EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1059

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat- 28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 314, 30.11.2010, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 12 Volume 003 P. 186 - 201

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021; Imħassar b' 32019R2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2010/1059/oj

30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1059/2010

tat-28 ta' Settembru 2010

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti tal-enerġija relatati (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar ta' prodotti tal-enerġija relatati li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenza wiesgħa fil-livelli ta' prestazzjoni b'funzjonalità ekwivalenti.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE tas-16 ta' April 1997 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' enerġija tal-magni tad-dar tal-ħasil tal-platti (2) stabbilixxiet dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(3)

Parti kbira mid-domanda totali għall-konsum domestiku tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea tintuża mill-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti. Barra mit-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li diġà sar, għad hemm bżonn ta' ħafna iktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(4)

Id-Direttiva 97/17/KE għandha titħassar u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet ġodda minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li t-tikketta dwar l-enerġija tipprovdi inċentivi dinamiċi għall-fornituri sabiex ikomplu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti u titħaffef it-trasformazzjoni tas-suq lejn teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

(5)

L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar riċenti u avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u tar-regoli tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(6)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(7)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(8)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata waqt bejgħ tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jsir mill-bogħod, fil-pubbliċità u fil-materjal promozzjonali ta' natura teknika.

(9)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku.

(10)

Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mid-Direttiva 97/17/KE għal dan ir-Regolament, il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom tikketta skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mad-Direttiva 97/17/KE.

(11)

Id-Direttiva 97/17/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u għall-forniment ta' informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku u għall-magni tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku li jistgħu joperaw ukoll permezz tal-batteriji, inkluż dawk li jinbigħu għal użu mhux domestiku u tagħmir ingastat (built-in).

Artikolu 2

Tifsiriet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf, tlaħlaħ u tnixxef il-platti, oġġetti tal-ħġieġ, pożati u oġġetti tat-tisjir b'mezzi kimiċi, mekkaniċi, termali u elettriċi u li hija magħmula l-aktar biex tintuża għal skopijiet mhux professjonali;

(2)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti ingastata” tfisser magna domestika tal-ħasil tal-platti magħmula biex tiġi installata f'armarju, fi spazju vojt f'ħajt jew f'xi post simili, u li teħtieġ elementi oħra biex tkun kompleta;

(3)

“sett individwali” tfisser sett definit ta' fajjenza, oġġetti tal-ħġieġ u pożati għall-użu ta' persuna waħda;

(4)

“kapaċità nominali” tfisser l-akbar numru ta' settijiet individwali, flimkien mal-għadd ta' oġġetti li jintużaw għas-servizz tal-mejda kif iddikkjarat mill-manifattur, li magna domestika tal-ħasil tal-platti tista' taħsel u tnixxef, bil-programm magħżul, meta timtela skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(5)

“programm” tfisser serje ta' operazzjonijiet li jkunu definiti minn qabel u li l-fornitur jiddikjarhom bħala adegwati għall-ħasil ta' livelli speċifikati ta' ħmieġ jew tipi ta' tagħbija, jew tat-tnejn, u li flimkien jifformaw ċiklu sħiħ;

(6)

“il-ħin tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi mill-bidu tal-programm sat-tmiem tal-programm u li jeskludi kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent aħħari;

(7)

“ċiklu” tfisser proċess sħiħ ta' tindif, tlaħliħ u tnixxif, kif definit għall-programm magħżul;

(8)

“modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li fiha, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mitfija permezz ta' kontrolli jew swiċċijiet tat-tagħmir li jkunu aċċessibbli u magħmulin biex jintużaw mill-utent aħħari waqt l-użu normali tal-magna biex jinkiseb l-inqas konsum possibbli tal-enerġija li jista' jibqa' għaddej għal ħin indefinit waqt li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun imqabbda mas-sors tal-enerġija u tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; meta l-magna ma jkollhiex kontrolli jew swiċċijiet li jkunu aċċessibbli għall-utent aħħari, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tispiċċa fiha meta titħalla terġa' lura waħidha għal stat kostanti ta' konsum tal-enerġija;

(9)

“modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità li fiha jseħħ l-inqas konsum tal-enerġija li jista' jibqa' għaddej għal ħin indefinit wara li l-programm ikun intemm u l-magna domestika tal-ħasil tal-platti titbattal mingħajr ebda intervent ieħor mill-utent aħħari;

