This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0570
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the retrofitting of mirrors to heavy goods vehicles registered in the Community {SEC(2006) 1238} {SEC(2006) 1239}
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta’ mirja lill-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità {SEG(2006) 1238} {SEG(2006) 1239}
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta’ mirja lill-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità {SEG(2006) 1238} {SEG(2006) 1239}
/* KUMM/2006/0570 finali - COD 2006/0183 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.10.2006 KUMM(2006) 570 finali 2006/0183 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-retrofitting ta’ mirja lill-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità {SEG(2006) 1238} {SEG(2006) 1239} (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1 IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet għall-proposta u għanijietha Il-proposta għal direttiva timmira biex ittejjeb is-sikurezza ta’ l-utenti tat-toroq, b’mod partikolari l-utenti tat-triq li huma vulnerabbli bħal dawk li jkunu mixjin, iċ-ċiklisti u l-motoċiklisti. Dan il-grupp huwa mgħobbi b'riskju kbir li jkun involut f’inċidenti ma’ vetturi tat-tagħbija tqila li għandhom parti laterali li mhijiex viżibbli fuq in-naħa tal-passiġġier. Il-leġiżlazzjoni biex isiru obbligatorji sett ta' mirja aħjar mill-2006/2007 'l quddiem għal vetturi ġodda tat-tagħbija tqila diġa qiegħda fis-seħħ. Madankollu, it-trakkijiet eżistenti se jibqgħu fiċ-ċirkulazzjoni mingħajr l-ebda titjib fil-qasam tagħhom ta' viżjoni indiretta. Il-Kummissjoni tipproponi li testendi r-rekwiżiti għal qasam laterali tal-viżjoni indiretta, li bħalissa tapplika biss għall-vetturi ġodda, għal flotta eżistenti ta’ vetturi tat-tagħbija tqila . Il-kuntest ġenerali Numru ta’ inċidenti jirriżultaw minn sewwieqa ta' vetturi kbar li ma jkunux indunaw li utenti oħra tat-triq jkunu qegħdin viċin ħafna jew ħdejn il-vettura tagħhom. Dawn l-inċidenti ħafna drabi huma marbuta ma' xi tibdil fid-direzzjoni fil- crossings , il- junctions u r- roundabouts meta is-sewwieqa jonqsu milli jaraw lill-utenti l-oħra tat-triq fil-partijiet madwar il-vettura tagħhom li ma' jkunux jistgħu jarawhom. Huwa stmat li fl-Ewropa kull sena madwar 400 persuna tinqatel f'ċirkostanzi bħal dawn. Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE Skond din id-Direttiva, fit-tipi tal-vetturi ġodda fl-2006 u rispettivament fl-2007 il-vetturi jistgħu biss jingħataw l-approvazzjoni mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jekk dawn ikunu mgħammra b'sett ta' mirja u sistemi oħra ta' viżjoni indiretta li jissodisfaw ċerti rekwiżiti sabiex jitnaqqsu dawk l-inħawi mhux viżibbli. Għal bosta Stati Membri l-obbligu għal vetturi ġodda u t-tipi ta’ vetturi ġodda biss, li ma jinkludix vetturi eżistenti, ma kienx wiesa’ biżżejjed. Tliet Stati Membri – l-Olanda, il-Belġju u d-Danimarka – għalhekk implimentaw skemi nazzjonali (leġiżlazzjoni jew rifużjonijiet tat-taxxa u inċentivi finanzjarji oħra) għar- retrofitting ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi li jikkawżaw periklu partikolari f’dan il-kuntest, jiġifieri vetturi tat-tagħbija tqila . Barra minn hekk, dawn l-Istati Membri ħeġġu lill-Kummissjoni biex tagħti bidu lill-leġiżlazzjoni rilevanti fil-livell ta’ l-UE. Dan intlaqa' minn għadd ta' Stati Membri Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi għal viżjoni indiretta tmur lura sa’ l-1971. L-ewwel Direttiva 71/127/KEE kienet emendata progressivament minn numru ta’ direttivi għaż-żieda ta’ iktar mirja li huma avvanżati u billi l-ambitu tagħha nfirex għal kategoriji oħra. Id-direttiva stabbiliet ir-rekwiżiti dwar kif il-mirja ta’ wara għandhom jitwaħħlu fuq il-vetturi u l-binja tagħhom. Ir-rekwiżiti nazzjonali madankollu baqgħu ma ntmessux minn din id-direttiva. Kien biss fl-2003 li direttiva ġdida, 2003/97/KE, li tirrevoka d-Direttiva 71/127/KEE, bdiet tirrikjedi li sett ta’ mirja jew sistemi oħra għall-viżjoni indiretta jkunu esklussivament obbligatorji. Id-Direttiva 2003/97/KE ġiet emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE biex testendi r-rekwiżiti ġenerali għat-twaħħil ta' mirja tal-Klassi IV u Klassi V fuq il-vetturi li jiżnu minn 3.5 tunnellati minflok 7.5 tunnellati kif kien jitlob qabel ir-rekwiżit. Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni (3) Fil-White Paper tagħha, "Politika għal trasport Ewropew għall-2010: wasal iż-żmien għal deċiżjoni" il-Kummissjoni Ewropea iffissat il-mira li tnaqqas b’nofs in-numru ta’ mwiet fit toroq sa l-2010. Fit-tielet Programm ta' Azzjoni tagħha dwar is-Sikurezza fit-toroq, il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tinvestiga l-kwistjoni tar- retrofitting fuq vetturi tat-tagħbija tqila li qegħdin diġà fiċ-ċirkulazzjoni b'tagħmir għal viżjoni indiretta biex jitnaqqsu partijiet tal-vetturi li ma' jarahomx is-sewwieq. F’Diċembru ta’ l-2005, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 addotta roadmap ta’ 10 snin għal industrija tal-karozzi kompetittiva fil-UE. Fir-rigward tas-sikurezza fit-triq, il-grupp irrakkomanda approċċ integrat li jinvolvi t-teknoloġija tal-vettura, l-infrastruttura, u l-utent tat-triq. Dan l-approċċ integrat inkluda l-introduzzjoni obbligatorja ta' karatteristiċi ta’ sikurezza ġodda, fost oħrajn it-titjib ta' dawk l-inħawi madwar il-vetturi tat-tagħbija tqila fejn mhemmx viżibbilità. 2 IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Ġew ikkonsultati l-partijiet interessati waqt l-istudju tal-benefiċċji rrelatati ma' l-infiq mill-kuntrattur ta' l-istudju fl-2004. Il-kummenti tagħhom tqiesu fir-rapport ta' l-istudju. Konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati tniedet fl-2006 permezz ta' l-Internet. Ħafna minn dawk li wieġbu din il-konsultazzjoni kienu diġà ġew ikkuntattjati matul l-istudju. - 10 minn dawn ir-risposti ġew minn manifatturi ta’ tagħmir tal-vetturi b’mirja jew tagħmir ieħor biex itejbu il-kamp tal-viżjoni indiretta - 8 ġejjin minn organizzazzjonijiet dwar is-sikurezza fit-toroq, fosthom Membru tal-Parlament Ewropew - 6 ġejjin minn assoċjazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali (DK, NL, BE, ES, UK, IRU) - 7 ġejjin minn gvernijiet nazzjonali u reġjonali (CY, DE, EL, NL, FI, NO, Baden-Württemberg/Land Ġermaniż) - 2 ġejjin minn manifatturi u assoċjazzjonijiet tal-manifatturi (ACEA u manifattur li jimmodifika t-trakkijiet Volvo) - 3 ġejjin minn assoċjazzjonijiet ta’ l-utenti (FEMA/motoċiklisti, FIVA/vetturi storiċi; ECF/ċiklisti) Sommarju tar-risposti, u kif tqiesu Ir-risposti ġeneralment għarfu l-benefiċċji tar- retrofitting tat-tagħmir li jżid il-kamp tal-viżjoni indiretta. Kien hemm differenza fir-rigward ta' l-approċċ u l-ambitu ta' inizjattiva bħal din. Xi partijiet interessati jippreferu retrofitting volontarju, kamp ta' viżjoni iżgħar jew varjetà ta' għażliet biex jiksbu dan il-kamp ta' viżjoni. Oħrajn riedu japplikaw ir-rekwiżiti kollha tad-direttiva għall-vetturi ġodda għal tipi ta’ vetturi oħra jew