Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0054

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi

    ĠU L 193, 20/07/2002, p. 12–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/54/oj

    32002L0054



    Official Journal L 193 , 20/07/2002 P. 0012 - 0032


    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE

    tat-13 ta’ Ġunju 2002

    dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi [2] ġiet emendata spiss u sostanzjalment [3]. Għal raġunjiet ta’ ċarezza u razjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kodifikata.

    (2) Il-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor u pitravi ta’ l-għalf (minn issa l-quddiem msejjħa bħala "pitravi") tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità.

    (3) Riżultati sodisfaċenti fil-koltivazzjoni tal-pitravi jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq l-użu ta’ żerriegħa xierqa.

    (4) Produttività akbar tista’ tinkiseb fil-koltivazzjoni tal-pitravi fil-Komunità jekk għall-għażla ta’ varjetajiet permessi li jinbiegħu fl-Istati Membri jkunu japplikaw regoli uniformi li huma stretti kemm jista’ jkun. Katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli huwa għalhekk provvdut fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE [4].

    (5) Huwa mixtieq li tiġi stabbilita skema ta’ ċertifikazzjoni uniformi għall-Komunità ibbażata fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ skemi fl-Istati Membri u dawk ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u ta’ l-Iżvilupp. Fil-kuntest ta’ konsolidazzjoni tas-suq intern, l-iskema tal-Komunità m’għandhiex toffri possibiltajiet għal Stati Membri biex jidderogaw unilateralment mill-iskema b’tali mod li jitfixkel il-moviment ħieles ta’ żerriegħa fil-Komunità.

    (6) Bħala regola ġenerali, żerriegħa tal-pitravi għandha titħalla tinbiegħ fis-suq biss jekk tkun eżaminata uffiċjalment u ċertifikata, skond ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni, bħala żerriegħa bażika jew żerrriegħa ċertifikata. L-għażla tat-termini tekniċi "żerriegħa bażika" u "żerriegħa ċertifikata" hija bbażata fuq terminoloġija internazzjonali diġà eżistenti. Għandu jkun possibbli taħt kondizzjonijiet speċifiċi li jitqegħdu fis-suq żerriegħa mnissla ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mkabbra.

    (7) Regoli tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għal żerriegħa maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi.

    (8) Sabiex tittejjeb il-kwalità ta’ żerriegħa tal-pitravi tal-Komunità, ċerti ħtiġijiet iridu jiġu preskritti rigward, fost oħrajn, polyploidy, monogermity, segmentazzjoni, purità analitika, ġerminazzjoni u kontenut ta’ umdità.

    (9) Sabiex tiġi żgurata l-identità taż-żerriegħa, regoli tal-Komunità dwar pakkeġġjar, teħid ta’ kampjuni, siġillar u mmarkar iridu jiġu stabbiliti. Għal dan il-għan tikketti għandhom jagħtu l-partikolaritajiet meħtieġa għall-verifikazzjoni uffiċjali u għat-tagħrif tal-bidwi u għandhom juru b’mod ċar in-natura Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni.

    (10) Għandhom jiddaħħlu regoli għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa trattata kimikament, żerriegħa xierqa għat-tkabbir organiku kif ukoll il-konservazzjoni permezz ta’ l-użu, fuq il-post, ta’ varjetajiet mhedda minn erożjoni ġenetika.

    (11) Derogi għandhom jiġu permessi taħt ċerti kondizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tat-Trattat. L-Istati Membri li qed jagħmlu użu tad-derogi għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament rigward spezzjoni.

    (12) Sabiex jiġi żgurat li ż-żewġ ħtiġijiet rigward il-kwalità taż-żerriegħa u d-disposizzjonijiet biex tiġi żgurata l-identità tagħha huma mħarsa matul il-bejgħ fis-suq, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzjoni għal arranġamenti ta’ kontroll xierqa.

    (13) Żerriegħa li tissodisfa dawn il-ħtiġijiet m’għandhiex, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tat-Trattat, tkun suġġetta għal restrizzjonijiet oħra għajr dawk provvduti fir-regoli tal-Komunità.

    (14) Bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, żerriegħa moltiplikata f’pajjiż ieħor minn żerriegħa bażika ċertifikata fi Stat Membru għandha tiġi ċertifikata bħala żerriegħa moltiplikata f’dak l-Istat Membru.

    (15) Disposizzjoni għandha ssir biss biex jiġi awtorizzat il-bejgħ fis-suq fil-Komunità ta’ żerriegħa tal-pitravi maħsuda f’pajjiżi terzi jekk żerriegħa bħal din toffri l-istess assigurazzjonijiet bħal żerriegħa uffiċjalment ċertifikata fil-Komunità u tħares ir-regoli tal-Komunità.

    (16) Matul perjodi li fihom ikun hemm diffikultajiet biex jinkisbu provvisti ta’ żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji varji, żerriegħa ta’ kategorija suġġetta għal ħtiġijiet inqas strinġenti, kif ukoll żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet jew fil-Katalgu nazzjonali ta’ Varjetajiet, għandhom temporanjament jingħataw il-permess biex jinbiegħu fis-suq.

    (17) Sabiex jiġu armonizzati l-metodi tekniċi ta’ ċertifikazzjoni użati fl-Istati Membri u biex ikunu jistgħu jsiru paraguni bejn iż-żerriegħa ċertifikata fil-Komunità u dik li tiġi minn pajjiżi terzi, testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri biex jippermettu kontroll ta’ wara annwali tal-kategorija "żerriegħa ċertifikata".

    (18) Huwa mixtieq li jiġu organizzati esperimenti temporanji għall-għan li jfittxu alternattivi mtejjba għal ċerti elementi ta’ l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni adottati taħt din id-Direttiva.

    (19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

    (20) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-terminu perentorju għat-traspożizzjoni tad-Direttivi dikjarati fl-Anness V, parti B.

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni bil-ħsieb ta’ marketing, u għall-marketing żerriegħa tal-pitravi fil-Komunità.

    M’għandhiex tapplikaw għal żerriegħa tal-pitravi maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

    L-Artikolu 2

    1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) "marketing": għandu jfisser il-bejgħ, żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, offertà għall-bejgħ u kull rimi/qerda, provvista jew trasferiment immirati lejn esplojtazzjoni kummerċjali ta’ żerriegħa lejn pajjiżi terzi, sewwa jekk biex tiġi kkunsidrata u sewwa jekk le.

    Kummerċ f’żerriegħa mhux immirata għal esplojtazzjoni kummerċjali tal-varjetà, bħal ma huma l-operati li ġejjin, m’għandux jitqies bħala marketing:

    - il-provvista ta’ żerriegħa għal testjar uffiċjali u korpijiet ta’ spezzjoni,

    - il-provvista ta’ żerriegħa għal provvedituri ta’ servizzi għal ipproċessar jew pakkeġġjar, basta iżda li l-provveditur ta’ servizzi ma jakkwistax titolu għaż-żerriegħa fornita b’dan il-mod.

    Il-provvista ta’ żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lil provvedituri ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ ċerti materji primi agrikoli, maħsuba għal għanijiet industrijali, jew propagazzjoni ta’ żerriegħa għal dak il-għan, m’għandhiex titqies iktar bħala bejgħ fis-suq, basta iżda li l-provveditur tas-servizzi ma jakkwistax titolu jew għaż-żerriegħa fornit b’dan il-mod kif ukoll għall-prodott tal-ħsad. Il-fornitur taż-żerriegħa għandu jipprovdi l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni b’kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmul mal-provveditur tas-servizzi u din għandha tinkludi l-livelli u l-kondizzjonijiet li jintlaħqu korrentement miż-żerriegħa provvduta.

    Il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din id-disposizzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

    (b) "pitravi": tfisser pitravi taz-zokkor u ta’ l-għalf ta’ l-ispeċje Beta vulgaris L.;

    (ċ) "żerriegħa bażika": tfisser żerriegħa

    (i) li ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta’ dak li jrabbi skond prattiċi definiti sew għall-manutenzjoni tal-varjetà;

    (ii) li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċertifikata";

    (iii) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I għal żerriegħa bażika; u

    (iv) li instabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fuq;

    (d) "żerriegħa ċertifikata": tfisser żerriegħa

    (i) li hija ta’ dixxendenza diretta minn żerriegħa bażika;

    (ii) li hija maħsub għall-produzzjoni tal-pitravi;

    (iii) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ punt (b) ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I għal żerriegħa ċertifikata; u

    (iv) - li instabet minn eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fuq,jew

    - fil-każ tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I(A), instabet li tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet jew permezz ta’ eżami uffiċjali jew permezz ta’ eżami mwettaq taħt sorveljanza uffiċjali.

    (e) "żerreigħa monogerm": tfisser żerriegħa ġenetikament monogerm;

    (f) "żerriegħa ta’ preċiżjoni": tfisser żerriegħa disinjata għall-użu fi drills ta’ preċiżjoni li, kif meħtieġ taħt l-Anness I, parti B(3)(b)(bb) u (ċċ), jagħti xtieli mnittba miż-żerriegħa waħdiena;

    (g) "miżuri uffiċjali": tfisser miżuri meħuda

    (i) minn awtoritajiet ta’ l-Istat; jew

    (ii) minn xi persuna legali kemm jekk irregolata mill-pubbliku u kemm jekk permezz ta’ liġi privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat; jew

    (iii) fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma wkoll taħt il-kontroll ta’ l-Istat, minn xi persuna naturali marbuta b’ġurament b’mod korrett għal dak il-għan;

    basta iżda li l-persuni msemmija taħt (ii) u (iii) ma jieħdu l-ebda qligħ privat minn miżuri bħal dawn.

    (h) "pakketti żgħar tal-KE": ifissru pakketti li jikkontjenu ż-żerriegħa ċertifikati li ġejjin:

    (i) żerriegħa monogerm jew ta’ preċiżjoni: li ma jaqbżux l-100000clusters jew qmugħ jew piż nett ta’ 2,5 kg minbarra, fejn xieraq pestiċidi granulati, sustanzi tal-gerbub jew addittivi solidi oħra;

    (ii) żerriegħa oħra għajr monogerm jew żerriegħa ta’ preċiżjoni: li ma jaqbżux piż nett ta’ 10 kg, minbarra, fejn xieraq, pestiċidi granulati, sustanzi tal-gerbub jew addittivi solidi oħra.

    2. It-tipi differenti ta’ varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għal ċertifikazzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

    3. Meta jitwettaq l-eżami taħt sorveljanza uffiċjali riferita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1(d)(iv) hawn fuq, il-ħtiġijiet li ġejjin għandhom jiġu mħarsa:

    (a) l-ispetturi għandhom:

    (i) ikollhom il-kwalifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa;

    (ii) ma jieħdu l-ebda qligħ privat f’konnessjoni mat-twettieq ta’ l-ispezzjonijiet;

    (iii) ikunu uffiċjlament liċenzjati mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta’ l-Istat Membru konċernat u dan il-liċenzjar għandu jinkludi jew it-teħid ta’ ġurament mill-ispetturi jew l-iffirmar minn spetturi ta’ dikjarazzjoni bil-miktub għar-regoli li jirregolaw eżamijiet uffiċjali;

    (iv) iwettqu spezzjonijiet taħt sorveljanza uffiċjali bi qbil mar-regoli applikabbli għal spezzjonijiet uffiċjali;

    (b) l-uċuh tar-raba’’ taż-żerriegħa li trid tiġi spezzjonata għandu jitkabbar minn żerriegħa li għaddiet minn kontroll ta’ wara uffiċjali, li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti;

    (ċ) proporzjon ta’ l-uċuħ tar-raba’ taż-żerriegħa għandu jiġi spezzjonat minn spetturi uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun 10 % għal uċuh tar-raba’ self-pollinated u 20 % għal uċuh tar-raba’ cross-pollinated jew, għal dawk l-ispeċi li għalihom l-Istati Membri provvdew għal testjar taż-żerriegħa fil-laboratorju uffiċjali permezz ta’ proċeduri morfoloġiċi, fiżjoloġiċi, jew fejn xieraq, proċeduri bijokimiċi biex tiġi identifikata l-varjetà u tiġi stabbilita l-purità, 5 % u 15 % rispettivament;

    (d) proporzjon ta’ kampjuni minn lottijiet ta’ żerriegħa maħsuda minn uċuh tar-raba’’ taż-żerriegħa għandu jitfassal għal kontroll ta’ wara uffiċjali u, fejn xieraq, għal testjar taż-żerriegħa fil-laboratorju rigward l-identità tal-varjetà u l-purità.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali applikabbli għal ksur tar-regoli fl-ewwel subparagrafu, li jirregola eżami taħt sorveljanza uffiċjali. Il-penali li jipprovdu jistgħu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Penali jistgħu jinkludu l-irtirar ta’ l-għarfien riferit fl-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii), minn spetturi liċenzjati uffiċjalment li jinstabu ħatja li deliberatament jew b’mod negliġenti kisru r-regoli li jirregolaw eżamijiet uffiċjali. Kull ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata għandha tiġi annullata fil-każ ta’ ksur bħal dan sakemm ikun jista’ jintwera li żerriegħa bħal din tilħaq il-ħtiġijiet rilevanti kollha.

    4. Miżuri oħra applikabbli għat-twettieq ta’ eżamijiet taħt sorveljanza uffiċjali jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

    Sakemm jiġu adottati miżuri bħal dawn, il-kondizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/540/KEE [6] għandhom jiġu segwiti.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-pitravi ma tistax titqiegħed fis-suq sakemm ma tkunx uffiċjalment ċertifikata bħala "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċertifikata".

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet uffiċjali ta’ żerriegħa jitwettqu bi qbil ma’ metodi korrenti internazzjonalment, sakemm jeżistu dawn il-metodi.

    L-Artikolu 4

    Minkejja l-Artikolu 3(1), L-Istati Membri għandhom jipprovdu li

    - bred seed ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika, u

    - żerriegħa kif imkabbra, mibjugħa għal proċessar, basta iżda li l-identità taż-żerriegħa hija żgurata, tista’ titqiegħed fuq is-suq.

    L-Artikolu 5

    L-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ deroga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3,

    (a) jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-marketing ta’ żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I rigward ġerminazzjoni; għal dan il-għan il-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex jiżguraw li l-fornitur jiggarantixxi ġerminazzjoni speċifika li jiddikjara għal għanijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li ġġorr ismu u l-indirizz u n-numru ta’ referenza tal-lott taż-żerriegħa;

    (b) sabiex iż-żerriegħa ssir rapidament disponibbli, minkejja l-fatt li l-eżami uffiċjali biex tiġi spezzjonata konformità mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I rigward ġerminazzjoni ma ġietx konkluża, tiġi awtorizzata ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-marketing sa l-ewwel xerrej permezz ta’ kummerċ ta’ żerriegħa tal-kategoriji "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċertifikata". Ċertifikazzjoni għandha tingħata biss fuq presentazzjoni ta’ rapport analitiku proviżorju dwar iż-żerriegħa u basta iżda li l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel reċipjent huma ndikati; il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-fornitur jiggarantixxi l-ġerminazzjoni aċċertata fl-analiżi proviżorja; din il-ġerminazzjoni għandha tiġi ddikjarata għal għanijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li ġġorr l-isem u l-indirizz tal-fornitur u n-numru ta’ referenza tal-lott.

    Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx jgħoddu għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, minbarra kif provvdut mod ieħor mill-Artikolu 22 rigward moltiplikazzjoni barra mill-Komunità.

    L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga provvduta jew fis-subparagrafu (a) jew (b) għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament rigward kontroll.

    L-Artikolu 6

    1. Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi fit-territorju tagħhom biex iqegħdu fuq is-suq:

    (a) kwantitajiet żgħar ta’ żerriegħa għal għanijiet xjentifiċi jew xogħol ta’ għażla;

    (b) kwantitajiet xierqa ta’ żerriegħa għal għanijiet oħra ta’ test jew prova, basta iżda li jappartjenu għal varjetajiet għal liema applikazzjoni għad-dħul fil-katalgu ġiet sottomessa fl-Istat Membru msemmi.

    Fil-każ ta’ materjal modifikat ġenetikament, awtorizzazzjoni bħal din tista’ tingħata biss jekk il-miżuri xierqa kollha ttieħdu biex jevitaw effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent. Għall-istima ta’ riskju ambjentali li trid titwettaq f’dan ir-rigward, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/53/KE għandhom jgħoddu kif mistħoqq.

    2. L-għanijiet għal liema l-awtorizzazzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1(b) jistgħu jingħataw, id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma l-immarkar ta’ pakketti, u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni bħal din għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

    3. Awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel l-14 ta’ Diċembru 1998 mill-Istati Membri lil produtturi fit-territorju tagħhom għall-għanijiet iddikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 2. Wara, l-awtorizzazzjonijiet kollha bħal dawn għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet stabbiliti bi qbil mal-paragrafu 2.

    L-Artikolu 7

    L-Istati Membri jistgħu, rigward il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, jimponu ħtiġijiet addizzjonali jew aktar strinġenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom.

    L-Artikolu 8

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni ta’ komponeneti ġenealoġiċi li jistgħu jinħtieġu tiġi, jekk dak li jrabbi jitlob hekk, trattata bħala kunfidenzjali.

    L-Artikolu 9

    1. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li, għall-ispezzjonar ta’ varjetajiet u għall-eżami ta’ żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni jitfasslu uffiċjalment bi qbil ma’ metodi xierqa.

    2. Għall-eżami ta’ żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni għandhom jitfasslu minn lottijiet omoġenji; il-piż massimu ta’ lott u l-piż minimu ta’ kampjun jingħataw fl-Anness II.

    L-Artikolu 10

    1. L-Istati Membri jeħtieġu li żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata tista’ tinbiegħ biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u f’pakketti siġillati li jġorru, kif preskritt fl-Artikolu 11, 12 jew 13, kif xieraq, sistema ta’ siġillar u ta’ mmarkar.

    2. L-Istati Membri jistgħu għal bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għal derogazzjonijiet mid-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 rigward pakkeġġjar, siġillar u mmarkar.

    L-Artikolu 11

    1. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti ta’ żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata, minbarra fejn żerriegħa tal-kategorija ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ pakketti tal-KE żgħar, jiġu siġillati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġillar jew titħalla xiehda ta’ tbagħbis fuq jew it-tikketta uffiċjali provvduta fl-Artikolu 12 jew il-pakkett.

    Sabiex jiġi żgurat siġillar, sistema ta’ siġillar għandha tkopri għall-inqas jew it-tikketta uffiċjali jew it-twaħħil ta’ siġill uffiċjali.

    Il-miżuri provvduti fit-tieni subparagrafu m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn tintuża sistema ta’ siġillar li ma tintużax mill-ġdid.

    Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi stabbilit jekk sistema ta’ siġillar partikolari taderixxix mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

    2. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li, minbarra fil-każ ta’ pakketti żgħar tal-KE, pakketti m’għandhomx jiġu siġillati mill-ġdid f’okkażjoni waħda jew aktar sakemm dan isir b’mod uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali. Jekk il-pakketti jiġu siġillati mill-ġdid, il-fatt tas-siġillar mill-ġdid, id-data tas-siġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għalhekk għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 12.

    3. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti żgħar tal-KE jiġu siġillati b’tali manjiera li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġillar jew ma titħalla xiehda ta’ tbagħbis tat-tikketta jew pakkett. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi stabbilit jekk sistema ta’ siġill partikolari tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Pakketti m’għandhomx jiġu siġillati mill-ġdid f’okkażjoni waħda jew aktar minbarra taħt sorveljanza uffiċjali.

    L-Artikolu 12

    L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti ta’ żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata, minbarra fejn żerriegħa tal-kategorija ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar tal-KE:

    (a) jiġu tikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma ntużatx qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness III, parti A, u li fuqha t-tagħrif jingħata f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għal żerriegħa bażika u blu għal żerriegħa ċertifikata. Meta tintuża tikketta bi string-hole, it-twaħħil tagħha għandha tiġi żgurata b’siġill uffiċjali. Jekk, f’każijiet taħt punt (a) ta’ l-Artikolu 5, iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I rigward ġerminazzjoni, dan il-fatt għandu jiġi dikjarat fuq it-tikketta. L-użu ta’ tikketti uffiċjali għandhom jiġu awtorizzati. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2) l-istampar li ma jitħassarx taħt sorveljanza uffiċjali tat-tagħrif preskritt fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta jista’ jiġi awtorizzat;

    (b) jikkontjenu dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jagħti għall-inqas it-tagħrif meħtieġ taħt l-Anness III, parti A(I)(3), (5), (6), (11) u (12). Dan id-dokument jista’ jitfassal f’tali manjiera li ma jistax jiġi konfuż mat-tikketta uffiċjali riferita taħt (a). Dan id-dokument mhuwiex meħtieġ jekk it-tagħrif huwa stampat b’mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-disposizzjonijiet taħt (a), tintuża tikketta mwaħħla bil-kolla jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

    L-Artikolu 13

    1. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti żgħar tal-KE:

    (a) iġorru fuq barra, skond l-Anness III, parti B, tikketta ta’ fornitur, avviż stampat jew timbru f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità; fil-każ ta’ pakketti trasparenti din it-tikketta tista’ titpoġġa ġewwa, basta li tista’ tinqara minn ġol-pakkett; it-tikketta għandha tkun ta’ kulur abjad għal żerriegħa bażika u ta’ kulur blu għal żerriegħa ċertifikata.

