Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0628

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta' April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/12

    ĠU L 131, 17/05/2019, p. 101–194 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R2235

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/628/oj

    17.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 131/101


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/628

    tat-8 ta' April 2019

    dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-mudelli taċ-ċertifikati

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (c) u (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikoli 90 u 126(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jivverifika l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, fost l-oħrajn, tas-sikurezza tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni. B'mod partikolari, jipprevedi ċertifikazzjoni uffiċjali meta jitqies xieraq biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-UE dwar l-annimali u l-oġġetti.

    (2)

    Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar ċertifikati uffiċjali mudelli u regoli għall-ħruġ ta' tali ċertifikati, fejn ir-rekwiżiti ma jiġux stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

    (3)

    Kunsinni ta' annimali u oġġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali maħruġ f'forma stampata jew elettronika. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali fiż-żewġ każijiet flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2017/625.

    (4)

    Il-mudelli taċ-ċertifikati huma inklużi fis-sistema elettronika TRACES, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE (2), biex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-proċeduri amministrattivi fil-fruntieri tal-Unjoni u biex jippermettu komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti li tgħin fil-prevenzjoni ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa fir-rigward taċ-ċertifikati uffiċjali.

    (5)

    Sa mill-2003, it-teknoloġija tal-kompjuter evolviet b'mod konsiderevoli u s-sistema TRACES ġiet modifikata biex ittejjeb il-kwalità, l-ipproċessar u l-iskambju sigur tad-data. Bħala riżultat, il-format tal-mudelli taċ-ċertifikati u n-noti dwar il-mili tagħhom stabbiliti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu adattati għas-sistema TRACES, pereżempju billi jirriflettu l-użu ta' kodiċijiet multipli tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew billi jipprovdu traċċabbiltà għal kummerċ trijangolari, fejn il-pajjiż ta' spedizzjoni mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini tal-kunsinna.

    (6)

    Skont l-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625, is-sistema TRACES trid tiġi integrata fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC). Għaldaqstant, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu adattati għall-IMSOC.

    (7)

    Il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni regoli dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sostituzzjoni.

    (8)

    Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin u l-abbuż, huwa importanti li jiġu definiti l-każijiet fejn jista' jinħareġ ċertifikat ta' sostituzzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati minn tali ċertifikati. B'mod partikolari, dawn il-każijiet jenħtieġ li jkunu limitati għal żbalji amministrattivi ovvji, bħal numri trasposti fin-numru tal-kontejner jew fin-numru tas-siġill, żbalji tal-ortografija fl-indirizzi jew fid-deskrizzjonijiet tal-prodott.

    (9)

    L-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-rekwiżit li l-kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali, attestazzjoni uffiċjali jew kwalunkwe evidenza oħra li l-kunsinna tikkonforma mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

    (10)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (3) jipprevedi lista ta' oġġetti u annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, b'mod partikolari prodotti ta' oriġini mill-annimali, insetti ħajjin u nebbieta u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta' nebbieta, li jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni jekk maħsuba għat-tqegħid fis-suq. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċertifikati uffiċjali mudelli għal tali oġġetti u annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont il-Punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 u tal-Artikolu 126(3) tar-Regolament (UE) 2017/625.

    (11)

    Il-mudelli taċ-ċertifikati meħtieġa għal raġunijiet ta' saħħa pubblika bħalissa huma stabbiliti f'diversi atti legali. Huwa xieraq li dawn il-mudelli taċ-ċertifikati jiġu kkonsolidati f'att legali uniku wieħed billi jsiru kontroreferenzi għalihom.

    (12)

    Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali, jintużaw mudelli taċ-ċertifikati komuni. Ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali jenħtieġ li jiġu riveduti sal-21 ta' April 2021, li hija d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-mudelli taċ-ċertifikati komuni jenħtieġ li jinżammu sa dik ir-reviżjoni.

    (13)

    Għal raġunijiet ta' armonizzazzjoni u ċarezza, il-mudelli taċ-ċertifikati attwalment stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (5), fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2013 (6) u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (7) jenħtieġ li jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan u r-Regolament (UE) Nru 211/2013 jenħtieġ li jitħassar.

    (14)

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-UE, jidher xieraq li jiġu introdotti mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa ġodda addizzjonali għad-dħul ta' xaħmijiet tal-annimali mdewba u qrieqeċ, insetti u laħam tar-rettili maħsuba għat-tqegħid fis-suq. Dawn il-mudelli taċ-ċertifikati jagħmluha wkoll aktar faċli għall-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi biex jifhmu r-rekwiżiti tal-UE u għalhekk jiffaċilitaw id-dħul ta' xaħmijiet tal-annimali u qrieqeċ, insetti u laħam tar-rettili fl-Unjoni.

    (15)

    Il-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar il-format tad-dokumenti li jridu jakkumpanjaw annimali jew oġġetti wara li jkunu saru l-kontrolli uffiċjali. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/624 (8), dawn iċ-ċertifikati tas-saħħa jridu jakkumpanjaw l-annimali lejn il-biċċerija wara li tkun saret l-ispezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-format ta' dawn iċ-ċertifikati jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament.

    (16)

    Fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza mhux ġol-biċċerija, huwa xieraq għal raġunijiet ta' armonizzazzjoni u ċarezza, li jiġi stabbilit mudell taċ-ċertifikat f'dan ir-Regolament għad-dikjarazzjoni li trid tinħareġ mill-veterinarju (uffiċjali) skont il-punt 6 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

    (17)

    Billi r-Regolament (UE) 2017/625 japplika b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll minn dik id-data.