ghal vetturi eqdem. Il-Kummissjoni ikkunsidrat bir-reqqa dawn il-kummenti kollha. Inizjattiva purament volontarja ma tiggarantix ir-riżultati mistennija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprevedi soluzzjoni sempliċi u diretta, li żżomm l-infiq baxx kemm jista' jkun u żżid il-benefiċċji kemm jista' jkun. Is-soluzzjonijiet proposti minn ħafna kummentaturi jistgħu possibilment ikunu ta’ benefiċċju għall-partijiet interessati tagħhom, iżda għad-detriment ta’ l-effettività globali tal-proposta. Finalment, u l-iktar importanti, il-Kummissjoni innutat li l-kummenti kollha ta’ l-utenti vulnerabbli, il-grupp immirat minn din il-miżura, kienu pożittivi ħafna. Iktar dettalji dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati jistgħu jinsabu fl-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt, li tiġi ma' din il-proposta. Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet mill-12/04/2006 sa l-24/05/2006. Il-Kummissjoni rċeviet 36 tweġiba. Ir-riżultati huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/transport/road/roadsafety/index_en.htm. Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati Servej tas-suq, Analiżi tal-Benefiċċji relatati ma' l-Infiq Il-metodoloġija użata Il-kuntratt ta’ l-istudju L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Il-gvernijiet nazzjonali, il-manifatturi tal-mirja, il-manifatturi tal-vetturi, l-Istituti tas-Sikurezza fit-Toroq Sinteżi tal-pariri li ngħataw u li ntużaw Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessatima ressqitx ir-riskji potenzjalment serji tal-proposti b’konsegwenzi rreversibbli. It-trasportaturi irrakomandaw li jingħaqdu mal-kampanji għat-tixrid ta’ l-għarfien, kemm għas-sewwieqa u kemm għall-utenti vulnerabbli tat-triq. Din ir-rakkomandazzjoni iddaħħlet fid-Direttiva. Barra minn hekk, kien iddikjarat li xi flotot ta’ vetturi ta’ xi Stati Membri għandhom iktar żmien bħala medja minn oħrajn. Għalhekk, l-Istati Membri huma ħielsa li jestendu l-iskop tad-direttiva għall-vetturi ta’ l-fuq 10 snin. Il-mezzi użati biex il-pariri ta' l-esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku L-istudju tal-benefiċċji rrelatati ma' l-infiq kien ippubblikat fuq EUROPA u jista' jitniżżel mis-sit ta’ l-internet: http://ec.europa.eu/transport/road/publications/projectfiles/mirrors_en.htm - Valutazzjoni ta’ l-impatt L-għażla biex "ma tagħmel xejn" tfisser li tintilef opportunità biex isslava il-ħajjiet tan-nies b’miżura sempliċi, diretta u mhux għalja ħafna. L-eżerċizzju tar- retrofitting jagħmel sens biss jitkompla qabel ma l-flotta ta’ l-HGV tinbidel b’HGV ġodda li jista’ jkollhom settijiet tal-mirja f’konformità mad-Direttiva 2003/97/KE. Jista’ jkun stmat li dan huwa il-każ wara l-2020. L-impatt tad-direttiva tar- retrofitting huwa limitat fiż-żmien u qed jonqos kull sena. L-applikazzjoni ta' kull settta' rekwiżiti tad-Direttiva 2003/97/KE għall-kamp ta’ viżjoni laterali għall-HGV kollha (>3.5 tunnellati) hija t-tieni għażla. Meta wieħed jikkunsidra l-flotta globali tal-vetturi, jista' jassumi li din il-miżura hija ta’ benefiċċju għoli meta rrelatata ma' l-infiq. Madankollu, huwa mistenni li l-installazzjoni tat-tagħmir meħtieġ jista' jkun differenti fost id-diversi tipi ta’ vetturi. Għal xi tipi ta’ vetturi, b’mod partikolari dawk li huma eqdem, l-applikazzjoni tas-sett sħiħ ta’ rekwiżiti tad-Direttiva 2003/97/KE tista’ tirrikjedi modifiki sostanzjali fl-istruttura tal-kabina peress li mirja ikbar jilqgħu iktar riħ. Dan jista’ jwassal għal spejjeż sostanzjali possibilment