    (b) iġorru fuq barra jew fuq it-tikketta tal-fornitur provvdut f’punt (a) numru tas-serje allokat uffiċjalment; jekk tintuża tikketta li titwaħħal bil-kolla, it-tikketta għandha tkun ta’ kulur abjad għal żerriegħa bażika u ta’ kulur blu għal żerriegħa ċertifikata; il-metodi għat-twaħħil tan-numru tas-serje msemmi jista’ jiġi ffissat bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

    2. L-Istati Membri jistgħu jinħtieġu li tikketta li titwaħħal bil-kolla uffiċjali li tikkontjeni t-tagħrif kollu jew parti minnu preskritt fl-Anness III, parti B, tintuża’ għal immarkar ta’ pakketti żgħar tal-KE ippakkjati fit-territorju tagħhom; sakemm u safejn it-tagħrif jingħata fuq tikketta bħal din, l-immarkar provvdut f’punt (a) ta’ paragrafu 1 m’għandhux jinħtieġ.

    L-Artikolu 14

    L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fuq talba, pakketti żgħar tal-KE ta’ żerriegħa ċertifikata huma siġillati u mmarkati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali skond l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12.

    L-Artikolu 15

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fil-każ ta’ pakketti żgħar ta’ żerriegħa, l-identità taż-żerriegħa tista’ tiġi spezzjonata partikolarment fil-ħin ta’ meta l-lottijiet taż-żerriegħa huma mqassma. Għal dan il-għan, jistgħu jinħtieġu li pakketti żgħar imqassma fit-territorju tagħhom jiġu siġillati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali.

    L-Artikolu 16

    1. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi provvdut li, f’każijiet oħra għajr dawk diġa’ provvduti f’din id-Direttiva, pakketti ta’ żerriegħa bażika jew ċertifikata ta’ kull kwalità għandhom iġorru tikketta tal-fornitur (li tista’ jew tkun tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ tagħrif tal-fornitur stampata fuq il-pakkett inniffsu). Il-partikolaritajiet li jridu jiġu provvduti fuq tikketta bħal din għandhom jiġu stabbiliti wkoll skond il-proċeduta riferita fl-Artikolu 28(2).

    2. Il-tikketta riferita fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’tali manjiera li ma tistax tiġi konfuża mat-tikketta uffiċjali riferita fl-Artikolu 12.

    L-Artikolu 17

    Fil-każ ta’ żerriegħa ta’ varjetà li kienet modifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew le, li hija mwaħħla ma’ jew takkumpanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandha tindika b’mod ċar li l-varjetà ġiet modifikata ġenetikament.

    L-Artikolu 18

    L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li kull trattament kimiku ta’ żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata għandu jiġi nnotat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett jew ġo fih.

    L-Artikolu 19

    Għall-għan ta’ tfittxija ta’ alternattivi aħjar għal ċerti disposizzjonijiet dikjarati f’din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 28(2).

    Fil-qafas ta’ esperimenti bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati minn ċertu obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-kobor ta’ dak ir-rilaxx għandu jiġi definit b’referenza għad-disposizzjonijiet għal liema jgħodd. It-tul ta’ żmien ta’ esperiment m’għandux jaqbeż is-seba’ snin.

    L-Artikolu 20

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa li titqiegħed fuq is-suq taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sewwa jekk mandatorji jew diskrezzjonali, mhijiex suġġetta għal restrizzjonijiet ta’ bejgħ fis-suq rigward il-karatteristiċi tagħha, il-ħtiġijiet ta’ eżami, mmarkar u siġillar oħra għajr dawk preskritti f’din id-Direttiva jew f’xi oħra.

    L-Artikolu 21

    Il-kondizzjonijiet taħt liema bred seed ta’ ġenerazzjonijiet qabel żerriegħa bażika tista’ titqiegħed fuq is-suq taħt l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4 għandhom ikunu kif ġej:

    (a) għandha tkun uffiċjalment spezzjonata mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni kompetenti skond id-disposizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa bażika;

    (b) trid tkun ippakkjata skond din id-Direttiva, u

    (ċ) il-pakketti jridu jġorru tikketta uffiċjali li tagħti mill-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

    - awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-abbrevjazzjoni distingwibbli tagħhom,

    - numru ta’ referenza tal-lott,

    - xahar u sena ta’ meta jsir is-siġillar, jew

    - xahar u sena ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni uffiċjali għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni,

    - speċi, indikati għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tiegħu, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,

    - varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani,

    - id-deskrizzjoni "żerriegħa pre-bażika",

    - numru ta’ ġenerazzjonijiet li jiġu qabel iż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċertifikata".

    It-tikketta għandha tkun bajda b’linja dijagonali vjola.

    L-Artikolu 22

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-pitravi

    - li ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika uffiċjalment ċertifikata fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li ngħata ekwivalenza taħt l-Artikolu 23(1)(b), u

    - li ġiet maħsuda fi Stat Membru ieħor,

    għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2002/53/KE, tkun ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’xi Stat Membri jekk dik iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti A, għall-kategorija rilevanti u jekk eżami uffiċjali tkun uriet li l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti B għall-istess kategorija huma sodisfatti.

    Fejn f’każijiet bħal dawn iż-żerriegħa ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, tal-kondizzjonijiet preskritti f’dik il-kategorija huma sodisfatti.

    2. Żerriegħa tal-pitravi li ġiet maħsuda fil-Komunità u li hija maħsuba għal ċertifikazzjoni skond paragrafu 1 għandha:

    - tiġi ppakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness IV(A) u (B), skond l-Artikolu 11(1), u

    - tiġi akkumpanjata minn dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness IV(C).

    Id-disposizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu dwar pakkeġġjar u tikkettjar jistgħu jiġu rinunzjati jekk l-awtoritajiet responsabbli għal spezzjoni fuq il-post, dawk li jfasslu d-dokumenti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa li ma ġewx ċertifikati definittivament u dawk responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni huma l-istess, jew jekk jaqblu fuq l-eżenzjoni.