    (18)

    Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali biex jitqiesu l-kunsinni ta' annimali u oġġetti ttrasportati u ċċertifikati, jekk ikun meħtieġ, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (19)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

    (a)

    regoli għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 88 u 89 tar-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-firma u l-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali u l-garanziji ta' affidabbiltà għal ċertifikati uffiċjali, sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 126(2)(c) ta' dak ir-Regolament;

    (b)

    rekwiżiti għall-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali li mhumiex sottomessi fl-IMSOC;

    (c)

    rekwiżiti għall-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali li huma sottomessi fl-IMSOC;

    (d)

    rekwiżiti għaċ-ċertifikati ta' sostituzzjoni.

    2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll:

    (a)

    mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali u prodotti sekondarji mill-annimali u noti għal mili taċ-ċertifikat;

    (b)

    mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali u l-oġġetti li ġejjin, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għat-tqegħid fis-suq:

    (i)

    prodotti ta' oriġini mill-annimali li għalihom ċertifikat bħal dan huwa meħtieġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;

    (ii)

    insetti ħajjin;

    (iii)

    nebbieta u żerriegħa maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta;

    (c)

    mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali fil-każ ta' spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza jew fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza mhux ġol-biċċerija.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

    (2)

    “nebbieta” tfisser nebbieta kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 (11);

    (3)

    “biċċerija” tfisser biċċerija kif definit fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (4)

    “laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (5)

    “laħam” tfisser laħam kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (6)

    “pollam” tfisser pollam kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (7)

    “kaċċa salvaġġa” tfisser kaċċa salvaġġa kif definit fil-punt 1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (8)

    “bajd” tfisser bajd kif definit fil-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (9)

    “prodotti tal-bajd” tfisser prodotti mill-bajd kif definit fil-punt 7.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (10)

    “preparati tal-laħam” tfisser preparati tal-laħam kif definit fil-punt 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (11)

    “prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (12)

    “stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati” tfisser stonkijiet, vexxiki u intestini trattati kif definit fil-punt 7.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (13)

    “molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definit fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (14)

    “prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definit fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (15)

    “ħalib mhux ipproċessat” tfisser ħalib nej kif definit fil-punt 4.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (16)

    “prodotti tal-ħalib” tfisser prodotti mill-ħalib kif definit fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (17)

    “kolostru” tfisser kolostru kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (18)

    “prodotti li fihom il-kolostru” tfisser prodotti li fihom il-kolostru kif definit fil-punt 2 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (19)

    “koxox taż-żrinġijiet” tfisser saqajn taż-żrinġijiet kif definit fil-punt 6.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (20)

    “bebbux” tfisser bebbux kif definit fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (21)

    “xaħam tal-annimali mdewweb” tfisser grass tal-annimali mdewweb kif definit fil-punt 7.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (22)

    “qrieqeċ” tfisser qrieqeċ kif definit fil-punt 7.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (23)

    “ġelatina” tfisser ġelatina kif definit fil-punt 7.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (24)

    “kollaġen” tfisser kollaġni kif definit fil-punt 7.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (25)

    “għasel” tfisser għasel kif definit fil-punt 1 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

    (26)

    “prodotti tal-apikultura” tfisser prodotti tal-apikultura kif definit fil-punt 2 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (27)

    “laħam tar-rettili” tfisser laħam tar-rettili kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;

    (28)

    “insetti” tfisser insetti kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;

    (29)

    “bastiment reefer” tfisser bastiment reefer kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;

    (30)

    “bastiment friża” tfisser bastiment friża kif definit fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (31)

    “bastiment fabbrika” tfisser bastiment fabbrika kif definit fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (32)

    “żona tal-produzzjoni” tfisser arja ta' produzzjoni kif definit fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (33)

    “ċentru ta' spedizzjoni” tfisser ċentru ta' spedizzjoni kif definit fil-punt 2.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (34)

    “laħam separat mekkanikament” tfisser laħam separat mekkanikament kif definit fil-punt 1.14 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (35)

    “stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif definit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (36)

    “impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif definit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (37)

    “kaċċa mrobbija” tfisser kaċċa mrobbija kif definit fil-punt 1.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti għall-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali mhux sottomessi fl-IMSOC

    Il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal dawk l-annimali, prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali, nebbieta u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li huma meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni u mhumiex sottomessi fl-IMSOC, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (1)

    B'żieda mal-firma tal-uffiċjal li jiċċertifika, iċ-ċertifikat għandu jkollu timbru uffiċjali. Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għat-timbri għajr dawk imbuzzati jew b'marka tal-ilma.

    (2)

    Fejn il-mudell taċ-ċertifikat ikun fih dikjarazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti għandhom jiġu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

    (3)

    Iċ-ċertifikat għandu jkun magħmul minn:

    (a)

    folja tal-karta waħda; jew

    (b)

    diversi folji tal-karta fejn il-folji kollha huma indiviżibbli u jikkostitwixxu parti sħiħa integrali; jew

    (c)

    sekwenza ta' paġni numerati sabiex jiġi indikat li hija paġna partikolari f'sekwenza finita.

    (4)

    Meta ċ-ċertifikat ikun magħmul minn sekwenza ta' paġni, kull paġna għandha tindika l-kodiċi uniku kif imsemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jkollha l-firma tal-uffiċjal li jiċċertifika u t-timbru uffiċjali.