ma' l-eluf ta' Euro. It-tielet għażla għandha għalhekk tapplika sett differenzjat ta’ rekwiżiti fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/97/KE għall-viżjoni laterali ta’ l-HGV kollha. Għal iktar minn 50% ta’ l-HGV li jiċċirkulaw fuq it-toroq ta’ l-Ewropa, huwa possibbli li l-ħġieġ l-antik jinbidel bi ħġejjeġ ġodda li huma konformi mad-Direttiva 2003/97/KE u li jkopru l-kamp meħtieġ tal-viżjoni indiretta. Xi 25% oħra jistgħu jiġu mgħammra bi ħġejjeġ ġodda jekk ir-rekwiżiti għar- retrofitting fir-rigward tal-kamp ta' viżjoni huma kemmxejn mnaqqsa (>99%). L-ispejjeż għar- retrofitting f’dawn il-każijiet huma normalment taħt il-150 €. Ħafna mill-20-25% li jkun baqa jistgħu jiġu retrofitted b’mirja ġodda f’livell ogħla iżda għal spejjeż iktar raġonevoli. F’xi każijiet (<10%), huwa permess li jiġi installat tagħmir addizzjonali biex ikopri għallinqas il-kamp ta’ viżjoni tad-Direttiva 2003/97/KE. Jista’ jkun il-każ li l-bdil tal-mirja jirrikjedi bidliet sostanzjali fl-istruttura tal-kabina jew jekk ma jkunx hemm mera disponibbli li tkun tista tissodisfa r-rekwiżiti. 3 ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sinteżi ta' l-azzjoni proposta L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-kamp tal-viżjoni indiretta tal-vetturi tat-tagħbija tqila eżistenti u biex tgħin li ssalva ħajjet in-nies fuq it-toroq Ewropej. Minħabba li t-titjib tal-viżjoni indiretta tal-vetturi tat-tagħbija tqila eżistenti titlob ħafna modifiki tekniċi f’sistema li hija diġà approvata u legalment awtorizzata, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal fattibilità teknika u l-effiċjenza ekonomika ta’ retrofitting . Għalissa, mhemmx soluzzjoni teknika li tista’ tkopri l-100% ta’ l-ispazju madwar il-vettura fil-livell ta’ l-art. Dan huwa l-każ għall-vetturi tal-passiġġieri u iktar u iktar għall-vetturi tat-tagħbija tqila . Barra minn hekk, minkejja li l-mirja huma mezz eċċellenti biex ikopru il-kampijiet ta’ viżjoni indiretta, li ilu jintuża prattikament minn meta nħolqu l-vetturi, hemm limiti fiżiċi għal ċerti żoni e.ż. wara vetturi tat-tagħbija tqila. L-iktar limitu importanti huwa l-abilità limitata tas-sewwieq biex jiġbor, jara u jipproċessa informazzjoni differenti waqt li l-vettura tkun miexja. Diġà bis-sett attwali tal-mirja, sewwieq ta’ trakk misjuq min-naħa tax-xellug li qed idur fuq il-lemin, minbarra li qed iħares 'l quddiem u lejn ix-xellug, għandu jħares fiż-żewġ mirja ta’ wara fuq in-naħa tal-lemin u mera fil-viċin ‘l fuq mill-bieb tal-lemin Fi trakk mibni wara l-2007, għandu jkun hemm mera addizzjonali fuq quddiem biex tkopri ukoll iż-żona direttament fuq quddiem tal-vettura fil-livell ta’ l-art. Sistemi addizzjonali elettroniċi biex ikopru l-inħawi madwar il-vetturi mhux viżibbli, li jistgħu, speċjalment fuq vetturi eżistenti jirrikjedu modifki strutturali konsiderevoli u jġarrbu spejjeż sinifikanti, x’aktarx mhux se jkollhom rwol kbir fir- retrofitting. Madankollu jekk dawn is-sistemi jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/97/KE, jistgħu jiġu installati. L-approċċ tekniku tad-direttiva għall-vetturi ġodda li jistgħu jitqiesu bħala l-istat attwali ta’ l-arti, huwa r-referenza għal kull eżerċizzju ta' retrofitting possibbli. Min-naħa tal-benefiċċji rrelatati ma' l-ispejjeż ma jagħmilx sens li jiġi applikat is-sett sħiħ ta’ rekwiżiti għall-vetturi ġodda għall-vetturi eżistenti wkoll. Ir- retrofitting ta’ vetturi tajba u ħfief jew b’mirja jew magni tar-ritratti għandu rata tar-relazzjoni bejn il-benefiċċji ma' l-ispejjeż li fil-każijiet kollha hija ħafna inqas minn 1. Għal vetturi tat-tagħbija tqila , ir-rata tar-relazzjoni tal-benefiċċji ma' l-ispejjeż hija biss iktar minn 1 fil-każ tal-kamp laterali tal-viżjoni indiretta. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-analiżi tal-benefiċċji rrelatati ma' l-ispejjeż, qed jitqies biss ix-xenarju tal-vetturi tat-tagħbija tqila /vista mill-ġenb. Sabiex tiġi utilizzata din l-opportunità li qed tispiċċa (il-benefiċċju tal-miżura jonqos maż-żmien), biex il-manifatturi jitħallew ilaħħqu mad-domanda s-sidien tat-trakkijiet iktar qodma jingħataw iktar flessibilità, jagħmel sens li tkun prevista implimentazzjoni progressiva ta’ din id-direttiva. Il-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati wara l-2004 għandhom jiġu retrofitted fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva, il-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati wara l-2001 fi żmien sentejn u l-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati wara l-1998, mhux iżjed minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ. L-effettività ta’ l-infiq huwa l-prinċipju bażiku ta’ din il-proposta. Fir-rigward ta’ l-infurzar tar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu proċeduri ta’ kontroll affidabbli u effettivi, u f’xi każijiet flessibbli, biex jiżguraw li l-vetturi kollha rreġistrati f’pajjiżhom huma konformi ma' dawn ir-rekwiżiti. Għall-biċċa l-kbira minn dawn il-vetturi, ir- retrofitting jista’ jsir bi spejjeż raġjonevoli u b’tagħmir li huwa diġà disponibbli fis-suq. F’xi każijiet, ir- retrofitting , jista’ jkun teknikament iktar diffiċli. B’mod partikolari, f’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-flessibilità u soluzzjonijiet skond il-każ biex l-awtorità ta’ spezzjoni tagħti approvazzjoni għal soluzzjonijiet alternattivi. Xi Stati Membri diġà ħadu miżuri f’livell nazzjonali biex iżidu l-kamp laterali tal-viżjoni indiretta għas-sewwieqa tat-tagħbija tqila b’żieda mar-rekwiżiti skond il-leġiżlazzjoni Ewropea li qiegħda fis-seħħ. Dawn l-approċċi ma jikkonformawx jew inkella ma jikkonformawx bis-sħiħ ma’ l-approċċ tekniku tad-Direttiva 2003/97/KE. Madankollu, ir-riżultat, li huwa kopertura suffiċjenti tan-naħa laterali mhux viżibbli, jista' jintlaħaq permezz ta' dawn l-approċċi. Għalhekk, id-direttiva tagħti eżenzjoni għal tat-tagħbija tqila rreġistrati f’dawn il-pajjiżi, i.e. l-Olanda, id-Danimarka u l-Belġju, li ġew mgħammra b’sistemi għal viżjoni indiretta f’konfomità ma' l-iskemi nazzjonali qabel ma tidħol fis-seħħ din id-direttiva. Madankollu, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-vetturi kollha tat-tagħbija tqila li huma retrofitted wara li din id-direttiva tidħol fis-seħħ huma retrofitted b’sistemi għall-viżjoni indiretta b’konformità mad-direttiva. Barra minn hekk, il-vetturi rreġistrati iktar minn 10 snin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva huma eżentati minn din id-direttiva. X’aktarx li l-ispejjeż biex il-vetturi li huma eqdem jiġu retrofitted jistgħu jkunu ogħla mill-benefiċċji mistennija – ta’ l-aħħar ovvjament dejjem jonqos maż-żmien li jibqa' sakemmtintrema l-vettura. Il-bażi legali Il-miżura hija proposta abbażi ta’ l-Artikolu 71 tat-Trattat tal-KE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. Bid-Direttiva 2003/97/KE, il-mirja huma armonizzati fil-livell Ewropew. L-inizjattivi tar- retrofitting fil-livell tas-Stat Membru jikkonċernaw biss il-vetturi rreġistrati fl-Istat Membru relevanti. Il-vetturi tat-tagħbija tqila jinsabu ħafna fit-traffiku Ewropew u