EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2104

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2104 tad-29 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012

C/2022/4755

ĠU L 284, 04/11/2022, p. 1–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/06/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2104/oj

4.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2104

tad-29 ta’ Lulju 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2), 78(3) u (4) u 88(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u sostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). Il-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tistabbilixxi regoli dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas legali l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli permezz ta’ tali atti. Dawk l-atti jenħtieġ li jissostitwixxu r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 (4), li għalhekk jenħtieġ li jitħassru.

(2)

Iż-żejt taż-żebbuġa għandu ċerti proprjetajiet organolettiċi u nutrizzjonali, li meta jitqiesu l-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, jippermettulu aċċess għal suq bi prezz relattivament għoli meta mqabbel mal-biċċa l-kbira tax-xaħmijiet veġetali l-oħra. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni tas-suq, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żjut taż-żebbuġa li jiggarantixxu l-kwalità tal-prodott u jiġġieldu l-frodi b’mod effettiv. Il-monitoraġġ effettiv tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jittejjeb ukoll. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dan il-għan.

(3)

L-esperjenza miksuba matul l-aħħar għaxar snin mill-implimentazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u mill-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-konformità turi li ċerti aspetti tal-qafas regolatorju jeħtieġ li jiġu ssimplifikati u ċċarati.

(4)

Sabiex issir distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ta’ kull waħda mill-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa u l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa verġni, sabiex jiġu ggarantiti l-purità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u sabiex ma tinħoloqx kompetizzjoni inġusta fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li jkun permess biss għal kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa li jistgħu jinbiegħu lill-konsumatur finali li jitħalltu ma’ żjut veġetali oħra jew jiġu inkorporati fl-ikel. Sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi differenti tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jipprojbixxu l-produzzjoni ta’ tali taħlitiet fit-territorju tagħhom.

(6)

Biex tiġi ggarantita l-awtentiċità taż-żejt taż-żebbuġa mibjugħ, l-imballaġġ għall-bejgħ bl-imnut jenħtieġ li jkun żgħir u jkollu sistema adegwata kif jingħalaq. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jawtorizzaw imballaġġ akbar għal stabbilimenti kollettivi.

(7)

Sabiex il-konsumatur jiġi megħjun biex jagħżel bejn il-prodotti, huwa kruċjali li t-tagħrif obbligatorju indikat fuq it-tikketta jkun jista’ jinqara faċilment. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kemm l-informazzjoni obbligatorja fil-parti viżwali ewlenija tkun tista’ tinqara u dwar x’informazzjoni għandha tiġi inkluża fiha.

(8)

L-ismijiet tal-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa jenħtieġ li jikkorrispondu mad-deskrizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa kkummerċjalizzat f’kull Stat Membru, fil-kummerċ intra-Unjoni u fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi kif stabbilit fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(9)

Bosta studji xjentifiċi wrew li d-dawl u s-sħana jħallu effetti negattivi fuq l-iżvilupp tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa. Għalhekk jenħtieġ li l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin jiġu indikati b’mod ċar fuq it-tikketta biex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun infurmat tajjeb dwar l-aqwa kundizzjonijiet għall-ħżin.

(10)

Bħala riżultat tat-tradizzjonijiet agrikoli u l-prattiki lokali ta’ estrazzjoni u taħlit, iż-żjut taż-żebbuġa verġni introdotti direttament fis-suq jistgħu jkunu ta’ togħma u kwalità pjuttost differenti skont il-post ta’ oriġini tagħhom. Dan jista’ jwassal għal differenzi fil-prezz fl-istess kategorija li jfixklu s-suq. Ma hemm ebda differenza sostanzjali marbuta mal-oriġini f’kategoriji oħrajn ta’ żejt taż-żebbuġa li jittiekel, u għalhekk l-indikazzjoni tal-post ta’ oriġini fuq l-imballaġġ ta’ tali żejt tista’ twassal biex il-konsumaturi jemmnu li jeżistu differenzi fil-kwalità. Għalhekk, biex ma jkunx hemm distorsjoni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa li jittiekel, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema obbligatorja tal-Unjoni għat-tikkettar tal-post ta’ oriġini, li jenħtieġ li tkun ristretta għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni li jissodisfaw kondizzjonijiet preċiżi.

(11)

Fl-Unjoni, parti sinifikanti taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni hija magħmula minn taħlitiet ta’ żjut li joriġinaw minn diversi Stati Membri u pajjiżi terzi. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tikkettar tal-oriġini ta’ tali taħlitiet.

(12)

Denominazzjoni ta’ oriġini reġjonali tista’ tkun koperta minn Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) jew minn Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Id-denominazzjonijiet li jindikaw oriġini reġjonali jenħtieġ li jiġu riżervati għad-DOP jew għall-IĠP biex tiġi evitata l-konfużjoni bejn il-konsumaturi, li potenzjalment tista’ twassal għal disturbi fis-suq. Fil-każ ta’ żejt taż-żebbuġa importat, jenħtieġ li jiġu rrispettati r-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(13)

It-trademarks eżistenti inklużi r-referenzi ġeografiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jintużaw, dment li jkunu ġew irreġistrati uffiċjalment fil-passat, f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (7) jew mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (8).

(14)

Jekk il-post ta’ oriġini ta’ żejt taż-żebbuġa extra verġni jew verġni jirreferi għall-Unjoni jew għal Stat Membru, din hija indikazzjoni mhux biss ta’ fejn ikun inqata’ ż-żebbuġ iżda wkoll tat-tekniki u l-prattiki ta’ estrazzjoni li jinfluwenzaw il-kwalità u t-togħma taż-żejt. Għalhekk, il-post ta’ oriġini jenħtieġ li jirreferi għaż-żona ġeografika li jkun inkiseb minnha ż-żejt taż-żebbuġa, li ġeneralment tkun iż-żona li fiha jkun ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ. Madankollu, f’ċerti każijiet, iż-żejt jiġi estratt f’post li ma jkunx l-istess bħal dak fejn ikun inqata’ ż-żebbuġ u din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi ddikjarata fuq l-imballaġġ jew it-tikketti mehmużin mal-imballaġġ sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u li ma jkunx hemm disturbi fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

(15)

Meta l-impjanti tal-imballaġġ jiġu approvati fil-livell nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105 li jistabbilixxi regoli dwar il-kontrolli tal-konformità tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u metodi ta’ analiżi tal-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa (9), it-tikketta taż-żejt taż-żebbuġa jenħtieġ li tinkludi l-identifikazzjoni alfanumerika allokata lill-impjant tal-imballaġġ, sabiex tippermetti traċċabbiltà aħjar u protezzjoni tal-konsumatur.

(16)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), l-indikazzjonijiet murija fuq it-tikketti ma għandhomx iqarrqu lix-xerrej, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa konċernat, jew billi jattribwixxu lilu proprjetajiet li ma jkollux, jew billi jissuġġerixxu li jkun fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt il-biċċa l-kbira taż-żjut ikollhom tali karatteristiċi. Ċerti indikazzjonijiet użati b’mod komuni u fakultattivi li huma speċifiċi għaż-żejt taż-żebbuġa jirrikjedu wkoll regoli armonizzati biex jiddefinixxu eżattament tali dikjarazzjonijiet u jiżguraw li l-preċiżjoni tagħhom tkun tista’ tiġi vverifikata. Minħabba l-proliferazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet u s-sinifikat ekonomiku tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-użu tagħhom sabiex tiġi introdotta ċ-ċarezza fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

(17)

Għaldaqstant, il-kunċetti ta’ “ppressar kiesaħ” u “estrazzjoni kiesħa” jenħtieġ li jikkorrispondu ma’ metodu teknikament definit ta’ produzzjoni tradizzjonali.

(18)

Ċerti termini li jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi li jirreferu għat-togħma jew għar-riħa taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni ġew iddefiniti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, jenħtieġ li ma jintuża l-ebda terminu ieħor li jiddeskrivi l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni fid-deskrizzjoni ta’ dawn iż-żjut. L-użu ta’ tali termini fuq it-tikketta ta’ żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni jenħtieġ li jkun riżervat għal żjut li jkunu ġew ivverifikati li għandhom dawn il-karatteristiċi skont il-metodu ta’ analiżi korrispondenti tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

(19)

Ir-referenza għall-aċidità fl-iżolament tissuġerixxi skorrettament skala ta’ kwalità assoluta li tqarraq bil-konsumatur billi dan il-fattur jirrappreżenta valur kwalitattiv biss fir-rigward tal-parametri fiżikokimiċi l-oħra (valur tal-perossidu, kontenut ta’ xama’ u assorbiment tal-ultravjola). Għalhekk, meta ssir referenza għall-aċidità fuq it-tikketta, jenħtieġ li dawk il-parametri jiġu indikati wkoll.

(20)

Bil-għan li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, il-valur tal-parametri fiżikokimiċi meta tali parametri jiġu indikati fuq it-tikketta jenħtieġ li jkun il-valur massimu li jistgħu jilħqu tali parametri sad-data tad-durabbiltà minima.

(21)

Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar l-età tal-prodott, l-operaturi jenħtieġ li jitħallew jindikaw is-sena tal-ħsad fuq it-tikketta taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni iżda biss meta 100 % tal-kontenut tal-kontenitur jiġi minn sena waħda ta’ ħsad. Billi l-ħsad taż-żebbuġ normalment jibda matul il-ħarifa u jintemm sar-rebbiegħa tas-sena ta’ wara, huwa xieraq li jiġi ċċarat kif is-sena tal-ħsad trid tiġi indikata fuq it-tikketta.

(22)

Sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-età ta’ żejt taż-żebbuġa lill-konsumaturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jagħmlu l-indikazzjoni tas-sena tal-ħsad obbligatorja. Madankollu, bil-għan li ma jiġix imfixkel il-funzjonament tas-suq uniku, tali indikazzjoni obbligatorja jenħtieġ li tkun limitata għall-produzzjoni domestika tagħhom, miksuba miż-żebbuġ maħsud fit-territorju tagħhom u maħsuba għas-swieq nazzjonali tagħhom biss. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-applikazzjoni ta’ tali deċiżjoni nazzjonali u tirrieżamina d-dispożizzjoni sottostanti tal-Unjoni, fid-dawl ta’ kwalunkwe evoluzzjoni rilevanti fil-funzjonament tas-suq uniku, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (11).

(23)

Jenħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ikel li jkun fih iż-żejt taż-żebbuġa ma jkunx qarrieqi għall-konsumaturi billi jenfasizza r-reputazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr ma jispeċifika b’mod ċar il-kompożizzjoni reali tal-prodott. Għalhekk, il-perċentwal ta’ żejt taż-żebbuġa u ċerti indikazzjonijiet speċifiċi għall-prodotti li jkunu jikkonsistu esklużivament minn taħlita ta’ żjut veġetali jenħtieġ li jkun jidher b’mod ċar fuq it-tikkettar. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-ikel solidu ppreservat esklużivament fiż-żejt taż-żebbuġa stabbilit f’regolamenti speċifiċi, b’mod partikolari għas-sardin, it-tonn u l-plamtu.

(24)

Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, għall-prodotti tal-ikel ippreservati esklużivament fiż-żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li ma jkunx hemm ħtieġa li jiġi ddikjarat il-perċentwal ta’ żejt miżjud fir-rigward tal-piż nett totali tal-ikel fuq it-tikketta,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli:

(a)

dwar il-karatteristiċi taż-żjut taż-żebbuġa msemmija fil-punti 1 sa 6 tal-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

dwar standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żjut taż-żebbuġa msemmija fil-Parti VIII, il-punti 1(a) u (b) u l-punti 3 u 6, tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta jinbiegħu lill-konsumatur finali, ippreżentati fl-istat naturali jew fl-ikel.

Artikolu 2

Kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa

1.   Iż-żjut taż-żebbuġa li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti:

(a)

fil-punt 1 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa extra verġni skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 1(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

fil-punt 2 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa verġni skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 1(b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

fil-punt 3 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa lampante skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 1(c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d)

fil-punt 4 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa raffinat skont it-tifsira Parti VIII, il-punt 2 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(e)

fil-punt 5 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa magħmul minn żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa verġni skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 3 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(f)

fil-punt 6 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 4 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(g)

fil-punt 7 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 5 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(h)

fil-punt 8 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt mir-residwi taż-żebbuġ skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Il-karatteristiċi taż-żjut taż-żebbuġa stabbiliti fl-Anness I għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105.

Artikolu 3

Taħlitiet u żejt taż-żebbuġa f’ikel ieħor

1.   Iż-żjut imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 biss jistgħu jkunu parti minn taħlitiet ta’ żejt taż-żebbuġa u żjut veġetali oħrajn.

2.   Iż-żjut imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 biss jistgħu jiġu inkorporati f’ikel ieħor.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa u żjut veġetali oħra msemmija fil-paragrafu 1 għall-konsum intern. Madankollu, ma jistgħux jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ tali taħlitiet minn pajjiżi oħra u ma jistgħux jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ tali taħlitiet għall-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni.

Artikolu 4

Imballaġġ

1.   Iż-żjut imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 għandhom jiġu ppreżentati lill-konsumatur finali f’imballaġġ ta’ kapaċità massima ta’ ħames litri. Tali imballaġġ għandu jkollu sistema ta’ ftuħ li ma tistax terġa’ tiġi ssiġillata wara li jinfetaħ l-ewwel darba u għandu jiġi ttikkettat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każ taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), maħsuba għall-konsum f’ristoranti, sptarijiet, canteens u stabbilimenti oħra simili kollettivi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kapaċità massima li teċċedi l-ħames litri għall-imballaġġ, skont it-tip ta’ stabbiliment ikkonċernat.

Artikolu 5

Tikkettar

1.   It-tikkettar tat-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 6 sa 9 għandu jkun obbligatorju.

2.   L-isem legali msemmi fl-Artikolu 6(1) u, fejn applikabbli, il-post ta’ oriġini msemmi fl-Artikolu 8(1), għandhom jinġabru flimkien fil-kamp viżiv prinċipali, kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jew fuq l-istess tikketta jew fuq diversi tikketti mwaħħla mal-istess kontenitur, jew direttament fuq l-istess kontenitur. Dan it-tagħrif għandu jintwera bis-sħiħ f’korp ta’ test omoġenju.

3.   It-tikkettar tat-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 10, 11 u 12 għandu jkun volontarju.

Artikolu 6

Isem legali u tikkettar tal-kategorija taż-żjut

1.   Id-deskrizzjoni taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), għandha titqies bħala l-isem legali tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2), il-punt (n) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

2.   It-tikketta ta’ dawk iż-żjut għandu jkollha, b’ittri ċari u li ma jitħassrux, minbarra d-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, iżda mhux neċessarjament, viċin tagħha, l-informazzjoni li ġejja dwar il-kategorija taż-żejt:

(a)

żejt taż-żebbuġa extra verġni:

“żejt taż-żebbuġa ta’ kategorija superjuri miksub direttament minn żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi”;

(b)

żejt taż-żebbuġa verġni:

“żejt taż-żebbuġa miksub direttament miż-żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi”;

(c)

żejt taż-żebbuġa magħmul minn żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa verġni:

“żejt magħmul esklużivament minn żjut taż-żebbuġa li jkunu għaddew minn proċess ta’ raffinar u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ”;

(d)

żejt mir-residwi taż-żebbuġ:

(i)

“żejt magħmul esklużivament minn żjut miksuba billi l-prodott miksub jiġi ttrattat wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ”; jew

(ii)

“żejt magħmul esklussivament minn żjut miksuba bl-ipproċessar ta’ żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ”.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet speċjali ta’ ħżin

L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet speċjali ta’ ħżin għaż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), jiġifieri li jridu jinħażnu ’l bogħod mid-dawl u mis-sħana, għandha tidher fuq il-kontenituri tagħhom jew fuq it-tikketti mwaħħla magħhom.