    (5)

    Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ qabel il-kunsinna li huwa relatat magħha tħalli l-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

    Artikolu 4

    Rekwiżiti għall-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali sottomessi fl-IMSOC

    1.   Il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali u prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom, sottomessi fl-IMSOC, għandhom ikunu bbażati fuq il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali kif stabbilit fl-Anness I.

    2.   Il-Parti II tal-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-garanziji speċifiċi tas-saħħa u l-informazzjoni kif meħtieġa fil-Parti II tal-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali rilevanti għal dawk l-annimali, prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali u prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li huma meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni.

    3.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jiġi sottomess fl-IMSOC qabel il-kunsinna li huwa relatat magħha tħalli l-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

    4.   Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw in-natura, il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati uffiċjali jew tal-attestazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 73(2)(b) u (c) u fl-Artikolu 129(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

    Artikolu 5

    Ċertifikati ta' sostituzzjoni

    1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat ta' sostituzzjoni biss fil-każ ta' żbalji amministrattivi fiċ-ċertifikat inizjali jew fejn iċ-ċertifikat inizjali jkun ġie mħassar jew mitluf.

    2.   Iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni ma għandux jimmodifika l-informazzjoni fiċ-ċertifikat inizjali dwar l-identifikazzjoni, it-traċċabbiltà u l-garanziji tas-saħħa tal-kunsinni.

    3.   Barra minn hekk, iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandu:

    (a)

    jagħmel referenza ċara għall-kodiċi uniku msemmi fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat inizjali, u jiddikjara b'mod ċar li qed jissostitwixxi ċ-ċertifikat inizjali;

    (b)

    ikollu numru ta' ċertifikat ġdid li jkun differenti minn dak taċ-ċertifikat inizjali;

    (c)

    iġorr id-data ta' meta nħarġet, li ma tkunx l-istess bħad-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat inizjali; kif ukoll

    (d)

    ikun ippreżentat fil-forma oriġinali tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti, ħlief fil-każ ta' ċertifikati ta' sostituzzjoni elettroniċi sottomessi fl-IMSOC.

    Artikolu 6

    Noti dwar il-mili tal-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali

    Il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fl-Artikoli 12, 13 u 15 sa 27 għandhom jimtlew abbażi tan-noti stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 7

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk tal-ungulati

    Biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali “BOV”, “OVI”, “POR”, “EQU”, “RUF”, “RUW”, “SUF”, “SUW” u “EQW” stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (13) għandhom jintużaw għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk tal-ungulati.

    Artikolu 8

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' laħam tal-pollam, tar-ratiti u tal-għasafar tal-kaċċa salvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali “POU”, “POU-MI/MSM”, “RAT”, “RAT-MI/MSM”, “WGM”, “WGM-MI/MSM”, “E” u “EP” stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (14) għandhom jintużaw għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur, tar-ratiti u tal-għasafar tal-kaċċa salvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd.

    Artikolu 9

    Il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' laħam ta' leporidae salvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art salvaġġi u ta' fniek imrobbija

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali “WL”, “WM” u “RM” stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (15) għandhom jintużaw għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-laħam ta' leporidae salvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art salvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet.

    Artikolu 10

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-preparati tal-laħam

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE (16) għandhom jintużaw għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-preparati tal-laħam.

    Artikolu 11

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali stipulati fl-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (17) għandhom jintużaw għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, fil-każ tad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-imsaren, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimal stabbilit fl-Anness I A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE (18) għandu jintuża.

    Artikolu 12

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Kapitolu A tal-Parti I tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin. Fil-każ tad-dħul fl-Unjoni u t-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi pproċessati tal-ispeċi Acanthocardia Tuberculatum, il-mudell taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali stabbilit fil-Kapitolu B tal-Parti I tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jiżdied maċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel sentenza.

    Artikolu 13

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd

    1.   Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Kapitolu A tal-Parti II tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd.

    2.   Fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u trasferiti f'pajjiżi terzi maħżuna jew mhux maħżuna, għandu jintuża l-mudell taċ-ċertifikat stabbilit fil-Kapitolu B tal-Parti II tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    3.   Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandu jintuża l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Kapitolu C tal-Parti II tal-Anness III ta' dan in-Regolament meta l-prodotti tas-sajd jiġu importati direttament minn bastiment reefer, bastiment friża jew bastiment fabbrika kif previst fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

    Artikolu 14

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali “Milk-RM”, “Milk-RMP”, “Milk-HTB”,“Milk-HTC” u “Colostrum-C/CPB” stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (19) għandhom jintużaw għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru.

    Artikolu 15

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' koxox taż-żrinġijiet imkessħin, iffriżati jew ippreparati maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti III tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' koxox taż-żrinġijiet imkessħin, iffriżati jew ippreparati maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 16

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' bebbux imkessaħ, iffriżat, imqaxxar, imsajjar, ippreparat jew ippreservat maħsub għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti IV tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' bebbux imkessaħ, iffriżat, imqaxxar, imsajjar, ippreparat jew ippreservat maħsub għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 17

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' xaħmijiet tal-annimali mdewba u qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' xaħmijiet tal-annimali mdewba u qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 18

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti VI tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 19

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti VII tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 20

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti VIII tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 21

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti IX tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 22

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-għasel u ta' prodotti oħra tal-apikultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti X tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-għasel u ta' prodotti oħra tal-apikultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 23

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti XI tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 24

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti XII tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 25

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti XIII tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    Artikolu 26

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li mhumiex koperti mill-Artikoli 7 sa 25

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti XIV tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li mhumiex koperti mill-Artikoli 7 sa 25 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 27

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tan-nebbieta u taż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fil-Parti XV tal-Anness III ta' dan ir-Regolament għandu jintuża għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tan-nebbieta u taż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta.

