EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01989R2136-20081231

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal- 21 ta' Ġunju 1989 li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/2136/2008-12-31

1989R2136 — MT — 31.12.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2136/89

tal-21 ta' Ġunju 1989

►M1  li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin ◄

(ĠU L 212, 22.7.1989, p.79)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1181/2003 tat-2 ta' Lulju 2003

  L 165

17

3.7.2003

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1345/2008 tat-23 ta' Diċembru 2008

  L 348

76

24.12.2008




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2136/89

tal-21 ta' Ġunju 1989

►M1  li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin ◄



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-prodotti mis-sajd ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1495/89 ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3796/81 jipprovdi għall-possibilità li jiġu adottati standards komuni ta' marketing għall-prodotti mis-sajd fil-Komunità, b'mod partikolari sabiex prodotti ta' kwalità mhux sodisfaċenti jinżammu barra mis-suq u jiġu ffaċilitati r-relazzjonijiet kummerċjali bbażati fuq il-kompetizzjoni bil-fier;

Billi l-addozzjoni ta' ċerti standards għas-sardin ippriservat x'aktarx ittejjeb il-qliegħ għall-produzzjoni tas-sardin fil-Komunità, u l-postijiet tal-bejgħ ta' dan, u tiffaċilita r-rimi tal-prodotti;

Billi jrid jiġi speċifikat f'dan il-kuntest, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-suq, illi l-prodotti interessati jridu jiġu mħejjija esklussivament b'ħut ta' l-ispeċi “Sardina pilchardus Walbaum” u għandu jkollhom kwantità minima ta' ħut;

Billi, sabiex tiġi żgurata l-preżentazzjoni tajba fis-suq, għandhom jiġu stabbiliti l-kriterja għat-tħejjija tal-ħut qabel l-imballaġġ, il-preżentazzjonijiet li fihom għandhom jiġu mmarkitjati u l-likwidu li jkun imqiegħed fih u l-ingredjenti addizzjonali li jistgħu jiġu użati; billi dawn il-kriterji m'għandhomx madankollu jkunu hekk illi jipprekludu l-introduzzjoni ta' prodotti ġodda fis-suq;

Billi, sabiex jiġi pprevenut il-marketing ta' prodotti mhux sodisfaċenti, għandhom jiġu definiti ċerti kriterji li s-sardin ippriservat irid jissodissfa sabiex jinbiegħ fis-suq Komunitarju għall-konsum mill-bniedem;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, mal-preżentazzjoni u mar-reklamar ta' l-oġġetti ta' l-ikel lill-konsumatur aħħari ( 3 ) kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 86/197/KEE ( 4 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE ta' l-20 ta' Jannar 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tkomplija jew ta' l-użin jew tal-volum ta' ċertu prodotti ppakketjati minn qabel ( 5 ) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/891/KEE ( 6 ), jispeċifikaw il-ħtiġijiet partikolari għal tagħrif korrett u għall-protezzjoni tal-konsumatur rigward il-kontenut tal-pakketti; billi, għas-sardin ippriservat, id-deskrizzjoni kummerċjali għandha tiġi stabbilita skond it-tħejjija kulinari proposta, bolli jingħata każ partikolai għall-proporzjon ta' l-ingrdjenti varji fil-prodott lest; billi, fejn il-likwidu li jkun imqiegħed fih is-sardin huwa żejt, għandu jiġi speċifikat il-mod kif iż-żejt irid jiġi deskritt;

Billi l-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà dwar l-adozzjoni ta' kull miżura teknika ta' implimentazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards li jirregolaw il-marketing ta' sardin ippriservat u d-deskrizzjonijiet kummerċjali għas-sardin ippriservat u prodotti ta-tip ta' sardin ippriservat fil-Komunità.