Artikolu 8

Post ta’ oriġini

1.   Għaż-żejt taż-żebbuġa extra verġni u għaż-żejt taż-żebbuġa verġni, imsemmija fil-Parti VIII, il-punti 1(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-post ta’ oriġini għandu jidher fuq it-tikketta.

2.   Għaż-żjut imsemmija fil-Parti VIII, il-punti 3 u 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-ebda post ta’ oriġini ma għandu jintwera fuq it-tikketta.

3.   Il-post ta’ oriġini msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti biss minn:

(a)

fil-każ taż-żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, f’konformità mal-paragrafi 6 u 7, minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, referenza għal dak l-Istat Membru, jew għall-Unjoni jew għall-pajjiż terz, kif xieraq; jew

(b)

fil-każ ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, f’konformità mal-paragrafi 6 u 7, minn aktar minn Stat Membru wieħed jew pajjiż terz, waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin, kif xieraq:

(i)

“taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea” jew referenza għall-Unjoni;

(ii)

“taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li ma joriġinawx mill-Unjoni Ewropea”, jew referenza għal oriġini barra mill-Unjoni;

(iii)

“taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li ma joriġinawx mill-Unjoni Ewropea”, jew referenza għal oriġini fl-Unjoni u għal oriġini barra mill-Unjoni; jew

(c)

denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

4.   L-ismijiet ta’ marki jew ditti li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 1998 f’konformità mad-Direttiva 89/104/KEE jew sal-31 ta’ Mejju 2002 f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ma għandhomx jitqiesu bħala l-post ta’ oriġini kopert b’dan ir-Regolament.

5.   Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiż terz, il-post ta’ oriġini għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikoli 59 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

6.   Il-post ta’ oriġini li jsemmi Stat Membru jew l-Unjoni għandu jikkorrispondi maż-żona ġeografika li fiha nqata’ ż-żebbuġ u li fiha tinstab il-mitħna fejn ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ.

7.   Jekk iż-żebbuġ ikun inħasad fi Stat Membru jew f’pajjiż terz għajr dak li fih tkun tinsab il-mitħna fejn ikun ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ, il-post ta’ oriġini għandu jkun fih il-kliem li ġej: “żejt taż-żebbuġa (extra) verġni miksub fi (l-Unjoni jew l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat) minn żebbuġ maħsud fi (l-Unjoni jew l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat)”.

Artikolu 9

Numru tal-impjant tal-imballaġġ

Għaż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), it-tikketta għandu jkollha, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni alfanumerika tal-impjant tal-imballaġġ approvat f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105.

Artikolu 10

Termini riżervati fakultattivi

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu ta’ termini riżervati fakultattivi skont it-tifsira tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jistgħu jidhru fuq it-tikketta taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament:

(a)

l-indikazzjoni “l-ewwel ippressar kiesaħ” tista’ tidher biss għal żjut taż-żebbuġa extra verġni jew verġni miksuba f’temperatura taħt is-27 °C mill-ewwel ippressar mekkaniku tal-pasta taż-żebbuġ minn sistema tradizzjonali ta’ estrazzjoni bl-użu ta’ pressi idrawliċi;

(b)

l-indikazzjoni “estrazzjoni kiesħa” tista’ tidher biss għal żjut taż-żebbuġa extra verġni jew verġni miksuba f’temperatura taħt is-27 °C permezz ta’ perkolazzjoni jew ċentrifugazzjoni tal-pasta taż-żebbuġ;

(c)

l-indikazzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi li jirreferu għat-togħma jew għar-riħa jistgħu jidhru biss għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni. Il-karatteristiċi organolettiċi biss kif iddefiniti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jidhru fuq it-tikketta u biss jekk ikunu bbażati fuq valutazzjoni mwettqa skont il-metodu msemmi fl-Anness I, il-punt 5, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105. Id-definizzjonijiet u l-firxiet ta’ riżultati, li jippermettu indikazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi organolettiċi, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-indikazzjoni tal-aċidità massima mistennija sad-data ta’ durabbiltà minima msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, tista’ tidher biss jekk tkun akkumpanjata b’indikazzjoni, f’ittri tal-istess daqs u fl-istess kamp viżiv, tal-valuri massimu għall-kontenut tal-perossidu, il-kontenut tax-xama’ u l-assorbiment ultravjola, determinati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105, mistenni sal-istess data.

Artikolu 11

Indikazzjoni tas-sena tal-ħsad

1.   Iż-żejt taż-żebbuġa extra verġni u ż-żejt taż-żebbuġa verġni biss, imsemmija fil-Parti VIII, il-punti 1(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jistgħu juru l-indikazzjoni tas-sena tal-ħsad.

2.   Is-sena tal-ħsad tista’ tintwera biss jekk 100 % tal-kontenut tal-kontenitur ikun ġej minn dak il-ħsad u għandha tiġi indikata fuq it-tikketta jew fil-forma tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti f’konformità mal-Artikolu 6, il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew fil-forma tax-xahar u s-sena tal-ħsad, f’dik l-ordni. Ix-xahar għandu jikkorrispondi max-xahar tal-estrazzjoni taż-żejt miż-żebbuġ.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li s-sena tal-ħsad imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata fuq it-tikketta taż-żjut taż-żebbuġa msemmija f’dak il-paragrafu, tal-produzzjoni domestika tagħhom, miksuba miż-żebbuġ maħsud fit-territorju tagħhom u maħsub għas-swieq nazzjonali tagħhom biss.

4.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tipprevjeni żjut taż-żebbuġa tikkettati qabel id-data li fiha dik id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ milli jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183.

Artikolu 12

Indikazzjoni tal-preżenza ta’ żejt taż-żebbuġa barra mil-lista ta’ ingredjenti f’taħlitiet u fl-ikel

1.   Meta l-preżenza taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), f’taħlita ma’ żjut veġetali oħra tiġi enfasizzata fuq it-tikketta xi mkien ieħor minbarra fil-lista ta’ ingredjenti, bl-użu ta’ kliem, stampi jew grafika, it-taħlita kkonċernata għandu jkollha d-deskrizzjoni kummerċjali li ġejja: “Taħlita ta’ żjut veġetali (jew l-ismijiet speċifiċi taż-żjut veġetali kkonċernati) u taż-żejt taż-żebbuġa”, segwiti direttament mill-perċentwal ta’ tali żjut fit-taħlita.

2.   Il-preżenza taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), tista’ tiġi enfasizzata permezz ta’ stampi jew grafika fuq it-tikketta ta’ taħlita kif imsemmija fil-paragrafu 1 biss fejn tkun tammonta għal aktar minn 50 % tat-taħlita konċernata.

3.   Bl-eċċezzjoni tal-ikel solidu ppreservat esklużivament fiż-żejt taż-żebbuġa, b’mod partikolari l-prodotti msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 (12) u (KEE) Nru 1536/92 (13), u fejn il-preżenza taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament tiġi ddikjarata fuq it-tikketta xi mkien ieħor għajr fil-lista ta’ ingredjenti, bl-użu ta’ kliem, stampi jew grafika, l-isem tal-ikel għandu jiġi segwit direttament mill-perċentwal ta’ żejt relattiv għall-piż nett totali tal-oġġett tal-ikel.

4.   Il-perċentwal ta’ żjut miżjuda msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), meta mqabbel mal-piż nett totali tal-ikel imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi sostitwit bil-perċentwal ta’ żejt miżjud meta mqabbel mal-piż totali tax-xaħmijiet, iż-żieda tal-kliem “perċentwal ta’ xaħmijiet”.

5.   Id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jiġu sostitwiti bil-kliem “żejt taż-żebbuġa” fuq it-tikketta tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, meta jkun hemm il-preżenza taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ, il-kliem “żejt taż-żebbuġa” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “żejt mir-residwi taż-żebbuġ”.

6.   Meta jiżdied ikel ieħor maż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), l-ikel li jirriżulta ma għandu jkollu l-ebda wieħed mill-ismijiet legali msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 13

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 jitħassru.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105 u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 14).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(7)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) …/… li jistabbilixxi regoli dwar il-kontrolli tal-konformità tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u metodi ta’ analiżi tal-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa 2022/2105 (Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta’ Ġunju 1989 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat (ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta’ Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta’ marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1).


ANNESS I

KARATTERISTIĊI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

A.   Karatteristiki tal-kwalità

Kategorija

Aċidità

(%)(*)

Valur tal-perossidu

(mEq O2/kg)

K232

K268 jew K270

ΔΚ

Karatteristiċi organolettiċi

Esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin

(mg/kg)

Valur medjan tad-difetti (Md)(*)  (1)

Valur medjan tat-togħma ta’ frott (Mf)  (2)

1.

Żejt taż-żebbuġa extra verġni

≤ 0,80

≤ 20,0

≤ 2,50

≤ 0,22

≤ 0,01

Md = 0,0

Mf > 0,0

≤ 35

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 2,0

≤ 20,0

≤ 2,60

≤ 0,25

≤ 0,01

Md ≤ 3,5

Mf > 0,0

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

> 2,0

Md > 3,5  (3)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,30

≤ 5,0

≤ 1,25

≤ 0,16

 

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni

≤ 1,00

≤ 15,0

≤ 1,15

≤ 0,15

 

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

 

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,30

≤ 5,0

≤ 2,00

≤ 0,20

 

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 1,00

≤ 15,0

≤ 1,70

≤ 0,18

 

B.   Karatteristiċi tal-purità

Kategorija

Kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi  (4)

Total ta’ isomeri transolejċi

(%)

Total ta’ isomeri linolejċi + translinoleniċi

(%)

Stigmasta- dienes

(mg/kg)  (6)

ΔΕCN42

2-gliċeril monopalmitat

(%)

Miristiku

(%)

Linoleniku

(%)

Arakidiku

(%)

Ejkosenojku

(%)

Beeniku

(%)

Linjoċeriku

(%)

1.