anke fit-traffiku internazzjonali. Soluzzjoni purament nazzjonali ma tkunx sodsisfaċenti. Obbligu nazzjonali għar- retrofitting ukoll jista' jitqies bħala ostakolu għall-kummerċ, speċjalment minħabba li hemm leġiżlazzjoni armonizzata fis-seħħ. Approċċ komuni Ewropew dwar ir- retrofitting jipprovdi għal-kundizzjonijiet ugwali fil-kamp tas-suq kompetittiv ħafna Ewropew tat-trasport bit-triq. L-azzjoni Komunitarja tkun aħjar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin. Obbligu komuni Ewropew għandu vantaġġi ta’ l-ekonomija fil-kobor. Jipprojbixxi soluzzjonijiet differenti tekniċi f’livell nazzjonali li jistgħu jikkawżaw problemi meta trakkijiet qodma jinbiegħu lil pajjiżi oħra Ewropej, li għandhom rekwiżiti differenti. Il-leġiżlazzjoni Ewropea għandha tnaqqas in-numru ta' inċidenti li jirriżultaw minn nuqqas ta' viżibiltà tas-sewwieqa li jinvolvu vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati f'pajjiż ieħor ta' l-UE. Il-vetturi tat-tagħbija tqila qegħdin fil-kategorija tal-vetturi li hija involuta l-iktar fit-traffiku internazzjonali. Din għandha tkun l-ewwel kategorija ta’ vetturi li titqies għall-armonizzazzjoni Ewropea tar-rekwiżiti. Il-proposta għaldaqstant tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Billi l-approċċ tekniku huwa preskritt fid-dettall, id-direttiva tħalli ħafna spazju biex l-Istati Membri joħolqu l-iskemi tagħhom dwar kif jiżguraw il-konformità. L-għażla ppreferuta tħalli marġini ta’ manuvra lill-Istati Membri sabiex isibu l-iktar mezzi effettivi mil-lat finanzjarju biex jittrasponu d-direttiva f'termini ta' proċeduri ta’ infurzar u kontroll. L-għażla ta' strument Strumenti proposti: direttiva. Mezzi oħra mhumiex adegwati għar-raġunijiet li ġejjin: L-alternattiva għal obbligu legali hija kampanji ta’ għarfien u ftehimiet volontarji tas-settur. Peress li l-eżerċizzju ta’ retrofitting jagħmel sens biss f'perjodu ta' ċertu żmien (madwar 4 sa 6 snin – mill-2007 ‘l- quddiem), ftehim volontarju tas-settur tat-trasport ma jidhirx xieraq. Barra minn hekk, is-settur tat-trasport jidher li mhuwiex f'pożizzjoni li jidħol għal impenn bħal dan. Kampanji ta' għarfien jidhru li huma ta' suċċess fit-terminu qasir. Dawn għandhom jakkumpanjaw l-introduzzjoni tal-mirja. 4 IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT Din il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. 5 INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Is-simulazzjoni, il-fażi sperimentali u l-perjodu tranżitorju Kien hemm jew se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta. Tabella tal-korrelazzjoni L-Istati Membri huma obbligati jinnotifikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. 2006/0183 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir- retrofitting ta’ mirja lill-vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitá Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 71(1)(ċ) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4], Billi: (1) Numru ta’ inċidenti huma kkawżati minn sewwieqa ta' vetturi tat-tagħbija tqila li li ma jindunawx li utenti oħra tat-triq ikunu qegħdin viċin ħafna jew ħdejn il-vettura tagħhom. Dawn l-inċidenti ħafna drabi huma marbuta ma' xi tibdil fid-direzzjoni fil- crossings , il- junctions u r- roundabouts meta s-sewwieqa jonqsu milli jaraw lill-utenti l-oħra tat-triq fil-partijiet madwar il-vettura tagħhom li ma jkunux jistgħu jaraw. Huwa stmat li kull sena madwar 400 persuna tmut f’ċirkostanzi bħal dawn, ħafna minnhom utenti vulnerabbli tat-triq bħaċ-ċiklisti, il-motoċiklisti u dawk li jimxu fit-triq. (2) Fil- White Paper tagħha tat-12 ta’ Settembru 2001 "Politika għal trasport Ewropew għall-2010": wasal iż-żmien għal deċiżjoni"[5] il-Kummissjoni Ewropea għamlet mira li tnaqqas bin-nofs in-numru ta’ mwiet fit-toroq sa l-2010. Fit-tielet Programm tagħha dwar l-Azzjoni għas-Sikurezza fit-toroq[6], il-Kummissjoni impenjat ruħha fl-investigazzjoni tal-kwistjoni tar- retrofitting fuq vetturi tat-tagħbija tqila li diġà qegħdin fiċ-ċirkulazzjoni u li għandhom tagħmir għall-viżjoni indiretta biex jitnaqqsu ż-żoni illi ma jistax jarahom is-sewwieq u b’hekk isir kontribut għat-tnaqqis ta' l-imwiet fit-toroq. (3) Fil-pjan tagħha fuq 10 snin fir-Rapport Finali ”Sistema Regolatorja Kompetittiva tal-Karozzi għas-Seklu 21” il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 rrakomanda approċċ integrat fir-rigward ta’ sikurezza fit-triq li tinkludi l-introduzzjoni obbligatorja tal-fatturi ta’ sikurezza ġodda, bħal ma huma l-mirja, biex inaqqsu ż-żoni li ma jistgħux jaraw is-sewwieqa tal-vetturi tat-tagħbija tqila . (4) Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE, [7] filwaqt li jkun hemm potenzjal kbir biex jitnaqqsu n-numru ta’ mdarrba taffetwa biss il-vetturi rreġistrati ġodda. (5) Għalhekk il-vetturi li qegħdin diġà fiċ-ċirkulazzjoni mhumiex soġġetti għall-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2003/97/KE. Jista’ jkun stmat li dawk il-vetturi mhux se jkunu sostitwiti sa l-2023. (6) Sabiex ikun hemm sforz biex jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq ikkawżati minn dawk il-vetturi u li jinvolvu l-utenti vulnerabbli tat-triq, jixraq, li sadanittant, li jsir provvediment sabiex il-vetturi kkonċernati jiġu retrofitted b'tagħmir aħjar għal viżjoni indiretta. (7) Vetturi eżistenti bħal dawn għandhom jiġu mgħammra b’mirja li jnaqqsu iż-żoni laterali tal-vettura li ma jistax jarahom is-sewwieq waqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi tad-Direttiva 2003/97/KE. Dan huwa teknikament fattibli għall-maġġoranza tal-vetturi ikkonċernati. (8) Huwa għalhekk xieraq u proporzjonat li jiġu provduti eżenzjonijiet għal vetturi li ma tantx għad fadlilhom biex jitneħħew, vetturi li huma mgħammra b’mirja laterali li l-kamp ta’ viżjoni tagħhom jkopri kemmxejn inqas mill-kampijiet ta’ viżjoni stabbiliti fid-Direttiva 2003/97/KE, u l-vetturi li tradizzjonalment għalihom huwa impossibbli li jiġu mgħammra b’mirja konformi ma' dik id-Direttiva. (9) Sabiex is-suq ilaħħaq mad-domanda għolja ħafna għal mirja f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien għandu jsir provvediment għal perjodi tranżitorji. (10) Vetturi tat-tagħbija tqila li ġew retrofitted qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/97/KE b’tagħmir ta’ viżjoni indiretta li l-biċċa l-kbira ikopru il-kamp ta’ viżjoni mitluba f’dik id-Direttiva għandha tiġi eżentata mir-rekwiżiti ta’ din il-leġiżlazzjoni. (11) L-eżerċizzju tar- retrofitting għandu jiġi akkumpanjat minn miżuri mfassla biex jikber l-għarfien tal-perikli marbuta ma' l-eżistenza ta’ żoni tal-vetturi tat-tagħbija tqila li ma jkunx jista' jarahom is-sewwieq. (12) Minħabba li l-mira ta' l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri ir- retrofitting ta' vetturi eżistenti f'ċikulazzjoni fil-Komunità, ma tistax tinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u tista' għalhekk, minħabba r-raġuni ta' l-ispettru u l-effetti ta' l-azzjoni, tinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-miri, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tagħmir tal-vetturi ta’ kategoriji N2 u N3 kif imsemmiji fid-Direttiva 70/156/KEE li huma rreġistrati fil-Komunità b' s-sistemi tal-viżjoni indiretta . Artikolu 2 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal vetturi ta’ kategoriji N2 u N3 kif imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 70/156/KE li mhumiex koperti bid-Direttiva 2003/97/KE[8]. 