This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1040
Council Decision (EU) 2023/1040 of 15 May 2023 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Agreement between the European Union and Montenegro on operational activities carried out by the European Border and Coast Guard Agency in Montenegro
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1040 tal-15 ta’ Mejju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1040 tal-15 ta’ Mejju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro
ST/8352/2023/INIT
ĠU L 140, 30/05/2023, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1040/oj
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1040
tal-15 ta’ Mejju 2023
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), punti (b) u (d), u l-Artikolu 79(2), punt (c), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 (1), f’ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta lejn pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet se jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, għandu jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Fit-18 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Montenegro għal ftehim dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro. |
(3) |
In-negozjati ġew konklużi b’suċċess permezz tal-inizjalar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro (‘il-Ftehim’). |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2); Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha u lanqas suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat u d-dikjarazzjoni mehmuża fir-rigward tal-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein tiġi approvata, f’isem l-Unjoni. |
(7) |
Sabiex jiġi permess skjerament urġenti tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tal-Montenegro, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).
Artikolu 2
Id-Dikjarazzjoni mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi approvata f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 4
Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, f’konformità mal-Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu (4).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. FORSSMED
(1) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.)
(3) Ara paġna ... ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Id-data tal-iffirmat tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
DIKJARAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA U L-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta’ Mejju 1999 u tas-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.
F’tali ċirkostanzi huwa mixtieq li l-awtoritajiet tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa, u l-Montenegro, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro f’termini simili għal dawk tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro.