This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0848
Council Decision (CFSP) 2022/848 of 30 May 2022 amending Decision (CFSP) 2020/1464 on the promotion of effective arms export controls
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/848 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/848 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi
ST/8710/2022/INIT
ĠU L 148, 31/05/2022, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/848
tat-30 ta’ Mejju 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 24 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
(3) |
Fid-9 ta’ Frar 2022, il-Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA), fil-kapaċità tagħha bħala l-Aġenzija ta’ Implimentazzjoni, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 sa 36 xahar, sat-30 ta’ Novembru 2023, minħabba sfidi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja. |
(4) |
BAFA titlob ukoll li tiżdied konferenza addizzjonali għall-pajjiżi sħab b’sistemi avvanzati ta’ kontroll tal-esportazzjoni, u avveniment addizzjonali ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu. |
(5) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464, inkluż iż-żewġ attivitajiet addizzjonali miżjuda permezz ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ Novembru 2023. |
(6) |
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464, u s-subtaqsimiet 5.2.5, 5.2.6 u t-taqsima 10 tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1464 hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u għandha tiskadi fit-30 ta’ Novembru 2023.”; |
(2) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. COLONNA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1464 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar il-promozzjoni ta’ kontrolli effettivi tal-esportazzjoni tal-armi (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 3).