This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0445
Regulation (EU) 2016/445 of the European Central Bank of 14 March 2016 on the exercise of options and discretions available in Union law (ECB/2016/4)
Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)
Regolament (UE) 2016/445 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2016 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)
ĠU L 78, 24/03/2016, p. 60–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/04/2022
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/60 |
REGOLAMENT (UE) 2016/445 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta' Marzu 2016
dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6, u l-Artikolu 9(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 89(3), 178(1), 282(6), 327(2), Artikolu 380, Artikoli 395(1), 400(2), 415(3), 420(2), 467(3), 468(3), 471(1), 473(1), 478(3), Artikolu 479(1) u (4), Artikolu 480(3), Artikolu 481(1) u (5), u l-Artikoli 486(6) u 495(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 650/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi implimentattivi fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu u l-Anness II tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(3) u 23(2), u l-Artikolu 24(4) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika u l-analiżi li saret skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bord Superviżorju, approvata skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu s-setgħa li jadotta regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 132 tat-Trattat u l-Artikolu 34 tal-Istatut tas- Sistema Ewropea ta Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), meta jirreferi għall-Artikolu 25.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, jagħti lill-BĊE setgħat regolatorji sa fejn huwa meħtieġ għall-implimetazzjoni ta' kompiti speċifiċi dwar politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. |
(2) |
Fir-rigward ta' rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu l-liġi tal-Unjoni tipprovdi għal opzjonijiet u diskrezzjonijiet li awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw. |
(3) |
Il-BĊE huwa l-awtorità kompetenti fl-Istati Membri kif stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti makroprudenzjali fil-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) ta' dak ir-Regolament u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5). Għaldaqstant għandu l-poteri u l-obbligi kollha li għandhom l-awtoritjajiet kompetenti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-BĊE għandu s-setgħa li jeżerċita l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni. |
(4) |
Il-BĊE iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu fi ħdan l-MSU, li għandu jiżgura li l-politika tal-Unjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tiġi implimentata b'mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri kollha kkonċernati, u li dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità. Fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu, il-BĊE għandu debitament iqis id-diversità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-daqs u l-mudelli tan-negozju tagħhom, kif ukoll il-benefiċċji sistemiċi tad-diversità fl-industrija bankarja tal-Unjoni. |
(5) |
Sabiex tkun żgurata konverġenza progressiva bejn il-livell tal-fondi proprji u l-aġġustamenti prudenzjali applikati għad-definizzjoni ta' fondi proprji fl-Unjoni u għad-definizzjoni ta' fondi proprji stabbilita fil-liġi tal-Unjoni matul il-perijodu tranżitorju, id-dħul f'fażijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jseħħ gradwalment. |
(6) |
L-applikazzjoni konsistenti ta' rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu ġewwa l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-|MSU huwa għan speċifiku tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u huwa fdat lill-BĊE. |
(7) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE japplika l-liġi tal-Unjoni rilevanti kollha u fejn dawn il-liġijiet tal-Unjoni huma komposti mid-direttivi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-direttivi. Meta l-liġi tal-Unjoni relevanti hija komposta minn regolamenti u fejn dawk ir-regolamenti jagħtu espliċitament opzjonijiet u diskrezzjonijiet lill-Istati Membri, il-BĊE għandu japplika wkoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-eżerċizzju ta' dawk l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet. Dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali nazzjonali m'għandhiex taffettwa l-funzjonament bla xkiel tal-MSU li huwa responsabbli għalih il-BĊE. |
(8) |
Dawn l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet ma jinkludux dawk disponibbli biss lill-awtoritajiet kompetenti, li l-BĊE biss huwa kompetenti li jeżerċita u għandu jeżerċita kif jixraq. |
(9) |
Fl-eżerċizzju tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet, il-BĊE, bħala l-awtorità kompetenti, għandu jqis il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, partikolarment it-trattament ugwali, il-proporzjonalità u l-aspettattivi leġittimi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sorveljati. |
(10) |
Fir-rigward tal-aspettattivi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu sorveljati, il-BĊE jirrikonoxxi l-bżonn li jippermetti perijodi tranżitorji meta l-eżerċizzju tiegħu ta' opzjonijiet u diskrezzjonijiet ikunu differenti b'mod sinifikanti mill-approċċ li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, meta l-BĊE jeżerċita l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet tiegħu fir-rigward ta' dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi perijodi tranżitorji xierqa. |
(11) |
L-Artikolu 143(1)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw il-mod tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jispeċifika uħud mill-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet mogħtija lil awtoritajiet kompetenti skont il-liġi tal-Unjoni dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu li qed jeżerċita l-BĊE. Għandu japplika esklużivament fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
KAPITOLU I
FONDI PROPRJI
Artikolu 3
Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta' holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta' kapital skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 1 250 % għall-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
