġdid għall-ESMA fir-rigward tas-superviżjoni ta’ Kontropartijiet Ċentrali (CCPs), li jirrikjedi żieda fir-riżorsi umani kif ukoll prefinanzjament ta’ dawn l-attivitajiet iffinanzjati mit-tariffi, filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ biex tiġi stabbilita s-sistema tat-tariffi.

F'Marzu 2019 intlaħaq ftehim politiku dwar dawn il-proposti. Fir-rigward tar-reviżjoni tal-mandati tal-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, il-kompromess essenzjalment kien jinvolvi estensjoni aktar limitata tal-ambitu tal-mandati, b’impatt korrispondenti fuq il-ħtiġijiet tar-riżorsi, filwaqt li l-mudell ta’ finanzjament attwali (sehem ta’ 40/60 bejn il-baġit tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali) inżamm. Il-mandat tal-ESMA fir-rigward tas-CCPs se jitnaqqas bi ftit meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni. Għaż-żewġ proposti, l-impatt baġitarju se jseħħ b’dewmien ta’ sena. Id-Dikjarazzjoni tal-Estimi għas-sena 2020 8 diġà tirrifletti l-konsegwenzi baġitarji għall-2020. Huwa propost li f’dan l-ABE jiġi aġġornat il-baġit tal-2019 kemm għar-riżorsi umani kif ukoll għal dawk finanzjarji.

It-tnaqqis propost fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-EBA, l-EIOPA u l-ESMA jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.



EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

12 02 04

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

-2 490 000

-2 490 000

12 02 05

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)

-2 360 000

-2 360 000

12 02 06

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

-13 670 000

-13 670 000

Total    

-18 520 000

-18 520 000

Il-pjanijiet ta’ stabbiliment aġġornati tal-EBA (-10 karigi), l-EIOPA (-9 karigi) u l-ESMA (-27 kariga) huma stabbiliti fl-anness baġitarju.

2.1.2    L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)

F’Settembru 2018 9 , il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) biex toħloq korp permanenti ta’ 10 000 gwardja tal-fruntiera sal-2020. Fl-istennija tal-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva, ammont ta’ EUR 19,3 miljun tpoġġa f’riżerva fil-baġit tal-2019 biex ikopri l-ispejjeż tar-reklutaġġ ippjanat tal-ewwel mewġa ta’ gwardji tal-fruntieri (375 kariga u 375 aġent kuntrattwali) fl-aħħar kwart tal-2019.

F’Marzu 2019 intlaħaq ftehim politiku dwar il-ħolqien gradwali ta’ korp permanenti ta’ 10 000 gwardja tal-fruntiera sal-2027. Meta jitqies id-dħul fis-seħħ mistenni tar-Regolament mill-1 ta’ Novembru 2019, bħala l-punt ta’ tluq formali għar-reklutaġġ attwali tal-korpi permanenti tal-gwardji tal-fruntiera, il-Kummissjoni tqis li huwa prudenti li jinżamm ammont ta’ EUR 7,2 miljun fir-riżerva biex tiġi koperta n-nefqa għas-salarji għall-ewwel reklutaġġi tal-gwardji tal-fruntiera fl-2019. Konsegwentement, l-ammont li jifdal fir-riżerva jista’ jiġi kkanċellat f’dan l-ABE. .

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu tal-bapit 18 02 03 — Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX)

-12 121 000

-12 121 000

Total    

-12 121 000

-12 121 000

2.1.3    Riformulazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III

Il-baġit ivvutat tal-2019 kien fih EUR 460 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn bħala riżerva relatata mal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi riformulat ir-Regolament Dublin III, sakemm tiġi adottata l-bażi legali. F’każ li l-att legali ma jiġix adottat sal-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta waħda jew aktar għal trasferimenti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 370 miljun ġie rilaxxat f’April 2019. B’mod parallel ma’ dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni tippreżenta t-tieni u l-aħħar talba ta’ trasferiment (DEC 15/2019) li tkopri ammont ta’ EUR 82,8 miljun, li minnhom EUR 62,8 miljun għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali għall-Greċja fl-2019 u EUR 20 miljun biex jitħejja l-eżerċizzju li jmiss ta’ wegħdiet ta’ risistemazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet relatati ta’ tmiem is-sena f’dan il-qasam, l-ammont li jifdal fir-riżerva jista’ jiġi kkanċellat f’dan l-ABE. Madankollu, il-Kummissjoni se żżomm l-iżviluppi fuq il-post taħt reviżjoni mill-qrib, u tista’ tipproponi miżuri ta’ korrezzjoni ulterjuri kif meħtieġ.



EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu tal-baġit 18 03 01 01 - Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri

-7 200 000

-7 200 000

Total    

-7 200 000

-7 200 000

2.1.4.    L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

F’Ottubru 2017, intlaħaq ftehim dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) 10 . Filwaqt li l-istruttura amministrattiva tal-Uffiċċju tinsab fi stat tajjeb, il-ħatra tal-Kap Prosekutur tal-UPPE ħadet aktar żmien, u bħalissa hija mistennija li sseħħ fit-tieni nofs tal-2019. Dan għandu effett indirett fuq ċerti reklutaġġi oħra u xi ftit mill-infiq oriġinarjament ippjanat għall-2019 se jseħħ fl-2020. B’konsegwenza ta’ dan, l-approprjazzjoni inkluża fil-baġit tal-2019 tista’ titnaqqas b’EUR 1 miljun fl-2019. Id-Dikjarazzjoni tal-Estimi għas-sena 2020diġà tirrifletti l-konsegwenzi baġitarji għall-2020 11 .

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

33 03 05

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

-1 000 000

-1 000 000

Total    

-1 000 000

-1 000 000

2.1.5.    Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali

Meta titqies l-aħħar valutazzjoni tal-ħtiġijiet attwali f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-partita tal-baġit 04 02 63 01, EUR 8,3 miljun jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr ma tiġi pperikolata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-attivitajiet ta’ assistenza teknika taħt il-Fond Soċjali Ewropew.

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

04 02 63 01

Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali

-8 300 000

-

Total    

-8 300 000

-

2.1.6.    Strument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI)

L-Istrument ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza jipprovdi appoġġ ta’ emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet immirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem, li jikkumplimenta r-rispons tal-Istati Membri affettwati. L-ewwel intervent taħt l-ESI beda fl-2016 u bħalissa qed jiġi eliminat gradwalment.

L-allokazzjoni attwali għan-nefqa ta’ appoġġ tal-ESI hija ta’ EUR 250 000. F’konformità mat-tbassir rivedut ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa, EUR 120 000 jistgħu jiġu kkanċellati.



EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

18 01 04 05

Nefqa ta’ appoġġ għall-appoġġ ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni

-120 000

-120 000

Total    

-120 000

-120 000

2.1.7.    Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istati parteċipanti fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, bil-għan li jittejbu l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri.

Id-Deċiżjoni 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2019 12 żiedet il-pakkett finanzjarju 2014–2020 għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għal EUR 574 miljun. Wara l-qbil politiku bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew u filwaqt li titqies l-adozzjoni aktar tard milli previst tad-deċiżjoni emendatorja msemmija qabel, l-allokazzjonijiet tal-2019 għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għandhom jitnaqqsu skont dan. L-ammonti fir-riżerva li jaqbżu l-allokazzjonijiet miftiehma għall-2019 jistgħu jiġu kkanċellati.

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għal partita baġitarja 23 03 01 01 — Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni

-35 000 000

-26 390 000

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għal partita tal-baġit 23 03 02 01 — Interventi ta’ rispons ta’ emerġenza rapidi u effiċjenti fil-każ ta’ diżastri kbar fl-Unjoni

-

-170 514

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għal partita tal-baġit 23 03 02 02 — Interventi ta’ rispons ta’ emerġenza rapidi u effiċjenti fil-każ ta’ diżastri kbar f’pajjiżi terzi

-

-2 000 000

Total    

-35 000 000

-28 560 514

2.1.8.    Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)

Skont l-Artikolu 4a(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF), l-ammont totali għall-ħlasijiet bil-quddiem għal kull sena huwa limitat għal EUR 50 miljun kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Skont l-Artikolu 12.4 (a) tar-Regolament Finanzjarju, dispożizzjoni ġdida fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2018, hemm riport awtomatiku ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mhux użati għall-FSUE. Fi tmiem l-2018, EUR 29,7 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FSUE kienu disponibbli u ġew riportati awtomatikament għall-2019. EUR 50 miljun ġew mobilizzati flimkien mal-baġit tal-2019 13 .

B’riżultat ta’ dan, bħalissa hemm EUR 79,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 50 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2019 għal pagamenti bil-quddiem tal-FSUE. Għalhekk qed jiġi propost li jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn inklużi fil-baġit tal-2019 b’EUR 29,7 miljun sabiex il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn jitnaqqas għal EUR 50 miljun previst fl-att bażiku u għal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament.

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

13 06 01

Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

-29 748 635

-

Total    

-29 748 635

-

2.1.9.    Aġġustament tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali

Minħabba t-tnaqqis fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestaturi 1a u 3 inklużi f’dan l-ABE, huwa propost li l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà tiġi aġġustata kif ġej:

Għall-intestatura 1a, il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà hija mnaqqsa b’EUR 18,5 miljun;

Għall-intestatura 3, il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà hija mnaqqsa b’EUR 55,4 miljun.

Id-deċiżjoni proposta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà 14 li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tat-12 ta’ Diċembru 2018 15 takkumpanja dan l-ABE.

Minħabba t-tnaqqis fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestatura 1b inkluża f’dan l-ABE, l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji huwa mnaqqas b’EUR 8,3 miljun.

2.2.    Posponiment tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea: l-impatt fuq l-istituzzjonijiet tal-UE

Matul it-tħejjija tal-baġit tal-2019, l-Istituzzjonijiet kienu mistiedna jirriflettu fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-estimi tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, inizjalment prevista għad-29 ta’ Marzu 2019, fl-oqsma fejn il-bidliet kienu evidenti (eż. tnaqqis ta’ Kummissarju wieħed, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, aġġustament tan-numru ta’ mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja, għeluq tar-Rappreżentanza u tal-Uffiċċji Reġjonali fir-Renju Unit, eċċ.).