(10)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti” tfisser mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, karatteristiki tekniċi u ta' prestazzjoni, konsum tal-enerġija u tal-ilma u emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja bħal mudell ieħor ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq mill-istess fornitur iżda b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

(11)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew li hu mistenni jixtri magna domestika tal-ħasil tal-platti;

(12)

“il-punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti jitpoġġew għall-wiri jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtraw bin-nifs.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna domestika tal-ħasil tal-platti jkollha tikketta stampata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness I;

(b)

ikun hemm disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness II;

(c)

fuq talba jkun hemm disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dokumentazzjoni teknika kif stipulat fl-Anness III;

(d)

jekk tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(e)

kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa

Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna domestika tal-ħasil tal-platti, fil-punt tal-bejgħ, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(a) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta' fuq tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti, b'tali mod li tkun tidher ċar;

(b)

il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri skont l-Anness IV;

(c)

kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti jkun fiha referenza għall-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tagħha, jekk il-pubbliċità tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;

(d)

kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti.

Artikolu 6

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness V meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi ddikjarata tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-konsum annwali tal-enerġija, il-konsum annwali tal-ilma, l-indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif, il-ħin tal-programm, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva, it-tul tal-modalità mixgħula u inattiva u l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament fid-dawl ta' progress teknoloġiku mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-analiżi għandha tivvaluta b'mod partikolari t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva 97/17/KE għandha tiġi revokata mill-20 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għall-pubbliċità stampata u għal materjal tekniku ta' promozzjoni stampat ippubblikati qabel it-30 ta' Marzu 2012.

2.   Il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti mqiegħda fis-suq qabel it-30 ta' Novembru 2011 għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 97/17/KE.

3.   F'każ li tiġi adottata miżura ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din il-miżura ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tal-effiċjenza tat-tindif u mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u li jitqegħdu fis-suq jew għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-20 ta' Diċembru 2011 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 97/17/KE.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta' Diċembru 2011. Madankollu, l-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-20 ta' April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.


ANNESS I

Tikketta

1.   TIKKETTA

Image

(1)

It-tikketta għandha tinkludi din l-informazzjoni:

I.

l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

identifikatur tal-fornitur tal-mudell, fejn ‘identifikatur tal-mudell’ tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ddeterminata skont l-Anness VI, punt 1; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti;

IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f'kWh fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ integer u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma (AW C) f'litri fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII;

VI.

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif iddeterminata skont l-Anness VI, punt 2;

VII.

il-kapaċità nominali, f'għadd ta' settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;

VIII.

l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja espressi f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ.

(2)

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 2. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata ‘ekotikketta tal-UE’ skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista' tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta.

2.   DISINN TAT-TIKKETTA

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif jidher fid-disinn hawn taħt.

Image

Fejn:

(a)

It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 110 mm u twila 220 mm. Meta t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-Disinn ta' hawn fuq):

Image

Linja tal-Bordura: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Image

Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Logo tal-enerġija

:

kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija; Il-logo tal-UE u l-logo tal-enerġija (flimkien): wisa': 92 mm, għoli: 17 mm.

Image

Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

Image

Skala A-G

Vleġeġ: għoli: 7 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 mm – kuluri:

L-ewwel klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri bold 18 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 12 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Vleġeġ: wisa': 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % iswed.

Test: Calibri bold 29 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 18 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Enerġija

Test: Calibri regular 11 pt, ittri kapitali, 100 % iswed.

Image

Konsum annwali tal-enerġija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 37 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja: Calibri regular 17 pt, 100 % iswed.

Image

Konsum annwali tal-ilma

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif:

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri regular 16 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % iswed; u Calibri bold 22 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % iswed.

Image

Kapaċità nominali:

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

Emissjonijiet tal-istorbju:

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 92 × 5 mm.

Image

Innumerar tar-Regolament: Calibri bold 9 pt, 100 % iswed;


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS II

Skeda tal-prodott

1.

L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra mogħtija mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)

l-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur.