    Artikolu 28

    Mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali fil-każ ta' spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza

    Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti bl-Artikoli 88, 89 u l-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw fil-każ ta' spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza skont l-Artkoli 5 u 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624.

    Artikolu 29

    Mudell taċ-ċertifikat uffiċjali fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza mhux ġol-biċċerija

    Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 88, 89 u fl-Artikolu 126(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament għandu jintuża fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza mhux ġol-biċċerija skont l-Artkolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624.

    Artikolu 30

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005

    Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 6 jitħassar;

    (2)

    L-Anness VI jitħassar.

    Artikolu 31

    Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 jitħassar;

    (2)

    L-Anness II jitħassar.

    Artikolu 32

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 211/2013 jitħassar. Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 211/2013 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 33

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Il-kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali akkumpanjati miċ-ċertifikati rilevanti maħruġa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, mar-Regolament (UE) Nru 211/2013 u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 jistgħu jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sat-13 ta' Marzu 2020 sakemm iċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat qabel l-14 ta' Diċembru 2019.

    Sat-13 ta' Marzu 2020, il-kunsinni ta' xaħmijiet tal-annimali mdewba u qrieqeċ jistgħu jidħlu fl-Unjoni meta jintuża ċ-ċertifikat għall-prodotti tal-laħam stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-kunsinni ta' laħam tar-rettili, insetti u prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali msemmija fl-Artikolu 26 jistgħu jidħlu fl-Unjoni mingħajr ċertifikat stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 34

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE tad-19 ta' Awwissu 2003 dwar l-iżvilupp ta' sistema kompjuterizzata integrata magħrufa bħala Traces (ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ara l-paġna 18 dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tan-nebbieta (sprouts) u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 26).

    (7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).

    (8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta' Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u fuq iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 1 dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (9)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

    (10)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

    (11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 16).

    (12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

    (13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

    (14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

    (15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).

    (16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE tat-8 ta' Settembru 2000 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-Ċertifikazzjoni veterinarja tal-importi tal-preparazzjonijiet tal-laħam lejn il-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 19).

    (17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad- 29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

    (18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE tal-31 ta' Ottubru 2003 tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni tal-imsaren tal-annimali mill-pajjiżi terzi (ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38).

    (19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).


    ANNESS I

    MUDELLI TA' ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA' ANNIMALI, PRODOTTI TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI, PRODOTTI KOMPOSTI, PRODOTTI ĠERMINALI U PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI

    Image 1 Test ta 'immaġni Image 2 Test ta 'immaġni Image 3 Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    NOTI DWAR IL-MILI TAL-MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA' ANNIMALI, PRODOTTI TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI, PRODOTTI KOMPOSTI, PRODOTTI ĠERMINALI, U PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI

    Tagħrif ġenerali

    Biex tagħżel pożittivament kwalunkwe għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti b'salib (X).

    Kull meta jissemma, il-kodiċi “ISO” jfisser il-kodiċi standard internazzjonali b'żewġ ittri għal pajjiż, skont l-istandard internazzjonali ISO 3166 alpha-2 (1).

    Tista' tintgħażel biss waħda mill-għażliet fil-kaxxi I.15, I.18, I.20 u I.22.

    Jekk il-konsenjatarju, il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul (il-BCP) jew id-dettalji tat-trasport (jiġifieri, il-mezzi u d-data) jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jrid javża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Bidla bħal din ma għandhiex tirriżulta f'talba għal ċertifikat ta' sostituzzjoni.

    Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta

    Pajjiż:

    L-isem tal-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

    Kaxxa I.1.

    Konsenjatur/Esportatur: l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun, il-provinċja jew l-istat, kif xieraq) tal-persuna fiżika jew ġuridika li tibgħat il-kunsinna li trid tkun tinsab fil-pajjiż terz, ħlief għad-dħul mill-ġdid ta' kunsinni li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

    Kaxxa I.2.

    Nru ta' referenza taċ-ċertifikat: il-kodiċi obbligatorju uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skont il-klassifikazzjoni tiegħu stess. Huwa obbligatorju li din il-kaxxa timtela għaċ-ċertifikati kollha mhux sottomessi fl-IMSOC.

    Kaxxa I.2.a

    Nru ta' referenza IMSOC: il-kodiċi ta' referenza uniku assenjat b'mod awtomatiku mill-IMSOC, f'każ li ċ-ċertifikat huwa rreġistrat fl-IMSOC. Din il-kaxxa ma tridx timtela jekk iċ-ċertifikat ma ġiex sottomess fl-IMSOC.

    Kaxxa I.3.

    Awtorità kompetenti ċentrali: isem l-awtorità ċentrali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

    Kaxxa I.4.

    Awtorità kompetenti lokali: meta applikabbli, isem l-awtorità lokali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat.

    Kaxxa I.5.

    Konsenjatarju/Importatur: l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha hija maħsuba l-kunsinna fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni fil-każ ta' tranżitu. Madankollu, din l-informazzjoni mhix obbligatorja għall-kunsinni fi tranżitu mill-Unjoni Ewropea.

    Kaxxa I.6.

    Operatur responsabbli għall-kunsinna:

     

    L-isem u l-indirizz tal-persuna fl-Unjoni Ewropea responsabbli mill-kunsinna meta tiġi ppreżentata fil-BCP u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti jew bħala l-importatur jew f'isem l-importatur.

