Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2096

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/2096 tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/948 (EUTM Mali/2/2019)

    ST/13880/2019/INIT

    ĠU L 317, 09/12/2019, p. 108–109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2020; Imħassar b' 32020D0603

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2096/oj

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 317/108


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2019/2096

    tat-28 ta’ Novembru 2019

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/948 (EUTM Mali/2/2019)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM Mali, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUTM Mali.

    (2)

    Fid-29 ta’ Mejju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/948 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali.

    (3)

    Fit-22 ta’ Ottubru 2019, il-Portugall ippropona l-ħatra tal-Brigadier Ġeneral João Pedro RATO BOGA DE OLIVEIRA RIBEIRO biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali mit-12 ta’ Diċembru 2019.

    (4)

    Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

    (5)

    Deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral João Pedro RATO BOGA DE OLIVEIRA RIBEIRO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali mit-12 ta’ Diċembru 2019 jenħtieġ li tittieħed.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/948.

    (7)

    F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Brigadier Ġeneral João Pedro RATO BOGA DE OLIVEIRA RIBEIRO huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (UE EUTM) mit-12 ta’ Diċembru 2019.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/948 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2019.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/948 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/948 (EUTM Mali/2/2019) (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 72).


    Top