(c)

il-kapaċità nominali, f’għadd ta’ settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija skont l-Anness VI, il-punt 1;

(e)

fejn il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ingħatat “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, din l-informazzjoni tista tiġi inkluża;

(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII. Dan għandu jkun deskritt bħala “Konsum tal-Enerġija ‘X’ kWh fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif li fihom jintużaw ilma kiesaħ u modalitajiet b’konsum baxx. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi minn kif jintuża l-apparat.”;

(g)

il-konsum tal-enerġija (Et ) taċ-ċiklu standard tat-tindif;

(h)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva (Po u Pl );

(i)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII; dan għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum tal-ilma ‘X’ litri fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;

(j)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif stabbilita skont l-Anness VI, punt 2 u espressa bħala “klassi ‘X’ tal-effiċjenza tat-tnixxif fuq skala minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti)”; Meta din l-informazzjoni tkun ipprovduta f’forma ta’ tabella, din tista’ tiġi espessa permezz ta’ mezzi oħra, dejjem jekk jibqa’ ċar li l-iskala tkun minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti);

(k)

indikazzjoni li “l-programm standard” huwa l-programm standard tat-tindif li tirreferi għalih l-informazzjoni fit-tikketta u l-iskeda, li dan il-programm huwa adatt biex inaddaf oġġetti tal-mejda li jkollhom ħmieġ normali, u li huwa l-aktar programm effiċjenti f’termini tal-konsum ikkombinat ta’ enerġija u ta’ ilma;

(l)

il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

(m)

it-tul ta’ ħin tal-modalità mixgħula u inattiva (Tl ) jekk il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija;

(n)

l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(o)

f’każ li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun inkorporata, indikazzjoni ta’ dan.

2.

Skeda waħda tista’ tkopri għadd ta’ mudelli ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti fornuti mill-istess fornitur.

3.

L-informazzjoni fl-iskeda tista’ tingħata f’forma ta’ kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni mniżżla fil-punt 1 li mhux diġà tidher fuq it-tikketta għandha tingħata wkoll.


ANNESS III

Dokumentazzjoni teknika

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) għandha tinkludi:

(a)

isem u indirizz il-fornitur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-magna tal-ħasil tal-platti, ċara biżżejjed biex il-mudell ikun jista' jiġi identifikat bla dubju u faċilment;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li tiffirma d-dikjarazzjoni f'isem il-fornitur;

(f)

parametri tekniċi għall-kejl kif ġej:

(i)

il-konsum tal-enerġija;

(ii)

il-konsum tal-ilma;

(iii)

il-ħin tal-programm;

(iv)

l-effiċjenza tat-tnixxif;

(v)

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija”;

(vi)

il-konsum tal-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva”;

(vii)

il-ħin li ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva”;

(viii)

l-emmissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja;

(g)

ir-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VII.

2.

Meta l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti oħra, jew abbażi tat-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-fornituri jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti li għalihom l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri

1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tkun ipprovduta fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kif definit fl-Anness VI, il-punt 1;

(b)

il-kapaċità nominali, f’għadd ta' settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;

(c)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ), indikat f’kWh fis-sena u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(b);

(d)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ), indikat f’litri fis-sena u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 3;

(e)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif skont l-Anness VI, il-punt 2;

(f)

l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja, indikati f’dB(A) re1 pW u aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(g)

f’każ li l-mudell huwa magħmul sabiex ikun ingastat, indikazzjoni ta' dan.

2.

Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.

3.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandha tkun leġġibbli.


ANNESS V

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti. F’każ li l-parametri mkejla ma jaqblux mal-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa stipulata fit-Tabella 1, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet magni domestiċi tal-ħasil tal-platti oħra. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta' dawn it-tliet magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha taqbel mal-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa stipulata fit-Tabella 1, minbarra għall-konsum tal-enerġija fejn il-valuri mkejla ma għandhomx ikunu ogħla mill-valur nominali ta' Et b’iktar minn 6 %.

Jekk ma taqbilx, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-iktar avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali, inklużi l-metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tabella 1

Parametri mkejla

Tolleranzi ta' verifika

Konsum annwali tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali (*) tal-AEC b’aktar minn 10 %.

Konsum tal-ilma

Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta' Wt b’iktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali ta' ID b’aktar minn 19 %.

Konsum tal-enerġija

Valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta' Et b’iktar minn 10 %.

Il-ħin tal-programm

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali ta' Tt b’aktar minn 10 %.

Konsum tal-enerġija meta mitfija u meta tibqa’ mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ta' konsum tal-enerġija Po u Pl li jkun akbar minn 1.00 W ma għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 10 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1.00 W jew inqas ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali b’aktar minn 0,10 W.