     

    Għall-prodotti fi tranżitu mill-Unjoni Ewropea: l-isem u l-indirizz huma obbligatorji.

     

    Għal ċerti annimali: l-isem u l-indirizz huma obbligatorji jekk ikunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

     

    Għal annimali u prodotti għat-tqegħid fis-suq: l-isem u l-indirizz huma fakultattivi.

    Kaxxa I.7.

    Pajjiż ta' oriġini:

     

    Għal prodotti: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż fejn l-oġġetti ġew prodotti, manifatturati u mballati (ittikkettati bil-marka ta' identifikazzjoni).

     

    Għall-annimali: il-pajjiż ta' residenza matul il-perjodu meħtieġ kif stipulat fiċ-ċertifikat tas-saħħa rilevanti tal-Unjoni Ewropea. F'każ ta' żwiemel irreġistrati li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni Ewropea, il-pajjiż tal-oriġini jfisser il-pajjiż li minnu kienu kkunsinnati l-aħħar.

    Fil-każ ta' kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (kummerċ trijangolari), irid jimtela ċertifikat separat għal kull pajjiż ta' oriġini.

    Kaxxa I.8.

    Reġjun tal-oriġini: meta applikabbli, għal annimali jew prodotti affettwati mill-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-kodiċi tar-reġjuni, iż-żoni jew il-kompartimenti approvati jrid jiġi ddikjarat kif definit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

    Kaxxa I.9.

    Pajjiż tad-destinazzjoni: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-annimali jew tal-prodotti.

    Jekk il-prodotti jkunu fi tranżitu, l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni huma meħtieġa.

    Kaxxa I.10.

    Reġjun tad-destinazzjoni: ara kaxxa I.8.

    Kaxxa I.11.

    Post tad-dispaċċ: l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni, jekk meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, tal-azjendi jew l-istabbilimenti li minnhom jiġu l-annimali jew il-prodotti.

    Għall-annimali: azjenda jew kwalunkwe stabbiliment agrikolu, industrijali jew kummerċjali ieħor immonitorjat uffiċjalment, inklużi ż-żoos, il-parks tad-divertiment, ir-riservi tal-organiżmi selvaġġi u tal-kaċċa, fejn l-annimali jinżammu jew jitrabbew regolarment.

    Għal prodotti ġerminali: ċentri ta' ġbir jew ta' ħażna ta' semen, jew ġbir ta' embrijuni jew gruppi ta' produzzjoni.

    Għal prodotti oħra: kwalunkwe unità ta' kumpanija fis-settur tal-ikel jew tal-prodott sekondarju tal-annimali. Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti bil-baħar. Fil-każ ta' kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (kummerċ trijangolari), il-post tal-ispedizzjoni huwa l-aħħar stabbiliment fil-pajjiż terz tal-katina ta' esportazzjoni li minnha l-kunsinna finali hija ttrasportata lejn l-Unjoni Ewropea.

    Kaxxa I.12.

    Post tad-destinazzjoni:

     

    Ħlief fil-każ ta' ħażna ta' prodotti fi tranżitu, din l-informazzjoni hija fakultattiva.

     

    Għat-tqegħid fis-suq: il-post fejn jintbagħtu l-annimali jew il-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Agħti l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-azjendi jew tal-istabbilimenti tal-post tad-destinazzjoni, jekk applikabbli.

     

    Għall-ħażna tal-prodotti fi tranżitu: l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-maħżen f'żona ħielsa, il-maħżen doganali jew il-fornitur tal-bastiment.

    Kaxxa I.13.

    Post tat-tagħbija:

     

    Għall-annimali: isem il-belt jew il-post fejn jitgħabbew l-annimali u jekk jiġu miġbura minn qabel, id-dettalji taċ-ċentru uffiċjali tal-ġbir.

     

    Għal prodotti: isem il-belt u l-kategorija (pereżempju, stabbiliment, azjenda, port jew ajruport) tal-post finali fejn il-prodotti jridu jitgħabbew fil-mezz ta' trasport għall-vjaġġ lejn l-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta' kontejner, iddikjara fejn irid jitqiegħed abbord il-mezz finali tat-trasport lejn l-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta' trasport b'bastiment, indika l-post fejn it-trakk tela' abbord.

    Kaxxa I.14.

    Data u ħin tat-tluq:

     

    Għall-annimali: id-data u l-ħin li fihom l-annimali huma skedati li jitilqu fil-mezzi tat-trasport tagħhom (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq).

     

    Għal prodotti: id-data meta jitilqu l-mezzi tat-trasport (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq).

    Kaxxa I.15.

    Mezz ta' trasport: il-mezz ta' trasport li jitlaq mill-pajjiż tal-ispedizzjoni.

    Modi ta' trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor. “Oħrajn” tfisser mezzi ta' trasport mhux koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2).

    Identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani n-numru tat-titjira, għall-bastimenti isem il-vapur(i), għall-ferroviji n-numru tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq il-pjanċa ta' reġistrazzjoni u l-pjanċa tat-trejler, jekk dan ikun applikabbli.

    Fil-każ ta' trasport b'bastiment, iddikjara l-identifikazzjoni tal-vettura tat-triq, il-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler meta applikabbli, u l-isem tal-bastiment skedat.

    Kaxxa I.16.

    BCP tad-dħul: iddikjara isem il-BCP l-kodiċi ta' identifikazzjoni tiegħu assenjat mill-IMSOC.

    Kaxxa I.17.