l-ammont ta' holdings kwalifikattivi f'impriżi msemmija fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jaqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta' kreditu; u |
(b) |
l-ammont ta' holdings kwalifikattivi f'impriżi msemmija fl-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jaqbeż il-60 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta' kreditu. |
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA' KAPITAL
Artikolu 4
Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Inadempjenza ta' debitur
Irrispettivament mit-trattament nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw l-istandard “iktar minn 90 jum wara li jkun dovut” għall-kategoriji ta' skoperturi speċifikati fl-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 5
Artikolu 282(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Settijiet ta' hedging
Għal tranżazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 282(6) tar-Regolament Nru (UE) /2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-metodu ta' valutazzjoni skont is-suq kif stabbilit fl-Artikolu 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 6
Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: L-innettjar
1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jużaw l-innettjar bejn pożizzjoni konvertibbli u ta' kumpens fl-istrument sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfatti:
(a) |
qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtorità nazzjonali kompetenti adottat approċċ fejn tittieħed inkunsiderazzjoni l-probabbiltà ta' konvertibbli partikolari jiġi kkonvertit; jew |
(b) |
qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtorità nazzjonali kompetenti ta' fondi proprji biex tkopri kull telf li tista' ġġib magħha l-konverżjoni. |
2. L-approċji adottati mill-awtoritjajiet kompetenti nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu jintużaw fil-pendenza tal-adozzjoni mill-BĊE tal-approċċ tiegħu stess bis-saħħa tal-Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 7
Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rinunzja
Fil-każ ta' ħsara fis-sistema kollha fit-tifsira tal-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-BĊE jikkonferma bi ħruġ ta' stqarrija pubblika, sakemm il-BĊE joħroġ stqarrija pubblika li s-sitwazzjoni msemmija fiha ssewwiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-fondi proprji preskritti fl-Artikoli 378 u 379 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u |
(b) |
in-nuqqas ta' kontroparti li tissalda tranżazzjoni ma għandux jitqies bħala inadempjenza għall-finijiet tar-riskju tal-kreditu. |
KAPITOLU III
SKOPERTURI KBAR
Artikolu 8
Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Limiti tal-iskoperturi kbar
Irrispettivament mit-trattament nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-limitu fuq il-valur ta' skopertura kbira fit-tifsira tal-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandux ikun inqas minn EUR 150 miljun.
Artikolu 9
Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjonijiet
1. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament għal 80 % tal-valur nominali tal-bonds koperti, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
2. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament għal 80 % tal-valur ta' skopertura tagħhom, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
3. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jsiru minn istituzzjoni ta' kreditu lill-impriżi msemmija fih għandhom ikunu eżentati għal kollox mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, iżda l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat iktar fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ssodisfatti u sa fejn dawk l-impriżi huma koperti bl-istess superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jew bi standards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz, kif speċifikat iktar fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
4. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati għal kollox mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat iktar fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
5. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(e) sa (k) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati għal kollox, jew fil-każ tal-Artikolu 400(2)(i) għandhom ikunu eżentati sal-ammont massimu permess, mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
6. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifikati fl- Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll l-Anness rilevanti ta' dan ir-Regolament applikabbli fl-iskopertura speċifika. Il-BĊE jista' jivverifika din il-valutazzjoni fi kwalunkwe żmien u jitlob lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jissottomettu d-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness rilevanti għal dan l-iskop.
7. Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-Istat Membru rilevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni taħt l-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jagħti eżenzjoni sħiħa jew parzjali għall-iskopertura speċifika.
KAPITOLU IV
LIKWIDITÀ
Artikolu 10
Artikolu 415(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Obbligu ta' rapportar
Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħrajn ta' rapportar, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom, skont l-Artikolu 415(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni meħtieġa skont id-dritt nazzjonali għall-finijiet tal-monitoraġġ mal-istandards nazzjonali ta' likwidità, fejn dik l-informazzjoni ma ġietx ipprovduta diġà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 11
L-Artikolu 420(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: Flussi 'l barra ta' likwidità
Meta jiġu vvalutati l-flussi 'l barra ta' likwidità li jirriżultaw minn partiti li mhumiex qegħdin fil-karta tal-bilanċ tal-finanzjament tal-kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 420(2) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sakemm jiġu ddeterminati rati ta' fluss 'l barra speċifiċi mill-BĊE skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu rata ta' fluss 'il barra ta' 5 % kif imsemmi fl-Artikolu 420(2) ta' dak ir-Regolament u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. Il-flussi 'il barra korrispondenti għandhom jiġu rrapportati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (8).