    3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li żerriegħa tal-pitravi

    - li ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika uffiċjalment ċertifikata fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li ngħata ekwivalenza taħt l-Artikolu 23(1)(b), u

    - li ġiet maħsuda fi pajjiż terz,

    għandha, fuq talba, tkun ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’xi wieħed minn dawk l-Istati Membri, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet min spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni ta’ ekwivalenza magħmula taħt l-Artikolu 23(1)(a), għall-kategorija rilevanti, u jekk eżami uffiċjali jkun wera li l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti B għall-istess kategorija huma sodisfatti. Stati Membri oħra jistgħu jawtorizzaw ċertifikazjzoni uffiċjali ta’ żerriegħa bħal din.

    L-Artikolu 23

    1. Huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jistabbilixxi jekk:

    (a) fil-każ provvdut fl-Artikolu 22, l-ispezzjonijiet fuq il-post fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti A;

    (b) żerriegħa tal-pitravi maħsuda f’pajjiż terz u li toffri l-istess assigurazzjoni rigward il-karatteristiċi u l-arranġamenti għall-eżami tagħha, biex tiġi żgurata l-identità tagħha, għal immarkar u għal kontroll hija ekwivalenti f’dan ir-rigward għal żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata maħsuda fil-Komunità u li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll rigward xi Stat Membru ġdid mid-data ta’ l-adeżjoni tiegħu sad-data li fiha se jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 24

    1. Sabiex jitneħħew xi diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali ta’ żerriegħa bażika jew ċertifikata li jinstabu fil-Komunità u ma jistgħux jiġu megħluba mod ieħor, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2) li l-Istati Membri għandhom jippermettu għal perjodu speċifikat, il-bejgħ fis-suq matul il-Komunità f’kwantitajiet meħtieġa biex jiġu risolti d-diffikultajiet ta’ fornitura ta’ żerriegħa ta’ kategorija suġġetta għal restrizzjonijiet inqas strinġenti, jew ta’ żerriegħa ta’ varjetà mhux inkluża fil-"Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

    2. Għal kategorija ta’ żerriegħa ta’ xi varjetà msemmija, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provvduta fil-kategorija korrispondenti; għal żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-katalgi msemmija fuq il-kulur tat-tikketta uffiċjali għandu jkun kannella. It-tikketta għandha tiddikjara dejjem li ż-żerriegħa msemmija hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġijiet inqas strinġenti.

    3. Regoli sabiex jiġi applikat paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

    L-Artikolu 25

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjonijiet uffiċjali jitwettqu rigward il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi, għall-inqas permezz ta’ spezzjonijiet magħmula bla ħsieb, biex tiġi verifikata konformità mal-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-moviment ħieles ta’ żerriegħa fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet li jaqbżu ż-żewġ kilogrammi ta’ żerriegħa importata minn pajjiżi terzi:

    (a) speċje;

    (b) varjetà;

    (ċ) kategorija;

    (d) pajjiż ta’ produzzjoni u awtorità ta’ spezzjoni uffiċjali;

    (e) pajjiż ta’ dispaċċ;

    (f) importatur;

    (g) kwantità ta’ żerriegħa.

    Il-manjiera li fiha dawn il-partikolaritajiet iridu jiġu preżentati tista’ tiġi stabbilita bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

    L-Artikolu 26

    1. Testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara ta’ kampjuni ta’ żerriegħa tal-pitravi ċertifikata meħuda waqt it-teħid ta’ kampjuni. Sodisfazzjoni tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tikkonforma tista’ tiġi spezzjonata matul it-testijiet ta’ kontroll ta’ wara. L-arranġamenti biex isiru t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu sottomessi lill-kumitat riferit fl-Artikolu 28(1).

    2. Dawn it-testijiet komparattivi għandhom jiġu wżati biex jarmonizzaw il-metodi ta’ teknika ta’ ċertifikazzjoni sabiex jinkisbu r-riżultati li huma ekwivalenti. Malli tinkiseb din il-mira, rapporti ta’ progress annwali għandhom isiru fuq it-testijiet komparattivi u jiġu mibgħuta b’mod kunfidenzjali lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), tiddikjara d-data għall-ewwel rapport.

    3. Il-Kummissjoni, li taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex jitwettqu t-testijiet komparattivi. Żerriegħa tal-pitravi maħsuda f’pajjiżi terzi tista’ tiġi nkluża fit-testijiet komparattivi.

    L-Artikolu 27

    Emendi li jridu jsiru għall-kontenut ta’ l-annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

    L-Artikolu 28

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija mwaqqfa mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 66/399/KEE [7].

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

    L-Artikolu 29

    Din id-Direttiva għandha mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi ta’ protezzjoni ta’ saħħa u ħajja umana, ta’ l-annimali jew tal-pjanti jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali.

    L-Artikolu 30

    1. Kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ta’:

    (a) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tinbiegħ;

    (b) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa tista’ tinbiegħ fis-suq rigward il-konservazzjoni fuq il-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, inklużi taħlitiet ta’ speċi li jinkludu wkoll speċi mniżżla f’lista fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/53/KE, u huma assoċjati ma’ abitati naturali u semi naturali speċifiċi u huma mhedda minn erożjoni ġenetika;

    (ċ) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa adattata għal produzzjoni organika tista’ tinbiegħ;

    2. Il-kondizzjonijiet speċifiċi riferiti fil-paragrafu 1, punt (b) għandhom jinkludu b’mod partikolari il-punti li ġejjin:

    (a) iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandha tkun ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa f’żoni definiti;

    (b) restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.

    L-Artikolu 31

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

    L-Artikolu 32

    Mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti evalwazzjoni dettaljata tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni mdaħħla mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/96/KE. Din l-evalwazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-effetti possibbli fuq il-kwantità taż-żerriegħa.

    L-Artikolu 33

    1. Id-Direttiva 66/400/KEE kif emendata mid-Direttivi mniżżla f’lista fl-Anness V, parti A, huma hawnhekk mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni tad-Deċiżjonijiet imsemmija mfassla fl-Anness V, parti B.

    2. Ir-referenzi għad-Direttivi għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness VI.

    L-Artikolu 34

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 35

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kunsill

    M. Rajoy Brey

    Il-President

    [1] Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ April 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/96/KE (ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27).

    [3] Ara l-Anness V, parti A.

    [4] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [5] ĠU L 184, tas-17.7.99, p. 23.

    [6] ĠU L 286, ta’ l-4.10.1989, p. 24. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 96/336/KE (ĠU L 128, tad-29.5.1996, p. 23).

    [7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2289/66.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    KONDIZZJONIJIET GĦAL ĊERTIFIKAZZJONI

    A. Uċuħ tar-raba’’

    1. Il-ħsad ta’ qabel ta’ l-għalqa m’għandhiex tkun inkompatibbli mal-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ Beta vulgaris tal-varjetà ta’ l-uċuħ tar-raba’’, u l-għalqa għandha tkun ħielsa biżżejjed minn pjanti bħal dawn li huma voluntiera minn ħsad li jkun sar qabel.

    2. L-uċuħ tar-raba’’ għandu jkollhom identità suffiċjenti u purità ta’ varjetà.

    3. Il-produttur taż-żerriegħa għandu jissottometti l-moltiplikazzjonijiet kollha ta’ varjetà msemmija ta’ żerriegħa għal eżami mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

    4. Fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha, għandu jkun hemm għall-inqas spezzjoni waħda ta’ għalqa, jew uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali, u fil-każ ta’ żerriegħa bażika għall-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali ta’ għelieqi, waħda ta’ stecklings u waħda ta’ pjanti li jipproduċu ż-żerriegħa.

    5. Il-kondizzjoni kulturali tal-qasam u l-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ l-uċuħ tar-raba’’ għandha tkun li tippermetti li jiġu spezzjonati adegwatament identità u purità varjetali.

    6. Id-distanzi minimi minn sorsi viċini ta’ polline għandhom ikunu:

    Uċuħ tar-raba' | Distanza minima |

    | |

    1. | Għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika: |

    -minn xi sorsi ta' polline tan-nisel Beta | 1000 m |

    2. | Għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċertifikata: | |

    (a)ta' pitravi taz-zokkor: | |

    -minn xi sorsi ta' polline tan-nisel Beta mhux inklużi isfel | 1000 m |

    -il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators maħsuba li huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor tetraploid | 600 m |

    -il-pollinatur maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor diploid | 600 m |

    -minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor, il-ploidy ta' liema mhuwiex magħruf | 600 m |

    -il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators maħsuba li huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor diploid | 300 m |

    -il-pollinator maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor tetraploid | 300 m |

    -bejn żewġ għelieqi ta' produzzjoni ta' żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor li fihom ma tintużax sterilità maskili | 300 m |

    (b)ta' pitravi ta' l-għalf: | |

    -minn xi sorsi ta' polline tan-nisel Beta mhux inklużi isfel | 1000 m |

    -il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf tetraploid | 600 m |

    -il-pollinator maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf diploid | 600 m |

    -minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf, il-ploidy ta' liema mhuwiex magħruf | 600 m |

    -il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf diploid | 300 m |

    -il-pollinator maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf tetraploid | 300 m |

    -bejn żewġ għelieqi ta' produzzjoni ta' żerriegħa tal-pitravi ta' l-għalf li fihom ma tintużax sterilità maskili | 300 m |

    Id-distanzi hawn fuq imsemmija jistgħu ma jitqiesux jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn xi pollinator barrani mhux mixtieq. L-ebda iżolazzjoni ma hija mixtieqa bejn uċuħ tar-raba’ taż-żerriegħa li qed jużaw l-istess pollinator.

    Il-ploidy ta’ kemm il-komponenti li jġorru ż-żerriegħ u kemm dawk li jarmu l-polline ta’ uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa jridu jiġu stabbiliti b’referenza għall-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli kompilat taħt id-Direttiva 2002/53/KE, jew il-katalgi nazzjonali ta’ varjetajiet stabbiliti taħt dik id-Direttiva. Jekk dan it-tagħrif mhux inkluż għal xi varjetà, il-ploidy għandha titqies bħala mhux magħrufa, u b’hekk tinħtieġ distanza minima ta’ iżolazzjoni ta’ 600 metru.

    B. Iż-żerriegħa

    1. Iż-żerriegħa għandha jkollha identità suffiċjenti u purità ta’ varjetà.

    2. Mard li jnaqqas l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fil-livell l-aktar baxx possibbli.

    3. Iż-żerriegħa għandha tissodisfa wkoll il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    | Purità analitika minima (% skond l-użin) | Ġerminazzjoni minima (% ta' clusters ta' żerriegħa pura) | Kontenut ta' umdità massima (% skond l-użin) |

    (aa)pitravi taz-zokkor

    -żerriegħa monogerm | 97 | 80 | 15 |

    -żerriegħa ta' preċiżjoni | 97 | 75 | 15 |

    -żerriegħa multigerm ta' varjetajiet b'aktar minn 85 % diploids | 97 | 73 | 15 |

    -żerriegħa oħra | 97 | 68 | 15 |

    (bb)pitravi ta' l-għalf

    -żerriegħa multigerm ta' varjetajiet b'aktar minn 85 % diploids, żerriegħa monogerm, żerriegħa ta' preċiżjoni | 97 | 73 | 15 |

    -żerriegħa oħra | 97 | 68 | 15 |

    Il-persentaġġ skond l-użin ta' żerriegħa oħra m' għandux jaqbeż 0,3. |

    (b) kondizzjonijiet speċjali għal żerriegħa monogerm u għal żerriegħa ta’ preċiżjoni:

    (aa) żerreigħa monogerm

    għall-inqas 90 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli mnibbta miż-żerriegħa waħdiena.

    Il-persentaġġ ta’ clusters li jagħtu tliet xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa jew aktar m’għandhux jaqbeż ħamsa, kalkolati fuq il-clusters ġerminati;

    (bb) żerriegħa ta’ preċiżjoni ta’ pitravi taz-zokkor:

    Għall-inqas 70 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli mnibbta miż-żerriegħa waħdiena. Il-persentaġġ ta’ clusters li jagħtu tliet xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa jew aktar m’għandhux jaqbeż l-5 %, kalkolat fuq il-clusters ġerminati;

    (cc) żerriegħa ta’ preċiżjoni ta’ pitravi ta’ l-għalf:

    Fil-każ ta’ varjetajiet b’persentaġġ ta’ diploids li jaqbeż 85, għall-inqas 58 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa waħdiena. Fil-każ taż-żerriegħa l-oħra kollha, għall-inqas 63 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli mnibbta miż-żerriegħa waħdiena. Il-persentaġġ ta’ clusters li jagħtu tliet xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa jew aktar m’għandhux jaqbeż l-5 %, kalkolat fuq il-clusters ġerminati;

    (dd) fil-każ ta’ żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa bażika", il-persentaġġ skond l-użin ta’ materja inerti m’għandhux jaqbeż il-1,0. Fil-każ ta’ żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċertifikata", il-persentaġġ skond l-użin tal-materja inerti m’għandhux jaqbeż il-0,5. Fil-każ ta’ żerriegħa tal-gerbub taż-żewġ kategoriji, is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet rilevanti għandha tiġi eżaminata fuq kampjuni mfassla, skond l-Artikolu 9(1), minn żerriegħa proċessata li għaddiet minn decortication parzjali (tħakkik jew tħin) imma li għadha ma saritx gerbub, mingħajr preġudizzju għall-eżami uffiċjali tal-purità analitika minima taż-żerriegħa tal-gerbub;

    (ċ) kondizzjonijiet speċjali oħra:

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa tal-pitravi ma tistax tiddaħħal f’żoni magħrufa bħala "żoni ħielsa mir-rhizomania" taħt proċeduri xierqa tal-Komunità sakemm il-persentaġġ skond l-użin ta’ materja inerti ma taqbiżx il-0,5.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Użin massimu ta’ lott ta’ żerriegħa: 20 tunnellata metrika

    Użin minimu ta’ kampjun: 500 gramma

    Il-piż massimu tal-lott m’għandux jinqabeż minn aktar minn 5 %.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    IMMARKAR

    A. Tikketta Uffiċjali

    I. Tagħrif meħtieġ

    1. "Regoli u livelli tal-KE".

    2. Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom.

    3. Numru ta’ referenza tal-lott.

    4. Xahar u sena ta’ meta jsir is-siġillar espressi hekk: "siġillat… (xahar u sena)" jew

    xahar u sena ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni uffiċjali għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni espressi hekk: "meħud bħala kampjun… (xahar u sena)".

    5. Speċje, indikata għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,

    6. Varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani.

    7. Kategorija.

    8. Pajjiż ta’ produzzjoni.

    9. Użin nett jew gross dikjarat jew numru dikjarat ta’ clusters jew żerriegħa pura.

    10. Fejn l-użin huwa indikat u pestiċidi granulati, sustanzi ta’ gerbub jew addittivi solidi oħra huma wżati, in-natura ta’ l-addittiv u anke l-proporzjon approssimattiv bejn il-piż tal-clusters jew żerriegħa pura u l-użin totali.

    11. Għal żerriegħa monogerm: il-kelma "monogerm".

    12. Għal żerriegħa ta’ preċiżjoni: "il-kelma preċiżjon i".

    13. Fejn għall-inqas ġiet ittestjata mill-ġdid il-ġerminazzjoni, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (xahar u sena)" u s-servizz responsabbli għal ittestjar bħal dan jista’ jiġi ndikat. Tagħrif bħal dan jista’ jingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħla mat-tikketta uffiċjali.

    II. Dimensjonijiet minimi

    110 × 67 mm.

    B. Tikketta tal-fornitur jew tagħrif fuq il-pakkeġġjar (pakkett żgħir tal-KE)

    Tagħrif meħtieġ

    1. "Pakkett żgħir tal-KE".

    2. Isem u indirizz tal-fornitur responsabbli għal immarkar jew għall-marka ta’ identifikazzjoni tiegħu.

    3. Numru tas-serje assenjat uffiċjalment.

    4. Servizz li huwa assenjat in-numru tas-serje u l-isem ta’ Stat Membru jew l-inizjali tagħhom.

    5. Numru ta’ referenza jekk in-numru tas-serje uffiċjali ma jippermettix li l-lott jiġi identifikat.

    6. Speċi, indikat għall-inqas f’karattri rumani; indikazzjoni jekk hux pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf.

    7. Varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani.

    8. Kategorija

    9. Użin nett jew gross jew numru ta’ clusters jew żerriegħa pura.

    10. Fejn l-użin huwa ndikat u pestiċidi granulati, sustanzi ta’ gerbub jew addittivi solidi oħra huma wżati, in-natura ta’ l-addittiv u anke l-proporzjoni approssimattiv bejn il-piż tal-clusters jew żerriegħa pura u l-użin totali.

    11. Għal żerriegħa monogerm: il-kelma "monogerm".

    12. Għal żerriegħa ta’ preċiżjoni: il-kelma "preċiżjoni".

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    TIKKETTA U DOKUMENT PROVVDUT FIL-KAŻ TA’ ŻERRIEGĦA MHUX ĊERTIFIKATA FINALMENT, MAĦSUDA FI STAT MEMBRU IEĦOR

    A. Tagħrif meħtieġ għat-tikketta

    - awtorità responsabbli għal spezzjoni ta’ l-għalqa u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom,

    - speċje, indikata għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hux pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,

    - varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani,

    - kategorija,

    - għalqa jew numru ta’ referenza tal-lott,

    - piż nett jew gross dikjarat,

    - il-kliem "żerriegħa mhux ċertifikata finalment".

    B. Kulur tat-tikketta

    It-tikketta għandha tkun griża.

    C. Tagħrif meħtieġ għad-dokument

    - l-awtorità li toħroġ id-dokument,

    - speċje, indikata għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hux pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,

    - varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani,

    - kategorija,

    - numru ta’ referenza taż-żerriegħa użata biex tinżergħa l-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew pajjiżi li ċċertifikaw dik iż-żerriegħa,

    - għalqa jew numru ta’ referenza tal-lott,

    - erja kkoltivata għall-produzzjoni tal-lott koperta mid-dokument,

    - kwantità ta’ żerriegħa maħsuda u numru ta’ pakketti,

    - attestazzjoni li l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-uċuħ tar-raba’ minn liema tiġi ż-żerriegħa twettqu,

    - fejn xieraq, riżultati ta’ analiżi ta’ żerriegħa preliminari.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS V

    PARTI A DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

    (riferiti fl-Artikolu 33)

    Direttiva 66/400/KEE (ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66) | |

    Direttiva tal-Kunsill 69/61/KEE (ĠU L 48, tas-26.2.1969, p. 4) | |

    Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 24) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37) | li tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/400/KEE fl-Artikoli 1 u 2 |

    Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 75/444/KEE (ĠU L 196, tas-26.7.1975, p. 6) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 76/331/KEE (ĠU L 83, tat-30.3.1976, p. 34) | |

    Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE (ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, p. 23) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kummssjoni 87/120/KEE (ĠU L 49, tat-18.2.1987, p. 39) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kummissjoni 88/95/KEE (ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 42) | |

    Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, tas-17.6.1988, p. 82) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31) | l-Artikolu 1 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48) | li tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/400/KEE fl-Artikolu 2 u lill-Anness II(I)(1)(a) |

    Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10) | l-Artikolu 1(1) biss |

    Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 1) | l-Artikolu 1 u l-Artikolu 9(2) biss |

    Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 27) | l-Artikolu 1, l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9 biss |

    PARTI B DATI TA’ L-GĦELUQ GĦAT-TRASPOŻIZZJONI F’LIĠI NAZZJONALI

    (riferiti fl-Artikolu 33)

    Direttiva | Data ta' l-għeluq għat-traspożizzjoni |

    Direttiva 66/400/KEE | 1 ta' Lulju 1968 (l-Artikolu 14(1)) |

    1 ta' Lulju 1969 (disposizzjonijiet oħra) |

    Direttiva 69/61/KEE | 1 ta' Lulju 1969 |

    Direttiva 71/162/KEE | 1 ta' Lulju 1970 (l-Artikolu 1(3)) |

    1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1(1)) |

    1 ta' Lulju 1971 (disposizzjonijiet oħra) |

    Direttiva 72/274/KEE | 1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1) |

    1 ta' Jannar 1973 (l-Artikolu 2) |

    Direttiva 72/418/KEE | 1 ta' Lulju 1973 |

    Direttiva 73/438/KEE | 1 ta' Lulju 1973 (l-Artikolu 1(1)) |

    1 ta' Jannar 1974 (l-Artikolu 1(2)) |

    Direttiva 75/444/KEE | 1 ta' Lulju 1977 |

    Direttiva 76/331/KEE | 1 ta' Lulju 1978 (l-Artikolu 1) |

    1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra) |

    Direttiva 78/55/KEE | 1 ta' Lulju 1979 |

    Direttiva 78/692/KEE | 1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 1) |