    Dokumenti ta' akkumpanjament:

    It-tip ta' dokument u n-numru ta' referenza tiegħu jridu jiġu ddikjarati meta kunsinna tkun akkumpanjata mid-dokumenti l-oħra bħall-permess tas-CITES, il-permess għall-ispeċijiet aljeni invażivi (IAS) jew dokument kummerċjali (pereżempju, in-numru tal-polza tat-trasport bl-ajru, in-numru tal-polza tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq)

    Kaxxa I.18.

    Kondizzjonijiet ta' trasport: kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport ta' prodotti (ambjentali, imkessħa, iffriżata). Tista' tintgħażel kategorija waħda biss.

    Kaxxa I.19.

    Nru tal-Kontejner/Nru tas-Siġill: meta applikabbli, in-numri korrispondenti.

    In-numru tal-kontejner irid ikun ipprovdut jekk l-oġġetti jkunu ttrasportati f'kontejners magħluqa.

    In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontejner, it-trakk jew il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

    Kaxxa I.20.

    Oġġetti ċċertifikati bħala: iddikjara l-iskop għat-tqegħid fis-suq tal-annimali jew l-użu maħsub għall-prodotti kif speċifikat fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea rilevanti.

    Għalf tal-annimali: jikkonċerna biss prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba għall-għalf tal-annimali kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    Korp approvat: moviment tal-annimali lejn korp, istitut jew ċentru approvat skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4).

    Riproduzzjoni artifiċjali: tikkonċerna biss prodotti ġerminali.

    Tnissil/produzzjoni: għat-tnassil u l-produzzjoni ta' annimali, inkluż annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-biedja.

    Industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned: tikkonċerna, pereżempju, it-tonn maħsub għall-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned.

    Ċirku/eżibizzjoni: għal annimali taċ-ċirku u tal-wirjiet irreġistrati u annimali akkwatiċi għall-akkwarji jew negozji simili mhux maħsuba għall-bejgħ ulterjuri.

    Tismin: jikkonċerna annimali ovini u kaprini biss.

    Proċess ulterjuri: jikkonċerna biss prodotti li jridu jiġu pproċessati ulterjorment qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

    Ripopolazzjoni tal-kaċċa: tikkonċerna biss kaċċa għall-iskop li jiġu rikostitwiti l-istokkijiet.

    Konsum mill-bniedem: jikkonċerna biss prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għalihom huwa meħtieġ ċertifikat tas-saħħa jew veterinarju skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

    Oħrajn: maħsuba għal skopijiet mhux elenkati band'oħra f'din il-klassifikazzjoni, inkluż annimali akkwatiċi maħsuba għal meded ta' ilma ta' sajd “tqiegħed u tieħu”.

    Annimali domestiċi: movimenti kummerċjali fl-Unjoni ta' klieb, qtates, nemes u għasafar. Għal annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal ħwienet tal-annimali domestiċi jew negozji simili għal bejgħ ulterjuri.

    Użu farmaċewtiku: prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    Kwarantina: tirreferi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 (5) għal għasafar minbarra tjur tal-irziezet, għad-Direttiva 92/65/KEE għal karnivori, primati u friefet il-lejl, u għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (6) għall-annimali tal-akkwakultura.

    Ekwidi rreġistrati: skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (7).

    Żamma tal-molluski: jikkonċerna biss annimali tal-akkwakultura.

    Tbiċċir: għal annimali maħsuba direttament jew permezz ta'ċentru tal-ġbir għal biċċerija.

    Użu tekniku: prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    Kampjuni tal-kummerċ: kif definit f'punt 39 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (8).

    Kaxxa I.21.

    Fil-każ ta' tranżitu: biss għat-tranżitu ta' annimali jew prodotti mill-Unjoni Ewropea minn pajjiż terz wieħed għal pajjiż terz ieħor jew minn parti minn pajjiż terz għal parti oħra tal-istess pajjiż terz. Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni.

    Kaxxa I.22.

    Għas-suq intern: għall-kunsinni kollha maħsuba għas-suq tal-Unjoni Ewropea.

    Importazzjoni definitiva: din l-għażla trid tintuża biss għal kunsinni maħsuba biex jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali ta' “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” fl-Unjoni Ewropea.

    Għal ċerti annimali (pereżempju, ekwidi rreġistrati) trid tintgħażel waħda biss mill-għażliet li ġejjin:

    Dħul mill-ġdid: din l-għażla trid tintuża biss għal annimali awtorizzati għal dħul mill-ġdid, bħal żwiemel irreġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni Ewropea wara l-esportazzjoni temporanja tagħhom.

    Dħul temporanju: din l-għażla trid tintuża biss għad-dħul ta' annimali awtorizzati għal dħul temporanju fl-Unjoni Ewropea, bħal żwiemel irreġistrati għal perjodu ta' inqas minn 90 jum.

    Kaxxa I.23.

    Numru totali ta' pakketti: in-numru ta' kaxxi, gaġeġ jew tilari, li fihom l-annimali qed jiġu trasportati, in-numru ta' kontenituri krijoġeniċi għall-prodotti ġerminali jew in-numru ta' pakketti għall-prodotti. Fil-każ ta' kunsinni bl-ingrossa, din il-kaxxa hija fakultattiva.

    Kaxxa I.24.

    Kwantità:

     

    Għall-annimali: l-għadd totali ta' annimali jew tiben espressi bħala unitajiet.

     

    Għal prodotti ġerminali: l-għadd totali ta' tiben espress bħala unitajiet.

     

    Għal prodotti u annimali akkwatiċi, minbarra ħut ornamentali: it-total tal-piż gross u nett f'kilogrammi.

    Piż nett totali: dan huwa definit bħala l-massa tal-oġġetti biss mingħajr ebda kontenitur jew imballaġġ.

    Piż gross totali: piż totali f'kilogrammi. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

    Kaxxa I.25.

    Deskrizzjoni tal-oġġetti: Iddikjara l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata rilevanti (kodiċi SA) u t-titlu definit mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9). Din id-deskrizzjoni doganali għandha tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, b'informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-annimali jew il-prodotti jiġu kklassifikati f'termini veterinarji. Barra minn hekk, iddikjara kwalunkwe rekwiżit speċifiku relatat mal-annimali jew man-natura/l-ipproċessar tal-prodotti kif definit fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jew veterinarju tal-Unjoni Ewropea rilevanti.

    Żona: għal annimali jew prodotti affettwati mit-twaqqif ta' żoni jew kompartimenti approvati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Iż-żoni jew iż-żoni ta' produzzjoni (pereżempju, fil-każ ta' molluski bivalvi) iridu jiġu indikati kif ippubblikati fil-listi ta' stabbilimenti approvati tal-Unjoni Ewropea.

    Għall-annimali: l-ispeċi, ir-razza jew il-kategorija, il-metodu ta' identifikazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni, l-età, is-sess, il-kwantità jew il-piż nett, u t-test.

    Għal prodotti ġerminali: id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni, in-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru jew tat-tim, l-identifikazzjoni tat-tiben, u l-kwantità. Barra minn hekk, fir-rigward ta' annimali donaturi, l-ispeċi, ir-razza jew il-kategorija, u l-identifikazzjoni.

    Għal prodotti: l-ispeċi, it-tipi ta' prodotti, it-tip ta' trattament, in-numru ta' approvazzjoni tal-istabbilimenti flimkien mal-kodiċi ISO tal-pajjiż (tal-biċċerija, tal-impjant tal-ipproċessar, tal-maħżen kiesaħ), in-numru ta' pakketti, it-tip ta' imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett, u l-konsumatur finali (jiġifieri l-prodotti huma ppakkjati għall-konsumatur finali).

    Speċi: l-isem xjentifiku jew kif definit skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

    Tip ta' imballaġġ: identifika t-tip ta' imballaġġ skont id-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni Nru 21 (10) taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT).

    Parti II: Ċertifikazzjoni

    Din il-parti trid timtela minn veterinarju uffiċjali jew spettur uffiċjali.

    Kaxxa II.

    Informazzjoni dwar is-saħħa: jekk jogħġbok imla din il-parti skont ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea relatati mal-ispeċi tal-annimali jew man-natura tal-prodotti u kif definit fil-ftehimiet ta' ekwivalenza ma' ċerti pajjiżi terzi jew f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal dik għaċ-ċertifikazzjoni.

    Fejn ma hemmx attestazzjonijiet tal-annimali jew tas-saħħa pubblika għall-kunsinna, allura din it-taqsima kollha għandha titħassar jew tiġi invalidata jew ma tkun preżenti xejn skont in-noti f'qiegħ il-paġna għall-Parti II taċ-ċertifikati speċifiċi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea.

    Kaxxa II.a.

    Nru ta' referenza taċ-ċertifikat: l-istess kodiċi ta' referenza bħal fil-kaxxa I.2.

    Kaxxa II.b.

    Nru ta' referenza IMSOC: l-istess kodiċi ta' referenza bħal fil-kaxxa I.2.a.

    Uffiċjal li jiċċertifika:

    Veterinarju uffiċjali jew spettur uffiċjali kif definit mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea: l-isem b'ittri kbar, il-kwalifika u t-titlu, fejn applikabbli, in-numru ta' identifikazzjoni u t-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti u d-data tal-firma.


    (1)  Lista ta' ismijiet tal-pajjiżi u elementi tal-kodiċi f'dan is-sit web: http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta' Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

    (6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

    (7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (10)  L-aħħar verżjoni: Reviżjoni 9 Annessi V u VI kif ippubblikati fuq: http://www.unece.org/tradewelcome/un-centre-for-trade-facilitation-and-e-business-uncefact/outputs/cefactrecommendationsrec-index/list-of-trade-facilitation-recommendations-n-21-to-24.html.


    ANNESS III

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' ANNIMALI U OĠĠĠETTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    PARTI I

    KAPITOLU A: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' MOLLUSKI BIVALVI, EKINODERMI, TUNIKATI U GASTEROPODI TAL-BAĦAR ĦAJJIN

    Image 4 Test ta 'immaġni Image 5 Test ta 'immaġni Image 6 Test ta 'immaġni Image 7 Test ta 'immaġni Image 8 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU B: MUDELL ADDIZZJONALI TA' ĊERTIFIKAZZJONI UFFIĊJALI GĦAL MOLLUSKI BIVALVI PPROĊESSATI LI JAPPARTJENU GĦALL-ISPEĊI ACANTHOCARDIA TUBERCULATUM

    Image 9 Test ta 'immaġni

    PARTI II

    KAPITOLU A: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-PRODOTTI TAS-SAJD

    Image 10 Test ta 'immaġni Image 11 Test ta 'immaġni Image 12 Test ta 'immaġni Image 13 Test ta 'immaġni Image 14 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU B: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦALL-PRODOTTI TAS-SAJD MAQBUDA MINN BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA' STAT MEMBRU U TRASFERITI F'PAJJIŻI TERZI B'ĦAŻNA JEW MINGĦAJRHA

    Image 15 Test ta 'immaġni Image 16 Test ta 'immaġni Image 17 Test ta 'immaġni Image 18 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU C: ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MUDELL LI GĦANDU JIĠI FFIRMAT MILL-KAPTAN LI JAKKUMPANJA L-PRODOTTI TAS-SAJD IFFRIŻATI META JIDĦLU FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ DIRETTAMENT FL-UNJONI MINN BASTIMENT FRIŻA, REFRIĠERATUR JEW FABBRIKA..