▼M1

L-Artikolu 1a

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1. “sardin ippriservat” tfisser prodotti ppreparati minn ħut ta' l-ispeċi Sardina pilchardus;

2. “prodotti priservati tat-tip ta' sardin” tfisser mqiegħda fis-suq u ppreżentati l-istess bħal sardin ippriservat u ppreparati minn ħut ta' l-ispeċi li ġejjin:

(a)  Sardinops melanosticus, S. neopilchardus, S. ocellatus, S. sagax, S. caeryleus;

(b)  Sardinella aurita, S. brasiliensis, S. maderensis, S. longiceps, S. gibbosa;

(ċ)  Clupea harengus;

(d)  Sprattus sprattus;

(e)  Hyperlophus vittatus;

(f)  Nematalosa vlaminghi;

(g)  Etrumeus teres;

(h)  Ethmidium maculatum;

(i)  Engraulis anchoita, E. mordax, E. ringens;

(j)  Opisthonema oglinum;

▼M2

(k)  Strangomera bentincki.

▼B

L-Artikolu 2

Jistgħu jiġu markitjati bħala sardin ippriservat dawk il-prodotti biss li jilħqu l-ħtiġijiet u skond id-deskrizzjoni kummerċjali riferita fl-Artikolu 7:

▼M1

 għandhom ikunu koperti bil-kodiċijiet NM 1604 13 11, 1604 13 19 u ex160420 50;

▼B

 iridu ikunu mħejjija esklussivament minn ħut ta' l-ispeċi “Sardina pilchardus Walbaum”;

 irid ikun ippakkettjat minn qabel b'kull likwidu xieraq sabiex jitqiegħed fih u f'kontenitur issiġillat ermetikament;

 irid jiġi sterilizzat bi trattament xieraq.

L-Artikolu 3

Is-sardin irid, safejn u sakemm ikun meħtieġ għall-preżentazzjoni tajba fis-suq, jiġi mnaddaf kif xieraq mir-ras, mill-garġi, mid-denb u mill-organi ġewwiena għajr il-bajd, mill-isperma u mill-kliewi, u, skond il-preżentazzjoni fis-suq interessat, mix-xewka tad-dahar u mill-ġilda.

L-Artikolu 4

Is-sardin ippriservat jista' jiġi mmarkitjat b'kull għamla ta' preżentazzjoni minn dawn li ġejin:

1. sardin: il-prodott bażiku, ħut li minnu jkunu ġew imneħħija kif xieraq ir-ras, il-garġi, l-organi ġewwiena u d-denb. Ir-ras trid titneħħa billi ssir qatgħa perpendikolari mas-sinsla, qrib sewwa tal-garġi;

2. is-sardin mingħajr għadam u xewk: l-istess bħall-prodott bażiku riferit fil-punt 1, imma bit-tneħħija miżjuda tax-xewka tad-dahar;

3. is-sardin mingħajr ġilda jew għadam u xewk: l-istess bħall-prodott bażiku riferit fil-punt 1, imma bit-tneħħija miżjuda tax-xewka tad-dahar u tal-ġilda;

4. il-flettijiet tas-sardin: porzjonijiet tal-laħam miksuba b'qatgħat paralleli max-xewka tad-dahar, mat-tul kollu tal-ħuta, jew ma' parti minn din, wara t-tneħħija tax-xewka tad-dahar, id-denb u l-ġwienaħ u t-tarf tar-rita tal-istonku. Il-flettijiet jistgħu jiġu ppreżentati bil-ġilda jew mingħajrha;

5. it-tronkijiet tas-sardin: porzjonijiet tas-sardin li jmissu mar-ras, li jkun fihom mill-inqas 3 ċm tul, miksuba mill-prodott bażiku riferit fil-punt 1 billi jsiru qatgħat kontra l-vina matul ix-xewka tad-dahar;

6. kull għamla oħra ta' preżentazzjoni, bil-kondizzjoni li tingħaraf b'mod ċar mill-preżentazzjonijiet definiti fil-punti 1 sa 5.

L-Artikolu 5

Għall-iskopijiet tad-deskrizzjoni kummerċjali stabbilita bl-Artikolu 7, għandha ssir distinzjoni bejn il-likwidu fejn jiġi mqiegħed is-sardin li ġej, biż-żieda ta' ingredjenti oħra jew mingħajrhom:

1. iż-żejt taż-żebbuġa;

2. iż-żjut veġetali l-oħra raffinati, inkluz iż-żejt li jifdal miż-żebbuġa użat għalih waħdu jew f'taħlitiet;

3. iz-zalza tat-tadam;

4. il-meraq naturali (il-likwidu li joħroġ mill-ħut waqt it-tisjir), is-soluzzjonijiet mielħa jew l-ilma;

5. l-immarinar, bl-inbid jew mingħajru;

6. kull mezz ieħor ta' likidu li jitqiegħed fih, bil-kondizzjoni li jingħaraf biċ-ċar mill-likidi l-oħra li jitqiegħed fih definiti fil-punti 1 sa 5.

Dawn il-likwidi fejn jitqiegħed is-sardin jistgħu jkunu mħallta, imma ż-żejt taż-żebbuġa ma jistax jitħallat ma' żjut oħra.

L-Artikolu 6

1.  Wara l-isterilizzazzjoni, il-prodotti fil-kontenitur iridu jissodisfaw il-kriterji minimi li ġejjin:

(a) għall-preżentazzjonijiet kif definita fil-punti 1 sa 5 ta' l-Artikolu 4, is-sardin jew parti mis-sardin iridu:

 jkunu raġonevolment uniformi fid-daqs u stivati f'manjiera ordinata fil-kontenitur,

 ikunu jinfirdu malajr minn xulxin,

 ma juru l-ebda ksur sinifikanti fil-ġilda taż-żaqq,

 ma juru l-ebda ksur jew tiċrit fil-laħam,

 ma juru l-ebda sfurija fit-tessut, bl-eċċezzjoni ta' traċċi żgħar,

 ikollhom ġilda ta' konsistenza normali. Il-laħam ma jridx ikun fibruż eċċessivament, morbidu jew qisu sponża,

 ikollhom laħam ta' kulur ċar jew roża, mingħajr ebda ħmura madwar ix-xewka tad-dahar, bl-eċċezzjoni ta' traċċi zgħar;

(b) il-likwidu li jkun imqiegħed fih irid ikollu l-kulur u l-konsistenza karatteristiċi tad-deskrizzjoni tiegħu u ta' l-ingredjenti użati. Fil-każ ta' l-użu taż-żejt, fiż-żejt ma jridx ikun jinsab effużjoni ilmija ta' aktar minn 8 % ta' l-użin nett;

(ċ) il-prodott irid iżomm ir-riħa u t-togħma karatteristiċi ta' l-ispeċi “Sardina pilchardus Walbaum” u tat-tip tal-likwidu li jkun imqiegħed fih, u jrid ikun ħieles minn kull riħa jew togħma li ma taqbilx għalihom, partikolarment il-qrusa, jew it-togħma ta' ossidazzjoni jew tas-snuħija;

(ċ) il-prodott irid ikun ħieles minn kull korp barrani;

(e) fil-każ tal-prodotti bil-għadam u xewk, ix-xewka tad-dahar trid tkun tista' tinfired malajr mill-ġilda u tista titfarrak;

(f) il-prodotti mingħajr ġilda u mingħajr għadam u xewk ma jridu jippreżentaw l-ebda residwu minn dawn.

2.  Il-kontenitur ma jistax jippreżenta sadid fuq barra jew deformazzjoni li taffetwa l-preżentazzjoni tajba għall-kummerċ.

L-Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 79/112/KEE u 76/211/KEE, id-deskrizzjoni fuq l-imballaġġ minn qabel tas-sardin ippriservat għandha tikkorrispondi mal-proporzjon bejn l-użin tas-sardin fil-kontenitur wara l-isterilizzazzjoni u l-użin nett, it-tnejn definiti fi grammi.

(a) Għall-preżentazzjonijiet definiti fil-punti 1 sa 5 ta' l-Artikolu 4, il-proporzjon tas-sardin m'għandux ikun inqas mill-valuri li ġejjin:

 70 % għall-likwidu li jkun imqiegħed fih kif imniżżel fil-lista fil-punti 1, 2, 4 u 5 ta' l-Artikolu 5,

 65 % għall-likwidu li jkun imqiegħed fih kif deskritt fil-punt 3 ta' l-Artikolu 5;

 50 % għal likwidu li jkun imqiegħed fih kif riferit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 5.

Fejn dawn il-valuri jiġu segwiti, id-deskrizzjoni kumerċjali trid tikkorrispondi mal-preżentazzjoni tas-sardin fuq il-bażi ta' l-isem korrispondenti riferit fl-Artikolu 4. L-isem tal-likwidu li jkun imqiegħed fih irid jagħmel parti integrali mid-deskrizzjoni kummerċjali.

Fil-kaz tal-prodotti fiż-żejt, il-likwidu li s-sardin ikun qiegħed fih irid iġib l-isem ta' waħda mill-espressjonijiet li ġejjin:

 “fiż-żejt taż-żebbuġa”, fejn jiġi użat dan iż-żejt,

 jew

 “fiż-żejt veġetali”, fejn jiġu użati żjut oħra veġetali raffinati, inkluz ir-residwu taż-żejt taż-żebbuġa, jew taħlitiet ta' dawn,

 jew

 “fiż-… żejt”, li jindika n-natura speċifika taż-żejt.

(b) Għall-preżentazzjonijiet riferiti fil-punt 6 ta' l-Artikolu 4, il-proporzjon riferit fl-ewwel subparagrafu għandu jkun mill-anqas 35 %.

(ċ) Fil-każ ta' tħejjijiet kulinari għajr dawk definiti fil-(a), id-deskrizzjoni kummerċjali trid tindika n-natura speċifika tat-tħejjija kulinari.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, it-tieni subinċiż fil-punt (b) ta' dan l-Artikolu, it-tħejjijiet li jużaw il-laħam omoġenizzat tas-sardin, li jinvolvi t-tneħħija tal-binja muskolari tiegħu, jista' jkollu miegħu l-laħam ta' ħut ieħor li jkun għadda mill-istess trattament sakemm il-proporzjon tas-sardin ikun għall-inqas ta' 25 %.

(d) Id-deskrizzjoni kummerċjali, kif definita f'dan l-Artikolu, għandha tiġi rriservata għall-prodotti riferiti fl-Artikolu 2.

▼M2

Artikolu 7a

1.  Bla ħsara għad-Direttiva 2000/13/KE, prodotti ppriservati tat-tip tas-sardin jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità taħt deskrizzjoni kummerċjali li tikkonsisti fil-kelma sardin magħquda flimkien mal-isem xjentifiku tal-ispeċi u maż-żona ġeografika fejn l-ispeċi nqabdet.

2.  Kull fejn id-deskrizzjoni kummerċjali provduta fil-paragrafu 1 tkun immarkata fuq il-kontenitur ta’ prodott ippriservat tat-tip tas-sardin, għandha tkun tidher ċara u b’mod distint.

3.  L-isem xjentifiku għandu jinkludi l-ismijiet bil-Latin tal-ġeneru u tal-ispeċi fil-każi kollha.

4.  Iż-żona ġeografika għandha tkun indikata b’wieħed mill-ismijiet imniżżlin fl-ewwel kolonna tal-Anness, fil-qies tal-identifikatur korrispondenti taż-żona li jingħata fit-tieni kolonna tal-Anness.

5.  Speċi waħda biss għandha titqiegħed fis-suq taħt deskrizzjoni kummerċjali waħda.

▼B

L-Artikolu 8

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita bl-Artikolu 33 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-pjan tat-teħid tal-kampjuni sabiex tiġi stmata l-konformità tal-lottijiet tal-fabbrikazzjonii mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.

( 2 ) ĠU L 148, ta' l-1.6.1989, p. 1.

( 3 ) ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

( 4 ) ĠU L 144, tad-29.5.1986, p. 38.

( 5 ) ĠU L 46, tal-21.2.1976, p. 1.

( 6 ) ĠU L 311, ta' l-4.11.1978, p. 21.

Top