Tul ta' żmien fil-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ma għandux ikun itwal mill-valur nominali ta' Tl b’aktar minn 10 %.

Emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja

Il-valur imkejjel għandu jilħaq il-valur nominali.


(*)  “valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-fornitur


ANNESS VI

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif

1.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) kif stipulat fit-Tabella 1.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użi tal-Enerġija (EEI) ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness VII, punt 1.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 50

A++

50 ≤ EEI < 56

A+

56 ≤ EEI < 63

A

63 ≤ EEI < 71

B

71 ≤ EEI < 80

C

80 ≤ EEI < 90

D (l-anqas effiċjenti)

EEI ≥ 90

2.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF

Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) kif stipulat fit-Tabella 2.

L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) għandu jiġi stabbilit skont l-Anness VII, punt 2.

Tabella 2

Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif

Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif

Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif

A (l-iktar effiċjenti)

ID > 1,08

B

1,08 ≥ ID > 0,86

C

0,86 ≥ ID > 0,69

D

0,69 ≥ ID > 0,55

E

0,55 ≥ ID > 0,44

F

0,44 ≥ ID > 0,33

G (l-inqas effiċjenti)

0,33 ≥ ID


ANNESS VII

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif u l-konsum tal-ilma

1.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija (EEI), ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, il-konsum annwali tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti jitqabbel mal-konsum standard annwali tal-enerġija.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

fejn:

AEC

=

il-konsum annwali tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti

SAEC

=

il-konsum annwali tal-enerġija standard tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti.

(b)

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEc ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

(i)

Formula

fejn:

Et

=

il-konsum tal-enerġija għaċ-ċiklu standard, li jiġi indikat f’kWh u aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

Pl

=

l-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Po

=

l-enerġija fil-“modalità mitfija” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Tt

=

il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

280

=

l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena.

(ii)

Meta l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, u, wara li jintemm il-programm, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tidħol awtomatikament fil-“modalità mitfija”, AEC jiġi kkalkulat b’qies għat-tul taż-żmien effettiv li fih il-magna tkun fil-“modalità mixgħula u inattiva”, permezz ta’ din il-formula:

Formula

fejn:

Tl

=

il-ħin imkejjel ta’ kemm il-magna ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

280

=

l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena.

(c)

Il-konsum standard annwali tal-enerġija (SAEC ) jiġi kkalkulat f’kWh/sena skont il-formula li ġejja u jinġieb sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali:

(i)

għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta ps ≥ 10 u wisa’ ta’ > 50 cm:

SAEC = 7,0 × ps + 378

(ii)

għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ ps ≤ 9 u għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 9 < ps ≤ 11 u wisa’ ta’ ≤ 50 cm:

SAEC = 25,2 × ps + 126

fejn:

ps

=

għadd ta’ settijiet individwali.

2.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti tiġi mqabbla mal-effiċjenza tat-tnixxif ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti ta’ referenza fejn din tal-aħħar ikollha l-karatteristiċi indikati fil-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) jiġi kkalkulat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

ID = exp(lnID )

fejn:

DT,i

=

l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti li tkun qed tiġi ttestjata, għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i);

DR,i

=

l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i);

n

=

l-għadd ta’ ċikli ta’ ttestjar, n ≥ 5

(b)

L-effiċjenza tat-tnixxif (D) hija l-medja tal-grad tat-tixrib ta’ kull oġġett li jiddaħħal fil-magna, wara li ċ-ċiklu standard tat-tindif ikun tlesta. Il-grad tat-tixrib jiġi kkalkulat kif muri fit-Tabella 1:

Tabella 1

L-għadd ta’ traċċi tal-ilma (WT ) jew ta’ linji mxarrbin (WS )

L-erja totali imxarrba (Aw) f’ mm2

Grad tat-tixrib

WT = 0 u WS = 0

Mhux applikabbli

2 (l-aktar effiċjenti)

1 < WT ≤ 2 jew WS = 1

Aw < 50

1

2 < WT jew WS = 2

jew WS = 1 u WT = 1

Aw > 50

0 (l-inqas effiċjenti)

3.   KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA

Il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti jiġi kkalkulat f’litri, u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ, permezz ta’ din il-formula:

AWC = Wt × 280

fejn:

Wt

=

il-konsum tal-ilma għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’litri u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.


Top