    Image 19 Test ta 'immaġni Image 20 Test ta 'immaġni Image 21 Test ta 'immaġni Image 22 Test ta 'immaġni

    PARTI III

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-KOXOX TAŻ-ŻRINĠIJIET IMKESSĦA, IFFRIŻATI JEW IPPREPARATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 23 Test ta 'immaġni Image 24 Test ta 'immaġni Image 25 Test ta 'immaġni

    PARTI IV

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-BEBBUX IMKESSAĦ, IFFRIŻAT, IMQAXXAR, IMSAJJAR, IPPREPARAT JEW IPPREŻERVAT MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 26 Test ta 'immaġni Image 27 Test ta 'immaġni Image 28 Test ta 'immaġni

    PARTI V

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' XAĦMIJIET TAL-ANNIMALI MDEWBA U QRIEQEĊ MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 29 Test ta 'immaġni Image 30 Test ta 'immaġni Image 31 Test ta 'immaġni Image 32 Test ta 'immaġni

    PARTI VI

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 33 Test ta 'immaġni Image 34 Test ta 'immaġni Image 35 Test ta 'immaġni Image 36 Test ta 'immaġni

    PARTI VII

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 37 Test ta 'immaġni Image 38 Test ta 'immaġni Image 39 Test ta 'immaġni Image 40 Test ta 'immaġni

    PARTI VIII

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA U TAL-KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 41 Test ta 'immaġni Image 42 Test ta 'immaġni Image 43 Test ta 'immaġni Image 44 Test ta 'immaġni Image 45 Test ta 'immaġni Image 46 Test ta 'immaġni

    PARTI IX

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' MATERJA PRIMA TRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA U KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 47 Test ta 'immaġni Image 48 Test ta 'immaġni Image 49 Test ta 'immaġni Image 50 Test ta 'immaġni Image 51 Test ta 'immaġni Image 52 Test ta 'immaġni

    PARTI X

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-GĦASEL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 53 Test ta 'immaġni Image 54 Test ta 'immaġni Image 55 Test ta 'immaġni

    PARTI XI

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' SULFAT TAL-KONDROJTINA RAFFINAT ĦAFNA, AĊIDU JALURONIKU, PRODOTTI OĦRA TAL-QARQUĊA IDROLIZZATA, KITOSAN, GLUKOŻAMMINA, TAMES, ISINGLASS U AĊIDI AMMINIĊI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 56 Test ta 'immaġni Image 57 Test ta 'immaġni Image 58 Test ta 'immaġni

    PARTI XII

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAL-LAĦAM TAR-RETTILI MAĦSUB GĦAL KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 59 Test ta 'immaġni Image 60 Test ta 'immaġni Image 61 Test ta 'immaġni Image 62 Test ta 'immaġni

    PARTI XIII

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' INSETTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Image 63 Test ta 'immaġni Image 64 Test ta 'immaġni Image 65 Test ta 'immaġni

    PARTI XIV

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' PRODOTTI OĦRAJN TA' ORIĠINI TAL-ANNIMALI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM MHUX KOPERTI BL-ARTIKOLI 7 SA 25 TAR-REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/628

    Image 66 Test ta 'immaġni Image 67 Test ta 'immaġni Image 68 Test ta 'immaġni

    PARTI XV

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TAN-NEBBIETA U Ż-ŻRIERAGĦ MAĦSUBA GĦALL-PRODUZZJONI TAN-NEBBIETA

    Image 69 Test ta 'immaġni Image 70 Test ta 'immaġni Image 71 Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI UFFIĊJALI FIL-KAŻ TA' SPEZZJONI TA' ANTE-MORTEM FL-AZJENDA TA' PROVENJENZA

    Parti I: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAL ANNIMALI ĦAJJIN

    Image 72 Test ta 'immaġni

    Parti II: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦALL-POLLAM MAĦSUB GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FOIE GRAS U GĦALL-POLLAM BL-INTERJURI MNEĦĦIJA MDEWMA

    Image 73 Test ta 'immaġni

    Parti III: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦALL-KAĊĊA MROBBIJA LI TITBIĊĊER FL-AZJENDA TA' PROVENJENZA

    Image 74 Test ta 'immaġni

    Parti IV: MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦALL-KAĊĊA MROBBIJA LI TITBIĊĊER FL-AZJENDA skont il-punt 3a tas-Sezzjoni III tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004

    Image 75 Test ta 'immaġni

    ANNESS V

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI FIL-KAŻ TA' TBIĊĊIR B'EMERĠENZA MHUX FIL-BIĊĊERIJA SKONT L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/624 (1)

    MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI FIL-KAŻ TA' TBIĊĊIR B' EMERĠENZA MHUX FIL-BIĊĊERIJA

    Image 76 Test ta 'immaġni

    (1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta' Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u fuq iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).


    ANNESS VI

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

    Ir-Regolament (UE) Nru 211/2013

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1(2)(b)(ii)

    Artikolu 2

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 3

    Artikolu 27

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Anness

    Il-Parti XV tal-Anness III


    Top