Żejt taż-żebbuġa extra verġni

≤ 0,03

≤ 1,00  (5)

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ |0,20 |

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00  %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00  %

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,03

≤ 1,00  (5)

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ 0,05

≤ |0,20 |

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00  %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00  %

3.

Żejt taż-żebbuġa lampante

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ 0,10

≤ 0,50

≤ |0,30 |

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00  %

≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00  %

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,30

≤|0,30 |

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00  %

≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00  %

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,30

≤ |0,30 |

≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00  %

≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00  %

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,20

≤ 0,10

≤ |0,60 |

≤ 1,4

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ |0,50 |

≤ 1,4

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,03

≤ 1,00

≤ 0,60

≤ 0,50

≤ 0,30

≤ 0,20

≤ 0,40

≤ 0,35

≤ |0,50 |

≤ 1,2

Tabella B (tkompli)

Kategorija

Kompożizzjoni tal-isteroli

Total ta’ steroli

(mg/kg)

Eritrodijol u uvaol (%)(**)

Xama’ (mg/kg)(**)

Kole- sterol (%)

Brassika -sterol (%)

Kampesterol  (7) (%)

Stigmasterol (%)

β–sito-sterol evidenti  (8) (%)

Δ-7-stigma-stenol  (7) %)

1.

Żejt taż-żebbuġa extra verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C42 + C44 + C46 ≤ 150

2.

Żejt taż-żebbuġa verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C42 + C44 + C46 ≤ 150

3.

Żejt taż-żebbuġ lampante

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5  (9)

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 300 (9)

4.

Żejt taż-żebbuġa raffinat

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5  (10)

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350

5.

Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni

≤ 0,5

≤ 0,1

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 000

≤ 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350

6.

Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 2 500

> 4,5  (11)

C40 + C42 + C44 + C46 > 350 (11)

7.

Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 800

> 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 > 350

8.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

≤ 0,5

≤ 0,2

≤ 4,0

< Kamp.

≥ 93,0

≤ 0,5

≥ 1 600

> 4,5

C40 + C42 + C44 + C46 > 350

Noti:

(a)

Ir-riżultati tal-analiżijiet għandhom jingħataw bl-istess għadd ta’ ċifri wara l-punt deċimali bħal dak użat għal kull karatteristika. L-aħħar ċifra trid tiżdied b’unità waħda jekk iċ-ċifra ta’ warajha tkun ta’ iktar minn 4.

(b)

Jekk karatteristika waħda biss ma tkunx konformi mal-valuri ddikjarati, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kategorija taż-żejt għandha tinbidel jew iż-żejt għandu jiġi ddikjarat bħala mhux konformi.

(c)

Għaż-żejt taż-żebbuġa lampante, iż-żewġ karatteristiċi tal-kwalità mmarkati b’asterisk (*) jistgħu jvarjaw b’mod simultanju mil-limiti stabbiliti għal dik il-kategorija.

(d)

Jekk karatteristika tkun immarkata b’żewġ asterisks (**), dan ifisser li għaż-żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ, huwa possibbli li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin. Għaż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u għaż-żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ wieħed mil-limiti rilevanti jista’ jkun differenti mill-valuri ddikjarati.

Appendiċi

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet għall-kampesterol għaż-għaż-żjut taż-żebbuġa verġni u extra verġni:

Image 1

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet ta’ Delta-7-stigmastenol għal:

Żjut taż-żebbuġa verġni u extra verġni

Image 2

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Żjut taż-żebbuġa lampante

Image 3

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa magħmulin minn żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa verġni

Image 4

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ mhux raffinat, żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat u żejt mir-residwi taż-żebbuġ

Image 5

Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.


(1)  Il-valur medjan tad-difetti huwa ddefinit bħala l-valur medjan tad-difetti nnutat bl-akbar intensità.

(2)  Meta l-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u/jew qawwija jkun ta’ iktar minn 5,0, il-kap tal-bord għandu jirrapporta dwar dan.

(3)  Il-valur medjan tad-difetti jista’ jkun ta’ 3,5 jew inqas meta l-medjan tat-togħma ta’ frott ikun 0,0.

(4)  Kontenut ta’ aċidi xaħmin oħrajn (%): palmitiku: 7,00-20,00; palmitolejku: 0,30-3,50; ettadekanojku: ≤ 0,40; ettadekanojku ≤ 0,60; steariku: 0,50-5,00; olejku: 55,00- 85,00; linolejku: 2,50-21,00.

(5)  Meta l-aċidu linoleniku jkun aktar minn 1,00 iżda 1,40 jew inqas, il-proporzjon β-sitosterol/kampesterol evidenti għandu jkun 24 jew aktar.

(6)  It-total tal-isomeri li setgħu (jew li ma setgħux) jiġu separati permezz tal-kolonna kapillari.

(7)  Ara l-Appendiċi ta’ dan l-Anness.

(8)  β-sitosterol evidenti: Δ-5,23-stigmastadienol+klerosterol+ β-sitosterol+sitostanol+ Δ-5-avenasterol+ Δ-5,24-stigmastadienol.

(9)  Iż-żjut li jkollhom kontenut ta’ xama’ bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg jitqiesu bħala żjut taż-żebbuġa lampante jekk il-kontenut totali ta’ alkoħol alifatiku jkun ta’ 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut tagħhom ta’ eritrodiol u uvaol ikun ta’ 3,5 % jew inqas.

(10)  Żjut b’kontenut ta’ eritrodiol u uvaol ta’ bejn 4,5 u 6 % għandu jkollhom kontenut ta’ eritrodiol ta’ 75 mg/kg jew inqas.

(11)  Iż-żjut li jkollhom kontenut ta’ xama’ bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg jitqiesu bħala żjut mhux raffinati mir-residwi taż-żebbuġ jekk il-kontenut totali ta’ alkoħol alifatiku jkun ta’ aktar minn 350 mg/kg u jekk il-kontenut tal-eritrodiol u uvaol fihom ikun ta’ aktar minn 3,5 %.


ANNESS II

Definizzjonijiet ta’ terminoloġija fakultattiva dwar il-karatteristiċi organolettiċi għall-finijiet tat-tikkettar

Fuq talba, il-kap tal-bord tad-dewqan stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105. jista’ jiċċertifika li ż-żjut li ġew ivvalutati huma konformi mad-definizzjonijiet u mal-gradi li jikkorrispondu biss mat-termini li ġejjin, skont l-intensità u l-perċezzjoni tal-attributi.

Attributi pożittivi (togħma ta’ frott, morr u punġenti) skont l-intensità tal-perċezzjoni:

Qawwi, meta l-valur medjan tal-attribut ikun aktar minn 6,0.

Medju, meta l-valur medjan tal-attribut ikun aktar minn 3,0 u 6,0 jew inqas;

Ħafif, meta l-valur medjan tal-attribut ikun 3,0 jew inqas.

Togħma ta’ frott: sett ta’ sensazzjonijiet olfattivi li huma tipiċi taż-żejt, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu minn żebbuġ frisk u b’saħħtu, u li fihom la tiddomina t-togħma tal-frott aħdar u lanqas dik tal-frott li jkun sar. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta’ wara tal-imnieħer.

Togħma ta’ frott aħdar: sett ta’ sensazzjonijiet olfattivi li huma tipiċi taż-żejt u li jfakkru fil-frott aħdar, skont il-varjetà ta’ żebbuġ u li jiġu minn żebbuġ aħdar, frisk, u b’saħħtu. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta’ wara tal-imnieħer.

Togħma ta’ frott misjur: sett ta’ sensazzjonijiet olfattivi li huma tipiċi taż-żejt u li jfakkru fil-frott misjur, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu minn żebbuġ frisk u b’saħħtu. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta’ wara tal-imnieħer.

Żejt ibbilanċjat: żejt li ma jurix nuqqas ta’ bilanċ, jiġifieri s-sensazzjoni tattili u olfattiva u tat-togħma li fiha l-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut punġenti ma jkunux iktar minn żewġ punti ogħla minn dak tat-togħma tal-frott.

Żejt ta’ togħma mmoderata: żejt li l-valur medjan tal-attributi tat-togħma morra u punġenti jkun ta’ 2,0 jew inqas.

Termini soġġetti għall-produzzjoni ta’ ċertifikat tat-test organolettiku

Valur medjan tal-attribut

Togħma ta’ frott

Togħma ta’ frott misjur

Togħma ta’ frott aħdar

Togħma ta’ frott ħafifa

≤ 3,0

Togħma ta’ frott medja

3,0 < Me ≤ 6,0

Togħma ta’ frott qawwija

> 6,0

Togħma ħafifa ta’ frott misjur

≤ 3,0

Togħma medja ta’ frott misjur

3,0 < Me ≤ 6,0

Togħma qawwija ta’ frott misjur

> 6,0

Togħma ħafifa ta’ frott aħdar

≤ 3,0

Togħma medja ta’ frott aħdar

3,0 < Me ≤ 6,0

Togħma qawwija ta’ frott aħdar

> 6,0

Togħma ħafifa morra

≤ 3,0

Togħma medja morra

3,0 < Me ≤ 6,0

Togħma qawwija morra

> 6,0

Togħma punġenti ħafifa

≤ 3,0

Togħma punġenti medja

3,0 < Me ≤ 6,0

Togħma punġenti qawwija

> 6,0

Żejt ibbilanċjat

Il-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma punġenti jkunu mhux aktar minn 2,0 punti ogħla mill-punt medjan tat-togħma tal-frott

Żejt ta’ togħma moderata

Il-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma punġenti huma 2,0 jew anqas.


