Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0901

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

COM/2018/901 final

Brussell, 30.11.2018

COM(2018) 901 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 1 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar tal-qafas finanzjarju pluriennali.

F’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 u l-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 2 , wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet u ġie eżawrit kull marġini mhux allokat taħt in-nefqa Sigurtà u Ċittadinanza (intestatura 3), il-Kummissjoni qed tipproponi li fl-2019 jiġi mmobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità. L-ammont annwali disponibbli fl-2019 huwa ta’ EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2011) li jikkorispondi għal EUR 703 miljun fi prezzijiet attwali. Barra minn hekk, EUR 520 miljun huma disponibbli mill-porzjon tal-2018 li ma ntużax.

Din il-mobilizzazzjoni tikkonċerna ammont ta’ EUR 985,6 miljun aktar mil-limitu massimu tal-intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali, u hija maħsuba biex tiffinanzja appoġġ għal miżuri għall-immaniġġjar ta’ kriżijiet tal-migrazzjoni, tar-refuġjati u tas-sigurtà. Flimkien mal-abbozz inizjali tal-baġit tal-2019, il-Kummissjoni għamlet proposta biex timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibilità 3 għall-istess raġuni. Din l-ewwel mobilizzazzjoni, li kienet tinkludi wkoll l-mobilizzazzjoni ta’ EUR 38,1 miljun aktar mil-limitu massimu tal-intestatura 1b biex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-estensjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, issa tħassret u ġiet issostitwita minn proposta oħra 4 , li akkumpanjat din l-ittra emendatorja 1/2019 5 adottata mill-Kummissjoni fid-16 ta’ Ottubru 2018.

Fin-nuqqas ta’ ftehim fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni dwar il-baġit 2019 matul il-perjodu ta’ wieħed u għoxrin jum previst fl-Artikolu 314 § 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li ntemm fil-19 ta’ Novembru 2018, illum il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta abbozz ieħor tal-baġit għall-2019 6 , f’konformità mal-Artikolu 314 § 8 tat-TFUE. Din il-proposta timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibilità li jakkumpanja t-tieni AB u tħassar u tissostitwixxi t-tieni proposta li saret fis-16 ta’ Ottubru 2018.

L-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni proposta tal-Istrument ta’ Flessibilità ġew ikkalkulati fuq il-bażi tar-regoli applikabbli għal prefinanzjament, l-approvazzjoni ta’ prefinanzjament u l-pagamenti finali għad-diversi tipi ta’ miżuri li se jiġu ffinanzjati, u huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f’miljuni ta’ EUR, bil-prezzijiet attwali)

Sena

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-mobilizzazzjoni tal-istrument ta’ flessibilità fl-2019

2019

496,7

2020

198,8

2021

118,5

2022

119,3

2023

52,3

Total

985,6

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba 7 , u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)L-Istrument ta’ Flessibiilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta’ intestatura waħda jew aktar.

(2)Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibilità jlaħħaq il-EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 8 , żdied, kull fejn applikabbli mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta dak l-Artikolu.

(3)Sabiex jiġu iindirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali sinifikanti għall-finanzjament ta’ tali miżuri bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(4)Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limiti massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta’ Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019, aktar mil-limitu massimu tal-intestatura 3 b’ammont ta’ EUR 985 629 138 biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

(5)Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma matul diversi snin ta’ finanzjament.

(6)Sabiex ikun permess l-użu malajr tal-fondi, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2019.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 985 629 138 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza).

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

(2)Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:

(a)EUR 496 697 300 fl-2019;

(b)EUR 198 761 656 fl-2020;

(c)EUR 118 520 503 fl-2021;

(d)EUR 119 297 639 fl-2022;

(e)EUR 52 352 040 fl-2023.

L-ammonti speċifiċi ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3)    COM(2018) 280, 23.5.2018.
(4)    COM(2018) 708, 16.10.2018.
(5)    COM(2018) 709, 16.10.2018.
(6)    COM(2018) 900, 30.11.2018.
(7)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(8)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
Top