Artikolu 12
Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: Assi Livell 2B
1. Istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti ta' inkorporazzjoni tagħhom ma jistgħux għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża jżommu assi li jagħtu mgħaxijiet jistgħu jinkludu titoli ta' dejn korporattiv bħala assi likwidi tal-livell 2B skont il-kundizzjonijiet kollha speċifikati fl-Artikolu 12(1)(b), inklużi punti (ii) u (iii), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
2. Għal istituzzjonijiet ta' kreditu msemmijin fil-paragrafu 1,il-BĊE jista' jirrivedi perjodikament ir-rekwiżit imsemmi f'dak il-paragrafu u jippermetti eżenzjoni mill-Artikolu 12(1)(b)(ii) u (iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, meta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament Delegat ikunu ġew sodisfatti.
Artikolu 13
Artikolu 24(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 2015/61: Flussi 'l barra minn depożiti bl-imnut stabbli
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont ta' depożiti bl-imnut stabbli koperti bi skema ta' garanzija ta' depożitu kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, iżda l-Kummissjoni għandha tagħti l-approvazzjoni minn qabel tagħha skont l-Artikolu 24(5) ta' dak ir-Regolament Delegat li jiċċertifika li l-kundizzjonijniet kollha tal-Artikolu 24(4) ġew osservati.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013
Artikolu 14
Artikolu 467(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Telf mhux realizzat ikkalkulat b'valur ġust
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-partiti tal-Ekwità Komuni Grad 1 l-perċentwali applikabbli biss ta' telf mhux realizzat fit-tifsira tal-Artikolu 467(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 u inkluż telf fuq skoperturi lil gvernijiet ċentrali kklassifikati fil-kategorija “disponibbli għall-bejgħ”.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet applikabbli ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 2.
Artikolu 15
Artikolu 468(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Qligħ mhux realizzat ikkalkulat b'valur ġust
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ineħħu mill-kalkolu tal-partiti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 l-perċentwali applikabbli biss ta' dħul mhux realizzat fit-tifsira tal-Artikolu 468(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 u inkluż gwadann fuq skoperturi lil gvernijiet ċentrali kklassifikati fil-kategorija “disponibbli għall-bejgħ”.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a) |
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
(b) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet applikabbli li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 2.
Artikolu 16
Artikolu 471(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjoni mit-tnaqqis ta' holdings ta' ekwità f'kumpanniji tal-assigurazzjoni mill-partiti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu permessi biex ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u kumpanniji holding tal-assigurazzjoni mill-partiti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 skont it-trattament stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 471(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. Mill-1 ta' Jannar 2019, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom inaqqsu holdings ta' ekwità f'impriżi ta' assigurazzjoni, impriżi ta' riassigurazzjoni u kumpanniji holding ta' assigurazzjoni mill-partiti tal-Ekwità Komuni Grad 1 tal-Grad 1.
3. Dan l-Artikolu japplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħudin mill-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 17
Artikolu 473(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Introduzzjoni tal-emendi tal-Istandard ta' Kontabbiltà Internazzjonali 19
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iżidu mal-kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 l-ammont imsemmi fl-Artikolu 473(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-fattur applikabbli, li għandu jkun:
(a) |
0,6 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
(b) |
0,4 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
(c) |
0,2 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018; |
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet preċedenti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew il-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament meta dawk id-deċiżjonijiet jew liġi nazzjonali ma jippermettux lill-istituzzjonijiet li jżidu fil-kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 18
Artikolu 478(3)(a),(c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għal tnaqqis minn partiti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1, Grad 1 u Grad 2 addizzjonali
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 478(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
(c) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2018. |
2. Dan l-Artikolu m''għandux japplika għall-assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq il-qligħ fil-futur.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 19
Artikolu 478(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għat-tnaqqis mill-Ekwità Komuni tal-Grad 1 ta' investimenti sinjifikanti f'entitajiet tas-settur finanzjarju u assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq profitt fil-futur
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 478(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għall-finijiet tal-Artikolu 469(1)(a) u (c) ta' dak ir-Regolament għandha tkun:
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
(c) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2018. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 478(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
(c) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2018. |
3. B'deroga mill-paragrafu 2, fejn, bis-saħħa tal-Artikolu 478(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-liġi nazzjonali tipprovdi għal perjodu ta' tneħħija gradwali fuq 10 snin, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a) |
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
(b) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
(c) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018; |
(d) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2019. |
4. Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta' kreditu li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huma suġġetti għal pjanijiet ta' ristrutturar approvati mill-Kummissjoni.