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91

Dan ir-Regolament

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105

------

------

Artikolu 1, il-punt (a)

 

------

------

 

Artikolu 1

------

------

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 1, il-punt (b) u l-Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1, il-punt (b)

 

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 4(1)

 

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 3, it-tieni paragrafu, il-punti (a) sa (d)

 

Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (d)

 

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 8(1)

 

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 8(2)

 

Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu

 

-

 

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 8(3)

 

Artikolu 4(3)

 

Artikolu 8(4)

 

Artikolu 4(4)

 

Artikolu 8(5)

 

Artikolu 4(5), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 8(6)

 

Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 8(7)

 

Artikolu 4a

 

Artikolu 7

 

Artikolu 4b

 

Artikolu 5

 

Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (d)

 

Artikolu 10, il-punti (a) sa (d)

 

Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, punt (e)

 

Artikolu 11(1) u (2)

 

Artikolu 5, it-tieni paragrafu

 

-

 

Artikolu 5a, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 11(3)

 

Artikolu 5a, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 11(4)

 

Artikolu 5a, it-tielet paragrafu

 

Artikolu 11(5)

 

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 3(3)

 

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 12(4)

 

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 12(5)

 

-

-

Artikolu 12(6)

 

Artikolu 6(4)

 

-

 

Artikolu 7

 

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 8(1)

 

 

Artikolu 2(3)

Artikolu 8(2)

 

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 8(3)

 

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 8(4)

 

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 8a

 

 

Artikoli 2(1) u 4(1)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu

 

 

----

Artikolu 9(1), ir-raba’ subparagrafu

 

 

----

Artikolu 9(1), il-ħames subparagrafu

 

 

----

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c)

 

 

Artikolu 6(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 9(2), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 9

 

-----

 

 

Artikolu 6(3)

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, is-sentenza tal-bidu

 

 

Artikolu 14

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu u l-punti (a) sa (d), u t-tieni paragrafu

 

 

-----

Artikolu 10a

 

 

Artikolu 14

Anness I

 

-

 

Anness II

 

-

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)(a) u 2(1)(b)

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)(c)

 

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1)(d)

 

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(1)(e)

 

 

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(1)(f)

 

 

Artikolu 1(6)

Artikolu 2(1)(g)

 

 

Artikolu 1(7)

Artikolu 2(1)(h)

 

-------

------

Artikolu 2(2)

 

-------

------

Artikolu 3(1) u (2)

 

 

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 7

 

Artikolu 2(1), il-punt (a)

 

Anness I, il-punt 1

 

Artikolu 2(1), il-punt (b)

 

Anness I, il-punt 2

 

Artikolu 2(1), il-punt (c)

 

-----

 

Artikolu 2(1), il-punt (d)

 

-----

 

Artikolu 2(1), il-punt (e)

 

Anness I, il-punt 3

 

Artikolu 2(1), il-punt(f)

 

Anness I, il-punt 4

 

Artikolu 2(1), il-punt (g)

 

Anness I, il-punt 5

 

Artikolu 2(1), il-punt (h)

 

-----

 

Artikolu 2(1), il-punt (i)

 

Anness I, il-punt 6

 

Artikolu 2(1), il-punt (j)

 

Anness I, il-punt 7

 

Artikolu 2(1), il-punt (k)

 

Anness I, il-punt 8

 

Artikolu 2(1), il-punt (l)

 

Anness I, il-punt 9

 

Artikolu 2(1), il-punt (m)

 

Anness I, il-punt 10

 

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu u parti mill-punt 9.4 tal-Anness XII

 

Artikolu 10(1)

 

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 11(1)

 

Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 11(2)

 

-

 

Artikolu 11(3)

 

parti mill-punt 9.4 tal-Anness XII

 

Artikolu 11(4)

 

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 9(3)

 

Artikolu 2(4), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 9(4)

 

Artikolu 2(5)

 

Artikolu 9(5)

 

Artikolu 2a(1)

 

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 2a(2)

 

Artikolu 3(3)

 

Artikolu 2a(3)

 

Artikolu 3(4)

 

Artikolu 2a(4), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 3(5)

 

Artikolu 2 a(4), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 2a(5)

 

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 13(1)

 

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 3(6)

 

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 10(1)

 

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 10(2)

 

Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 10(3)

 

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 10(4)

 

Artikolu 4(3)

 

-

 

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 7

 

----

 

Artikolu 7a, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 8(1)

 

-

 

Artikolu 8(2)

 

Artikolu 14

 

Anness I

Anness I

 

 

Anness XII, il-punt 3.3

Anness II

 

 

Anness Ia, minbarra l-punt 2.1

 

Anness II

 

Anness Ia, il-punt 2.1

 

Artikolu 9(6)

 

Anness Ib

 

Anness III

 

Anness III

 

----

 

Anness IV

 

----

 

Anness VII

 

----

 

Anness IX

 

----

 

Anness X

 

----

 

Anness XI

 

----

 

Anness XII, minbarra l-punt 3.3 u parti mill-punt 9.4

 

----

 

Anness XV

 

Anness IV

 

Anness XVI

 

----

 

Anness XVII

 

----

 

Anness XVIII

 

----

 

Anness XIX

 

----

 

Anness XX

 

----

 

Anness XXI

 

Anness V


Top