B’riżultat ta’ dan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew naqqsu t-talba baġitarja tagħhom b’ammont totali ta’ madwar EUR 11,7 miljun (li minnhom EUR 10,2 miljun għall-Parlament Ewropew). Dan it-tnaqqis kien stmat abbażi tal-fatt li r-Renju Unit huwa Stat Membru għal 3 xhur fl-2019.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna żied it-talba baġitarja tiegħu b’EUR 12,3 miljun biex jirrifletti n-nefqa addizzjonali relatata mat-twaqqif ta’ diviżjoni fir-Renju Unit fil-Kwartieri Ġenerali u delegazzjoni tal-UE f’Londra.

Minħabba l-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit 16 , l-Istituzzjonijiet issa se jkollhom ikopru n-nefqa relatata mar-Renju Unit bħala Stat Membru tal-UE għal massimu ta’ seba’ xhur addizzjonali.

Il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jimmiraw li jkopru l-ħtiġijiet addizzjonali permezz tat-tqassim mill-ġdid tar-riżorsi eżistenti. B’mod partikolari, għall-Qorti tal-Ġustizzja, dan huwa possibbli minħabba d-dewmien persistenti fin-nomina ta’ mħallef minn wieħed mill-Istati Membri, li ġġenera ffrankar suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż addizzjonali biex jitħallsu l-Membri tar-Renju Unit sal-31 ta’ Ottubru 2019.

Min-naħa l-oħra, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri qed jitolbu approprjazzjonijiet addizzjonali għar-raġunijiet deskritti hawn taħt.

2.2.1    Il-Parlament Ewropew (PE)

Wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament mill-9 perjodu leġiżlattiv 17 , is-sezzjoni tal-baġit tal-Parlament inkludiet approprjazzjonijiet għal 678 Membri mit-30 ta’ Marzu, u 705 Membri mit-2 ta’ Lulju 2019. L-approprjazzjonijiet tnaqqsu fuq għadd ta’ linji relatati mal-Membri, l-assistenti u r-rappreżentanza istituzzjonali; l-ebda baġit ma kien previst għal kampanja ta’ informazzjoni fir-Renju Unit.

Il-posponiment sal-31 ta’ Ottubru 2019 mhux biss jaffettwa l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-ispiża għall-assistenza parlamentari, iżda wkoll il-ħtieġa li jinżamm l-Uffiċċju ta’ Kollegament tar-Renju Unit, u skatta l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej fir-Renju Unit, li kienu jeħtieġu kampanja ta’ informazzjoni kompluta.

L-elementi msemmija hawn fuq, li jikkostitwixxu ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali u mhux previsti, jeħtieġu approprjazzjonijiet supplimentari addizzjonali ta’ EUR 15,1 miljun.

2.2.1    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA)

Id-deċiżjoni dwar il-posponiment tal-irtirar tar-Renju Unit b’massimu ta’ seba’ xhur għandha impatt fuq ir-rimunerazzjoni u nfiq ieħor għal Kulleġġ ta’ 28, flok ta’ 27 Membri fil-Qorti tal-Awdituri.

Fid-dawl tal-baġit strett mitlub għall-2019, il-Qorti mhijiex se tkun f’pożizzjoni li ssib ir-riżorsi addizzjonali permezz ta’ riallokazzjoni iżda titlob allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 107 000 biex tkopri s-salarji u allowances oħra kif ukoll spejjeż ta’ missjonijiet u ta’ rappreżentanza. Dan l-ammont huwa nett mit-tqassim mill-ġdid tal-ammont mhux użat ta’ kwoti tranżitorji, li se jiġu trasferiti għal-linja tas-salarji għall-Membru tar-Renju Unit.

2.2.3    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Is-SEAE ngħata approprjazzjonijiet addizzjonali fil-baġit tiegħu għall-2019 bħala konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit sabiex:

jiftaħ u jmexxi Delegazzjoni f’Londra,

iżomm il-punt attwali tal-preżenza tal-UE fl-Irlanda ta’ Fuq,

joħloq Diviżjoni ddedikata fil-Kwartieri Ġenerali biex tamministra r-relazzjonijiet mar-Renju Unit bħala pajjiż terz, u

jkopri l-ispejjeż addizzjonali ta’ rotazzjoni li jirriżultaw mill-ħtieġa li membri tal-persunal b’ċittadinanza tar-Renju Unit jissejħu lura min-netwerk tad-Delegazzjoni qabel l-iskadenza skedata tal-istazzjonar tagħhom.

Dawn l-ammonti ġew stmati fuq is-suppożizzjoni li r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu 2019. Billi l-perjodu tal-Artikolu 50 ġie estiż, is-SEAE attwalment akkumula eċċessi fil-baġit tiegħu tal-2019.

Minħabba l-inċertezza konsiderevoli attwali relatata mal-proċess tal-Artikolu 50, is-SEAE ser ikollu bżonn iżomm l-ammonti għal kostijiet tal-ftuħ ta’ delegazzjoni ta’ darba u r-rotazzjonijiet addizzjonali msemmija qabel fil-baġit tiegħu tal-2019. Se jkun jeħtieġ ukoll riserva suffiċjenti, f’każ li ż-żewġ partijiet jirratifikaw il-ftehim dwar il-ħruġ qabel il-31 ta’ Ottubru 2019.

Għalhekk is-SEAE ser inaqqas il-baġit tiegħu għall-2019 mill-ispejjeż operazzjonali previsti mill-bidu tas-sena sal-1 ta’ Awwissu għad-Diviżjoni tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu u l-punti ta’ preżenza tiegħu fir-Renju Unit (EUR 3 276 000).

Peress li s-sitwazzjoni aktar tard fis-sena tista’ tkun differenti ħafna mix-xenarju attwali, is-SEAE għandu l-intenzjoni li jmur lura għall-Awtorità Baġitarja aktar tard din is-sena u jipproponi aktar aġġustamenti għall-baġit tiegħu tal-2019, kif xieraq fir-rigward tas-sitwazzjoni f’dak iż-żmien.

2.2.4     Ħarsa ġenerali

(f'EUR)

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

1 0 0 0

Salarji

2 420 000

2 420 000

1 0 0 4

Spejjeż għall-vjaġġi regolari

2 100 000

2 100 000

1 0 0 6

Spejjeż għall-vjaġġi regolari

1 200 000

1 200 000

1 0 2 0

Allowances Tranżitorji

-1 800 000

-1 800 000

3 2 2

Akkwist tal-informazzjoni u arkivjar

80 000

80 000

3 2 4 2

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi

3 000 000

3 000 000

3 2 4 4

L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

300 000

300 000

3 2 5

Nefqa relatata mal-Uffiċċji ta' Kollegament

320 000

320 000

4 2 2

Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari

7 490 000

7 490 000

Subtotal tat-Taqsima I

15 110 000

15 110 000

Taqsima V - Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1 0 0 0

Rimunerazzjoni, gratifiki u pensjonijiet

96 000

96 000

1 0 4

Missjonijiet

6 000

6 000

2 5 2

Spejjeż għar-rappreżentazzjoni

5 000

5 000

Subtotal tat-Taqsima V

107 000

107 000

Taqsima X: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

1 1 0 0

Salarji Bażiċi

-564 000

-564 000

1 1 0 2

Drittijiet taħt ir-Regolamenti tal-Persunal marbutin maċ-ċirkostanzi personali tal-membru tal-persunal

-143 000

-143 000

1 1 0 3

Kopertura għas-sigurtà soċjali

-22 000

-22 000

1 4 0

Missjonijiet

-27 000

-27 000

3 0 0 0

Rimunerazzjoni u intitolamenti għall-persunal statutorju

-747 000

-747 000

3 0 0 1

Persunal estern u servizzi minn barra

-568 000

-568 000

3 0 0 2

Nefqa oħra marbuta mal-persunal

-97 000

-97 000

3 0 0 3

Binjiet u spejjeż assoċjati

-1 070 000

-1 070 000

3 0 0 4

Nefqiet amministrattivi oħra

-38 000

-38 000

Subtotal tat-Taqsima X

-3 276 000

-3 276 000

Total

11 941 000

11 941 000

3.    Aġġornament tad-dħul

3.1    Impatt ġenerali tal-ABE 4/2019 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri

Wara l-175 laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) tal-24 ta’ Mejju 2019, huma meħtieġa żewġ aġġustamenti fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit. l-ewwel aġġornament tal-estimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kif ukoll għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) biex jitqiesu l-previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti, u t-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit. Dawn iż-żewġ aġġustamenti huma ppreżentati fis-sezzjonijiet 3.2 u 3.3 aktar ’l isfel.

L-impatt globali f’termini tal-aġġustamenti tan-nefqa u tad-dħul ta’ dan l-ABE jidher fit-tabella mqassra hawn taħt. Din it-tabella turi d-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri: kif ibbaġitjat fil-baġit tal-2019, kif emendat fil-Baġit Emendatorju Nru 3 (ABE 3/2019) 18 , u fl-aħħar nett fl-ABE attwali.

Distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri (f’miljuni ta’ EUR)

Baġit 2019

ABE 3/2019

ABE 4/2019

(1)

(2)

(3)

BE

6 151,1

6 108,2

6 096,5

BG

565,3

560,2

605,0

CZ

2 012,3

1 993,3

2 028,3

DK

2 811,0

2 782,1

2 801,5

DE

30 494,7

30 164,5

29 792,7

EE

253,3

250,9

263,1

IE

2 478,4

2 453,9

2 485,6

EL

1 746,1

1 728,6

1 759,2

ES

12 172,1

12 056,6

12 161,9

FR

22 592,6

22 364,4

22 592,4

HR

496,6

491,8

494,6

IT

17 008,2

16 840,7

16 772,0

CY

202,2

200,3

206,7

LV

288,5

285,7

301,3

LT

459,3

455,2

481,5

LU

376,9

373,1

382,6

HU

1 285,1

1 272,7

1 349,3

MT

116,7

115,6

119,3

NL

7 707,0

7 633,3

7 668,9

AT

3 437,6

3 400,7

3 398,3

PL

4 934,2

4 888,0

5 072,7

PT

1 914,7

1 896,0

1 932,0

RO

1 916,6

1 897,1

1 948,8

SI

480,2

475,8

488,1

SK

868,0

859,3

873,2

FI

2 186,3

2 163,9

2 166,7

SE

3 859,3

3 815,1

3 883,5

UK

17 490,2

17 268,1

16 614,1

UE

146 304,5

144 795,1

144 739,5



3.2    Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT u tal-ING

Skont il-prassi stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-finanzjament tal-baġit abbażi ta’ previżjonijiet ekonomiċi aktar reċenti 19 , maqbula bejn l-Istati Membri fil-laqgħa tal-KKRP.

Ir-reviżjoni tikkonċerna t-tbassir tar-RPT li jridu jitħallsu lill-baġit fl-2019 flimkien mat-tbassir tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING tal-2019. Il-previżjoni fil-Baġit tal-2019 ġiet stabbilita fil-172 laqgħa tal-KKRP fit-18 ta’ Mejju 2018. Ir-reviżjoni fl-ABE attwali tikkunsidra l-previżjonijiet maqbula fil-175 laqgħa tal-KKRP tal-24 ta’ Mejju 2019. L-użu ta’ previżjonijiet aġġornati tar-riżorsi proprji jtejjeb il-preċiżjoni tal-previżjonijiet tad-dħul u konsegwentement dik tal-pagamenti li l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu fil-baġit tal-UE matul is-sena baġitarja.

Meta mqabbel mal-previżjoni li ntlaħaq qbil dwarha f’Mejju 2018, il-previżjoni għall-2019 ġiet riveduta kif ġej:

Issa d-dazji doganali netti totali għall-2018 huma previsti li jlaħħqu l-EUR 21 206,0 miljun (wara t-tnaqqis ta’ 20 % fil-kostijiet tal-ġbir), u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,23 % meta mqabbel mal-previżjoni ta’ EUR 21 471,2 miljun inkluża fil-Baġit tal-2019. Il-Kummissjoni qabblet ir-riżultati tal-metodu tat-tbassir tradizzjonali tal-KKRP (ibbażat fuq it-tbassir makroekonomiku tar-rebbiegħa tal-2019) mar-riżultati tal-metodu ta’ estrapolazzjoni bbażat fuq l-aħħar data dwar l-eżitu għad-dazji doganali miġbura (Jannar – April 2019). Bħal fi snin preċedenti, ġie miftiehem li jiġi applikat approċċ konservattiv u li tintuża l-inqas previżjoni tar-RPT sabiex tiġi żgurata ġestjoni soda tal-baġit f’kuntest ta’ inċertezzi ekonomiċi kbar u tfixkil potenzjali fix-xejriet kummerċjali.

Il-bażi totali tal-VAT mingħajr limitu tal-UE għall-2019 issa hija mbassra għal EUR 7 085 193,6 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 2,30 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2018 ta’ EUR 6 925 637,5 miljun. Il-bażi totali tal-VAT 20  limitata tal-UE għall-2019 hija mbassra għal EUR 7 057 535,1 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 2,20 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2018 ta’ EUR 6 905 892,6 miljun.

Il-bażi totali tal-ING tal-UE għall-2019 hija mbassra għal EUR 16 347 197,8 miljun, jiġifieri tnaqqis (-0,60 %) meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2018 ta’ EUR 16 446 111,0 miljun.

Intużaw ir-rati tal-kambju tal-31 ta' Diċembru 2018 biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u l-ING mill-munita nazzjonali għall-euro (għad-disa’ Stati Membri li mhumiex membri fiż-żona tal-euro). Dan jevita distorsjonijiet għaliex din hija r-rata li tintuża sabiex jinqalbu l-pagamenti bbaġitjati tar-riżorsi proprji minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014).

It-tbassir rivedut tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT mhux limitati u tal-bażijiet tal-ING għall-2019, kif adottati fil-175 laqgħa tal-KKRP fl-24 ta’ Mejju 2019, huwa ppreżentat fit-tabella li ġejja:

Previżjonijiet riveduti tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING għall-2019 (f'miljuni ta’ EUR)

Dazji tad-dwana

(80%)

Bażijiet tal-VAT mhux limitati

Bażijiet tal-ING

Limitati

Bażijiet tal-VAT 21

BE

2 173,3

200 164,5

469 186,6

200 164,5

BG

104,7

27 671,8

58 500,4

27 671,8

CZ

293,2

90 821,9

205 917,4

90 821,9

DK

357,7

119 452,0

313 973,3

119 452,0

DE

4 133,0

1 453 699,2

3 551 074,7

1 453 699,2

EE

34,9

13 074,3

26 649,8

13 074,3

IE

308,7

91 474,4

265 877,4

91 474,4

EL

185,6

75 007,5

190 421,6

75 007,5

ES

1 573,9

572 646,4

1 252 795,0

572 646,4

FR

1 746,2

1 112 113,9

2 472 604,4

1 112 113,9

HR

39,0

33 740,9

52 961,9

26 481,0

IT

1 901,2

718 519,6

1 793 427,3

718 519,6

CY

25,3

14 284,0

21 070,6

10 535,3

LV

44,8

12 079,5

31 194,7

12 079,5

LT

99,5

19 008,6

45 938,8

19 008,6

LU

17,6

30 710,0

42 445,3

21 222,7

HU

210,4

57 991,8

135 913,0

57 991,8

MT

13,8

8 893,3

12 257,9

6 129,0

NL

2 607,3

331 589,2

806 725,1

331 589,2

AT

217,5

180 376,1

399 095,3

180 376,1

PL

781,4

248 536,4

502 207,3

248 536,4

PT

188,2

105 998,5

203 200,7

101 600,4

RO

194,6

76 044,3

215 341,6

76 044,3

SI

81,0

22 413,4

47 995,2

22 413,4

SK

100,5

34 473,4

94 317,1

34 473,4

FI

150,6

102 046,6

240 879,6

102 046,6

SE

520,7

211 575,9

491 990,2

211 575,9

UK

3 101,4

1 120 786,2

2 403 235,6

1 120 786,2

UE-28

21 206,0

7 085 193,6

16 347 197,8

7 057 535,1

3.3    Korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-2015

3.3.1    Introduzzjoni

Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit), li għandha tkun ibbaġitjata fl-ABE preżenti, tikkonċerna sentejn: L-2015 u l-2018.

Il-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015 u tal-2018 hija soġġetta għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/335/UE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 22 u tad-dokument ta’ ħidma li jakkumpanjaha, il-Metodu ta’ Kalkolu tal-2014 23 . Skont ir-regoli ta’ din id-Deċiżjoni, id-“dħul mhux ippjanat” nett tar-RPT tar-Renju Unit li jirriżulta miż-żieda, sa mill-2001, fil-perċentwal tar-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-kostijiet tal-ġbir tagħhom, huma newtralizzati u n-nefqa allokata hija aġġustata permezz tan-nefqa allokata totali fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, ħlief għall-pagamenti diretti agrikoli u n-nefqa relatata mas-suq kif ukoll il-parti tan-nefqa tal-iżvilupp rurali li toriġina mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG.

Barra dan, is-sehem tal-Awstrija, il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Iżvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit huwa mnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit.

Fl-ABE attwali hemm imniżżla l-kalkolu u l-iffinanzjar tal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 kif ukoll l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015.



Id-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 u l-ammont ibbaġitjat preċedentament (l-1 aġġornament fil-BE 5/2016) iddaħħlet taħt il-kapitolu 35 (Riżultat tal-kalkolu definittiv tal-finanzjament tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji għar-Renju Unit) ta’ dan l-ABE.

L-1 aġġornament tal-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 huwa mniżżel fil-kapitolu 15 (Korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji) ta’ dan l-ABE, u jissostitwixxi l-ammont provviżorju ibbaġitjat preċedentement.

3.3.2    Kalkolu tal-korrezzjonijiet

L-aġġornament tal-korrezzjonijiet għall-2015 u l-2018 jirriżulta prinċipalment mill-aġġornament tal-bażijiet tal-VAT u tal-ING kif ikkomunikat mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2018. Barra minn hekk, l-aġġornament tal-korrezzjoni għall-2018 tqis ukoll in-nefqa allokata tal-2018.

3.3.2.1    Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018

It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 imdaħħal fil-Baġit tal-2019 u l-1 aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2017 li jrid jiddaħħal fl-ABE attwali.

Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018

Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018

PROVVIŻORJA

Baġit 2019

Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2018

L-1 AĠĠORNAMENT

ABE 4/2019

Id-differenza

(1)

(2)

(2)-(1)

(1)

Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata

16,1945%

15,9617 %

-0,2329 %

(2)

Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir

7,3577 %

6,7300 %

-0,6277 %

(3)

= (1) - (2)

8,8368%

9,2317 %

+0,3948 %

(4)

Nefqa totali allokata

127 599 039 596

129 786 633 964

+ 2 187 594 368

(5)

Nefqa relatata mat-tkabbir
= (5a) + (5b)

27 076 886 462

31 101 300 166

+ 4 024 413 704

(5a)

Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni

0

0

0

(5b) Nefqa relatata mal-Art.

Nefqa relatata mal-Art. 4(1)(g)

27 076 886 462

31 101 300 166

+ 4 024 413 704

(6)

Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5)

100 522 153 134

98 685 333 798

- 1 836 819 336

(7)

L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66

5 862 761 188

6 012 789 482

+ 150 028 294

(8)

Vantaġġ tar-Renju Unit

854 326 562

616 616 471

- 237 710 091

(9)

Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8)

5 008 434 626

5 396 173 012

+ 387 738 385

(10)

Qligħ mhux mistenni mir-RPT

- 15 094 049

- 35 957 064

- 20 863 015

(11)

Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10)

5 023 528 676

5 432 130 075

+ 408 601 399

L-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 huwa ta’ madwar EUR 409 miljun aktar meta mqabbel mal-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 imdaħħal fil-Baġit tal-2019.

3.3.2.2    Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015

It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2014 fil-BE 5/2016 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 li għandu jiddaħħal fl-ABE attwali.

Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015

Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015
L-1 AĠĠORNAMENT
BE 5/2016

Il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015
DEFINITTIV
ABE 4/2019

Id-differenza

(1)

(2)

(2)-(1)

(1)

Sehem ir-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata

19,2145 %

19,1419 %

- 0,0726%

(2)

Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir

7,5910 %

7,5894 %

- 0,0016%

(3)

= (1) - (2)

11,6235 %

11,5525 %

- 0,0710 %

(4)

Nefqa totali allokata

129 194 773 448

129 135 893 336

- 58 880 112

(5)

Nefqa relatata mat-tkabbir
= (5a) + (5b)

31 733 179 803

31 639 878 296

- 93 301 507

(5a)

Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni

0

0

0

(5b) Nefqa relatata mal-Art.

Nefqa relatata mal-Art. 4(1)(g)

31 733 179 803

31 639 878 296

- 93 301 507

(6)

Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5)

97 461 593 645

97 496 015 040

+ 34 421 395

(7)

L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66

7 476 753 663

7 433 724 758

- 43 028 905

(8)

Vantaġġ tar-Renju Unit

1 496 521 393

1 381 345 015

- 115 176 378

(9)

Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8)

5 980 232 270

6 052 379 743

+ 72 147 473

(10)

Qligħ mhux mistenni mir-RPT

-76 109 576

-74 320 246

+ 1 789 330

(11)

Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10)

6 056 341 847

6 126 699 989

+70 358 142

L-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 huwa ta’ madwar EUR 70 miljun iżjed meta mqabbel mal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 imniżżel fil-BE 5/2016 prinċipalment minħabba l-aġġornamenti tal-VAT u l-ING kif ikkomunikati mill-Istati Membri fil-ħarifa tal-2018.

3.3.3    Entrata fl-ABE 4/2019 tal-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2018 u tal-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2015 

3.3.3.1    Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 (kapitolu 35)

L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li jrid jiġi bbaġitjat fil-Kapitolu 35 tal-ABE attwali huwa d-differenza bejn l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 (jiġifieri EUR 6 126 699 989) u l-1 aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 (jiġifieri EUR 6 056 341 847 imdaħħal fil-BE 5/2016), li jammonta għal EUR 70 358 142.

Dan l-ammont se jiġi ffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tal-ING tal-2015 kif magħrufa fl-aħħar tal-2018. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-kapitolu 35 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2015 - Kapitolu 35

BE

1 267 154

LU

866 089

BG

3 148 896

HU

2 764 651

CZ

4 903 895

MT

310 080

DK

6 556 672

NL

-260 138

DE

4 385 985

AT

1 362 429

EE

303 635

PL

-9 542 201

IE

20 284 145

PT

476 355

EL

504 408

RO

1 609 226

ES

1 272 857

SI

123 083

FR

5 838 257

SK

1 555 233

HR

1 207 446

FI

4 733 265

IT

19 287 491

SE

-2 400 255

CY

627 536

LV

-619 579

UK

- 70 358 142

LT

-208 473

Total

0

3.3.3.2    Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 (kapitolu 15)

L-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 jikkorrispondi għal EUR 5 432 130 075 u EUR 408 601 399 ogħla mill-ammont imdaħħal fil-baġit 2019 (EUR 5 023 528 676).

Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet tal-ING riveduti tal-2019 tal-ABE attwali. L-ibbaġitjar ta’ dan l-ammont fil-kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:



Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2018 - kapitolu 15

BE

265 533 515

LU

24 021 679

BG

33 107 972

HU

76 919 197

CZ

116 537 793

MT

6 937 290

DK

177 691 422

NL

78 568 695

DE

345 846 816

AT

38 868 751

EE

15 082 304

PL

284 221 395

IE

150 471 818

PT

115 000 292

EL

107 768 033

RO

121 871 366

ES

709 012 279

SI

27 162 613

FR

1 399 356 542

SK

53 378 232

HR

29 973 489

FI

136 324 454

IT

1 014 980 086

SE

47 915 985

CY

11 924 787

UK

- 5 432 130 075

LV

17 654 465

LT

25 998 805

Total

0

4.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

F’EUR

Intestatura

Baġit 2019

Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 4/2019

Baġit 2019

(inkl. ABE 1-3/2019)

(inkl. ABE 1-4/2019)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

80 627 449 848

67 556 947 173

- 26 820 000

- 18 520 000

80 600 629 848

67 538 427 173

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

178 715 475

 

- 18 520 000

 

160 195 475

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

524 734 373

 

- 8 300 000

 

516 434 373

 

Limitu massimu

79 924 000 000

 

 

79 924 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

23 435 449 848

20 521 537 455

- 18 520 000

- 18 520 000

23 416 929 848

20 503 017 455

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

178 715 475

 

- 18 520 000

 

160 195 475

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

174 734 373

 

 

 

174 734 373

 

Limitu massimu

23 082 000 000

 

 

 

23 082 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

57 192 000 000

47 035 409 718

- 8 300 000

 

57 183 700 000

47 035 409 718

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

350 000 000

 

- 8 300 000

 

341 700 000

 

Limitu massimu

56 842 000 000

 

 

 

56 842 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

2.

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

59 642 077 986

57 399 857 331

 

 

59 642 077 986

57 399 857 331

Limitu massimu

60 344 000 000

 

 

 

60 344 000 000

 

Marġni

701 922 014

 

 

 

701 922 014

 

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 191 947 000

43 116 399 417

 

 

43 191 947 000

43 116 399 417

Sottolimitu

43 881 000 000

 

 

 

43 881 000 000

 

Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni

659 000

 

 

 

659 000

 

Marġni tal-FAEG

688 394 000

 

 

 

688 394 000

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

3 786 629 138

3 527 434 894

- 55 441 000

- 47 001 514

3 731 188 138

3 480 433 380

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

985 629 138

 

- 55 441 000

 

930 188 138

 

Limitu massimu

2 801 000 000

 

 

 

2 801 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

11 319 265 627

9 358 295 603

 

- 2 000 000

11 319 265 627

9 356 295 603

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

1 051 265 627

 

 

 

1 051 265 627

 

Limitu massimu

10 268 000 000

 

 

 

10 268 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

5.

Amministrazzjoni

9 942 974 723

9 944 904 743

11 941 000

11 941 000

9 954 915 723

9 956 845 743

Limitu massimu

10 786 000 000

 

 

 

10 786 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

589 143 121

 

 

 

577 202 121

 

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 747 285 803

7 749 215 823

 

 

7 747 285 803

7 749 215 823

Sottolimitu

8 700 000 000

 

 

 

8 700 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

698 832 041

 

 

 

698 832 041

 

Total

165 318 397 322

147 787 439 744

- 70 320 000

- 55 580 514

165 248 077 322

147 731 859 230

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

1 164 344 613

961 862 659

- 73 961 000

- 37 271 858

1 090 383 613

924 590 801

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

1 576 000 000

 

- 8 300 000

 

1 567 700 000

 

Limitu massimu

164 123 000 000

166 709 000 000

 

164 123 000 000

166 709 000 000

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

- 253 882 156

Marġni

1 291 065 135

19 883 422 915

 

 

1 279 124 135

19 901 731 571

 

Strumenti speċjali oħra

870 799 794

705 051 794

- 29 748 635

 

841 051 159

705 051 794

Total Finali

166 189 197 116

148 492 491 538

- 100 068 635

- 55 580 514

166 089 128 481

148 436 911 024

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) .    ĠU L 67, 7.3.2019.
(3)      COM(2019) 300, 15.4.2019.
(4)      COM(2019) 320, 15.5.2019.
(5)      COM(2019) 205, 22.5.2019.
(6)      COM(2017) 536, 20.9.2017.
(7)      COM(2017) 331, 13.6.2017.
(8)      SEC(2019) 250, 5.6.2019.
(9)      COM(2018) 631, 12.9.2018.
(10)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), ĠU L 283, 31.10.2017.
(11)      SEC(2019) 250, 5.6.2019.
(12)      Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L77, 20.3.2019, p. 1). Il-pakkett finanzjarju huwa stabbilit skont l-Artikolu 1(11).
(13)      COM(2019) 252, 5.6.2019.
(14)      COM(2019) 600, 2.7.2019.
(15)      ĠU L54, 22.2.2019, p.3.
(16)      Il-konklużjonijiet tal-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) (10 ta’ April 2019) — EUCO XT 20015/19.
(17)      Deċiżjoni (UE) 2018/937 tat-28 ta’ Ġunju 2018.
(18)      COM(2019) 205, 22.5.2019.
(19)      Il-Kummissjoni Ewropea, Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2019, https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/economic-performance-and-forecasts/economic-forecasts/spring-2019-economic-forecast_en  
(20)      F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/335, jekk il-bażi tal-VAT ta’ Stat Membru taqbeż il-50 % tal-ING tiegħu, din tiġi limitata sa dawn il-50 %. Għall-ABE 4/2019, ħames Stati Membri se jkollhom il-bażi tal-VAT tagħhom limitata għal 50 % tal-ING: Il-Kroazja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, u l-Portugall.
(21)    L-ammonti mmarkati bil-griż jirriżultaw mill-bażijiet tal-VAT limitati, kif spjegat fin-nota f'qiegħ il-paġna preċedenti.
(22)    ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105-111.
(23)    Id-Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Mejju 2014 “Il-kalkolu, l-iffinanzjar, il-pagament u d-dħul fil-baġit tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (“il-korrezzjoni”) skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/KE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi proprja tal-Unjoni Ewropea”.
Top