2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin: (a) Il-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 rreġistrati għal iktar minn 10 snin qabel id-data stipulata fl-Artikolu 8; (b) Il-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 fejn huwa impossibbli li jintramaw mirja tal-klassi IV u klassi V b'mod li jiżgura li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ebda partijiet tal-mirja huma inqas minn 2 m (±10 cm) mill-art, tkun xi tkun il-pożizzjoni ta’ l-aġġustament; meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrespondi għal piż massimu teknikament permissibbli (ii) il-mirja huma viżibbli bis-sħiħ mill-pożizzjoni tas-sewqan. Artikolu 3 B’effett mid-data stabbilita fl-Artikolu 8 l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vetturi kollha msemmija fl-Artikolu 2(1) huma mgħammra, fuq in-naħa tal-passiġġieri, b’mirja mill-viċin u ta’ angolu wiesa’ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-mirja tal-klassi IV u l-mirja tal-klassi V skond id-Direttiva 2003/97/KE rispettivament. B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva għandha titqies bħala miksuba meta l-vetturi mgħammra bil-mirja, li l-kombinazzjoni tal-kamp ta' viżjoni tagħhom tkopri mhux inqas minn 99% tal-kamp totali ta’ viżjoni fil-livell ta’ l-art tal-mirja tal-klassi IV u tal-klassi V skond id-Direttiva 2003/97/KE. Artikolu 4 B’deroga mill-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3 l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dan li ġej: (1) Il-vetturi rreġistrati minn 4 sa 7 snin qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 8 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena wara dik id-data; (2) Il-vetturi rreġistrati minn 7 sa 10 snin qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 8 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data; Artikolu 5 Il-vetturi ta’ kategoriji N2 u N3 li, minħabba r-raġuni tan-nuqqas ta’ soluzzjonijiet tekniċi disponibbli ma jistgħux jiġu mgħammra b’mirja li jikkonformaw ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu mgħammra b’tagħmir ieħor ta’ viżjoni indiretta, sakemm tagħmir bħal dan ikopri għallinqas l-istess kamp ta’ viżjoni kif stabbilit fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3. Il-vetturi retrofitted skond l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu approvati individwalment mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw il-miżuri skond din id-Direttiva b’inizjattivi biex iqajmu kuxjenza dwar il-perikli għall-utenti tat-triq kkawżati minn żoni tal-vettura li ma jkunx jista' jarahom is-sewwieq. » Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri jeħtiġilhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li dawn jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 8 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President[pic][pic][pic] [1] ĠU C , p. [2] ĠU C , p. [3] ĠU C , p.. [4] ĠU C , p. [5] COM (2001) 370 finali. [6] COM (2003) 311 finali. [7] ĠU L 25, 29.1.2004, p.1. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 44) [8] ĠU L 42, 23.2.1970, p.1. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/40/KE (ĠU L 161, 14.6.2006, p.12).