5. Meta istituzzjoni ta' kreditu li tidħol fl-ambitu tal-paragrafu 4 tiġi akkwistata minn jew tingħaqad ma' istituzzjoni ta' kreditu oħra meta l-pjan ta' ristrutturar għadu fis-seħħ mingħajr modifika dwar it-trattament prudenzjali ta' assi tat-taxxa differita, l-eċċezzjoni fil-paragrafu 4 għandha tapplika lill-istituzzjoni ta' kreditu li qed takkwista, l-istituzzjoni ta' kreditu ġdida li tirriżulta mill-għaqda jew istituzzjoni ta' kreditu li tinkorpora l-istituzzjoni ta' kreditu oriġinali, bl-istess mod li applikat għall-istituzzjoni ta' kreditu akkwistata, magħquda jew inkorporata.
6. Il-BĊE jista' jirrevedi l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 fl-2020 skont il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu.
7. Fil-każ ta' żieda mhux mistennija fl-impatt tat-tnaqqis skont il-paragrafi 2 u 3 li l-BĊE jiddetermina li huwa materjali, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitħallew ma japplikawx il-paragrafu 2 jew 3.
8. Meta l-paragrafi 2 u 3 ma japplikawx, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali.
9. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iżda dik il-liġi għandha tistabbilixxi perċentwalijiet li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1, 2 u 3.
Artikolu 20
Artikolu 479(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1 u partiti li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, il-perċentwali applikabbli tal-partiti msemmijin fl-Artikolu 479(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun kkwalifikat bħala riżervi kkonsolidati skont miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandha tikkwalifika bħala kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 skont il-perċentwalijiet stabbiliti hawn taħt.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a) |
40 % matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
(b) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet li huma iktar baxxi minn dawk speċifikati fil-paragrafu 2.
Artikolu 21
Artikolu 480(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati ta' interessi minoritarji u l-kwalifikazzjoni ta' kapital addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, kif hemm fl-Artikolu 480(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-valur tal-fattur applikabbli skont l-Artikolu 480(1) ta' dak ir-Regolament għandu jkun:
(a) |
0,6 matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
(b) |
0,8 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi fatturi li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 22
Artikolu 481(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Filtri u tnaqqis addizzjonali
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' filtri jew tnaqqis meħtieġa skont il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali u msemmija fl-Artikolu 481(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tiegħu, il-perċentwalijiet applikabbli għandhom ikunu:
(a) |
40 % matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
(b) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
2. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw it-trattament ipprovdut mil-liġi nazzjonali sal-ammont li jifdal wara l-filtru jew it-tnaqqis ikunu ġew applikati skont il-paragrafu 1.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tiffissa rekwiżiti iktar stretti minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 23
Artikolu 486(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Limiti għall-partiti ta' anterjorità fil-partiti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1, Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 486 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwalijiet applikabbli għandhom ikunu:
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
(b) |
50 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
(c) |
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018; |
(d) |
30 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019; |
(e) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020; |
(f) |
10 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021. |
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iżda dik il-liġi għandha tistabbilixxi perċentwalijiet li huma iktar baxxi minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 24
Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Trattament ta' skoperturi għal ekwità skont l-Approċċ IRB (Internal Ratings Based)
Il-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-approċċ IRB skont l-Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jinkludu, sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità biss li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu qed jibbenefikaw diġà minn eżenzjoni mit-trattament IRB, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 (10).
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2016.
2. L-Artikolu 4 għandu japplika mill-31 ta' Diċembru 2016 u l-Artikolu 13 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 185, 25.6.2014, p. 1.
(5) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(6) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 340).
(8) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
(9) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(10) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 9).
ANNESS I
Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 400(2)(c) ta-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament
1. |
Dan l-Anness japplika fir-rigward ta' eżenzjonijiet mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-Artikolu 9(3): pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE (1) jitqiesu li huma ekwivalenti. |
2. |
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
3. |
Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:
|
(1) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-reviżjoni applikabbli għal 12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).
(2) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
ANNESS II
Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament
1. |
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
2. |
Barra mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu, sabiex jiġi vvalutat jekk il-korp reġjonali jew ċentrali li miegħu hija assoċjata l-istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk responsabbli għal operazzjonijiet tal-ikklerjar ta' kontanti, kif previst fl-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk il-liġijiet susidjarji jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-korp reġjonali jew ċentrali espliċitament fihomx dawn ir-responsabbiltajiet, inklużi, imma mhux limitati għal dawn li ġejjin:
|
3. |
Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:
|