    1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra) |

    Direttiva 87/120/KEE | 1 ta' Lulju 1988 |

    Direttiva 88/95/KEE | 1 ta' Lulju 1988 |

    Direttiva 88/332/KEE | |

    Direttiva 88/380/KEE | 1 ta' Lulju 1992 (l-Artikolu 1(8)) |

    1 ta' Lulju 1990 (disposizzjonijiet oħra) |

    Direttiva 90/654/KEE | |

    Direttiva 96/72/KE | 1 ta' Lulju 1997 |

    Direttiva 98/95/KE | 1 ta' Frar 2000 (Corrigendum, ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 23) |

    Direttiva 98/96/KE | 1 ta' Frar 2000 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS VI

    TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

    Direttiva 66/400/KE | Din id-Direttiva |

    L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu |

    L-Artikolu 18 | L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu |

    L-Artikolu 1a | L-Artikolu 2(1)(a) |

    L-Artikolu 2(1)(A) | L-Artikolu 2(1)(b) |

    L-Artikolu 2(1)(B)(a) | L-Artikolu 2(1)(c)(i) |

    L-Artikolu 2(1)(B)(b) | L-Artikolu 2(1)(c)(ii) |

    L-Artikolu 2(1)(B)(c) | L-Artikolu 2(1)(c)(iii) |

    L-Artikolu 2(1)(B)(d) | L-Artikolu 2(1)(c)(iv) |

    L-Artikolu 2(1)(C)(a) | L-Artikolu 2(1)(d)(i) |

    L-Artikolu 2(1)(C)(b) | L-Artikolu 2(1)(d)(ii) |

    L-Artikolu 2(1)(C)(c) | L-Artikolu 2(1)(d)(iii) |

    L-Artikolu 2(1)(C)(d)(i) | L-Artikolu 2(1)(d)(iv), l-ewwel inċiż |

    L-Artikolu 2(1)(C)(d)(ii) | L-Artikolu 2(1)(d)(iv), it-tieni inċiż |

    L-Artikolu 2(1)(D) | L-Artikolu 2(1)(e) |

    L-Artikolu 2(1)(E) | L-Artikolu 2(1)(f) |

    L-Artikolu 2(1)(F)(a) | L-Artikolu 2(1)(g)(i) |

    L-Artikolu 2(1)(F)(b) | L-Artikolu 2(1)(g)(ii) |

    L-Artikolu 2(1)(F)(c) | L-Artikolu 2(1)(g)(iii) |

    L-Artikolu 2(1)(G), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 2(1)(h)(i) |

    L-Artikolu 2(1)(G), it-tieni inċiż | L-Artikolu 2(1)(h)(ii) |

    L-Artikolu 2(1a) | L-Artikolu 2(2) |

    L-Artikolu 2(2) | - |

    L-Artikolu 2(3)(i) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a) |

    L-Artikolu 2(3)(i)(a) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(i) |

    L-Artikolu 2(3)(i)(b) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(ii) |

    L-Artikolu 2(3)(i)(c) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(iii) |

    L-Artikolu 2(3)(i)(d) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(iv) |

    L-Artikolu 2(3)(ii) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (b) |

    L-Artikolu 2(3)(iii) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (c) |

    L-Artikolu 2(3)(iv) | L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (d) |

    L-Artikolu 2(3)(v) | L-Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu |

    L-Artikolu 2(4) | L-Artikolu 2(4) |

    L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

    L-Artikolu 3a | L-Artikolu 4 |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 |

    L-Artikolu 4a | L-Artikolu 6 |

    L-Artikolu 5 | L-Artikolu 7 |

    L-Artikolu 6 | L-Artikolu 8 |

    L-Artikolu 7 | L-Artikolu 9 |

    L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 |

    L-Artikolu 10 | L-Artikolu 11 |

    L-Artikolu 11 | L-Artikolu 12 |

    L-Artikolu 11a | L-Artikolu 13 |

    L-Artikolu 11b | L-Artikolu 14 |

    L-Artikolu 11c | L-Artikolu 15 |

    L-Artikolu 12 | L-Artikolu 16 |

    L-Artikolu 12a | L-Artikolu 17 |

    L-Artikolu 13 | L-Artikolu 18 |

    L-Artikolu 13a | L-Artikolu 19 |

    L-Artikolu 14(1) | L-Artikolu 20 |

    - | - |

    L-Artikolu 14a | L-Artikolu 21 |

    L-Artikolu 15 | L-Artikolu 22 |

    L-Artikolu 16(1) | L-Artikolu 23(1) |

    L-Artikolu 16(2) | - |

    L-Artikolu 16(3) | L-Artikolu 23(2) |

    L-Artikolu 16(4) | - |

    L-Artikolu 17 | L-Artikolu 24 |

    L-Artikolu 19 | L-Artikolu 25 |

    L-Artikolu 20 | L-Artikolu 26 |

    L-Artikolu 21a | L-Artikolu 27 |

    L-Artikolu 21 | L-Artikolu 28 |

    L-Artikolu 22 | L-Artikolu 29 |

    L-Artikolu 22(1) | L-Artikolu 30(1) |

    L-Artikolu 22(2)(i) | L-Artikolu 30(2)(a) |

    L-Artikolu 22(2)(ii) | L-Artikolu 30(2)(b) |

    - | L-Artikolu 31 |

    - | L-Artikolu 32 |

    - | L-Artikolu 33 |

    - | L-Artikolu 34 |

    - | L-Artikolu 35 |

    L-ANNESS I, parti A, punt (01) | L-ANNESS I, parti A, punt (1) |

    L-ANNESS I, parti A, punt (1) | L-ANNESS I, parti A, punt (2) |

    L-ANNESS I, parti A, punt (2) | L-ANNESS I, parti A, punt (3) |

    L-ANNESS I, parti A, punt (3) | L-ANNESS I, parti A, punt (4) |

    L-ANNESS I, parti A, punt (4) | L-ANNESS I, parti A, punt (5) |

    L-ANNESS I, parti A, punt (5) | L-ANNESS I, parti A, punt (6) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (1) | L-ANNESS I, parti B, punt (1) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (2) | L-ANNESS I, parti B, punt (2) |

    L-ANNESS I, part B, punt (3)(a) | L-ANNESS I, parti B, punt (3)(a) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(aa) | L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(aa) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(aa)(a) | L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(bb) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(bb) | L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(cc) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(cc) | L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(dd) |

    L-ANNESS I, parti B, punt (3)(c) | L-ANNESS I, parti B, punt (3)(c) |

    L-ANNESS II | L-ANNESS II |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(1) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(1) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(2) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(2) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(3) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(3) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(3a) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(4) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(4) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(5) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(5) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(6) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(6) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(7) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(7) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(8) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(8) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(9) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(9) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(10) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(10) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(11) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(11) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(12) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (I)(12) | L-ANNESS III, parti A, punt (I)(13) |

    L-ANNESS III, parti A, punt (II) | L-ANNESS III, parti A, punt (II) |

    L-ANNESS III, parti B | L-ANNESS III, parti B |

    L-ANNESS IV | L-ANNESS IV |

    - | L-ANNESS V |

    - | L-ANNESS VI |

    --------------------------------------------------

    Top